806961mt 11 11 2010 - europa

61

Upload: others

Post on 02-Dec-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKI INTERNI TAL-UNJONI

DIPARTIMENT TAL-POLITIKA B : POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI

Il-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona

Manwal dwar

- il-politika agrikola komuni - il-politika komuni tas-sajd - il-politika reġjonali - il-politiki tat-trasport u tat-turiżmu - il-politiki tal-kultura u l-edukazzjoni

STUDJU

Dan id-dokument ġie mitlub mid-Direttur tad-Direttorat għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni. AWTUR Is-Sur Albert MASSOT bil-kollaborazzjoni ta’: Is-Sur Nils DANKLEFSEN Is-Sinjura Esther KRAMER Is-Sur Gonçalo MACEDO Is-Sinjura Ana Maria NOGUEIRA ASSISTENZA EDITORJALI Is-Sinjura Catherine MORVAN VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI Oriġinal: FR. Traduzzjonijiet: BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV. DWAR IL-PUBBLIKATUR Biex tikkuntattja lid-Direttorat jew tabbona għall-ittra ta’ informazzjoni ta’ kull xahar, jekk jogħġbok ikteb f’dan l-indirizz li ġej: [email protected] Manuskritt komplut fi Frar 2010. Brussell, © Il-Parlament Ewropew, 2010 Dan id-dokument huwa disponibbli fuq l-internet fl-indirizz li ġej: http://www.europarl.europa.eu/studies ĊAĦDA TA’ RESPONSABILITÀ L-opinjonijiet espressi huma dawk tal-awtur u mhux neċessarjament jirriflettu l-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew. Ir-riproduzzjoni u t-traduzzjoni huma awtorizzati, għajr għal finijiet kummerċjali, sakemm jissemma s-sors, ikun infurmat il-pubblikatur minn qabel u tintbagħat kopja lilu.

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKI INTERNI TAL-UNJONI

DIPARTIMENT TAL-POLITIKA B: POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI

Il-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona

Manwal dwar

- il-politika agrikola komuni - il-politika komuni tas-sajd - il-politika reġjonali - il-politiki tat-trasport u tat-turiżmu - il-politiki tal-kultura u l-edukazzjoni

STUDJU

IP/B/COMM/NT/2010_01 15/2/2010 PE 431.591 MT

Kontenut: It-Trattat ta’ Lisbona b’mod ċar juri konsegwenzi serji għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni. Dan l-istudju janalizza l-bidliet miġjuba għall-politiki li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Politika B tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Parlament Ewropew (ta’ natura istituzzjonali, proċedurali, finanzjarja kif ukoll fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi).

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 3

WERREJ

LISTA TAL-ABBREVJAZZJONIJIET 5

1. INTRODUZZJONI 7

1.1. It-Trattat ta’ Lisbona u l-Parlament Ewropew 7

1.2. L-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona: il-perjodu ta’ tranżizzjoni 9

2. IT-TRATTAT TA’ LISBONA U L-POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI 11

2.1. L-ambitu tal-istudju: il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni 11

2.2. It-tqassim tas-setgħat fl-Unjoni: il-kontribut tat-Trattat ta’ Lisbona 12

2.3. Il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mit-tqassim tas-setgħat għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni 16

3. IL-BIDLIET LEĠIŻLATTIVI FIL-POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI 21

3.1. Il-bidliet fil-bażijiet legali u l-proċeduri ta’ deċiżjoni 21

3.2. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Agrikola Komuni (l-Artikoli 38 sa 44 TFUE) 22

3.3. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Komuni tas-Sajd (l-Artikoli 38 sa 44 TFUE) 26

3.4. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Reġjonali (l-Artikoli 3(3) u 3(5) TUE; l-Artikoli 174 sa 177 TFUE) 27

3.5. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Komuni tat-Trasport (l-Artikoli 90 sa 100 TFUE) u għan-Netwerks Trans-Ewropej (l-Artikoli 170 sa 172 TFUE) 30

3.6. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politiki tal-Kultura, tal-Edukazzjoni, taż-Żgħażagħ u tal-Isports (l-Artikoli 165 u 167 TFUE) 31

3.7. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika tat-Turiżmu (l-Artikolu 195 TFUE) 33

3.8. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Ftehimiet Internazzjonali li għandhom implikazzjonijiet għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni (l-Artikoli 207 u 218 TFUE) 34

3.9. It-tipoloġija l-ġdida tal-atti legali tal-Unjoni: studju partikolari tal-atti delegati u tal-atti implimentattivi (l-Artikoli 290 u 291 TFUE) 38

3.10. Bidliet leġiżlattivi oħrajn b’impatt orizzontali: il-proċeduri ta’ reviżjoni tat-Trattati (l-Artikolu 48 TUE) u d-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini (l-Artikolu 11(4) TUE u l-Artikolu 24 TFUE) 41

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 4

4. IL-BIDLIET FIL-LIVELL TAL-BAĠIT 45

4.1. Effetti kbar fuq il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni 45

4.2. It-tneħħija tad-distinzjoni bejn NO u NMO 46

4.3. Il-proċedura speċjali ġdida għall-adozzjoni tal-baġit annwali 47

4.4. Il-konsolidament tal-qafas finanzjarju pluriennali u tad-dixxiplina finanzjarja fit-TFUE 50

5. EPILOGU: DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI PROGRESSIVA TAT-TRATTAT TA’ LISBONA 53

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 5

LISTA TAL-ABBREVJAZZJONIJIET

KE Komunità Ewropea KIG Konferenza Intergovernattiva MERCOSUR Il-Brażil, il-Paragwaj, l-Urugwaj u l-Arġentina MMK Metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni NMO Nfiq mhux obbligatorju NO Nfiq obbligatorju OKS Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq ORS Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd Pajjiżi tal-AKP Pajjiżi firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Lomé (l-Afrika, il-Karibew u

l-Paċifiku) PAK Politika Agrikola Komuni PBSK Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni PKS Politika Komuni tas-Sajd QFP Qafas Finanzjarju Pluriennali QĠKE Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej SĠP Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi TAC Qabdiet totali permissibbli TFUE Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea TKE Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea TUE Trattat tal-Unjoni Ewropea UE Unjoni Ewropea WTO Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 6

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 7

1. INTRODUZZJONI

1.1. It-Trattat ta’ Lisbona u l-Parlament Ewropew It-Trattat ta’ Lisbona ġie ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 mir-rappreżentanti tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-Unjoni. Dan kiteb mill-ġdid b’mod globali t-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (imsemmi mill-ġdid “Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea” – TFUE) (1). Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tiegħu (2), it-Trattat il-ġdid ġie ratifikat mill-Istati Membri u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-ewwel jum tax-xahar wara l-preżentazzjoni tal-aħħar strument ta’ ratifika. Il-modifiki mdaħħla mit-Trattat ta’ Lisbona jkomplu fuq il-biċċa l-kbira tal-innovazzjonijiet tal-abbozz preċedenti tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa (3). Jekk it-Trattat ta’ Lisbona daħħal modifiki sostanzjali għall-qafas istituzzjonali kollu (għarfien tal-Kunsill Ewropew; estensjoni tal-poteri ta’ inizjattiva u implimentattivi tal-Kummissjoni; konsolidazzjoni tal-funzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u s-Sigurtà Komuni), il-Parlament Ewropew huwa l-istituzzjoni li b’riżultat ta’ dan ħarġet aktar imsaħħa. Bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta b’vot dirett universali, il-Parlament jibbenefika minn kompetenzi ġodda u għodod ġodda biex isemma’ leħen iċ-ċittadini. 1.1.1. Prerogattivi leġiżlattivi ġodda dwar il-politiki komuni It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ l-irwol tal-Parlament Ewropew bħala leġiżlatur. Minn issa ’l quddiem, il-proċedura ta’ kodeċiżjoni, li tqiegħed lill-PE fuq l-istess bażi ugwali bħall-Kunsill għajr għal ftit eċċezzjonijiet, issir il-“proċedura leġiżlattiva ordinarja”. Din ġiet estiża għal oqsma ġodda biex minn 44 saru 85. L-aktar importanti huma dawk li għandhom x’jaqsmu mal-agrikoltura, is-sajd, l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali, il-politika komuni tal-kummerċ, is-sikurezza tal-enerġija, il-modalitajiet tal-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali fir-rigward ta’ koordinazzjoni ekonomika msaħħa, l-immigrazzjoni, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, is-saħħa pubblika, il-proprjetà intellettwali, l-implimentazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka, l-isports, it-turiżmu u l-istatus tal-impjegati ċivili tal-Unjoni. 1.1.2. Kompetenzi ġodda għall-ftehimiet internazzjonali It-Trattat ta’ Lisbona jagħti wkoll prerogattivi leġiżlattivi ġodda lill-Parlament Ewropew fil-livell tal-ftehimiet internazzjonali. Minn issa ’l quddiem, id-deputati jridu jagħtu l-garanzija tagħhom għall-ftehimiet negozjati mill-UE fil-livell multilaterali jew bilaterali (dwar il-kwistjonijiet kummerċjali, it-trasport, is-sajd, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, eċċ.).

1 It-Trattat ta’ Lisbona: ĠU C306, 17.12.2007. Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u

t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE): ĠU C115, 9.5.2008 (http://www.consilium.europa.eu/showPage.aspx?id=1296&lang=mt). Dwar l-iżvilupp tat-Trattati ara wkoll:

http://europa.eu/abc/treaties/index_mt.htm. 2 ĠU C306, 17.12.2007, p.135. 3 Madankollu, it-Trattat ta’ Lisbona ma għadux jissejjaħ “Kostituzzjoni” u ċeda kull terminoloġija jew is-simboli

ta’ ispirazzjoni kostituzzjonali (Liġi Ewropea, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni, innu, bandiera, munita, Jum l-Ewropa). Minflok jirrevoka t-Trattati KE u UE u jibdilhom, jimmodifikahom. Barra dan, it-Trattat ta’ Lisbona jastjeni milli jikkodifika l-prinċipju tas-supremazija tal-liġi tal-Unjoni (li ġġustifika l-preżentazzjoni ta’ opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill, mehmuż bħala Anness għall-Att Finali tat-Trattat – Dikjarazzjoni Nru 17). Lanqas ma jintegra fi ħdanu t-test tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, iżda jagħmel biss referenza għaliha permezz tal-Artikolu 6(1) TUE.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 8

1.1.3. Poteri ġodda baġitarji Il-Parlament Ewropew se jiżdidulu wkoll il-poteri baġitarji tiegħu. Billi ma għadx hemm id-distinzjoni l-qadima bejn “infiq obbligatorju” u “infiq mhux obbligatorju”, għaldaqstant, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) jieħdu deċiżjonijiet b’mod konġunt dwar il-baġit kollu tal-Unjoni. It-Trattat ta’ Lisbona jifformalizza wkoll proċedura tal-baġit ġdida annwali u jikkonsolida l-qafas finanzjarju pluriennali fit-TFUE. 1.1.4. Qafas istituzzjonali ġdid It-Trattat il-ġdid jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti b’effett dirett jew indirett fuq il-ħidma tal-Parlament:

- Jissostitwixxi l-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ewropea b’Unjoni (4) ġdida mogħnija

bil-personalità ġuridika (5) fil-liġi interna u fil-liġi internazzjonali (6);

- Iħassar l-istruttura f’pilastri għalkemm biż-żamma ta’ proċeduri partikolari fil-qasam tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (PBSK), inkluża l-politika tad-difiża;

- Jikkonsolida l-valuri tal-Unjoni li jsiru l-qafas ta’ referenza għall-adeżjonijiet futuri fl-Unjoni, kif ukoll għas-sanzjonijiet eventwali fir-rigward tal-Istati Membri li jiksruhom b’mod serju u persistenti;

- Jafferma wkoll iċ-ċittadinanza tal-Unjoni (7) u d-drittijiet tal-kostitwenti (8), fosthom, id-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew (9) u d-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini (10), li sar strument ta’ parteċipazzjoni diretta għall-affarijiet pubbliċi tal-Unjoni (paragrafu 3.10.2).

- Isaħħaħ il-kontroll demokratiku billi jkabbar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (bi 18 il-membru supplimentari) u billi għaraf l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fil-funzjonament tajjeb tal-Unjoni (11); f’dan ir-rigward, jagħtihom il-possibilità li jopponu proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni jekk dawn jikkunsidraw li dawn il-kwistjonijiet ikunu mmexxija aħjar fuq il-pjan nazzjonali fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (“mekkaniżmu ta’ twissija bikrija”) (paragrafu 2.3.3);

- Jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali (12); jikkonferma l-prinċipju tad-djalogu fir-rigward tas-sħab soċjali (13) bit-tkabbir tagħhom fir-rigward tal-knejjes u l-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux denominazzjonali (14);

4 L-Artikolu 1, it-tielet paragrafu, TUE. 5 L-Artikolu 47 TUE u d-Dikjarazzjoni Nru 24 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-

Trattat ta’ Lisbona. 6 Din il-personalità se tiftaħ fil-liġi interna billi l-Unjoni tkun tista’ timpenja r-responsabilità kuntrattwali tagħha

(l-Artikolu 340 TFUE) u jkollha l-akbar kapaċità legali fl-Istati Membri (l-Artikolu 335 TFUE). Fir-rigward tal-personalità internazzjonali tal-Unjoni, din turi ruħha permezz tal-kapaċità tagħha li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali fl-oqsma tal-kompetenza tagħha, permezz tad-dritt tagħha ta’ delegazzjoni f’pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikolu 35 TUE; l-Artikolu 221 TFUE) u permezz tal-azzjoni esterna tagħha (l-Artikoli 21 sa 46 TUE) (irrappreżentata bil-politika kummerċjali, il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-għajnuna umanitarja u l-PBSK).

7 L-Artikolu 20 TFUE. 8 L-Artikoli 18 sa 24 TUE. 9 L-Artikoli 20 (2)(d) u 24 TFUE. 10 L-Artikolu 11 (4) TUE u l-Artikolu 24 TFUE. 11 L-Artikolu 12 TUE u l-Protokoll Nru 1. 12 L-Artikolu 300 (2) TFUE. 13 L-Artikolu 152 TFUE. 14 L-Artikolu 17 TFUE.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 9

- Fir-rigward tat-tipoloġija tal-atti legali, b’mod ċar hemm stabbilita distinzjoni bejn l-atti leġiżlattivi (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) adottati b’mod konformi ma’ proċedura leġiżlattiva ordinarja jew speċjali, u l-atti mhux leġiżlattivi; barra dan it-Trattat ta’ Lisbona fih innovazzjonijiet dwar l-atti ddelegati u l-atti implimentattivi (“komitoloġija”) (paragrafu 3.9.2);

- Fl-aħħar nett, it-Trattat ta’ Lisbona jagħti lill-Parlament dritt ġdid biex jipproponi

reviżjonijiet tat-trattati (15) u jikkonferma d-dritt ta’ rtirar volontarju ta’ Stat Membru (16).

1.2. L-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona: il-perjodu ta’ tranżizzjoni

Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, u anke qabel, l-Istituzzjonijiet Ewropej taw bidu għall-passi meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri leġiżlattivi ġodda, il-modalitajiet eventwali ta’ koperazzjoni interistituzzjonali u r-reviżjoni tat-testi kkonċernati li huma diġà fis-seħħ. Il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni “omnibus” dwar l-effetti tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-proċeduri deċiżjonali interistituzzjonali li għaddejjin. Din il-Komunikazzjoni telenka l-proposti pendenti ta’ leġiżlazzjoni għat-tibdil tal-bażi legali tagħhom (17). Hija ppreżentat ukoll komunikazzjoni dwar l-atti ddelegati ġodda (l-Artikolu 290 tat-TFUE) (18). Fuq din il-bażi, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-PE u s-sessjoni plenarja għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-qafas li għandu jiġi applikat għad-delegazzjonijiet leġiżlattivi fil-ġejjieni (paragrafu 3.9.1). F’Diċembru 2009 ġiet iffirmata wkoll l-ewwel dikjarazzjoni interistituzzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 291 tat-TFUE. Filwaqt li qed jistennew qafas regolatorju ġdid dwar l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mill-Kummissjoni, li bi prinċipju għandu jkun adottat qabel Ġunju 2010, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddeċidew li proviżorjament ikomplu japplikaw ir-regoli tal-“komitoloġija” (19). Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta bosta riżoluzzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ tat-Trattat il-ġdid: - Dwar il-perspettiva tal-iżvilupp tad-djalogu ċivili (T6-0007/2009, 13.1.2009). Ir-

Rapport GRABOWSKA, INI/2008/2067 (20).

- Dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-regolament tal-Parlament Ewropew (T6-0359/2009, 6.5.2009). Ir-Rapport CORBETT, REG/2007/2124 (21).

- Dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament (T6-0373/2009, 7.5.2009). Ir-Rapport LEINEN, INI/2008/2063 (22).

15 L-Artikolu 48 TUE. 16 L-Artikolu 50 TUE. 17 COM(2009)665, 2.12.2009. 18 COM(2009)673, 9.12.2009. 19 Id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 291

tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 20 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608922&noticeType=null&language=en 21 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5491432. 22 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608622&noticeType=null&language=en

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 10

- Dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea (T6-0387/2009, 7.5.2009). Ir-Rapport DEHAENE, INI/2008/2073 (23).

- Dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta’ Lisbona (T6-0374/2009, 7.5.2009). Ir-Rapport GUY-QUINT, INI/2008/2054 (24).

- Dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali (T6-0388/2009, 7.5.2009). Ir-Rapport BROK, INI/2008/2120 (25).

- Dwar l-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini (T6-0389/2009, 7.5.2009). Ir-Rapport KAUFMANN, INI/2008/2169 (26).

