ż ħ Ħamis, 24 ta’ mejju: ħ messa[[ tal-kappillan kummissjoni … kr mejju 2018.pdf ·...

4
KUMMISSJONI DJAKONIJA Attivitajiet g]all-ANZJANI matul MEJJU 2018 Il-}amis, 10 ta’ Mejju: 9.00am COFFEE MORNING fis-Sala Parrokkjali, Triq Ġuże` Damato. Biljetti bħas-soltu. Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju: 9.30am Tluq għall-Żjara lill-Pawlisti fid-Djar tal-Anzjani. Dettalji aktar tard. Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu Re - Paola G]add Nru. 315 - L-40 Sena - MEJJU 2018 KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE - PAOLA ATTIVITAJIET MEJJU 2018 It-Tlieta, 1 ta’ Mejju: Festa Pubblika - San Guzepp Ħaddiem Ġurnata Għawdex fejn ikollna Quddiesa Ta’ Pinu. Nżuru l-bottega tal-pittur Manwel Farrugia u Calypso Cave. Ikla ta’ nofsinhar l-Għarb. It-Tlieta, 15 ta’ Mejju: 9.00am Tluq minn quddiem il-knisja għal QUDDIESA fejn hi meqjuma l-Madonna tal-Girgenti. Wara jkollna COFFEE MORNING għand RITA TA’ GĦAR LAPSI. 8 Messa[[ tal-Kappillan Għeżież, Ix-xahar ta’ Mejju jfakkarna b’mod l-aktar speċjali fil-grazzja kbira li aħna nistgħu nissejħu wlied mhux biss ta’ missier, imma ta’ Omm ukoll. Tul dan ix-xahar niċċelebraw Jum l-Omm, il-jum li fih nippruvaw nuru l-apprezzament tagħna lill-ommijiet għeżież li tant ħabbewna. Ommijiet li qatt ma għandna ninsew dak kollu li għamlu magħna u li għandna napprezzaw mhux biss meta jkunu għadhom fl-aqwa tagħhom, imma anke meta minħabba eta` jew mard ikollhom bżonn l-għajnuna tagħna. Tul dan ix-xahar il-Knisja tistedinna wkoll nirriflettu fuq il-grazzja li għandna li nsejħu wkoll lil Marija Santissma bħala Ommna - Ġesu` fuq is-Salib afdana f’idejha u hi laqgħatna bl-istess imħabba li biha ħabbet Lilu. Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar niċċelebraw il-festa ta’ Sant’Ubaldeska li kienet il-patruna magħżula għall-ewwel pawlisti mill-Gran Mastru. Sant’Ubaldeska, li jekk nitolbuha żgur tinterċedi wkoll għalina biex bħalha aħna ningħataw b’mod sħiħ lil Ġesu` u nitgħallmu nħobbu lill-proxxmu tagħna hekk kif għamlet hi. J’Alla napprezzaw il-Ġmiel tal-Maternita` bħala don li tana Alla; b’mod speċjali nirringrazzjawh li aħna wlied il-Knisja Omm, li tħobb u takkumpanja l’uliedha kollha. Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien kollu, jberikna lkoll. Kan. Dun Marc Andre` Camilleri Kappillan K U M M I S S J O N I F E S T A K R I S T U R E - P A O L A MOTHER’S DAY B A Z A A R 2018 fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja, Paola Ikompli bejn it-Tlieta, 1 ta’ Mejju u l-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju 2018 Mit-8.30am sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00pm Issibu o[[etti ta’ Fajjenza, Żraben, Pjanti, Kotba, u tant affarijiet oħra. Kull g]ajnuna tg]odd biex ng]inu lill-Parro``a tag]na

Upload: others

Post on 25-Jan-2020

29 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

KUMMISSJONI DJAKONIJA Attivitajiet g]all-ANZJANI matul MEJJU 2018

Il-}amis, 10 ta’ Mejju: 9.00am COFFEE MORNING fis-Sala Parrokkjali, Triq Ġuże` Damato. Biljetti bħas-soltu. Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju: 9.30am Tluq għall-Żjara lill-Pawlisti fid-Djar tal-Anzjani. Dettalji aktar tard.

Le]en il-Kunsill Pastorali Parrokkjali - Parro``a Kristu Re - Paola G]add Nru. 315 - L-40 Sena - MEJJU 2018

KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE - PAOLA ATTIVITAJIET MEJJU 2018

It-Tlieta, 1 ta’ Mejju: Festa Pubblika - San Guzepp Ħaddiem

Ġurnata Għawdex fejn ikollna Quddiesa Ta’ Pinu. Nżuru l-bottega tal-pittur Manwel Farrugia u Calypso Cave. Ikla ta’ nofsinhar l-Għarb.