- Dwar il-linji gwida tranżitorji dwar il-proċedura tal-baġit biex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (T7-0067/2009, 12.11.2009). Ir-Rapport LAMASSOURE, INI/2009/2168 (27).

- Dwar l-adattament tar-regolament tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta’ Lisbona (T7-0088/2009, 25.11.2009). Ir-Rapport MARTIN, REG/2009/2062 (28).

- Dwar it-tijib li għandu jsir għall-qafas legali tal-aċċess għad-dokumenti (T7-0116/2009). Riżoluzzjoni komuni ppreżentata wara l-mistoqsijiet orali O-0122/2009 lill-Kunsill u O-0123/2009 lill-Kummissjoni (29).

- Dwar ir-reviżjoni tal-ftehim-qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għal-leġiżlatura li jmiss. Ir-Riżoluzzjoni tad-9.2.2010. RSP/2010/2519 (30).

F’dan il-kuntest, hemm previst ukoll li matul is-sessjoni ta’ April 2010, is-sessjoni plenarja tadotta riżoluzzjoni dwar il-poter ta’ delegazzjoni leġiżlattiva. Ir-Rapport SZAJER, INI/2010/2021 (31).

23 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5609042&noticeType=null&language=en 24 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608282&noticeType=null&language=en 25 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5636922&noticeType=null&language=en 26 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5665862&noticeType=null&language=en 27 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5817052&noticeType=null&language=en 28 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5786912&noticeType=null&language=en 29 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5822882. 30 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5838672. 31 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5840472.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 11

2. IT-TRATTAT TA’ LISBONA U L-POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI

2.1. L-ambitu tal-istudju: il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni It-Trattati konsolidati l-ġodda jinvolvu bidliet sinifikanti għall-politiki komuni kollha. Madankollu, dan l-istudju huwa limitat biex janalizza l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, id-definizzjoni li nżammet tal-“politiki strutturali u ta’ koeżjoni” hija dik tal-Parlament Ewropew fil-livell organizzattiv (illum taħt ir-responsabilità tad-Direttorat B tad-DĠ għall-Politiki Interni tal-PE u b’mod aktar speċifiku fil-kariga tas-segretarjati tal-kumitati parlamentari kkonċernati u tad-Dipartiment tal-Politika B), jiġifieri:

- il-politika agrikola komuni, - il-politika komuni tas-sajd, - il-politika reġjonali, - il-politika tat-trasport, - il-politiki tal-kultura, tal-edukazzjoni, taż-żgħażagħ u tal-isports, - u, fl-aħħar nett, il-politika tat-turiżmu.

L-Artikolu 3 TUE jerġa’ jiddefinixxi l-objettivi tal-Unjoni. Jikkonferma l-istituzzjoni ta’ suq intern (l-Artikolu 3(3) TUE) u unjoni ekonomika u monetarja sabiex ikun jista’ jkun hemm tkabbir ekonomiku bilanċjat u l-istabilità fil-prezzijiet. Iżda jikkonferma wkoll li l-Unjoni taħdem għal ekonomija soċjali tas-suq tassew kompetittiva, li timmira għal impjieg sħiħ, għal progress soċjali u għal livell għoli ta’ ħarsien u titjib tal-kwalità tal-ambjent. Dan il-mudell Ewropew ta’ ekonomija soċjali tas-suq għandu għalhekk ikun ibbażat fuq l-iżvilupp sostenibbli, il-promozzjoni tal-progress xjentifiku u tekniku, tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri. Fuq din il-bażi, il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni jsiru għodda essenzjali fil-futur tal-Unjoni, b’mod speċjali fis-sitwazzjoni attwali minħabba l-irkupru ekonomiku. Barra dan, huwa minnu li l-Konvenzjoni inkarigata biex tfassal l-abbozz ta’ Kostituzzjoni għall-Ewropa llimitat il-ħidma tagħha għal kwistjonijiet istituzzjonali u ta’ proċedura. L-attwalizzazzjoni tar-regoli sostantivi tal-politiki ma kinitx parti mill-mandat tagħha. Madankollu, l-Istati Membri ma kellhomx din il-limitazzjoni waqt il-KIG u eżerċitaw il-poteri tagħhom f’diversi oqsma, u b’mod partikolari f’ċerti politiki strutturali u ta’ koeżjoni: il-politika reġjonali (paragrafu 3.4), it-trasport (paragrafu 3.5), l-isports (paragrafu 3.6.1), jew it-turiżmu (paragrafu 3.7). Dawn il-bidliet dwar il-kontenut tal-politiki komuni fl-aħħar reġgħu tqajmu mit-TFUE. F’dan il-kuntest, il-firxa tal-ħidma tal-kumitati parlamentari responsabbli għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni (l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali; is-sajd; l-iżvilupp reġjonali; il-kultura u l-edukazzjoni; u t-trasport u t-turiżmu) se jkollha bidliet sostanzjali, speċjalment fil-livell leġiżlattiv, eżekuttiv, finanzjarju u rigward il-ftehimiet internazzjonali (32).

32 Nota preċedenti tad-Dipartiment tral-Politika B analizzat l-impatt tat-Trattat Kostituzzjonali l-qadim dwar dawn

l-istess oqsma: “It-Trattat Kostituzzjonali u l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni”, IP/B/COMM/NT/2006_02, PE 369.037, 29/5/2006. Ippubblikata fil-lingwi kollha: http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/searchPerform.do?page=59&language=FR. Barra

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 12

Madankollu, dawn il-bidliet se jkunu differenti ħafna fi ħdan kull politika u l-ewwel nett se jiddependu min-natura tal-kompetenzi attribwiti lill-Unjoni mill-Istati Membri f’kull qasam.

2.2. It-tqassim tas-setgħat fl-Unjoni: il-kontribut tat-Trattat ta’ Lisbona

Il-prinċipju ta’ attribuzzjoni jirregola d-demarkazzjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni (33). Skont dan il-prinċipju, l-Unjoni taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi li jagħtuha l-Istati Membri fit-Trattati biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti (34). Kull kompetenza li mhix attribwita lill-Unjoni għaldaqstant tappartjeni lill-Istati Membri (35). F’dan il-kuntest, it-Titolu I tat-TFUE jistabbilixxi tipoloġija ġenerali tal-kompetenzi tal-Unjoni fil-livell tad-dritt derivat mill-ewwel grad (atti leġiżlattivi u atti konvenzjonali). Din it-tipoloġija hija bbażata fuq tliet kategoriji, b'kull waħda tfassal il-lista tal-oqsma jew il-politiki kkonċernati skont il-livell ta’ integrazzjoni. Dawn huma kompetenzi esklużivi, kompetenzi maqsuma u kompetenzi ta’ koordinazzjoni, ta’ appoġġ jew ta’ suppliment tal-azzjonijiet tal-Istati Membri (36). 2.2.1. Il-kompetenzi esklużivi tal-Unjoni Fl-oqsma ta’ kompetenza esklużiva, hija biss l-Unjoni li tista’ tistabbilixxi l-liġi u tadotta atti vinkolanti b’mod ġuridiku (37). F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan huma stess biss jekk jingħataw is-setgħa mill-Unjoni jew biex jimplimentaw l-atti Komunitarji. Titolu ta’ kompetenza esklużiva jkun affettwat ħażin minn limitazzjoni tal-validità jew minn inverżjoni, anke jekk l-Unjoni tastjeni milli tużah, b’differenza mill-kompetenzi maqsuma (paragrafu 2.2.2) (38). L-Artikolu 3 TFUE jistipula l-oqsma ta’ kompetenza esklużiva:

- it-twaqqif tal-unjoni doganali (39);

- id-definizzjoni u t-tmexxija tal-politika kummerċjali komuni (40);

- id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni li huma neċessarji għall-funzjonament tas-suq intern (41);

dan, id-Dipartiment tal-Politika B jirringrazzja lis-segretarjati tal-kumitati parlamentari kkonċernati għall-kontribut li taw fit-tfassil ta’ dan l-istudju.

33 L-Artikolu 5(1) TUE u l-Artikolu 7 TFUE. 34 L-Artikolu 5(2) TUE. 35 L-Artikolu 5(2) TFUE u d-Dikjarazzjoni Nru 18 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat

it-Trattat ta’ Lisbona. 36 Barra dan, iddaħħlu bosta protokolli u/jew dikjarazzjonijiet fit-Trattat ta’ Lisbona biex jikkjarifikaw it-tqassim u

l-eżerċizzju tal-kompetenzi: ara l-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali; id-Dikjarazzjonijiet Nru 13 u 14 dwar il-PBSK; id-Dikjarazzjoni Nru 18 dwar id-demarkazzjoni tal-kompetenzi; u, fl-aħħar nett, id-Dikjarazzjoni Nru 24 dwar il-personalità tal-Unjoni. Madankollu, ta’ min ifakkar li d-dikjarazzjonijiet fihom infushom ma għandhomx saħħa legali vinkolanti.

37 L-Artikolu 2(1) TFUE. F’dan ir-rigward, ara l-opinjoni tal-QĠKE 1/75 tal-11 ta’ Novembru 1975, Ġabra p. 1355. 38 QĠKE, 14 ta’ Diċembru 1971, Każ 7/71, Il-Kummissjoni vs Franza, Ġabra p. 1003. 39 L-Artikolu 3(1)(a) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 28 sa 37 TFUE. 40 L-Artikolu 3(1)(e) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 207 TFUE. Ta’ min jinnota li l-Politika Kummerċjali Komuni (PKK) hija suppliment neċessarju għall-unjoni doganali msemmija qabel – l-Artikolu 3(1)(a) (QĠKE, Opinjoni 1/75 tal-11 ta’ Novembru 1975, imsemmi qabel).

41 L-Artikolu 3(1)(b) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli 101 sa 109 TFUE.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 13

- il-politika monetarja wara l-adozzjoni tal-euro (42);

- il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd (PKS) (43);

- fl-aħħar nett, l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali (44) meta din il-konklużjoni tkun stipulata f’att leġiżlattiv tal-Unjoni, jew hija meħtieġa biex tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew inkella fil-miżura li din tkun tista’ taffettwa regoli komuni jew tbiddel l-ambitu tagħhom (45).

2.2.2. Il-kompetenzi maqsuma tal-Unjoni Meta t-Trattati jattribwixxu lill-Unjoni kompetenza maqsuma jew konkorrenti mal-Istati Membri, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jgħaddu liġijiet u jadottaw atti vinkolanti legalment fil-qasam determinat (46). Il-kompetenzi maqsuma huma kkaratterizzati bit-tneħħija progressiva tal-kompetenzi nazzjonali kif u meta l-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha. Fuq din il-bażi, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sakemm l-Unjoni ma tkunx eżerċitat tagħha (47), iżda wkoll fil-każ jekk l-Unjoni tkun iddeċidiet li tieqaf teżerċitaha. Din is-sitwazzjoni tal-aħħar tista’ tippreżenta ruħha meta l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni jiddeċiedu li jirrevokaw att leġiżlattiv, b’mod partikolari biex jiggarantixxu aħjar l-osservanza kostanti tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità (48). B’konsegwenza ta’ dan, il-kompetenzi maqsuma huma riversibbli, b’differenza għall-kompetenzi esklużivi li l-karattru tal-Unjoni tagħhom huwa r-riżultat tat-TFUE nnifsu u għaldaqstant ma jkunx jista’ jerġa' jiddaħħal inkawża ħlief bir-reviżjoni tiegħu (paragrafu 2.2.1). Barra dan, wara t-Trattat ta’ Lisbona, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu, konformi mal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, jagħti prova li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(3) TUE (jiġifieri, in-nuqqas tal-Istati milli jiksbu l-objettiv, jekk il-Komunità tista' tiksbu aħjar) huma għall-benefiċċju tal-Unjoni. Ir-responsabilità tal-prova taqa’ għaldaqstant fuq l-Unjoni (u b’mod partikolari fuq il-Kummissjoni).

42 L-Artikolu 3(1)(c) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 105 u sussegwenti. TFUE. 43 L-Artikolu 3(1)(d) TFUE. Il-kompetenza esklużiva hija bbażata wkoll fuq każistika twila: QĠKE, 5.5.1981, Każ

804/79, Ġabra 1045, paragrafu 17; QĠKE, 16.1.2003, Annie Pansard u oħrajn, Każ C-265/01, Ġabra 2003, p. I-683. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikolu 43(3) TFUE.

44 Il-ftehimiet internazzjonali huma parti integrali mil-liġi tal-Unjoni skont il-każistika (QĠKE, 30 ta’ April 1974, Każ 181/73, Haegeman, Ġabra p. 459), li jgħodd ukoll għall-atti meħuda fuq il-bażi tagħhom mill-istituzzjonijiet li huma jistabbilixxu (QĠKE, 5 ta’ Frar 1976, Każ 87/75, Bresciani; QĠKE 20 ta’ Settembru 1990, Każ C-192/89, Sevince).

45 L-Artikolu 3(2) TFUE. It-test ta’ dan l-Artikolu jagħraf li l-kompetenzi esterni espliċiti (li jirriżultaw minn attribuzzjoni espliċita tat-Trattat u l-kompetenzi esterni impliċiti (li jirriżultaw b’mod impliċitu mill-eżistenza ta’ kompetenza interna), distinzjoni żviluppata minn każistika twila. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju tal-kompetenzi dwar il-ftehimiet internazzjonali huma ddeterminati mill-Artikolu 207(3), (4) u (5) kif ukoll mill-Artikoli 216 u sussegwenti TFUE. Il-ftehimiet internazzjonali tal-ewwel pilastru huma negozjati u konklużi skont il-proċedura tal-Artikolu 218(6) TFUE.

46 L-Artikolu 2(2) TFUE. Barra minn hekk, meta l-Unjoni tmexxi azzjoni f’ċerta qasam ta’ kompetenza maqsuma, l-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dan l-eżerċizzju ta’ kompetenza jkopri biss l-elementi rregolati mill-att tal-Unjoni inkwistjoni u għalhekk ma jkoprix il-qasam kollu (Protokoll Nru 25).

47 Prinċipju diġà maħluq mill-QĠKE (QĠKE, 16 ta’ Frar 1978, Każ 61/77, Il-Kummissjoni vs l-Irlanda, Ġabra p. 417).

48 Id-Dikjarazzjoni Nru 18 annessa mal-Att final tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona. Madankollu, ta’ min ifakkar mill-ġdid li d-dikjarazzjonijiet minnhom infushom ma għandhomx saħħa legali vinkolanti.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 14

L-oqsma kollha li ma jissemmewx fl-Artikoli 3 u 6 TFUE jaqgħu taħt din is-sistema kompetittiva (kompetenzi esklużivi u supplimentari). L-Artikolu 4(2) TFUE jikkwota b’mod partikolari: - is-suq intern (49) (ħlief għad-definizzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fi ħdanu,

ikklassifikati skont il-kompetenza esklużiva) (50);

- id-definizzjoni tal-istandards minimi tal-politika soċjali (51); mill-bqija l-Unjoni għandha biss kompetenza ta’ koordinazzjoni, ta’ appoġġ u ta’ suppliment (52);

- il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (53);

- l-agrikoltura u s-sajd (54), ħlief għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva (paragrafu 2.2.1);

- l-ambjent (55);

- il-protezzjoni tal-konsumaturi (56);

- it-trasport (57);

- in-netwerks trans-Ewropej (58);

- l-enerġija (59), qasam li sa issa kien jaqa’ taħt il-kategorija ta’ kompetenzi sempliċi ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u ta’ suppliment;

- l-ispazju tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (60);

- id-definizzjoni ta’ standards ta’ sigurtà fil-qasam tas-saħħa pubblika (61), għaliex għall-kumplament, l-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam timmira essenzjalment biex tissupplimenta l-politika tal-Istati jew biex tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejniethom (62);

49 L-Artikolu 4(2)(a) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 26 u 27 TFUE. 50 L-Artikolu 3(1)(b) TFUE (ara paragrafu 2.2.1) u l-Protokoll Nru 27. 51 L-Artikolu 4(2)(b) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 151 u sussegwenti TFUE. 52 L-Artikolu 153 TFUE. 53 L-Artikolu 4(2)(c) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 174 sa 178 TFUE, kif ukoll mill-Protokoll Nru 28. 54 L-Artikolu 4(2)(d) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikoli 38 u sussegwenti TFUE. Madankollu, xi kummenti dwar il-PAK u l-Politika Komuni tas-Sajd huma inklużi fil-paragrafu 2.3.

55 L-Artikolu 4(2)(e) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli 191 u sussegwenti TFUE.

56 L-Artikolu 4(2)(f) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikolu 169 TFUE.

57 L-Artikolu 4(2)(g) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli 90 u sussegwenti TFUE.

58 L-Artikolu 4(2)(h) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli 170 sa 172 TFUE.

59 L-Artikolu 4(2)(i) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikolu 194 TFUE.

60 L-Artikolu 4(2)(j) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli 67 u sussegwenti TFUE. Fl-istat attwali tal-affarijiet, għandha ssir distinzjoni f’dan il-qasam: min-naħa l-waħda, l-aspetti integrati mal-pilastru tal-Unjoni (politika tal-immigrazzjoni, tal-viżi, tal-ażil, jew tal-acquis ta’ Schengen inġenerali) jidħlu fil-kompetenzi maqsuma; min-naħa l-oħra, il-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura fi kwistjonijiet penali (l-Artikoli 82 u sussegwenti TFUE), għandha pjuttost tiġi inkluża fil-kompetenzi supplimentari.

61 L-Artikolu 4(2)(k) TFUE. 62 L-Artikolu 168 (1) u (2) TFUE.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 15

- fl-aħħar nett, it-TFUE jagħraf il-kompetenza tal-Unjoni biex twettaq azzjonijiet fl-oqsma tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju (63) kif ukoll tal-għajnuna umanitarja (64), filwaqt li jfakkar iżda li l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza ma jistax ikollu bħala effett li jostakola lill-Istati milli jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom: għalhekk dawn huma azzjonijiet ta’ suppliment aktar milli kompetenzi maqsuma fis-sens strett tal-kelma (65).