It-Tlieta, 15 ta’ Mejju: 9.00am Tluq minn quddiem il-knisja għal QUDDIESA fejn hi meqjuma l-Madonna tal-Girgenti. Wara jkollna COFFEE MORNING għand RITA TA’ GĦAR LAPSI.

8

Messa[[ tal-Kappillan Għeżież,

Ix-xahar ta’ Mejju jfakkarna b’mod l-aktar speċjali fil-grazzja kbira li aħna nistgħu nissejħu wlied mhux biss ta’ missier, imma ta’ Omm ukoll.

Tul dan ix-xahar niċċelebraw Jum l-Omm, il-jum li fih nippruvaw nuru l-apprezzament tagħna lill-ommijiet għeżież li tant ħabbewna. Ommijiet li qatt ma għandna ninsew dak kollu li għamlu magħna u li għandna napprezzaw mhux biss meta jkunu għadhom fl-aqwa tagħhom, imma anke meta minħabba eta` jew mard ikollhom bżonn l-għajnuna tagħna.

Tul dan ix-xahar il-Knisja tistedinna wkoll nirriflettu fuq il-grazzja li għandna li nsejħu wkoll lil Marija Santissma bħala Ommna - Ġesu` fuq is-Salib afdana f’idejha u hi laqgħatna bl-istess imħabba li biha ħabbet Lilu.

Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar niċċelebraw il-festa ta’ Sant’Ubaldeska li kienet il-patruna magħżula għall-ewwel pawlisti mill-Gran Mastru. Sant’Ubaldeska, li jekk nitolbuha żgur tinterċedi wkoll għalina biex bħalha aħna ningħataw b’mod sħiħ lil Ġesu` u nitgħallmu nħobbu lill-proxxmu tagħna hekk kif għamlet hi.

J’Alla napprezzaw il-Ġmiel tal-Maternita` bħala don li tana Alla; b’mod speċjali nirringrazzjawh li aħna wlied il-Knisja Omm, li tħobb u takkumpanja l’uliedha kollha.

Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien kollu, jberikna lkoll. Kan. Dun Marc Andre` Camilleri

Kappillan

K U M M I S S J O N I F E S T A K R I S T U R E - P A O L A

MOTHER’S DAY B A Z A A R 2018

fis-Sala Parrokkjali, Vjal il-Knisja, Paola

Ikompli bejn it-Tlieta, 1 ta’ Mejju u l-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju 2018

Mit-8.30am sa Nofsinhar u mill-4.30 sas-7.00pm

Issibu o[[etti ta’ Fajjenza, Żraben, Pjanti, Kotba, u tant affarijiet oħra.

Kull g]ajnuna tg]odd

biex ng]inu lill-Parro``a tag]na

7

MEMBRI {ODDA FIS-SALTNA

MARZU: Lashaya BONGAILAS; Bernell VAN DIJK; Matthew Lawrence SPITERI; Cristian GATT; Cohen Justin FARRUGIA SAMMUT; Jasmin Marley CAMILLERI; Donovan DUCA.

ING}AQDU FIS-SAGRAMENT TA|-|WIE{

MARZU: Ma kienx hemm żwiġijiet.

G}ADDEW G}ALL-}AJJA TA’ DEJJEM Mulej ag]tihom il-mistrie] ta’ dejjem. Ma ninsewhomx fit-talb tag]na.

MARZU: Maria Concetta GATT (73); Maria Assunta Mamo (60); Carmel FARRUGIA (65); Joseph PORTELLI (83); Anthony CARUANA (94); Joseph BUSUTTIL (92); Joseph SCHEMBRI (88); Alphons FRENDO (72); Daryl ALOISIO (37); Alexander DEGIORGIO (54).

2

BENEFATTURI LI TAW SEHEMHOM FIL-BINI TAL-KNISJA PARROKKJALI (15)

Vera Spiteri

Dr. Simon Mercieca

Maria Vittoria Spiteri kienet mara oħra magħżula minn Monsinjur Franġisku Xuereb biex tkun involuta fil-ġbir tal-flus b’risq il-knisja ta’ Kristu Re. Kienet bint Fortunato Caruana u Mikelina nee` Vella. Kulħadd kien jafha bħala Vera. Qaltli biha, Elizabetta Schembri, li ġieli kienet tmur tiġbor magħha.