2.2.3. Il-kompetenzi ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u ta’ suppliment tal-Unjoni F’ċerti oqsma, l-Unjoni għandha kompetenza biex tmexxi azzjonijiet biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, mingħajr ma tissostitwixxi l-kompetenza tagħhom f’dawn l-oqsma (66). L-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni relatati ma’ dawn l-oqsma ma jistgħux jinkludu l-armonizzazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji tal-Istati Membri, billi tali inizjattivi ta’ armonizzazzjoni jaqgħu taħt il-kategorija preċedenti ta’ kompetenzi maqsuma (paragrafu 2.2.2). Bosta aspetti ta’ kompetenzi attribwiti lill-Unjoni mit-TFUE jidħlu f’din il-kategorija (l-Artikolu 6 TFUE):

- il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem (67);

- l-industrija (68);

- il-kultura (69);

- it-turiżmu (70);

- l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali, iż-żgħażagħ u l-isports (71);

- il-protezzjoni ċivili (72);

- u fl-aħħar nett, il-koperazzjoni amministrattiva (73). 2.2.4. Kompetenzi oħrajn tal-Unjoni Ta’ min ifakkar li t-TFUE tiddistingwi wkoll ir-raba’ kategorija ta’ kompetenzi tal-Unjoni, dik ta’ koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, soċjali u tax-xogħol tal-Istati Membri, billi tiddetermina l-linji direttivi ġenerali jew il-linji gwida f’dawn l-oqsma (74). Fl-opinjoni tagħna, dawn huma pjuttost kompetenzi ta’ koordinazzjoni, li għandhom jiġu inklużi fil-kompetenzi supplimentari, milli f’kategorija speċifika. Ta’ min jinnota li l-koordinazzjoni tal- 63 L-Artikolu 4(3) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli

179 u sussegwenti TFUE. 64 L-Artikolu 4(4) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 214 TFUE. 65 L-Artikolu 180 u l-Artikolu 214(1) TFUE. 66 L-Artikolu 2(5) TFUE. 67 L-Artikolu 6(a) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 168 (1) u (2) TFUE. 68 L-Artikolu 6(b) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 173 TFUE. 69 L-Artikolu 6(c) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 167 TFUE. 70 L-Artikolu 6(d) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 195 TFUE. 71 L-Artikolu 6(e) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-Artikoli

165 u 166 TFUE. 72 L-Artikolu 6(f) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 196 TFUE. 73 L-Artikolu 6(g) TFUE. Il-firxa u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza huma ddeterminati mill-

Artikolu 197 TFUE.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 16

politiki ekonomiċi, soċjali u tax-xogħol se ssir element ewlieni fil-perspettiva tal-ħruġ mill-kriżi u t-twaqqif ta’ governanza ekonomika ġdida fl-Unjoni (Strateġija 2020) (75).

- Fir-rigward tal-politika ekonomika (76), il-Kunsill jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu linji direttivi ġenerali tal-politiki nazzjonali (77) u b’mod aktar partikolari meta dawn jirriskjaw li jikkompromettu l-funzjonament tajjeb tal-UEM (78). Barra dan, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom il-poter li jissorveljaw l-iżvilupp ekonomiku f’kull wieħed mill-Istati Membri u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità tal-politiki ekonomiċi mal-linji direttivi ġenerali stabbiliti qabel. F’dan il-kuntest, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jitmexxew biex jimplimentaw il-proċedura prevista f’każ ta’ defiċit eċċessiv (79), iżda wkoll biex jagħtu assistenza finanzjarja lil Stat Membru li għandu diffikultajiet serji (80).

- Jiġri l-istess fil-qasam tal-impjiegi billi l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli tal-impjiegi billi tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi tappoġġjahom, u anke, jekk ikun hemm bżonn, twettaq l-azzjoni tagħhom (81).

- Fir-rigward tal-politika soċjali f’sens wiesa', l-Unjoni għandha l-poter li tappoġġja u twettaq l-azzjoni tal-Istati Membri (82). Għal dan il-għan, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jadottaw miżuri mmirati biex jappoġġjaw il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u, ukoll, jistgħu jwaqqfu, permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi li jkunu applikabbli progressivament (83).

Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li l-kompetenzi fir-rigward tal-PBSK u tad-difiża mhuma inklużi fl-ebda waħda mill-kategoriji tat-TFUE.

2.3. Il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mit-tqassim tas-setgħat għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni

Skont il-livell ta’ integrazzjoni sopranazzjonali magħrufa f’kull qasam, it-tipoloġija ta’ kompetenzi mfassla mit-Trattat ta’ Lisbona timplika effett varjabbli ħafna fuq il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni, kif ukoll fuq il-ħidma tal-kumitati parlamentari kkonċernati (84). Il-biċċa l-kbira tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni jaqgħu taħt il-kategorija ta’ kompetenzi maqsuma: 74 L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 5 TFUE. 75 COM(2009)647, 24.11.2009. Fil-qafas tad-definizzjoni tal-Istrateġija 2020 (li se tissostitwixxi l-Aġenda ta’

Lisbona fl-2010), il-politiki strutturali u tal-koeżjoni għandu jkollhom rwol essenzjali favur mudell ġdid ta’ tkabbir aktar sostenibbli u bbażat aktar fuq l-ekonomija tal-għarfien.

76 L-Artikolu 5 TUE u l-Artikoli 120 u sussegwenti TFUE. 77 L-Artikolu 121(2) TFUE. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament bir-rakkomandazzjoni tiegħu. 78 L-Artikolu 121(4) TFUE (“Meta jiġi stabbilit (...) li l-politika ekonomika ta' Stat Membru (...) hemm ir-riskju li

tipperikola l-funzjonament xieraq tal-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat“).

79 L-Artikolu 126 TFUE u l-Protokoll Nru 12. 80 L-Artikolu 122(2) TFUE. Ta’ min jirrimarka li l-intervent tal-Unjoni fir-rigward tal-kriżi Griega (Frar 2010) kien

ibbażat fuq l-Artikoli l-ġodda 121(4) u 122(2), TFUE. Din l-aħħar dispożizzjoni b’mod partikolari ppermettiet li jitwaqqaf pjan ta’ salvataġġ speċifiku għall-ekonomija Griega.

81 L-Artikolu 147(1) TFUE. 82 L-Artikolu 153(1) TFUE. 83 L-Artikolu 153(2) TFUE. L-Artikolu 156 TFUE jinkludi wkoll il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (MMK).

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 17

- il-politika reġjonali (għall-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, attribwit lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali - REGI);

- il-politika agrikola komuni - PAK (qasam taħt ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali - AGRI);

- il-politika komuni tas-sajd – PKS, għajr għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li taqa’ taħt kompetenza esklużiva (qasam attribwit lill-Kumitat għas-Sajd);

- u l-politika tat-trasport kif ukoll it-twaqqif u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej (oqsma attribwiti lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu - TRAN).

It-tieni blokk ta’ politiki jaqgħu taħt kompetenzi ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u ta’ suppliment:

- il-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isports (oqsma attribwiti lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni - CULT (85);

- it-turiżmu (responsabilità tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu - TRAN). FL-aħħar nett, il-kompetenzi esklużivi tal-Unjoni għandhom implikazzjonijiet għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni fuq żewġ livelli:

- il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd (PKS); tabilħaqq l-għarfien ta’ din il-kompetenza esklużiva mit-TFUE tifformalizza l-każistika tal-QĠKE (86).

- il-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; dawn għandhom effett dirett fuq xi politiki strutturali u ta’ koeżjoni u l-kumitati parlamentari, b’mod partikolari: it-trasport (87), il-kultura u l-edukazzjoni (88), l-agrikoltura (89) u s-sajd (90).

84 Għall-poteri u r-responsabilitajiet tal-kumitati parlamentari permanenti, ara l-Anness VII tar-Regoli ta'

Proċedura tal-Parlament Ewropew, p. 135 (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+RULES-EP+20091201+0+DOC+PDF+V0//MT&language=MT).

85 Madankollu, it-taħriġ professjonali jaqa’ taħt il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (ara l-Anness VII, paragrafu VII, tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew).

86 QĠKE, 5 ta’ Mejju 1981, Każ 804/79, Il-Kummissjoni vs ir-RU, Ġabra p. 1045. 87 L-Artikolu 207(5) TFUE li jirreferi għall-Artikoli 90 sa 100 u għall-Artikolu 218 TFUE. L-Anness VII tar-Regoli ta'

Proċedura tal-Parlament Ewropew (paragrafu XI, p. 140) jattribwixxi r-“relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trasport” lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu.

88 L-Artikolu 207(4)(a) u (b) TFUE. L-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (paragrafu XV, p. 141) jattribwixxi r-responsabilità għall-“koperazzjoni bejn il-pajjiżi terzi fl-oqsma tal-kultura u tal-edukazzjoni u għar-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali rilevanti” lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni.

89 Il-ftehimiet taċ-ċiklu tal-Urugwaj tad-WTO, b’mod partikolari l-ftehim dwar l-agrikoltura, illum jirregolaw il-kummerċ agrikolu. Dawn il-ftehimiet multilaterali jaqgħu taħt il-kompetenza tal-politika kummerċjali komuni u, għaldaqstant, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali – INTA (Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, paragrafu III, p. 136). Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali – AGRI – ma għandux responsabilitajiet speċifiċi f'dan il-qasam (Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, paragrafu XIII, p. 140). Madankollu, minħabba l-piż tan-negozjati agrikoli fi ħdan id-WTO, din minn dejjem kienet marbuta mill-qrib mal-ħidma tal-kumitat INTA.

90 Il-ftehimiet tas-sajd huma inklużi fil-proċedura tal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE, bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (paragrafu 3.8). L-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (paragrafu XIV, p. 141) jattribwixxi r-responsabilità lill-Kumitat għas-Sajd (PECH) fil-qasam tal-“ftehimiet internazzjonali tas-sajd”.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 18

2.3.1. Kompetenza maqsuma kontra kompetenzi esklużivi: iż-żoni l-griżi Il-firxa ta’ kompetenzi esklużivi jixirqilha li tissemma għal bosta raġunijiet. L-ewwel nett, ta’ min jinnota l-eżistenza ta’ żoni griżi f’xi politiki strutturali u ta’ koeżjoni: a) Dwar l-agrikoltura, it-Trattat ta’ Lisbona jbaxxi kompletament l-importanza tal-PAK

kontra l-opinjoni ġenerali tad-duttrina, tas-servizzi legali tal-Kummissjoni (91) u tal-każistika (92), li sa issa kkunsidraw il-politika tas-swieq (l-ewwel pilastru tal-PAK) bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Mingħajr dubju din il-bidla fin-natura kienet possibbli wara l-bidla progressiva ta’ PAK ibbażata fuq il-prezzijiet għal oħra bbażata fuq l-għajnuniet mill-1992. Madankollu, jidher dubjuż li l-iffissar tal-prezzijiet agrikoli, tal-inqas fl-istadju tal-produzzjoni, għandu jkun ikkunsidrat bħala kompetenza maqsuma. Fil-qasam tal-miżuri ta’ intervent pubbliku, stabbiliti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) unika (93), l-Istati ma għandhom ebda marġni ta’ manuvra, għall-kuntrarju għal dak li hemm bħalissa fil-kumplament tal-mekkaniżmi tal-ewwel pilastru tal-PAK (għajnuniet, kwoti, stokkjar privat, regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, eċċ.), fejn il-qafas xejn mhuwa uniformi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom poter kbir fl-implimentazzjoni (il-prinċipju ta’ flessibilità fil-ġestjoni). Jiġri l-istess għall-prezzijiet gwida u ta’ produzzjoni għal ċerti prodotti tas-sajd (94). Madankollu, fir-rigward tal-prezzijiet, hemm kompetenza esklużiva mhux min-natura iżda b’eżerċizzju (95). Din id-distinzjoni, ikkonfermata bit-tqassim tal-kompetenzi stabbiliti mit-TFUE, għandha importanza kbira għall-ġejjieni tal-PAL u tal-PKS: meta jitqies il-fatt li l-kompetenza esklużiva bl-attivazzjoni mil-leġiżlatur Ewropew tal-poteri tiegħu hija inqas intensiva minn dik li tirriżulta direttament mit-trattat, fir-rigward tal-prezzijiet hemm inverżjoni possibbli jekk l-Istituzzjonijiet Ewropej jixtiequ dan u ma jużawx il-kompetenzi preskrittivi (inverżjoni li tista’ wkoll tidħol fi proċess ta’ nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-PAK jew tal-PKS). Mill-aspett tal-inverżjoni, għaldaqstant ma hemmx differenzi sinifikanti bejn il-kompetenzi maqsuma u l-kompetenzi esklużivi b’eżerċizzju.

b) Barra dan, il-kostitwenti esterni tal-PAK u tal-politika komuni tas-sajd jiġbdu l-

attenzjoni tal-politika kummerċjali komuni (PKK) li, din stess, taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva. It-tqassim ta’ kwistjonijiet bejn il-PAK u l-politika kummerċjali ġie stabbilit mill-Qorti fl-opinjoni tagħha 1/94 dwar l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (96). Il-parteċipazzjoni f’sistema multilaterali ta’ regolamentazzjoni tal-kummerċ taqa’ taħt l-Artikolu 207 TFUE (PKK) iżda l-miżuri interni ta’ ġestjoni ta’ din is-sistema għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 43 TFUE (agrikoltura u sajd). F’dan il-qafas, bosta mekkaniżmi tal-PAK ġew żviluppati fi ħdan OKS unika (97): ċertifikati ta’ importazzjoni u esportazzjoni, drittijiet doganali u ġbir ta’ taxxi, rifużjonijiet għall-esportazzjoni, ġestjoni ta’ kwoti,

91 Komunikazzjoni dwar is-sussidjarjetà (SEC(1992)1990, 27.10.1992). 92 QĠKE, 23 ta’ Jannar 1975, Galli, Każ 31/74, Ġabra 47; 14 ta’ Lulju 1994, Rustica Semences, Każ C-438/92, Ġabra I-3528.

93 Regolament (KE) 1234/2007, ĠU L 299, 16.11.2007 (Parti II. Titolu I. Miżuri ta’ intervent). Ara b’mod partikolari l-Artikoli 2(c) (Definizzjoni tal-prezzijiet, 6 (Ambitu ta’ applikazzjoni), 8 (Prezz ta’ referenza) u 18 u sussegwenti (Prezz ta’ intervent).

94 Regolament (KE) 104/2000, ĠU L 17, 21.1.2000 (Titolu IV - Kapitolu I). Il-prezzijiet għall-kampanja 2010 ġew iffissati mir-Regolament (KE) 1212/2009 (ĠU L 327, 12.12.2009).

95 “Hija l-attivazzjoni qawwija ħafna mill-Komunità tal-kompetenza preskrittiva tagħha li wassal biex il-marġni ta’ manuvra residwali li kellhom l-Istati Membri naqqset għal xejn u li għaldaqstant, huma ma setgħux jgħaddu aktar liġijiet fis-settur ikkonċernat” (Blumann, C. “The CAP and the Lisbon Treaty”, Parlament Ewropew – Dipartiment tal-Politika B, Studju IP/B/AGRI/IC2008-061, PE 408.952, paragrafu 1.1, p. 3, Brussell (http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=23412).

96 QĠKE, Opinjoni 1/94 tal-15 ta’ Novembru 1994, Ġabra I-5267. 97 Ir-Regolament (KE) 1234/2007, imsemmi qabel (Parti III. Skambji kummerċjali ma’ pajjiżi terzi).

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 19

miżuri ta’ salvagwardja, eċċ. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (98) tagħmel l-istess għall-kummerċ mal-pajjiżi terzi, billi tiżviluppa sistema doganali, il-prezzijiet ta’ referenza jew il-miżuri ta’ salvagwardja.

c) Fl-aħħar nett, il-PAK u l-politika komuni tas-sajd jibbenefikaw minn sistema

speċifika fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni (99). B’estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) b) tat-TFUE, dawn ir-regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli għall-prodotti agrikoli u tas-sajd jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi.

Bħala konklużjoni, il-kompetenza tal-Unjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona fil-qasam tal-agrikoltura u tas-sajd ma tistax tieħu approċċ monastiku. It-tweġiba għandha tqis id-diversità tal-kostitwenti fi ħdan il-PAL u l-PKS (100). B’hekk, it-tieni pilastru tal-PAK (l-iżvilupp rurali), l-għajnuniet strutturali tas-sajd, jew l-għajnuniet tal-ewwel pilastru tal-PAK (101) jaqgħu ċertament taħt kompetenza maqsuma. Iżda l-prezzijiet ta’ intervent, il-kostitwent estern jew is-sistema ta’ kompetizzjoni fi ħdan il-PAK, kif ukoll il-preservazzjoni tar-riżorsi internazzjonali fil-qasam tas-sajd, pjuttost jidħlu fil-kompetenza esklużiva. 2.3.2. Konfini vagi fil-livelli tal-għanijiet jew tal-oqsma Ta’ min jinnota wkoll li l-konfini bejn l-oqsma mhumiex dejjem ċari ħafna meta jitneħħa sa ċerta miżura t-tqassim tal-poteri stabbiliti mit-TFUE:

a) It-Trattat innifsu, lil hinn mil-lista tal-kompetenzi skont is-suġġett, kultant jistabbilixxi objettivi jew prinċipji orizzontali. Dawn l-objettivi għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni, u b’mod partikolari fil-qafas tal-politiki ta’ kompetenza maqsuma. Dawn huma l-każijiet tal-promozzjoni tal-impjiegi (102), tal-ħarsien tal-ambjent għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli (103), tal-protezzjoni tal-konsumaturi (104), tal-esiġenzi fil-qasam tal-benesseri tal-annimali bħala ħlejjaq sensittivi (105), tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fuq livell għoli (106), jew fl-aħħar nett, tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (107).