Il-Kappillan Xuereb kien ifittex persuni minn postijiet differenti ta’ Raħal Ġdid, magħrufa għall-integrita` tagħhom, biex ikunu nvoluti f’dan il-ġbir. Xuereb kellu l-ħila u l-kapaċita` kif jagħżel in-nisa għall-ġbir. Xuereb kien jaf jagħraf dawk ix-xebbiet u n-nisa li kienu ħawtiela u kellhom fihom sens ta’ ‘industrija’. Meta kien jara dan is-sens ta’ ‘business’ f’xi tfajla, kien jinkoraġġiha. Dan kien jagħmlu bil-qalb. Hu kien tifel ta’ wieħed mill-aktar intrapredituri kbar ta’ qabel it-Tieni Gwerra. L-għażla tiegħu kienet taqa’ fuq xebbiet jew nisa li kienu smart jew kellhom is-sens tan- negozju fihom.

B’hekk kien hemm numru ta’ nisa jiġbru u kulħadd kellu ż-żona tiegħu. Dawn in-nisa kienu jiġbru mingħand kulħadd. Ħadd ma kien obbligat jew sfurzat biex jagħti. Ħafna familji kienu jwieġbu u jagħtu dik ix-xi ħaġa tal-flus għall-bini tal-knisja.

Vera kienet toqgħod Dockyard Street, bieb ma’ bieb, fejn kienet l-iskola ta’ Miss Giovanna Mamo u llum hemm il-forn. Vera kienet ħajjata u ssewwi xi ħwejjeġ ukoll. Bħal ma rajna f’artikli ta’ qabel, Vera ma kinetx l-ewwel mara magħżula biex tiġbor li fil-ħajja privata tagħha kienet tagħmel xogħol żgħir li permezz tiegħu kienet taqla’ dik ix-xi ħaġa extra ta’ flus li kienet tgħina jkollha għejxien indipendenti.

Il-ħidma ta’ Vera fil-ġbir waqfet għal xi żmien wara li kienet iżżewġet lil wieħed armel, ċertu Emanuel Spiteri. Huwa kien ikbar minnha fl-eta` u kellu żewgt it-tfal mill-ewwel żwieġ tiegħu. Meta żżewġet hija kienet kbira u l-koppja Spiteri ma kellhiex tfal. Wara dan iż-żwieġ, Vera kienet marret toqgħod mar-raġel tagħha fi Triq Birżebbuġa, Ħal Tarxien. Iżda wara li romlot, reġgħet niżlet lura tgħix f’Rahal Ġdid u marret toqgħod f’133, Triq Sammat u reġgħet bdiet tagħti l-kontribuzzjoni tagħha lejn il-parroċċa ta’ Kristu Re.

Flimkien ma’ Elisabetta Schembri, Vera kienet għall-ewwel tiġbor six pence kull xahar f'ċerti toroq. Wara saru xelin. Imbaghad, meta bdew jogħlew il-pagi, bdew jiġbru sitt soldi kull ġimgħa. Meta komplew jiżdiedu l-pagi, il-ġbir tela’ għal xelin fil-ġimgħa.

Maż-żmien, peress li bdiet tikber fl-eta`, Vera żammet it-toroq taċ-ċentru waqt li Schembri ħadet it-toroq l-iktar il-bogħod. Vera mietet fid-dar tagħha fi Triq Sammat nhar l-10 ta' Jannar 1967, fl-eta` ta’ 66 sena.

LOTTERIJA SPEĊJALI 2018

L-Ewwel Premju: Vjaġġ bil-Katamaran - Ms D. L.

It-Tieni Premju: Kurċifiss Kbir - Ms T. A.

It-Tielet Premju: Ikla għal Tnejn fl-International Hotel - Ms M. D.

Ir-Raba’ Premju: Voucher Bargain Shop - Ms. C. V. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadu sehem f’din il-Lotterija Speċjali biex bid-donazzjoni ġeneruża tagħhom kienu ta’ għajnuna għall-knisja parrokkjali.

Niftakru li l-knisja hi d-Dar ta’ Alla u għaldaqstant għandna nagħmlu ħilitna kollha biex naraw li nżommuha NADIFA kif jixraq.

Nirringrazzjaw lil dawk il-voluntiera li b’sagrifiċċji tant kbar jieħdu ħsieb regolarment l-indafa tal-knisja.