Fuq din il-bażi, dawn l-objettivi jistgħu jiżviluppaw fuq bosta politiki jew, ukoll, fuq il-

politika bażika. Pereżempju, fin-nuqqas ta’ raggruppament ta’ fondi għal użu strutturali, bħalissa, il-prinċipju ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għaż-żoni rurali jaqa’ prinċipalment taħt ir-responsabilità tat-tieni pilastru tal-PAK (108). B’mod parallel, il-programm Natura 2000, wieħed mill-għodda prinċipali għall-ħarsien tal-

98 Ir-Regolament (KE) 104/2000, imsemmi qabel (Titolu V). 99 L-Artikolu 42 TFUE. Ara paragrafu 3.2.2. 100 Blumann, C. op.cit.: "The CAP and the Lisbon Treaty", Study IP/B/AGRI/IC2008-061, PE 408.952, 1.1, p. 4

(http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=23412). 101 Ir-Regolament (KE) 72/2009, ĠU L 30, 31.1.2009. 102 L-Artikolu 9 TFUE. 103 L-Artikolu 11 TFUE. 104 L-Artikolu 12 TFUE. 105 L-Artikolu 13 TFUE. Dan l-Artikolu jsemmi, fost l-oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-benesseri tal-annimali: l-

agrikoltura. is-sajd, it-trasport, is-suq intern u r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju. 106 L-Artikolu 168(1) TFUE 107 L-Artikolu 175 TFUE u l-Protokoll Nru 28. 108 L-Artikolu 174, it-tielet paragrafu, TFUE, jistipula li għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żoni rurali fil-

qafas tal-politika ta’ koeżjoni. Iżda l-Artikoli 175, l-ewwel paragrafu, u 178 jippermettu li l-iżvilupp taż-żoni rurali jkun attribwit lill-Fond Ewropew ta’ Gwida u ta’ Garanzija Agrikola, li llum sar il-FAEŻR, fi ħdan il-PAK.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 20

bijodiversità (u parti integrali tal-politika tal-ambjent) (109), huwa ffinanzjat b’mod prijoritarju mill-FAEŻR, fil-qafas tal-politika tal-iżvilupp rurali (110). Fl-aħħar nett, wieħed jista’ jsemmi wkoll il-Fond ta’ Koeżjoni, marbut mal-politika reġjonali, li jiffinanzja proġetti fl-oqsma tal-ambjent u tal-infrastruttura tat-trasport (netwerks trans-Ewropej) (111).

b) It-tieni nett, it-TFUE jipprevedi l-użu ta’ klawsola ta’ flessibilità analoga għall-Artikolu

308 TKE l-qadim, li tirrikjedi madankollu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew: jekk azzjoni tidher li tkun meħtieġa biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi msemmija mit-trattati, mingħajr ma dawn ikunu stipulaw il-poteri ta’ azzjoni meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill li jaġixxi bl-unanimità dwar proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament, jista’ jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa (112).

2.3.3. Effetti orizzontali tat-tqassim tal-kompetenzi tat-TFUE fil-livell ta’ proċedura

B’mod definittiv, ta’ min josserva li lil hinn mill-effetti tat-tqassim tal-kompetenzi tat-TFUE fuq il-firxa sostantiva tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni, ikun hemm konsegwenzi oħrajn b’riżultat ta’ dan fil-livell tal-proċeduri leġiżlattivi.

a) L-ewwel nett, il-prinċipju tas-sussidjarjetà mhuwiex applikabbli għall-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni (113). Fuq din il-bażi, fil-qafas tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tagħha, il-parlamenti nazzjonali jħarsu l-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għaldaqstant huma jistgħu jibagħtu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, opinjoni motivata dwar il-konformità ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà b’mod konformi mal-proċeduri stipulati fil-Protokolli annessi mat-Trattat (114).

b) It-tieni nett, is-sistema ta’ koperazzjoni msaħħa hija biss applikabbli fil-qafas tal-

kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni (115). F’dan ir-rigward, f’bosta oqsma tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni, ċerti Stati Membri (f’dan il-każ, minimu ta’ disgħa) jistgħu jagħżlu li jissottoskrivu bejniethom impenji supplimentari u jantiċipaw lill-membri l-oħra tal-Unjoni fit-triq tal-koperazzjoni jew tal-integrazzjoni. Madankollu, il-koperazzjoni msaħħa ma tistax twassal la għal suq intern, la għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u lanqas biex tipprovoka tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni li tawtorizza koperazzjoni msaħħa għandha tiġi adottata mill-Kunsill bħala l-aħħar miżura, meta jkun stabbilit li l-objettivi mixtieqa minn din il-koperazzjoni ma jistgħux jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa (116), fuq proposta tal-Kummissjoni u wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Bħala eżempju, il-koperazzjoni msaħħa, fuq l-inizjattiva ta’ mill-inqas disa’ Stati Membri, tista’ fil-ġejjieni taffettwa l-ġestjoni tar-riskji agrikoli (paragrafu 3.2.3), jew li jiġu stabbiliti f’sistema ta’ kontroll imsaħħa għall-isforzi tas-sajd f’ċerti żoni marittimi.

109 Ara l-Komunikazzjoni “Alternattivi għal viżjoni Ewropea u mira għall-bijodiversità wara l-2010 (COM(2010)4,

19.1.2010) dwar il-ġejjieni tal-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam (http://ec.europa.eu/environment/nature/biodiversity/policy/index_en.htm).

110 Dwar il-miżuri ta’ finanzjament ta’ Natura 2000, ara l-manwal ippubblikat fl-2007 f’dan ir-rigward (http://circa.europa.eu/Public/irc/env/financing_natura/library?l=/contract_management/handbook_update/l-lffinanzjar_2007pdf/_MT_1.0_&a=d).

111 L-Artikolu 177, it-tieni paragrafu, TFUE. 112 L-Artikolu 352 TFUE. 113 L-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, TUE. 114 L-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu, TUE u l-Protokolli Nru 1 u Nru 2. 115 L-Artikolu 20(1) TUE. Ir-regoli ta’ koperazzjoni msaħħa huma żviluppati fl-Artikoli 326 sa 334 TFUE. 116 L-Artikolu 20(2) TUE.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 21

3. IL-BIDLIET LEĠIŻLATTIVI FIL-POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI

3.1. Il-bidliet fil-bażijiet legali u l-proċeduri ta’ deċiżjoni Il-bidliet leġiżlattivi miġjuba bit-Trattat ta’ Lisbona għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni huma essenzjalment ta’ ordni istituzzjonali (tqassim tal-kompetenzi, ara paragrafu 2) u proċedurali (introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f’bosta politiki u tal-opinjoni konformi mal-ftehimiet internazzjonali). Il-bidliet bażiċi jikkonċernaw l-aktar xi bażijiet legali li twessgħu. B’mod formali, il-“Komunità” ġiet mibdula bl-“Unjoni” fl-artikoli kollha tat-Trattat il-ġdid. Meta jitqies il-fatt li l-Unjoni issa hija mogħnija bil-personalità legali, hija biss għandha s-setgħa li tikkonkludi ftehim internazzjonali fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha, madankollu, għall-biċċa l-kbira fosthom, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Parlament Ewropew (paragrafu 3.8). Barra dan, il-proċedura l-qadima ta’ kodeċizjoni skont l-Artikolu 251 TKE ġiet mibdula mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 294 TFUE) (117) fil-politika komuni tat-trasport (paragrafu 3.5.1), il-politika reġjonali (paragrafu 3.4), l-azzjonijiet tal-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej (paragrafu 3.5.2) kif ukoll l-azzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ (paragrafu 3.6.2). Il-politika kulturali, li qabel kienet tkun deċiża mill-Kunsill bl-unanimità fi ħdan il-proċedura ta’ kodeċiżjoni, minn issa ’l quddiem tibbenefika mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja (paragrafu 3.6.3). Ġew maħluqa bażijiet legali ġodda għat-turiżmu (paragrafu 3.7) u l-isports (paragrafu 3.6.1) sottomessi wkoll għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd (paragrafu 3.2 u paragrafu 3.3) il-konsultazzjoni sempliċi mal-Parlament tneħħiet biex minflok iddaħħlet il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Iżda l-Kunsill għadu jżomm, b’mod eċċezzjonali, il-poteri tiegħu f’ċerti oqsma, mingħajr parteċipazzjoni mill-Parlament. Anke jekk każistika twila tikkonferma interpretazzjoni restrittiva ta’ eċċezzjonijiet, jibqa’ biss li t-tqassim tal-poteri mmexxi mit-TFUE f’dawn iż-żewġ oqsma qiegħed jikkawża problemi sinifikanti (politiċi u legali), li jista’ jwassal biex jitqajmu bosta disputi interistituzzjonali fil-ġejjieni. It-Trattat ta’ Lisbona ġab ukoll bidliet fil-livell tat-tipoloġija tal-atti legali, li issa jinkludu atti ddelegati ġodda u reviżjoni tal-atti implimentattivi li kienu qabel fis-seħħ (sistema tal-komitoloġija) (paragrafu 3.9). Fl-aħħar nett, it-Trattat idaħħal modifiki leġiżlattivi ta’ firxa orizzontali, fuq il-politiki kollha strutturali u ta’ koeżjoni (paragrafu 3.10). Dawn il-modifiki aktarx li jwasslu għal bidliet sinifikanti f’ċerti oqsma. Dan huwa b’mod partikolari d-dritt ta’ inizjattiva tal-Parlament dwar ir-reviżjonijiet għat-trattati (b’mod partikolari fil-qafas tal-proċeduri simplifikati ta’ reviżjoni) u d-dritt ta’ inizjattiva taċ-ċittadini.

117 Dan l-istudju ma janalizzax il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, żviluppata qabel f’bosta dokumenti

parlamentari. Ara l-gwida “Codécision et conciliation. Comment le Parlement colégifère dans le cadre du traité de Lisbonne (Kodeċiżjoni u Konċiljazzjoni. Kif il-Parlament Ewropew jgħaddi liġi b’mod konġunt fil-qafas tat-Trattat ta’ Lisbona” (DV/795985FR.doc). Ġie wkoll adottat kodiċi ta’ kondotta f’dan ir-rigward mill-grupp ta’ ħidma dwar ir-riforma tal-Parlament Ewropew waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ April 2008. Għar-referenzi, ara: http://www.europarl.europa.eu/code/about/background_en.htm.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 22

3.2. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Agrikola Komuni (l-Artikoli 38 sa 44 TFUE)

It-Trattat ta’ Lisbona ma jagħmilx bidliet bażiċi dwar il-politika agrikola komuni (PAK). Milli jidher, dan huwa tiġdid pur u sempliċi tad-dispożizzjonijiet eżistenti fit-TKE (ex Artikolu 32 sa 38). Għalhekk, jinżammu r-regoli dwar l-ispeċifiċità tal-PAK meta mqabbla mal-liġi komuni tas-suq intern (118). Jiġri l-istess għas-sistema eċċezzjonali li għandha x’taqsam mar-regoli tal-kompetizzjoni (l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, TFUE), li jerġa’ jkopri mingħajr modifika l-firxa tal-ex Artikolu 36 TKE (119). Bl-istess mod, l-objettivi tal-PAK jerġgħu jiġġeddu kif inhuma (l-Artikolu 39 TFUE – ex Artikolu 33 TKE). Fl-aħħar nett, l-istrutturazzjoni possibbli tas-swieq agrikoli taħt forma ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq (OKS) tinżamm kif inhi (l-Artikolu 40 TFUE – ex Artikolu 34 TKE). Il-bidliet miġjuba mit-Trattat ta’ Lisbona għall-PAK għalhekk huma ta’ ordni istituzzjonali (fil-qasam tat-tqassim tal-kompetenzi) (paragrafu 2.3.1) u ta’ ordni ta’ proċedura (l-Artikoli 42 u 43 TFUE b’relazzjoni mal-ex Artikoli 36 u 37 TKE) (120). 3.2.1. Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-qasam agrikolu It-TFUE daħħal il-proċedura leġiżlattiva ordinarja billi biddel il-proċedura ta’ konsultazzjoni eżistenti fuq żewġ livelli:

- ir-regoli speċifiċi tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, TFUE) (121);

- u t-twaqqif tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (OKS), kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tal-PAK (l-Artikolu 43(2) TFUE).

Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għalhekk issir il-proċedura ta’ liġi komuni fil-qasam agrikolu. Madankollu hemm żewġ eċċezzjonijiet importanti:

- fi ħdan ir-regoli speċjali tal-kompetizzjoni, huwa biss il-Kunsill li jista’ jawtorizza l-għoti ta’ għajnuniet għall-ħarsien ta’ azjendi żvantaġġjati minħabba kundizzjonijiet strutturali u naturali u fil-qafas ta’ programmi ta’ żvilupp ekonomiku (l-Artikolu 42, it-tieni paragrafu, TFUE) (122);

118 Għajr b’riserva għat-tibdil tar-referenzi għas-“suq komuni” bis-“suq intern”, l-Artikolu 38(2) TFUE ma jibdel

xejn mill-Artikolu 32(2) TKE ta’ qabel: “Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 39 sa 44, ir-regoli li hemm għall-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern japplikaw għal prodotti agrikoli”. It-twettiq tas-suq intern agroalimentari jinkludi għalhekk deroga tal-Arikoli 26 u 114 TFUE safejn il-leġiżlatur Ewropew jeżerċita l-kompetenzi attribwiti mit-Trattat favur il-PAK.

119 L-Artikolu 42 TFUE, l-ewwel paragrafu: “Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu li jirriferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill” fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ġdida (li tibdel il-proċedura ta’ konsultazzjoni, ara paragrafu 3.1), “meħud kont xieraq tal-objettivi” speċifiċi tal-PAK.

120 F’dan il-kapitolu nkomplu bl-analiżi magħmula minn Claude Blumann fl-istudju mitlub mill-kumitat għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-PE: “The CAP and the Lisbon Treaty”, Parlament Ewropew – Dipartiment tal-Politika B, Studju IP/B/AGRI/IC2008-061, PE 408.952, paragrafu 1.1, p. 3, Brussell (http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=23412).

121 Wieħed jinnota li l-poteri tal-Parlament se jsiru aktar importanti fil-qasam tal-kompetizzjoni “agrikola” aktar milli fil-qasam tal-kompetizzjoni ġenerali billi l-Parlament se jkun sempliċement ikkonsultat dwar l-atti leġiżlattivi fil-qasam ta’ arranġamenti, pożizzjonijiet dominanti jew għajnuniet tal-Istat konformi mal-Artikoli 103 u 109 TFUE (li jkomplu mingħajr ebda bidla d-dispożizzjonijiet ta’ proċedura tal-ex Artikolu 84 sa 87 TKE).

122 It-TFUE ma jispeċifikax jekk dawn humiex għajnuniet Komunitarji jew għajnuniet tal-Istat. Is-sistemi Komunitarji ta’ għajnuniet skont l-Artikolu 42 TFUE huma attwalment żviluppati fil-politika tal-iżvilupp rurali

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 23

- huwa biss il-Kunsill li jista’ jadotta l-miżuri relattivi għall-iffissar tal-prezzijiet, il-ġbir tat-taxxi, l-għajnuniet u l-limitazzjonijiet kwantitattivi (l-Artikolu 43(3) TFUE).

3.2.2. Il-firxa ta’ eċċezzjonijiet għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-qasam

agrikolu Ill-QĠKE dejjem qieset li l-eċċezzjonijiet għal regola jew għal prinċipju ġenerali għandhom ikunu ta’ interpretazzjoni stretta (123). Huwa l-każ inkwistjoni, fejn il-proċedura leġiżlattiva ordinarja saret il-proċedura ta’ liġi komuni fil-qasam agrikolu. Din l-interpretazzjoni tissaħħaħ bir-referenzi ġenerali tal-“objettivi tal-PAK” (124), billi l-QĠKE dejjem kienet tiddefendi kunċett wiesa' tal-objettivi tal-Artikolu 39 (l-ex Artikolu 33 TKE) (125). Barra dan, l-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikoli 42 u 43 tat-TFUE ma jagħmlu ebda referenza għal proċedura leġiżlattiva speċjali. Jeħtieġ li wieħed jassumi li l-atti maħruġa fuq dawn il-bażijiet m’għandhomx karattru leġiżlattiv iżda eżekuttiv. Għalhekk hemm il-ħolqien ta’ kompetenza eżekuttiva diretta favur il-Kunsill, li barra dan jgħid il-kuntrarju dwar il-prinċipju tal-ġerarkija tal-istandards (126). Fuq din il-bażi l-Parlament jitlob għal interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 42, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 43(3) TFUE, u għalhekk jenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati biss fil-każijiet koperti b’mod espliċitu mill-eċċezzjonijiet:

- L-Artikolu 43(3) TFUE jillimita l-eċċezzjoni “għall-iffissar tal-prezzijiet, il-ġbir tat-taxxi u l-limitazzjonijiet kwantitattivi”. It-terminu “iffissar” għandu jittieħed fis-sens naturali jew etimoloġiku: it-twaqqif tal-ammonti jew livelli (kwantifikazzjoni). Mhijiex kwistjoni tal-Kunsill biss li jiddeċiedi dwar is-sistemi tal-prezzijiet, tal-għajnuniet jew tal-ġbir tat-taxxi. Kull interpretazzjoni oħra tagħti impressjoni li l-estensjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-agrikoltura hija riforma illużorja. Dan kien ifisser, fil-prattika, interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikolu 43(3) TFUE li teskludi lill-Parlament mir-reviżjoni ta’ kważi l-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt l-OKS unika. Fil-fatt, il-prinċipji bażiċi tas-sistemi tal-prezzijiet, l-għajnuniet, il-ġbir tat-taxxi jew il-limitazzjonijiet kwantitattivi (kwoti), l-istess bħar-regoli ġenerali tagħhom dwar l-implimentazzjoni tagħhom, se jidħlu fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għall-kuntrarju, l-istabbiliment konkret tal-livell tal-prezzijiet, tal-ammont tat-taxxi jew tal-għajnuniet, jew id-determinazzjoni u t-tqassim tal-kwoti se jidħlu fil-kompetenza tal-Kunsill.

- L-Artikolu 42 TFUE jibdel l-artikulazzjoni bejn iż-żewġ paragrafi. Fit-TKE (l-ex Artikolu

36) il-proċedura leġiżlattiva kienet identika għaż-żewġ paragrafi (konsultazzjoni sempliċi). It-tieni paragrafu kien maħsub bħala illustrazzjoni tal-ewwel billi jiżviluppa l-qafas speċifiku tar-regoli agrikoli tal-kompetizzjoni għall-għajnuniet (127). Mhuwiex iktar il-każ fl-Artikolu 42, it-tieni paragrafu, tat-TFUE bit-tneħħija tal-avverbju “partikolarment”. Fi kliem ieħor, l-awtorizzazzjoni tal-għoti ta’ għajnuniet issir

(it-tieni pilastru tal-PAK). Ir-regoli tal-kompetizzjoni jinsabu fl-OKS unika (l-Artikoli 175 sa 181 tar-Regolament (KE) 1234/2007, ĠU L 299, 16.11.2007).

123 Fost oħrajn: QĠKE, 5 ta’ Mejju 1998, Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill, Każ C-180/96, Ġabra I-2265. 124 L-Artikolu 42 TKE, l-ewwel paragrafu: “...meħud kont xieraq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 39”. L-Artikolu

43(2) TKE: “...kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd“.

125 Minħabba l-każistika teleoloġika u sistematika żviluppata mill-QĠKE fl-oqsma kollha tal-liġi tal-Unjoni. 126 Ara l-Artikolu 291(2) TFUE (paragrafu 3.9.2). Dwar dan il-punt, C. Blumann kiteb: “Jidher li bl-Artikolu 43(3)

fil-qasam tal-PAK hemm anomalija, billi inġenerali, l-atti meħuda fl-ewwel applikazzjoni tat-trattati huma kkunsidrati bħala leġiżlattivi (liġi derivata tal-ewwel grad) u l-atti implimentattivi jiġu biss wara biex jimplimentaw l-atti leġiżlattivi li jeżistu minn qabel (liġi derivata tat-tieni grad)”, Blumann, op.cit. p. 8.

127 L-Artikolu 36 TKE, it-tieni paragrafu: “Il-Kunsill jista’ ‘partikolarment’ jawtorizza għajnuniet:....”.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 24

kompetenza esklużiva tal-Kunsill u ma taqax għaldaqstant taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja: hemm eċċezzjoni ta’ kompetenza proprju għall-vantaġġ tal-Kunsill bħal fil-każ tal-Artikolu 43. Għall-Parlament Ewropew, l-Artikolu 42 TFUE, it-tieni paragrafu tat-TFUE jikkostitwixxi deroga b’relazzjoni mas-sistema ġenerali tal-għajnuniet tal-Istat tal-Artikolu 109 TFUE (fejn għandu mill-inqas poter ta’ konsultazzjoni) u bħal kull deroga, din għandha tkun ta’ interpretazzjoni stretta u għalhekk ma tkunx tista’ tiġi applikata ħlief fiż-żewġ każijiet li ssemmi espressament: min-naħa l-waħda, għall-protezzjoni tal-azjendi żvantaġġjati minn kundizzjonijiet strutturali jew naturali; min-naħa l-oħra, fil-qafas ta’ programmi ta’ żvilupp ekonomiku. Skont l-interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew, l-eċċezzjoni favur il-Kunsill ma tistax tkopri l-għajnuniet Komunitarji tat-tieni pilastru tal-PAK f’dawn l-oqsma. Interpretazzjoni usa’ tkun inkoerenti b’relazzjoni mal-politika tal-iżvilupp rurali sħiħa li taqa’ taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jkun hemm ir-riskju li toħloq tgħawwiġ serju.

Il-Parlament espliċitament qajjem il-kwistjoni tal-firxa ta’ eċċezzjonijiet tal-Artikolu 43(3) TFUE (128). Il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 jenfasizza li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja “se tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam tal-agrikoltura taħt l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, u li b'mod speċjali dan se jkun il-każ fir-rigward tal-erba' testi orizzontali fil-qasam tal-agrikoltura (l-organizzazzjoni unika ta' suq komuni, ir-regolament dwar il-pagamenti diretti, ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali u l-finanzjament tal-PAK)". Ir-referenza għall-erba’ testi bażiċi tal-PAK hija ekwivalenti għar-rifjut tal-kompetenza tal-Kunsill fuq is-sistema tal-prezzijiet, l-għajnuniet, il-ġbir tat-taxxi jew il-limitazzjonijiet kwantitattivi għall-produzzjoni. Barra dan, il-paragrafu 31 tal-istess Riżoluzzjoni tal-5 ta’ Mejju 2009 hu tal-fehma li “l-Artikolu 43(3) tat-TFUE ma jipprovdix għal bażi legali jew għal poter awtonomu li jippermetti l-adozzjoni jew l-emenda ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti tal-Kunsill li huma fis-seħħ bħalissa fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni”. B’riżultat ta’ dan, il-Parlament jitlob lill-Kunsill biex “ma jadotta l-ebda miżura msemmija fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament”. Il-Kummissjoni, fil-kummenti tagħha għar-riżoluzzjoni tal-Parlament, innotat li t-test tat-Trattat ma jikkorrispondix għall-interpretazzjoni tal-Parlament dwar l-artikulazzjoni taż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 43 tat-TFUE (129). L-approċċ tas-servizzi legali tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ żewġ proċeduri awtonomi li jintgħażlu skont il-kwistjonijiet. Madankollu, il-Kummissarju tal-Agrikoltura l-ġdid, is-Sur Dacian Ciolos, fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali qabel l-udjenza tiegħu, indika espliċitament li l-Artikolu 43(3) tat-TFUE jikkostitwixxi eċċezzjoni u, għaldaqstant, għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv. Huwa tal-opinjoni li ssir analiżi każ b’każ sabiex ma jitneħħiex mis-sens tiegħu l-prinċipju ġenerali ta’ kodeċiżjoni li għandu jiddomina fil-pjan agrikolu. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill għadu ma tax l-opinjoni tiegħu b’mod formali dwar dawn il-kwistjonijiet. Wieħed jista’ jimmaġina sew li l-eċċezzjonijiet tal-Artikoli 42 u 43(3) TFUE ikunu applikati b’diffikultà fil-prattika minħabba l-problemi interistituzzjonali li dawn iqajmu (tal-Parlament quddiem il-Kunsill, dwar il-firxa tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, iżda wkoll tal-Kunsill fir-rigward tal-Kummissjoni dwar il-poteri implimentattivi li jibqgħu f’idejn din tal-aħħar). Iżda

128 Ir-Riżoluzzjoni T6-0373/2009 dwar l-irwol ġdid u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament permezz tat-Trattat

ta’ Lisbona (ara http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608622&noticeType=null&language=en). 129 It-Tweġiba tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet

ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona: XI. Politika Agrikola.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 25

mill-aspett strettament legali, jidher li jkun mixtieq li tiġi stabbilita minn qabel il-linja ta’ demarkazzjoni bejn il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-eċċezzjonijiet favur il-Kunsill. Fl-opinjoni tagħna, fin-nuqqas ta’ demarkazzjoni ċara tal-kompetenzi leġiżlattivi għall-PAK, il-konflitti politiċi u legali jistgħu jinqalgħu sikwit, b’mod partikolari fil-qafas tar-riforma fondamentali tal-PAK ippjanata għas-snin 2011/2012. Analiżi każ b’każ tibqa’ inċerta wisq. Ftehim interistituzzjonali ta’ koperazzjoni leġiżlattiva għalhekk huwa neċessarju sabiex jimtela l-vacuum juris dwar l-istruttura u l-livelli deċiżjonali tal-atti agrikoli. Barra dan, it-tqassim tal-poteri mħaddma mit-TFUE jista' jwassal ukoll għal tnaqqis tal-kompetenza parlamentari billi l-Parlament ma jkunx ikkonsultat aktar għall-oqsma koperti mill-eċċezzjonijiet. Il-ftehim interistituzzjonali għandu għalhekk jirregola wkoll il-kwistjoni tal-konsultazzjoni tal-Parlament fil-każijiet tal-użu eventwali tal-eċċezzjonijiet tal-Artikoli 42 u 43(3) TFUE. 3.2.3. Konsegwenzi sostantivi tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-PAK Ta’ min jinnota sew li l-emendi tal-Parlament għall-proposti leġiżlattivi agrikoli ta’ sikwit għandhom impatt dirett fuq il-baġit tal-Unjoni. Dan jispjega parzjalment id-dewmien li kien hemm fl-applikazzjoni tal-kodeċizjoni għall-PAK. Anke jekk ċerti punti għad iridu jiġu kkjarifikati (paragrafu 3.2.2), it-TFUE ddefinixxa l-proċedura leġiżlattiva ordinarja bħala proċedura ta’ liġi komuni li għandha tapplika għall-PAK. Barra dan, it-TFUE neħħa d-distinzjoni bejn “infiq obbligatorju” (l-ewwel pilastru tal-PAK) u “infiq mhux obbligatorju” (it-tieni pilastru tal-PAK) (paragrafu 4.2). Sa issa, iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit (Parlament u Kunsill) se jiddeċiedu b’mod konġunt dwar l-approprjazzjonijiet kollha tal-ewwel linja ta’ nfiq tal-Unjoni (paragrafu 4.1 – Tabella 1). F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jaħseb li l-PAK se jkollha revizjoni profonda bil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid 2014/2020, li se jkun ikkundizzjonat bil-kbir mill-iżvilupp tal-kriżi ekonomika. Wieħed jista’ jistenna minn issa riforma radikali tal-PAK għal wara l-2013, eżerċizzju li l-Istituzzjonijiet Ewropej ma ssugrawx imissu fl-2008, fil-mument tal-adozzjoni tal-aħħar riforma ta’ din il-politika, definita bħala ”kontroll tal-istat ta’ saħħa”. Għal wara l-2013, hemm imsemmi wkoll tfassil mill-ġdid tal-PAK li jkun dwar l-objettivi, il-prinċipji u l-mekkaniżmi prinċipali tagħha. Huwa minnu li l-Parlament Ewropew ikollu rwol determinanti minħabba d-definizzjoni ta’ din il-PAK ġdida u l-qafas finanzjarju tagħha, fuq il-bażi tal-poteri leġiżlattivi u baġitarji ġodda attribwiti mit-TFUE. Iżda qabel dan, il-Parlament għandu jikkonsolida l-prerogattivi ġodda tiegħu. Lil hinn mill-ftehimiet interistituzzjonali li għandhom jinterpretaw il-firxa ta’ eċċezzjonijiet tal-Artikoli 42 u 43 TFUE, il-Parlament irid juri li huwa attent għall-adattamenti tar-regolamenti bażiċi (b’mod partikolari dwar l-OKS unika u dwar il-ħlasijiet diretti) (130) wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. F’dan il-kuntest, għandu jistudja mill-qrib ir-regoli l-ġodda li għandhom jitwaqqfu għall-atti ddelegati u l-atti implimentattivi (komitoloġija), li huma ta’ importanza kbira fil-qasam agrikolu (paragrafu 3.9). Fuq żmien fit-tul, ladarba l-PAK il-ġdida ta’ wara l-2013 tkun definita u konsolidata, il-Parlament Ewropew jista’ eventwalment jieħu l-inizjattiva li jattwalizza l-kapitlu agrikolu tat-TFUE permezz tal-proċedura ta’ reviżjoni simplifikata stipulata fl-Artikolu 48(6) TUE

130 Ir-Regolament (KE) 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007) u r-Regolament (KE) 73/2009 (ĠU L 30, 31.1.2009).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 26

(paragrafu 3.10.1). Ta’ min jgħid li l-test tal-kapitolu agrikolu tat-Trattat ma nbidilx mit-Trattat ta’ Ruma. Ispirat minn prinċipji ta’ produttività, illum il-ġurnata antikwati, l-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-1957 ma nbidlu qatt. L-ideat ewlenin tal-PAK attwali bħall-multifunzjonalità agrikola, l-iżvilupp rurali, l-iżvilupp sostenibbli, il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra l-obeżità, il-benesseri tal-annimali, il-ġestjoni tat-territorji, il-ħarsien tar-riżorsi naturali u tal-bijodiversità, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli ta’ oriġini agrikola, jew fl-aħħar nett, id-dixxiplina finanzjarja ma ġewx integrati. L-istess jgħodd għall-mekkaniżmi fis-seħħ: il-ħlasijiet proporzjonati sew lill-azjendi, l-aġġustament tal-għajnuniet, l-istrumenti finanzjarji (FAEG u FAEŻR), it-traċċabilità, il-kundizzjonalità tal-għajnuniet (cross-compliance), eċċ. Fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 20(1) TUE – l-Artikoli 326 u sussegwenti TFUE) (paragrafu 2.3.3.b) jiftħu triq li għandha tkun esplorata għal żmien medju fir-rigward tal-iżvilupp futur tal-PAK riformata (pereżempju dwar il-ġestjoni tar-riskji jew dwar l-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fil-livell Ewropew).

3.3. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Komuni tas-Sajd (l-Artikoli 38 sa 44 TFUE)

Fl-intestatura tat-Titolu III tat-Tielet Parti tat-TFUE, ma’ “L-Agrikoltura” żdied il-kliem “u s-Sajd”. Barra dan, l-Artikolu 38(1) TFUE jistipula li l-Unjoni tiddefinixxi u timplimenta politika komuni tal-agrikoltura “u tas-sajd”. Bi prinċipju, wieħed jista’ jikkunsidra dan it-tibdil bħala relattivament minuri, billi mill-oriġini tal-Komunità l-prodotti tas-sajd kienu assimilati mal-prodotti agrikoli (131). Madankollu, din ir-referenza ċara għal politika tas-sajd, li reġgħet tqajmet fl-Artikolu 43(2) TFUE, tippermetti li din tkun awtonoma b’relazzjoni mal-PAK, anke jekk, għal raġunijiet ta’ ekonomija leġiżlattiva, it-TFUE jdaħħal paragrafu ġdid fl-Artikolu 38(1) TFUE billi jfakkar li “ir-referenzi għall-politika agrikola komuni jew għall-agrikoltura u l-użu tat-terminu "agrikola", għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu wkoll għas-sajd, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur”. Fi kliem ieħor, it-TFUE jirrinunzja għall-iżvilupp ta’ sistema proprja tas-sajd billi japplika s-sistema speċifika “agrikola” għall-Ewropa Ħadra u l-Ewropa Blu kollha. F’dan il-kuntest, il-kummenti diġà espressi dwar il-PAK (paragrafu 3.2.2) jistgħu jkunu kkunsidrati għall-PKS kollha kemm hi. Madankollu, xi kummenti huma meħtieġa fir-rigward tar-referenza speċifika għall-“iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd” (TAC u kwoti), imdaħħla fis-sistema ta’ eċċezzjoni tal-Artikolu 43(3) TFUE, li jibqa’ taħt il-kompetenza tal-Kunsill. Fil-passat, il-Parlament Ewropew kellu dritt ta’ konsultazzjoni għall-PKS sħiħa għall-iffissar tat-TAC (“Qabdiet Totali Permissibbli”) u tal-kwoti. Bażi legali tal-liġi derivata, l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-qafas tal-PKS (132), kienu użati mill-Kunsill biex jevita l-konsultazzjoni

131 "Prodotti agrikoli" għandhom ifissru l-prodotti tal-art, tat-trobbija tal-annimali u tas-sajd kif ukoll tal-ewwel

proċessar konness direttament ma' dawn il-prodotti” (l-Artikolu 38(1) TFUE – ex Artikolu 32(1) TKE). L-Anness I tat-Trattat jelenka l-lista ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd li jaqgħu taħt is-sistema proprja tal-PAK u tal-PKS.