6 3

G]all-Okka\joni ta’

JUM L-OMM 2018 li din is-sena se jkun imfakkar

nhar il-}add, 13 ta’ Mejju

L-OMMIJIET KOLLHA qed ji[u mistiedna biex jattendu mal-familja tagħhom g]al

QUDDIES SPE~JALI

nhar is-SIBT, 12 ta’ Mejju fis-6.30 ta’ filgħaxija jew il-ĦADD, 13 ta’ Mejju fid-9.30 ta’ filgħodu

fil-Knisja Parrokkjali Kristu Re.

L-Ommijiet huma m]e[[a biex i[ibu mag]hom xi ftit fjuri b]ala oma[[ lil Ommna Sidtna Marija.

Il-familjari ta’ dawk imsemmija hawn ta]t [entilment

sponsorjaw din il-}ar[a tal-fuljett parrokkjali IS-SALTNA bid-donazzjoni li huma g]amlu:

R I T A C A R U A N A;

————————————————-

EMANUEL u MARIANNA ATTARD; ._____________________________________________________________________________________________

J E S S I E C A M I L L E R I f’g]eluq Id-disa’ sena mill-mewt tag]ha;

——————————————————————————

F O R T U N A T O F E R R O f’g]eluq it-tnax il-sena mill-mewt tieg]u;

………………………………...

ROSARIO MICALLEF li miet fl-4 ta’ Mejju 1957 f’għeluq il-61 sena mill-mewt tiegħu.

……………………………………………………………….

JOSEPH u INES GALEA, binthom AMELIA U ANTHONY FENECH;

ROSARIA u SALVATORE FARRUGIA.

………………………………………….

PETER AUGER, JOSEPHINE SCICLUNA, LAURENCE u ROSE MIFSUD,

ADRIAN MIFSUD u EMANUELA GRECH.

————————————————————————

Mulej lil dawn kollha ag]tihom il-Mistrie] ta’ dejjem

Infakkru li kif kien sar fl-aħħar snin matul ix-xhur tas-Sajf, fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa

u ta’ kull nhar ta’ Sibt, il-QUDDIES qed ikun dejjem fis-6.30 ta’ filgħaxija.

Il-Ferħ u s-Serenita` tar-ruħ joħorġu, għax immissu b’idejna l-laħam ta’ ġisem Kristu.

Kliem il-Papa Franġisku

Niftakru f’dan il-kliem meta nkunu qed niċċelebraw Il-Festa ta’ Corpus Christi.

1978 Bdejna l-40 sena 2018

Bl-g]ajnuna t’Alla, b’din l-315 ]ar[a ta’ Mejju 2018, IS-SALTNA se tibda l-40 sena tag]ha bl-Ewwel }ar[a kienet dik ta’

MEJJU - {UNJU 1978

GRAZZI lil kull min g]in, b’xi mod jew ie]or, bil-kontribut tieg]u matul dawn is-snin kollha biex il-Kunsill Pastorali

Parrokkjali seta’ jwassal tant informazzjoni u tag]rif utli u mportanti lill-familji tal-Komunita` Parrokkjali. Illum, permezz tal-internet, dan it-tagħrif qed jixxandar madwar id-dinja kollha.

Niftakru wkoll fit-talb tag]na f’dawk li tul is-snin taw is-sehem tag]hom u llum m’g]adhomx mag]na.

Grazzi wkoll lil dawk il-voluntiera kollha li ta’ kull xahar, sajf u xitwa, ]afna drabi b’sagrifi``ji personali,

jie]du ]sieb iwasslulkom dan il-fuljett fid-djar tag]kom.

IN}E{{UKOM LI TAQRAWHA REGOLARMENT

4 5

Mid-Djarju Litur[iku tal-Parro``a: MEJJU 2018

KULL NHAR TA’ ĦAMIS:       Wara l‐Quddiesa tas‐6.30 ta’ filgħaxija jkun               hemm Adorazzjoni Ewkaristika sat‐7.45 ta’ filgħaxija. It-Tlieta, 1 ta’ Mejju: Jum il-Ħaddiem - Festa Pubblika San Ġuzepp, Ħaddiem. Jixraq li f’dan il-jum insellmu b’xi mod lil San Ġuzepp. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun xieraq li nisimgħu l-quddies u nitqarbnu. 6.30pm Quddiesa, Adorazzjoni u Barka Sagramentali Il-Ħadd, 6 ta’ Mejju: Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Sena B) Ġabra Speċjali. It-Tlieta, 8 ta’ Mejju: Festa tal-Madonna ta’ Pompej. 10.30am Supplika tal-Madonna ta’ Pompej. L-Erbgħa, 9 ta’ Mejju: Tifkira ta’ San {or[ Preca