132 Ir-Regolament (KE) 2371/2002, ĠU L 358, 31.12.2002.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 27

parlamentari għall-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd (133). Fil-fatt, il-Kunsill uża din id-dispożizzjoni b’mod rikorrenti biex iwaqqaf mhux biss l-allokazzjonijiet ta’ opportunitajiet tas-sajd, iżda wkoll biex jadatta dispożizzjonijiet oħrajn tal-PKS mingħajr madankollu ma jikkonsulta l-Parlament. Din is-sitwazzjoni mhux normali tintemm bid-dħul fis-seħħ tat-TFUE. Minn issa ’l quddiem, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ssir ir-regola tal-liġi komuni għall-PKS sħiħa ħlief fir-rigward tal-“iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd” (TAC u kwoti) fejn l-eċċezzjoni tal-Artikolu 43(3) TFUE tkun ta’ applikazzjoni, iżda skont interpretazzjoni restrittiva (ara paragrafu 3.2.2) (134). It-termini “iffissar” u “allokazzjoni” ta’ opportunitajiet tas-sajd għad iridu jiġu inklużi fis-sens etimoloġiku pur tagħhom u jikkonċernaw biss il-kwantitajiet jew livelli ta’ TAC u kwoti. Barra minn hekk, il-ftehimiet internazzjonali tas-sajd, wieħed mill-kostitwenti prinċipali tal-PKS, se jkunu konklużi wara l-approvazzjoni tal-Parlament skont il-proċedura tal-Artikolu 218(6)(a) TFUE. Se nanalizzaw is-sitwazzjoni tagħhom wara t-TFUE fil-kapitolu ddedikat għall-ftehimiet internazzjonali (paragrafu 3.8). Ta’ min ifakkar minn issa li l-Unjoni għandha varjetà sħiħa ta’ ftehimiet konklużi mal-Istati tal-kosta tal-Afrika, tal-Paċifiku, u tal-pajjiżi tat-Tramuntana (in-Norveġja, l-Islanda, il-Gżejjer Faeroe u l-Groenlandja). Ma’ dawn il-ftehimiet jiżdiedu dawk konklużi ma’ bosta organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd (ORS). Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li, sfortunatament, kif inhu diġà l-każ għall-PAK, it-TFUE tilef l-opportunità li jattwalizza l-qafas ġenerali tal-PKS. Qafas li mhux validu fid-dawl tal-iżvilupp tiegħu minn twelidu. Ideat u strumenti ewlenin tal-PKS (bħall-“isforzi tas-sajd, il-“mekkaniżmi ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tas-sajd” (TAC), il-“ftehimiet internazzjonali tas-sajd”, il-“Fond Ewropew għas-Sajd”, eċċ ma jissemmewx fil-kapitolu tat-Trattat li għandu x’jaqsam mas-sajd. Issa hija meħtieġa sew reviżjoni fil-fond tal-liġi primarja li tikkonċerna s-settur. Il-proċeduri ta’ reviżjoni simplifikati stipulati fl-Artikolu 48(6) u (7) jistgħu mingħajr dubju jintużaw għal dan l-effett billi eventwalment tiġi stabbilita l-politika tal-Ewropa Blu li tkun indipendenti mill-PAK (paragrafu 3.10.1).

3.4. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Reġjonali (l-Artikoli 3(3) u 3(5) TUE; l-Artikoli 174 sa 177 TFUE)

3.4.1. Il-bidliet bażiċi u ta’ ordni proċedurali fit-TUE u t-TFUE It-TUE jwessa’ l-ambitu ta’ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jżid il-“koeżjoni territorjali” (135). Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ġdida ssir b’hekk wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni għall-iżvilupp armonjuż u sostenibbli fl-Unjoni kollha, supplimentari għat-twettiq tas-suq intern (l-Artikolu 3(3) TUE) (136). Barra minn hekk it-TUE wessa’ l-prinċipju ta’ sussidjarjetà għall-awtoritajiet reġjonali u lokali (l-Artikolu 5(3) TUE).

133 Qasam li jinkludi l-limitazzjonijiet ta’ qabda u/jew tal-isforzi tas-sajd, l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd

bejn l-Istati Membri, kif ukoll il-miżuri assoċjati għal din il-limitazzjoni (l-Artikolu 20.1 tar-Regolament (KE) 2371/2002).

134 Il-paragrafu 32 tar-Riżoluzzjoni tal-PE T6-0373/2009 tas-7.5.2009 jikkonferma din l-interpretazzjoni restrittiva (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608622&noticeType=null&language=en).

135 Dwar dan il-punt, ara n-Nota tad-Dipartiment tal-Politika B "L-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-Politika Reġjonali” (The impact of the Treaty of Lisbon on Regional Policy), PE 431.586, Jannar 2010.

136 Fuq din il-bażi, il-koperazzjoni msaħħa futura ma jistax ikollha effett fuq il-koeżjoni (l-Artikolu 326 TFUE).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 28

Dwar it-TFUE, l-Artikoli 174 sa 177 jissostitwixxu l-Artikoli 158 sa 162 TKE relatati mal-azzjoni tal-Unjoni favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Barra dan, ġie anness Protokoll għat-TUE u t-TFUE il-ġodda (137). Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni tippjana li tnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni diversi u d-dewmien tar-reġjuni l-inqas vantaġġjati (l-Artikolu 174, it-tieni paragrafu, TFUE). Fuq din il-bażi, it-TFUE jdaħħal paragrafu ġdid fl-Artikolu 174 li jagħti prijorità lir-reġjuni fejn l-azzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi ruħha favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: tingħata attenzjoni partikolari għaż-żoni rurali, iż-żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u r-reġjuni li jbatu minn nuqqasijiet naturali jew demografiċi serji u permanenti bħar-reġjuni mbiegħda tat-Tramuntana b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna (ir-reġjuni tal-Artiku) u r-reġjuni insulari, transkonfinali u tal-muntanji (l-Artikolu 174, it-tielet paragrafu TFUE). Barra mill-Artikoli 174 sa 177 TFUE, it-Trattat ta’ Lisbona jagħmel modifiki sinifikanti oħrajn:

- jinkludi l-koeżjoni ekonomika, soċjali “u territorjali” fost il-kompetenzi maqsuma tal-Unjoni (l-Artikolu 4(2)(c) TFUE) (paragrafu 2.2.2 u paragrafu 2.3.1);

- l-Artikolu 14 TFUE jagħmel enfasi fuq l-irwol li għandhom is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali fl-Unjoni; f’dan il-kuntest, il-Protokoll Nru 26 jagħraf il-poter diskrezzjonali kbir tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu, jeżegwixxu u jorganizzaw is-servizzi ta’ interess ġenerali (l-Artikolu 1);

- jimmodifika l-qafas tal-għajnuna statali favur reġjuni f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ekonomiku, fejn il-livell tal-ħajja huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm nuqqas serju ta’ xogħol: it-TFUE daħħal klawsola ta’ limitazzjoni tal-validità (ta’ ħames snin) għall-għajnuna mogħtija lir-reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta mid-diviżjoni tal-Ġermanja (l-Artikolu 107(2)(c) TFUE). Jinkludi wkoll l-għajnuna maħsuba għar-reġjuni ultraperiferiċi (l-Artikolu 107(3)(a) TFUE);

- it-TFUE jdaħħal ukoll dispożizzjoni dwar l-azzjonijiet quddiem il-QĠKE għal ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjietà: l-applikazzjonijiet ta’ kontroll tal-legalità tal-atti leġiżlattivi (l-Artikolu 263 TFUE) jistgħu jsiru mill-Kumitat tar-Reġjuni kontra atti għall-adozzjoni li għalihom it-TFUE jistipula li ssir konsultazzjoni (138);

- fl-aħħar nett, jagħraf l-organizzazzjoni tal-poteri pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Fil-fatt, it-Trattat ma jistipulax politika reġjonali iżda biss mekkaniżmi maħsuba biex isaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Anke jekk hemm previst raggruppament eventwali (l-Artikolu 177 TFUE; il-Protokoll Nru 28), l-azzjoni tal-Unjoni favur il-koeżjoni sa issa ġiet implimentata fis-sura ta’ bosta strumenti finanzjarji:

- Tliet Fondi Strutturali (l-Artikolu 175 TFUE): a) il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (l-Artikolu 176 TFUE); b) il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), żviluppat fl-Artikoli 162 sa 164 TFUE fi ħdan il-politika soċjali u tax-xogħol; u c) il-Fond Ewropew ta’ Gwida u ta’ Garanzija Agrikola – taqsima Gwida (EAGGF), żviluppat fl-Artikolu 40(3) TFUE, taħt il-qafas tal-PAK. Sa mill-2005, dan l-aħħar Fond sar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (139).

137 Il-Protokoll Nru 28 (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 310). 138 L-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-propozjonalità. 139 Ir-Regolament (KE) 1698/2005, ĠU L 277, 21.10.2005.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 29

- Il-Fond ta’ Koeżjoni (l-Artikolu 177, it-tieni paragrafu, TFUE).

- Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (l-Artikoli 308 u 309 TFUE u l-Protokoll Nru 5 anness mat-Trattati).

- Strumenti finanzjarji oħrajn, mhux imsemmija espliċitament fl-Artikolu 175 TFUE, bħall-Fond ta’ Solidarjetà (għal reazzjoni f’katastrofi naturali) (140) jew il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

F’dan is-sens, dawk li għamlu l-abbozz tat-Trattat ta’ Lisbona tilfu l-opportunità li jattwalizzaw it-terminoloġija relattiva għall-EAGGF (FAEŻR) u li jinkludu l-Fond ta’ Solidarjetà u tas-Sajd fil-liġi primarja. It-Trattat lanqas ma emenda s-sistema proċedurali tal-miżuri speċifiċi favur reġjuni ultraperiferiċi, li għalihom tinżamm proċedura leġiżlattiva speċjali (141). Għall-kuntrarju, l-azzjonijiet l-oħrajn kollha favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali issa huma deċiżi permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (142). Ta’ min jinnota li d-definizzjoni tal-missjonijiet, l-objettivi prijoritarji u l-organizzazzjoni ta’ fondi għal użu strutturali qabel kienu deċiżi mill-Kunsill bl-unanimità (l-ex Artikolu 161 TKE – l-Artikolu 177 il-ġdid TFUE). 3.4.2. L-impatt futur tal-introduzzjoni tal-koeżjoni territorjali La l-idea stess ta’ koeżjoni territorjali, u lanqas l-implikazzjonijiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-politiki komuni, ma ġew iddefiniti b’mod ċar mit-Trattat ta’ Lisbona. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni tippubblika White Paper bil-għan li jikkonsolida l-koeżjoni territorjali (143), mingħajr reazzjoni sa issa. Minkejja kollox, diġà jista’ jiġi previst li l-introduzzjoni tad-dimensjoni territorjali fil-politika ta’ koeżjoni se jkollha impatti fil-futur tal-politika reġjonali fis-sens strett tal-kelma u, sa ċerta miżura, tal-istrumenti finanzjarji kollha għal użu strutturali. Din tista’ sseħħ bir-rinfurzar tal-koordinazzjoni tal-politiki settorjali kollha li għandhom effetti territorjali (144). F’dan il-każ, jeħtieġ li jittieħed approċċ ġdid (integrat) fit-teħid tad-deċiżjoni u l-ġestjoni tal-politiki komuni, bl-infurzar tas-sinerġiji intersettorjali fil-livelli kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarji). Barra minn hekk, tista’ tiddaħħal l-evalwazzjoni tal-effetti territorjali fi ħdan kull politika u forsi anke jiġu applikati evalwazzjonijiet integrati tal-impatti tal-politiki komuni kollha f’territorji speċifiċi. F’dan il-kuntest, id-dibattitu dwar il-futur tal-politika reġjonali u ta’ koeżjoni se jkun influwenzat

140 Ir-Regolament (KE) 2012/2002 (ĠU L 3111, 14.11.2002). 141 Is-sistema tar-reġjuni ultra periferiċi (OD, OCT Franċiżi, l-Ażores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji) hija bbażata

fuq l-Artikoli 349 u 355 TFUE. 142 L-Artikoli 175 u 177 TFUE inġenerali; l-Artikolu 178 TFUE għall-FEAŻR; l-Artikolu 43(2) TFUE għall-agrikoltura

u s-sajd; l-Artikolu 164 TFUE għall-FSE. 143 Paragrafu 24 tar-Riżoluzzjoni T6-0163/2009 tal-24.3.2009 dwar il-Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali

(http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5666042). Barra minn hekk, bosta riżoluzzjonijiet tal-PE analizzaw ir-rapporti tal-koeżjoni territorjali u l-politiki komuni li kellhom effetti territorjali: ir-Riżoluzzjoni T6-0157/2009 tas-26.3.2009 dwar il-komplementarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u miżuri ta’ żvilupp rurali (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5625302); ir-Riżoluzzjoni T6-0164/2009 tal- 24.3.2009 dwar ir-rapport fuq id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ġdid ta’ programmazzjoni (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5637232); ir-Riżoluzzjoni T6-0156/2009 tal-24.3.2009 dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608562); u r-Riżoluzzjoni T6-0432/2008 tal-21.10.2008 dwar ir-rapport fuq il-governanza u l-isħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608632).

144 Paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tas-26.3.2009 dwar il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali, imsemmija qabel (T6-0163/2209). Barra minn hekk, il-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni T6-0373/2009 tas-7.5.2009 jikkunsidra li l-inklużjoni tal-koeżjoni territorjali se żżid il-kompetenza tal-Parlament biex jevalwa l-impatt territorjali tal-politiki importanti tal-Unjoni. Ara http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608622&noticeType=null&language=en.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 30

mir-riżultati tal-esperjenza li saret attwalment mal-makroreġjuni u b’mod speċjali l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku. Dan huwa tentattiv biex jiġi implimentat approċċ ġdid, aktar miftuħ u parteċipattiv. Jekk jiżviluppa dan il-mudell ta’ koperazzjoni rinfurzata fil-livell tal-makroreġjuni, dan għandu bla dubju ta’ xejn jintegra l-azzjonijiet tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni (145). Għas-sena 2010 hemm prevista reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-politika reġjonali. Meta jitqies il-piż tal-politika reġjonali fil-baġit tal-Komunità (Tabella 1, paragrafu 4.1), dan id-dibattitu jkun ikkundizzjonat sew min-negozjati dwar il-qafas finanzjarju ġdid 2014/2020 (fil-każ li l-Istituzzjonijiet Ewropej ma jiddeċidux li jtawlu l-perspettivi finanzjarji attwali sal-2016) (paragrafu 4.4).

3.5. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika Komuni tat-Trasport (l-Artikoli 90 sa 100 TFUE) u għan-Netwerks Trans-Ewropej (l-Artikoli 170 sa 172 TFUE)

Fil-qafas tal-politika tat-trasport, l-Artikoli 90 sa 100 TFUE jissostitwixxu l-Artikoli 70 sa 80 TKE. B’mod parallel, l-Artikoli 170 sa 172 TFUE jissostitwixxu l-bażijiet legali preċedenti dwar in-netwerks trans-Ewropej (l-Artikoli 154 sa 156 TKE). Il-politika komuni tat-trasport u l-azzjonijiet favur in-netwerks trans-Ewropej jaqgħu taħt is-sistema ta’ kompetenzi maqsuma (l-Artikolu 4(2) g) u h) TFUE) (paragrafu 2.2.2). 3.5.1. Il-politika komuni tat-trasport Fil-qasam tal-politika tat-trasport, il-bidliet miġjuba mit-Trattat ta’ Lisbona huma minuri. Il-proċedura l-qadima ta’ kodeċiżjoni msemmija fl-Artikoli 71, 75 u 80 TKE, imdaħħla mit-Trattat ta’ Amsterdam, hija sostitwita mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikoli 91, 95 u 100 TFUE). Barra dan, it-Trattat ta’ Lisbona jdaħħal il-limitazzjoni tal-validità għall-miżuri ta’ eċċezzjoni meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tikkumpensa għall-iżvantaġġi ekonomiċi tar-reġjuni affettwati mid-diviżjoni tal-Ġermanja (l-Artikolu 98 TFUE): ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat (l-1 ta’ Diċembru 2014), il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tirrevoka l-Artikolu 98 (146). Sakemm jiġu stabbiliti regoli komuni fil-qasam tat-trasport (imsemmija fl-Artikolu 91 TFUE) il-Kunsill iħares id-dritt li jagħti miżuri ta’ deroga (l-Artikolu 92 TFUE). Dawn id-derogi jiġu deċiżi bl-unanimità, mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Parlament. Barra mill-bidliet fil-bażijiet legali speċifiċi tal-politika komuni tat-trasport, ta’ min josserva li t-Trattat ta’ Lisbona biddel oqsma oħrajn li se jkollhom effetti indiretti fuq il-ħidmiet tal-Kumitat TRAN. L-ewwel nett, l-Artikolu 191(1) TFUE daħħal il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fl-esiġenzi tal-ħarsien tal-ambjent biex tintegra fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fit-totalità tagħha (l-Artikolu 11 TFUE). Fuq din il-bażi, wara l-iffirmar tal-Protokoll ta’ Kjoto u minħabba l-miżuri ta’ wara l-Konferenza ta’ Kopenħagen f’Diċembru 2009, il-politika tat-trasport, b’mod partikolari tat-toroq u tal-ajru, se tkun affettwata direttament mill-istrateġija tal-Unjoni ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra. 145 L-ewwel riżultati konkreti tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku huma mistennija għall-2011 u eventwalment se

jwasslu għal reviżjoni tal-approċċ meħud u għal riflessjoni dwar il-possibilità u l-opportunità tal-applikazzjoni ta’ dan il-mudell ta’ koperazzjoni għal reġjuni oħrajn.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 31

Barra minn hekk, it-titolu “Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku” tat-TFUE jżid ir-referenza għall-“ispazju” u jdaħħal l-Artikolu 189 ġdid għal politika Ewropea tal-ispazju. F’dan il-qasam, l-Unjoni għandha kompetenza biex tmexxi azzjonijiet, b’mod partikolari biex tiddefinixxi u timplimenta programmi, mingħajr ma l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza jista’ jkollu bħala effett li jostakola lill-Istati Membri milli jeżerċitaw dik tagħhom (l-Artikolu 4(3) TFUE). Il-programm qafas pluriennali tar-riċerka, l-iżvilupp tekonolġiku u l-ispazju se jkun stabbilit b’mod konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 182(1) TFUE, iżda l-programmi speċifiċi li għandhom jitwaqqfu se jkunu deċiżi b’mod konformi ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali fejn il-Parlament ikollu biss dritt ta’ konsultazzjoni (l-Artikolu 182(4) TFUE). Fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar iż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (l-Artikoli 67 sa 89 TFUE) jista’ jkollhom effetti fuq il-politika tat-trasport, b’mod partikolari ħafna fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u penali (l-Artikoli 81 u 82 TFUE) u tal-kontrolli ta’ passiġġieri li jistgħu jsiru. Dan il-qasam sar kompetenza maqsuma wara t-tneħħija tat-tielet pilastru fit-Trattati (l-Artikolu 4(2)(j) TFUE) (paragrafu 2.2.2). 3.5.2. In-netwerks trans-Ewropej Il-linji gwida u l-azzjonijiet previsti fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej huma wkoll deċiżi mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill b’mod konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 172 TFUE), li tissostitwixxi l-proċedura ta’ kodeċiżjoni. In-netwerks trans-Ewropej jinkludu l-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija (l-Artikolu 170 TFUE) (147). Jikkontribwixxu għat-twettiq tas-suq intern (l-Artikolu 26 TFUE) u għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikolu 174 TFUE) filwaqt li titqies il-ħtieġa li jingħaqdu r-reġjuni insulari, magħluqa u periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni (l-Artikolu 170(2) TFUE).

3.6. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politiki tal-Kultura, tal-Edukazzjoni, taż-Żgħażagħ u tal-Isports (l-Artikoli 165 u 167 TFUE)

Il-bażi legali tal-azzjonijiet immexxija mill-UE fil-qasam tal-kultura tiddaħħal fl-Artikolu 167 TFUE, li jissostitwixxi l-Artikolu 151 TKE. L-objettivi tal-azzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ u tal-isports jaqgħu taħt l-Artikolu 165 TFUE (l-ex Artikolu 149 TKE) (148). 3.6.1. L-isports Għalkemm ebda artikolu tat-Trattat KE ma kien isemmi l-isports espliċitament, l-Unjoni Ewropea kellha rwol deċiżiv f’dan il-qasam, b’mod partikolari permezz tal-każistika tal-QĠKE. Il-każ Bosman (149) b’mod partikolari kellu impatt importanti fuq l-isports professjonali billi stabbilixxa li l-flus mitluba għat-trasferimenti kienu jikkostitwixxu

146 Din l-istess dispożizzjoni ddaħħlet fl-Artikolu 107(2)(c) TFUE fil-qafas tal-għajnuniet mogħtija mill-Istati

(regoli tal-kompetizzjoni). Ara, paragrafu 3.4.1. 147 Madankollu, għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni, il-Parlament attribwixxa n-netwerks trans-Ewropej lill-Kumitat

TRAN b’mod esklużiv. Ara l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, XI, p. 140 (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+RULES-EP+20091201+0+DOC+PDF+V0//MT&language=MT).

148 It-taħriġ professjonali, inkluż ukoll fit-Titolu XII tat-TFUE (l-Artikolu 166), mhux se jkun analizzat f’dan l-istudju billi dan ma jintegrax fil-politiki strutturali u ta’ koeżjoni u jaqa’ taħt il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (ara l-Anness VII, paragrafu VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew).

149 QĠKE Każ C-145/93, 15.12.1995, Ġabra p. 4921.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 32

restrizzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-ħaddiema (plejers tal-futbol) u kienu għaldaqstant illegali skont it-Trattat. It-Trattati ta’ Amsterdam u ta’ Nizza inkludew dikjarazzjonijiet relattivi għall-isports. Madankollu ma kienx għad hemm bażi legali speċifika fil-liġi primarja. It-Trattat ta’ Lisbona daħħal l-isports fil-lista ta’ kompetenzi tal-azzjonijiet ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u ta’ suppliment tal-Unjoni (l-Artikolu 6 e) TFUE) (paragrafu 2.2.3). Barra dan, ħoloq bażi legali speċifika fl-Artikolu 165 TFUE, flimkien mal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. Minn issa ’l quddiem, l-Unjoni se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kwistjonijiet Ewropej tal-isports, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-isports, tal-istrutturi tagħhom ibbażati fuq il-volontarjat kif ukoll il-funzjoni soċjali u edukattiva tagħhom (l-Artikolu 165(1), it-tieni subparagrafu, TFUE). L-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam timmira biex tiżviluppa d-dimensjoni Ewropea tal-isports, bil-promozzjoni tas-sens tal-ġustizzja u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-koperazzjoni bejn l-organi responsabbli. Tħares ukoll l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, b’mod partikolari ta' dawk l-aktar żgħażagħ (l-Artikolu 165 (2) TFUE) (150). L-ewwel konsegwenza prattika tal-introduzzjoni ta’ din il-bażi legali ġdida fit-Trattat tkun l-implimentazzjoni ta’ programm ġdid tal-isports fil-livell Ewropew. Din id-deċiżjoni, kif ukoll dawk li se jsegwu f’dan il-qasam, se tkun deċiża permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 165(4) TFUE). 3.6.2. L-edukazzjoni u ż-żgħażagħ Il-bidliet ewlenin fl-oqsma tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ kienu ta’ ordni proċedurali. Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tissostitwixxi l-proċedura ta’ kodeċiżjoni (l-Artikolu 165(4) TFUE). Barra minn hekk, it-Trattat ta’ Lisbona jżid it-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika tal-Ewropa (l-Artikolu 165(2), il-ħames subparagrafu, TFUE). Madankollu, l-Unjoni hija diġà attiva f’dan il-qasam: b’mod partikolari, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika hija wieħed mill-objettivi ewlenin tal-programm “Iż-żgħażagħ fl-azzjoni”. Wieħed jista’ jgħid li l-introduzzjoni ta’ dan l-objettiv ġdid se jsaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. Fil-qafas tal-azzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja, it-Trattat isemmi wkoll il-ħolqien ta’ “Korp Volontarju Ewropew” bl-għan preċiż li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Ewropej f’dan il-qasam (l-Artikolu 214(5) TFUE). Dan il-Korp ta’ voluntiera jkun żviluppat permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Barra minn hekk, il-kummerċ tas-servizzi tal-edukazzjoni jissemma espliċitament fl-Artikolu 207(4) b) TFUE. L-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali f’dan il-qasam huma stabbiliti mill-Kunsill bl-unanimità filwaqt li dawn il-ftehimiet ikunu ta’ riskju li jfixklu l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-edukazzjoni fil-livell intern u jheddu r-responsabilità tal-Istati għall-provvista ta’ dawn is-servizzi. Għalhekk din hija deroga b’relazzjoni mal-ftehimiet internazzjonali inġenerali, fejn ir-regola hija dejjem il-maġġoranza kwalifikata (l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(8) TFUE). Madankollu, il-Parlament

150 Il-paragrafu 27 tar-Riżoluzzjoni T6-0373/2009 tas-7.5.2009 jenfasizza li l-Unjoni tista’ sa fl-aħħar tiddeċiedi

miżuri għall-iżvilupp tal-isports u tad-dimensjoni Ewropea tiegħu u tista' tqis in-natura partikolari tal-isports fl-applikazzjoni ta’ politiki Ewropej oħrajn. Ara http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608622&noticeType=null&language=en.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 33

Ewropew għandu poteri ta’ approvazzjoni fil-ftehimiet kummerċjali kollha, safejn il-politika kummerċjali komuni taqa’ taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 218(6) a) v) TFUE) (paragrafu 3.8). Fl-aħħar nett ta’ min josserva li l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistipula li kull persuna għandha d-dritt għall-edukazzjoni kif ukoll għall-aċċess għat-taħriġ professjonali u kontinwu (151). Din il-Karta, anke jekk ma toħloq ebda kompetenza u ebda kompitu ġdid għall-Unjoni, għandha l-istess valur legali bħat-Trattati u għaldaqstant torbot legalment mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (152). 3.6.3. Il-kultura Il-preambolu tat-TUE jagħraf il-patrimonju kulturali, reliġjuż u umanista bħala sors ta’ ispirazzjoni tal-valuri tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 3 il-ġdid TUE jagħraf, fost l-objettivi tal-Unjoni, ir-rispett tar-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll is-salvagwardja u l-iżvilupp tal-patrimonju kulturali Ewropew. Iżda l-bidla ewlenija miġjuba mit-Trattat ta’ Lisbona fir-rigward tal-politika kulturali għandha x’taqsam mal-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 167(5) TFUE). Sa issa l-Kunsill kien jiddeċiedi bl-unanimità matul il-proċedura sħiħa ta’ kodeċiżjoni. Madankollu, din il-bidla mhux se jkollha effett sinifikanti fil-ġejjieni f’qasam fejn l-Istati kellhom l-abitudni li jieħdu deċiżjonijiet b’kunsens. Barra minn hekk, il-Kunsill żamm il-poter tiegħu ta’ adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan il-qasam, wara proposta mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-kummerċ tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi jissemma fl-Artikolu 207(4) a) TFUE (politika kummerċjali komuni). Il-Kunsill jaġixxi bl-unanimità għall-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali f’dan il-qasam, meta dawn il-ftehimiet joħolqu riskju li jfixklu d-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni. B’mod identiku għall-ftehimiet dwar il-kummerċ tas-servizzi tal-edukazzjoni (paragrafu 3.6.2), din hija deroga b’relazzjoni mal-ftehimiet internazzjonali fejn ir-regola hija dejjem l-azzjoni b'maġġoranza kwalifikata (l-Artikoli 207(4) u 218(8) TFUE) (paragrafu 3.8). Il-Kunsill b’hekk jara li jkun garantit ir-rispett tal-“eċċezzjoni kulturali”, dejjem imqajma mill-Unjoni matul in-negozjati tad-WTO (153). Madankollu, il-Parlament Ewropew għandu poteri ta’ approvazzjoni fil-ftehimiet li jkopru dawn l-oqsma li tapplika għalihom il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE) (paragrafu 3.8).

3.7. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Politika tat-Turiżmu (l-Artikolu 195 TFUE)

It-Trattati ta’ Maastricht u ta’ Amsterdam kienu inkludew it-turiżmu fost l-objettivi tal-UE (l-Artikolu 3(1)(u) TKE, mingħajr ma stipulaw l-istrumenti għall-implimentazzjoni tiegħu. It-Trattat ta’ Lisbona jsemmi t-turiżmu fost il-kompetenzi ta’ appoġġ, ta’ koordinazzjoni u ta’ suppliment tal-Unjoni (paragrafu 2.2.3). Daħħal ukoll bażi legali speċifika f'dan il-qasam (l-Artikolu 195 TFUE). Minn issa ’l quddiem l-Unjoni se tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati

151 Ara http://www.europarl.europa.eu/charter/pdf/text_en.pdf 152 Ara l-Artikolu 6(1) TUE u l-ewwel dikjarazzjoni annessa mat-Trattat (ĠU C 115, 9.5.2008, paġni 19 u 337). 153 L-“eċċezzjoni kulturali” hija bbażata fuq in-natura speċifika tal-industriji kulturali u awdjoviżivi u tal-

protezzjoni tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tax-xandir. Barra dan, il-Protokoll 29 tat-TFUE jħares lejn is-sistema tar-radjudiffużjoni pubblika fl-Istati Membri, suġġett marbut strettament mal-qasam awdjoviżiv.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 34

Membri, b’mod partikolari bil-promozzjoni tal-kompetittività tal-intrapriżi f’dan is-settur, li huwa dejjem aktar importanti għall-ekonomija Ewropea u x-xogħol. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu dwar il-miżuri favur is-settur turistiku permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Iżda kull armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji tal-Istati Membri hija eskluża fejn tali inizjattivi ta’ armonizzazzjoni jaqgħu taħt il-kategorija tal-kompetenza maqsuma (paragrafu 2.2.2). It-turiżmu joħloq domanda konsiderevoli għas-servizzi tat-trasport. Għal din ir-raġuni, il-Parlament attribwixxa dan il-qasam lill-Kumitat TRAN (154).

3.8. Il-bidliet leġiżlattivi għall-Ftehimiet Internazzjonali li għandhom implikazzjonijiet għall-politiki strutturali u ta’ koeżjoni (l-Artikoli 207 u 218 TFUE)

Oriġinarjament, il-kompetenzi attribwiti mit-Trattat lill-Komunità biex tikkonkludi ftehimiet internazzjonali fil-qafas tal-ewwel pilastru tal-Unjoni kienu żviluppaw fuq il-bażi ta’ proċedura ġenerali (l-ex Artikolu 300 TKE), b’xi adattamenti għal ftehimiet speċifiċi. Il-kompetenzi ta’ negozjar u konklużjoni ta’ ftehimiet marbutin mal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni jaqgħu taħt dawn il-ftehimiet speċifiċi u kienu limitati għal żewġ każijiet:

- fil-qasam doganali u ta’ politika kummerċjali komuni għall-ftehimiet kummerċjali u tat-tariffi (l-ex Artikolu 133 TKE);

- fil-qasam ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (l-ex Artikolu 310 TKE). It-Trattat ta’ Nizza, barra minn hekk, estenda l-firxa tal-ftehimiet internazzjonali (inizjalment limitata għall-kummerċ ta’ oġġetti) għas-servizzi (l-ex Artikolu 133(4) TKE) (155). Skont it-TKE, il-Parlament Ewropew ma kien imdaħħal xejn fil-fażi tan-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali. Kellu biss dritt għal informazzjoni dwar il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni li kienu diġà konklużi (l-ex Artikolu 300(2) KE). Ma ġiex ikkonsultat ħlief fil-każ ta’ ftehimiet dwar is-servizzi u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-ex Artikolu 133(5) TKE). Wara d-dħul fis-seħħ tat-TFUE, l-oqsma kollha rilevanti għall-PKK se jidħlu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni (paragrafu 2.2.1). Għalhekk mhux se jkun hemm aktar ftehimiet kummerċjali konġunti konklużi kemm mill-Unjoni u mill-Istati Membri. B’mod parallel, it-TFUE jagħmel tfassil mill-ġdid fundamentali ta’ dan il-qafas fl-Artikoli 207 u 218 billi jwessa’ l-poteri tal-Parlament. 154 Ara l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, XI, p. 140 (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+RULES-

EP+20091201+0+DOC+PDF+V0//MT&language=MT). 155 Bir-reviżjonijiet suċċessivi tat-Trattati setgħet titwessa’ l-lista tal-ftehimiet internazzjonali tal-ewwel pilastru

Komunitarju għal oqsma oħra: ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (l-ex Artikolu 170 TKE – l-Artikolu 186 il-ġdid TFUE); l-ambjent (l-ex Artikolu 174(4) TKE – l-Artikolu 191(4) il-ġdid TFUE); ir-rati tal-kambju u s-sistema monetarja (l-ex Artikolu 111 TKE – l-Artikoli 138 u 219 il-ġodda TFUE); il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi (l-ex Artikolu 181a TKE – l-Artikoli 212 sa 214 il-ġodda TFUE); u l-proprjetà

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 35

3.8.1. Il-bidliet proċedurali: l-irwol tal-Parlament Ewropew fil-ftehimiet internazzjonali

It-TFUE daħħal il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni (l-Artikolu 207(2) TFUE). Din il-proċedura l-ġdida se tapplika minn issa għall-istrumenti awtonomi kollha tal-politika kummerċjali: għar-regolamenti bażiċi relatati mal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali, għas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi ġeneralizzati (SĠP), għall-antidumping, għar-regoli ta’ oriġini, eċċ. It-TFUE (l-Artikoli 207(3) u 218(1)) stabbilixxa proċedura speċjali għall-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali bl-għoti ta’ poteri konsultattivi jew ta’ approvazzjoni lill-Parlament Ewropew skont in-natura tal-ftehim (l-Artikolu 218(6) TFUE). Il-Parlament, li ma kienx ikkonsultat għall-konklużjoni tal-ftehimiet kummerċjali u tat-tariffi skont it-TKE, b’hekk tejjeb il-pożizzjoni tiegħu. Lil hinn mill-prerogattivi parlamentari ġodda, din il-proċedura ġdida tal-Artikolu 218 TFUE tkompli minn fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat KE dwar l-iffirmar, il-konklużjoni, kif ukoll il-waqfien ta’ ftehimiet internazzjonali, inklużi għalhekk ir-regoli tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill (l-Artikolu 218(5), (6), (8) u (9) TFUE). Il-Kunsill se jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati, jadotta d-direttivi ta’ negozjati, jawtorizza l-iffirmar u jikkonkludi l-ftehimiet (l-Artikolu 218(2) TFUE). Matul il-proċedura sħiħa, il-Kunsill se jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata (l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu) TFUE). B’mod eċċezzjonali, il-Kunsill jistipula bl-unanimità meta l-ftehim jaffettwa qasam li għalih din tkun meħtieġa għall-adozzjoni ta’ att tal-Unjoni. Dan huwa l-każ għall-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni u l-ftehimiet ta’ koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-Istati kandidati għall-adeżjoni (l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, TFUE). Jaġixxi wkoll bl-unanimità għall-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim fl-oqsma: tal-kummerċ ta’ servizzi u tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll ta’ investimenti barranin diretti, meta dan il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet li għalihom l-unanimità tkun meħtieġa għall-adozzjoni ta’ regoli interni (l-Artikolu 207(4), it-tieni subparagrafu, TFUE); tal-kummerċ tas-servizzi kulturali u awdjoviżivi, meta hemm ir-riskju li l-ftehimiet ifixklu d-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni (l-Artikolu 207(4), it-tielet subparagrafu, a) TFUE) (paragrafu 3.6.3); u tal-kummerċ tas-servizzi soċjali, tal-edukazzjoni u tas-saħħa, meta hemm ir-riskju li l-organizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi fil-livell nazzjonali tkun imfixkla sew u jkunu ta’ tfixkil għar-responsabilità tal-Istati Membri għall-provvista tagħhom (l-Artikolu 207(4), it-tielet subparagrafu, b) TFUE) (ara paragrafu 3.6.3). Il-Kummissjoni ma għandhiex il-poter li tikkonkludi ftehimiet. L-aktar l-aktar, din tista’, jekk ikun il-każ, tingħata setgħa mill-Kunsill taħt “ċerti kundizzjonijiet speċifiċi”, biex tapprova wara l-modifiki ta’ ftehim konkluż meta dan jistipula li dawn il-modifiki għandhom jiġu adottati skont proċedura simplifikata (l-Artikolu 218(7) TFUE). F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew għandu minn issa ’l quddiem poter reali ta’ approvazzjoni, fil-forma ta’ kunsens, għall-konklużjoni ta’ diversi ftehimiet (l-Artikolu 218(6)(a) TFUE):

intellettwali (l-ex Artikolu 133(5) TKE – l-Artikolu 207(4) il-ġdid TFUE. Billi dawn l-oqsma ma għandhomx x’jaqsmu mal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni, mhux se nanalizzawhom.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 36

- il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (ta’ sikwit preludju qabel adeżjoni futura), diġà msemmija fit-TKE (l-ex Artikolu 310 TKE);

- il-ftehimiet li joħolqu qafas istituzzjonali speċifiku bl-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ koperazzjoni, ukoll diġà msemmija fit-TKE (l-ex Artikolu 300(3) TKE);

- il-ftehimiet li għandhom implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti għall-Unjoni, li wkoll ittieħdu mit-TKE (l-ex Artikolu 300(3) TKE);

- il-ftehimiet dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għas-Salvagwardja tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; qasam ġdid, imdaħħal mit-TFUE;

- il-ftehimiet li jkopru l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (skont it-TFUE, anke jekk ebda att intern ma ġie adottat skont din il-proċedura) (156);

- fl-aħħar nett, il-ftehimiet li jkopru l-oqsma li għalihom tapplika proċedura leġiżlattiva speċjali meta l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew tkun meħtieġa; qasam ġdid, imdaħħal mit-TFUE.