Is-Sibt, 12 ta’ Mejju: 6.30pm Quddiesa Spe`jali g]all-Ommijiet kollha tal-Parro``a fl-okka\joni ta’ JUM L-OMM (ara pa[na 3). Il-}add, 13 ta’ Mejju: Tlugħ il-Mulej fis-Sema. (Lapsi) JUM L-OMM 9.30pm Quddiesa Spe`jali g]all-Ommijiet kollha tal-Parro``a fl-okka\joni ta’ JUM L-OMM (ara pa[na 3).

Il-Ħadd, 20 ta’ Mejju: L-Għid il-Ħamsin (Sena B) Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju: It-Trinita` Qaddisa. (Sena B) 9.45am Purċissjoni mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina bl-istatwa ta’ San Alwiġi mill-knisja ta’ Sant’Ubaldeska. 10.45am Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina tat-Tfal. It-Tnejn, 28 ta’ Mejju: Festa ta’ Santa Ubaldeska, Verġni. 6.30pm Quddiesa fil-knisja ta’ Santa Ubaldeska u purċissjoni madwar il-knisja. Wara tingħata l-Barka Sagramentali (Ara pġ. 4) Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju: Tifkira Solenni ta’ CORPUS CHRISTI fil-parroċċa 7.00pm Quddiesa Solenni u wara purċissjoni.

ĠURNATA SQALLIJA

NHAR IL-ĦAMIS, 29 TA’ ĠUNJU - NHAR L-IMNARJA

Vjaġġ bil-katamaran lejn Pozzallo u lura. Pullman mal-Grupp il-Ġurnata kollha.

Għal Programm dettaljat u aktar tagħrif tista’ ċċempel fuq:

79890345 / 79695635 jew mis-Sagristija.

NI~~ELEBRAW KIF JIXRAQ FIL-PARROĊĊA IL-FESTA TA’ CORPUS CHRISTI

(IL-{ISEM U D-DEMM TAL-MULEJ)

Nhar il-}amis,31 ta’ Mejju 2018 7.00pm Quddiesa Solenni

Wara ssir Pur`issjoni Ewkaristika li tg]addi mit-toroq: Pjazza; Sammat; Tarzna; Santa Monika; San {u\epp; Zabbar; Pjazza.

Wara tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja

Ikun ferm xieraq li n\ejnu t-toroq bid-dwal fil-gallarijiet u bil-qsari u l-fjuri minn fejn jg]addi s-Sagrament.

PROGRAMM FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SANT’UBALDESKA 2018

L-Erbgħa, 23 ta’ Mejju: 7.30pm Lecture minn Dr Simon Mercieca bit-tema: “Meta l-użu tal-Musetta fil-knisja ta’ Sant’Ubaldeska ġabet krisi fid-djoċesi Maltija.”

Is-Sibt, 26 ta’ Mejju: 7.15pm Transulazjoni tar-Relikwa tal-qaddisa mill-knisja parrokkjali għal knisja ta’ Sant’Ubaldeska fejn wara tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni Rev.mu Kan. Dun Keith Scicluna.

8.30pm Ikla b’risq il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska fuq iz-zuntier ta’ l-istess knisja.

Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju: 9.45am Purċissjoni mill-knisja ta’ Sant’Ubaldeska sal-knisja parrokkjali bl-istatwa ta’ San Alwiġi akkumpanjata mit-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.

It-Tnejn, 28 ta’ Mejju: 6.30pm Fil-knisja ta’ Sant’ Ubaldeska ssir quddiesa bir-rit Tredentin u bil-paneġirku mmexxija mir-Rev.mu Kan. Dun Nicholas Doublet. Purċissjoni madwar l-istess knisja u wara tingħata l-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwa.

L-Erbgħa, 30 ta’ Mejju: 5.30pm Niltaqgħu quddiem il-knisja parrokkjali minn fejn naqbdu l-coach li toħodna l-Monasteru ta’ Sant’Ursola, l-belt Valletta fejn jingħad ir-rużarju u ssir Quddiesa (6.30pm).   Sant’Ubaldeska kienet soru ta’ din        l‐Ordni tal‐Ursolini.     Wara jsir diskors mill‐Prijura tal‐Monasteru.