Fil-ftehimiet l-oħrajn, il-Parlament Ewropew għandu poter ta’ konsultazzjoni sempliċi (l-Artikolu 218(6)(b) TFUE) (157), għajr għal dawk li jirrigwardaw esklużivament il-PBSK, fejn il-Parlament jibqa’ eskluż (l-Artikolu 218(6), l-ewwel subparagrafu, TFUE). Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 218 (6) TFUE, il-Parlament għandu wkoll il-poter ta’ approvazzjoni għall-ftehimiet ta’ adeżjoni (l-Artikolu 49 TUE), permezz ta’ opinjoni konformi maħruġa lill-maġġoranza tal-membri li jifformawh. Barra minn hekk, it-TFUE ma jgħid xejn dwar il-ftehimiet il-ġodda speċifiċi għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet privileġġjati mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, maħluqa mill-Artikolu 8 TUE (158). Bi prinċipju, dawn għandhom ikunu assimilati mal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni u għaldaqstant jirċievu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għajr jekk ikun meqjus li dawn jikkostitwixxu tip ta’ politika barranija ta’ viċinat. F’dan il-każ, dawn jaqgħu taħt il-PBSK, mingħajr il-parteċipazzjoni tal-PE. Barra minn hekk, għalkemm il-Parlament Ewropew ikun dejjem eskluż mill-fażi tan-negozjar ta’ ftehimiet, it-TFUE jistipula li dan għandu jkun informat regolarment bil-progress tan-negozjati fil-każ ta’ ftehimiet kummerċjali (l-Artikolu 207(3) TFUE) u, għall- ftehimiet kollha, fl-istadji kollha tal-proċedura (l-Artikolu 218(10) TFUE). 3.8.2. Il-ftehimiet internazzjonali u l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni Minn issa ’l quddiem, il-biċċa l-kbira tal-ftehimiet internazzjonali li jaqgħu taħt il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni se jkunu konklużi wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew sakemm dawn ikopru oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE) u/jew għandhom implikazzjonijiet baġitarji importanti għall-Unjoni (l-Artikolu 218(6)(a)(iv) TFUE). B’mod partikolari dawn huma ftehimiet internazzjonali tas-sajd, ftehimiet dwar it-trasport u ftehimiet kummerċjali, bilaterali jew multilaterali, li jinkludu l-prodotti agrikoli u tas-sajd kif ukoll is-servizzi kulturali, awdjoviżivi u tal-edukazzjoni.

156 Qabel, il-kunsens kien meħtieġ biss jekk att intern ikun ġie adottat b’kodeċiżjoni u kellu jiġi emendat skont il-

ftehim (l-ex Artikolu 300(3) TKE). 157 Pereżempju, il-ftehimiet ta’ koperazzjoni fi kwistjonijiet penali. 158 Din il-politika tal-viċinat tħabbret mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008 sabiex jerġa’

jinbeda l-proċess Ewro-Mediterranju ta’ Barċellona, li kien tnieda fl-1995. L-organi ta’ din il-politika ta’ viċinat Mediterranja diġà nħolqu (l-Unjoni tal-Mediterran).

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 37

Barra dan, it-TFUE jsemmi espliċitament żewġ tipi ta' ftehimiet li jaqgħu taħt il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni, fil-qafas tal-politika kummerċjali komuni (l-Artikolu 207 TFUE):

- Il-ftehimiet fil-qasam tat-trasport (l-Artikolu 207(5) TFUE), li jirreferu għall-Artikoli 90 sa 100 TFUE bħala bażi u għall-Artikolu 218 għall-proċedura tal-innegozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet f’dan il-qasam (paragrafu 3.5);

- Il-ftehimiet kummerċjali dwar is-servizzi kulturali, awdjoviżivi u tal-edukazzjoni (l-Artikolu 207(4)(a) u (b) TFUE), li għalihom tapplika l-proċedura tal-Artikolu 218; madankollu, dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu deċiżi mill-Kunsill bl-unanimità għall-protezzjoni tal-eċċezzjoni kulturali u ta’ garanzija tal-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-edukazzjoni fil-livell nazzjonali (paragrafu 3.6.2 u paragrafu 3.6.3).

Paradossalment, it-TFUE ma jsemmi qatt il-ftehimiet internazzjonali tas-sajd għalkemm dawn huma l-aktar numerużi. Diġà ssemma (paragrafu 3.3) li dawn il-ftehimiet speċifiċi għandhom jiġu inklużi fil-proċedura tal-Artikolu 218(6)(a) TFUE (bl-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew), billi s-sajd jaqa’ taħt l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 43(2) TFUE – l-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE). Barra dan, il-ftehimiet tas-sajd f’sistema ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi (fejn l-aċċess għar-riżorsi jwassal għal kumpens finanzjarju mill-Unjoni) ikunu sottomessi għall-proċedura tal-Artikolu 218(6) a)(iv) TFUE sakemm ikollhom implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti għall-Unjoni (159). Barra minn hekk, il-kummerċ ta’ prodotti tas-sajd huma sottomessi b’mod ġenerali għar-regoli multilaterali deċiżi fil-qafas tad-WTO (160), li jaqa’ taħt il-qasam tal-politika kummerċjali komuni - PKK (l-Artikolu 207 TFUE). Madankollu, il-miżuri interni ta’ ġestjoni jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 43 TFUE (PKS) u b’mod partikolari fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (161) (paragrafu 2.3.1). L-agrikoltura wkoll ma ssemmietx mit-TFUE fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali, għalkemm il-kostitwent agrikolu għandu importanza kbira fil-biċċa l-kbira tal-ftehimiet preferenzjali konklużi mill-Unjoni (mal-pajjiżi tal-Baċir Mediterranju, il-pajjiżi tal-AKP, il-MERCOSUR, eċċ). Dawn il-ftehimiet preferenzjali (kif ukoll xi konċessjonijiet unilaterali deċiżi fuq il-bażi tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi – SĠP) jaqgħu taħt kemm il-politika kummerċjali komuni (l-Artikolu 207 TFUE) u l-politika tal-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi (l-Artikoli 208 sa 213 TFUE). Fuq il-bażi tal-kriterju tal-għan u tal-objettiv prinċipali ta’ ftehim, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehim speċifiku ta’ koperazzjoni (fuq bażi tal-Artikoli 209(2) jew 212(3) TFUE) jew ftehim kummerċjali (konformi mal-proċedura tal-Artikolu 218(6)(a) TFUE. B’mod parallel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu deċiżjoni dejjem b’mod konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja dwar il-miżuri stipulati għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koperazzjoni (l-Artikolu 209(1) TFUE; l-Artikolu 212(2) TFUE u dwar il-qafas li fih tiġi implimentata l-politika kummerċjali komuni (l-Artikolu 207(2) TFUE).

159 Hemm diversi tipi ta’ ftehimiet tas-sajd: a) il-ftehimiet ta’ sħubija, li permezz tagħhom il-flotta Ewropea tikseb

aċċess għar-riżorsi bi prestazzjoni korrispettiva għal kumpensi finanzjarji jew għal aċċess għas-suq Ewropew li jwassal għal tariffi doganali aktar baxxi; n) il-ftehimiet ta’ reċiproċità, li jimplikaw skambju ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn flotot Komunitarji u flotot ta’ pajjiżi terzi (tat-Tramuntana tal-Ewropa); c) il-ftehimiet multilaterali mal-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd (ORS) b’mod partikolari għall-prevenzjoni tas-sajd illegali; u d) il-konvenzjonijiet internazzjonali, li jinkoraġġixxu l-użu bilanċjat u effikaċi tar-riżorsi tas-sajd u jħarsu l-ambjent tal-baħar.

160 Id-Deċiżjoni 94/800/KE, ĠU L 336, 23.12.1994. 161 Ir-Regolament (KE) 104/2000, ĠU L 17, 21.1.2000 (Titolu V).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 38

Fi kwalunkwe każ, billi t-Trattat ma jgħid xejn f’dan ir-rigward, il-kummerċ agrikolu attwalment huwa rregolat mill-ftehimiet multilaterali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u b’mod partikolari mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura (162). Diġà ġie nnutat (paragrafu 2.3.1) li t-tqassim tal-kompetenzi bejn il-PAK u l-PKK huwa stabbilit mill-QĠKE fl-opinjoni tagħha 1/94 dwar id-WTO (163). Il-qafas ġenerali tal-impenji tal-Unjoni b’relazzjoni ma’ sistema multilaterali ta’ regolamentazzjoni tal-kummerċ jaqa’ taħt l-Artikolu 207(2) TFUE (PKK) iżda l-miżuri interni ta’ ġestjoni jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 43 TFUE (PAK) u b’mod partikolari fil-qafas tal-OKS unika (164).

3.9. It-tipoloġija l-ġdida tal-atti legali tal-Unjoni: studju partikolari tal-atti delegati u tal-atti implimentattivi (l-Artikoli 290 u 291 TFUE)

It-Trattat ta’ Lisbona (l-Artikolu 288 TFUE) iżomm l-istrumenti legali stipulati mit-TKE (l-ex Artikolu 249 TKE). Madankollu, b’mod ċar hemm stabbilita distinzjoni bejn l-atti leġiżlattivi (regolamenti, direttivi deċiżjonijiet), adottati skont proċedura leġiżlattiva ordinarja jew speċjali (l-Artikolu 289 TFUE), u l-atti mhux leġiżlattivi (opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, atti delegati, atti implimentattivi) (l-Artikoli 288 u 290 sa 292 TFUE). Iżda l-innovazzjonijiet l-aktar importanti huma dawk relatati mal-atti ddelegati (l-Artikolu 290 TFUE) u mal-atti implimentattivi (l-Artikolu 291 TFUE). Id-distinzjoni bejn l-atti leġiżlattivi u l-atti ddelegati, kif ukoll l-għarfien tal-irwol eżekuttiv tal-Kummissjoni, taħt il-kontroll f’partijiet ugwali taż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva, ittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (165). Iżda bosta elementi tal-atti ddelegati kif ukoll il-qafas il-ġdid dwar l-atti implimentattivi għad iridu jiġu definiti. 3.9.1. L-atti ddelegati L-Artikolu 290(1) TFUE jistipula li att leġiżlattiv jista’ jiddelega lill-Kummissjoni l-poter li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ firxa ġenerali li jwettqu jew jimmodifikaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Huwa fatt li mhuwiex sempliċi li jiġi traċċat il-limitu f’att bażiku bejn dak li jaqa’ taħt elementi essenzjali u dak li jaqa’ taħt elementi mhux essenzjali. Madankollu, diġà hemm każistika preċiża biżżejjed tal-QĠKE biex tfassal il-linja tal-qsim (166). Att leġiżlattiv bażiku jista’ għaldaqstant jinkludi tliet tipi ta’ dispożizzjonijiet:

- dawk li jinkludu l-elementi essenzjali li ma jistgħux ikunu parti minn delegazzjoni jew implimentazzjoni: pereżempju, il-linji gwida ġenerali ta’ att, il-prinċipji ġenerali li jappoġġjawh, jew, fl-aħħar nett, l-ambiti ta’ applikazzjoni tas-sistemi (ta’ regolamentazzjoni jew ta’ appoġġ);

162 Id-Deċiżjoni 94/800/KE, ĠU L 336, 23.12.1994. Ir-Regolament (KE) 3290/1994 (ĠU L 349, 31.12.1994)

żviluppa l-Ftehim Agrikolu tad-WTO fil-pjan intern. 163 QĠKE, Opinjoni 1/94 tal-15 ta’ Novembru 1994, Ġabra I-5267. 164 Ir-Regolament (KE) 1234/2007, ĠU L 299, 16.11.2007 (Parti III. Skambji kummerċjali ma’ pajjiżi terzi). 165 Il-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew T6-0387/2009 tas-7.5.2009. Ara

http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5609042&noticeType=null&language=en. 166 Każistika bbażata b’mod partikolari fuq il-komitoloġija agrikola: QĠKE, 17 ta’ Diċembru 1970, Koester, Każ

25/70, Ġabra 1161; QĠKE, 13 ta’ Diċembru 1997, Eridiana Beghin-Say, Każ C-103/96, Ġabra I-1453. Għal lista tas-sentenzi ewlenin tal-QĠKE dwar il-komitoloġija, ara fuq IPOLNET: http://www.ipolnet.ep.parl.union.eu/ipolnet/webdav/site/myjahiasite/shared/code/List%20of%20relevant%20ECJ%20rulings.pdf.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 39

- dawk li jolqtu l-elementi mhux essenzjali tal-att li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ delegazzjoni biex jiġu modifikati jew biex jitwettqu;

- u fl-aħħar nett, dawk li jolqtu l-elementi mhux essenzjali li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ preċiżjoni jew kjarifika permezz tal-proċeduri eżekuttivi (l-Artikolu 291 TFUE) (paragrafu 3.9.2).

Il-prattika tal-atti ddelegati tista’ teoretikament thedded il-funzjoni leġiżlattiva tal-Parlament. Iżda ta’ min isemmi li s-sistema tad-delegazzjoni toffri lill-Parlament bosta garanziji:

- l-ewwel nett għaliex irid jaċċetta l-operazzjoni billi d-delegazzjoni trid tiġi minn att leġiżlattiv bażiku li l-Parlament ikun adotta minn qabel b’kollaborazzjoni mal-Kunsill (l-Artikolu 290(1) it-tieni subparagrafu TFUE);

- it-tieni, għaliex l-imsemmi att leġiżlattiv għandu jiddefinixxi “il-kontenut, il-firxa u d-dewmien tad-delegazzjoni” (l-Artikolu 290(1) it-tieni subparagrafu TFUE);

- it-tielet, minħabba li għad irid jiġu ffissati kundizzjonijiet oħra, fosthom il-poter ta’ revoka tad-delegazzjoni favur il-Kunsill jew il-Parlament (l-Artikolu 290(2)(a) TFUE) kif ukoll poter ta’ oġġezzjoni kontra l-att iddelegat favur kull wieħed miż-żewġ koleġiżlaturi li jistgħu jwaqqfu d-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat (l-Artikolu 290(2)(b) TFUE); f’dawn iż-żewġ ipoteżijiet, il-Parlament irid jiddeċiedi bil-maġġoranza tal-membri (l-Artikolu 290(2) it-tielet subparagrafu TFUE);

- fl-aħħar nett, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 290 TFUE mhumiex eżawrjenti u l-Parlament Ewropew jista’ jipproponi oħrajn, permezz tal-poter ta’ emenda tiegħu fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (pereżempju, billi jidher aktar esiġenti fuq il-pjan tal-informazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni, jew fuq il-pjan tal-kontroll).

Huwa minnu li l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn il-garanziji jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ aktar sorveljanza tad-dispożizzjonijiet ta’ kull proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni minn kull kumitat parlamentari. B’mod evidenti sew, id-delegazzjoni ma tista’ ssir qatt strument ta’ leġiżlazzjoni ordinarja u l-Parlament Ewropew għandu jippreserva l-karattru ta’ eċċezzjoni tagħha. Użu usa’ tal-atti ddelegati jdaħħal fil-kawża l-bilanċ istituzzjonali, il-prinċipju ta’ trasparenza u, fl-aħħar nett, il-leġittimità stess tal-proċeduri leġiżlattivi tal-Unjoni. Il-kontroversja legali dwar il-firxa tal-atti ddelegati hija diġà miftuħa fil-qafas ta’ waħda mill-proposti leġiżlattivi inklużi fil-komunikazzjoni “omnibus” tal-Kummissjoni (167) li tistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet ta’ tonn tal-pinna blu (168). F’dan il-kuntest, f’Diċembru 2009 il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar l-atti ddelegati ġodda fl-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE (169). F’dan id-dokument il-Kummissjoni tipproponi mudelli li fihom formuli standard biex jintużaw fil-qafas ta’ delegazzjonijiet futuri (b’mod partikolari dwar id-dewmien tad-delegazzjoni kif ukoll dwar id-dritt ta’ revoka/oġġezzjoni). Iżda ta’ min jinnota sew li t-TFUE ma jimponi ebda limitu għall-poteri leġiżlattivi tal-PE f’dan il-qasam. Fuq dan, il-mudelli proposti ma humiex vinkolanti għall-koleġiżlaturi. Fuq din il-bażi, il-Parlament ikun pjuttost favur analiżi każ b’każ billi jissorvelja li l-prerogattivi ta’ approvazzjoni, ta’ oġġezzjoni u ta’ revoka tad-delegazzjonijiet ikunu dejjem rispettati sew. Qabel il-vot tas-sessjoni plenarja, il-

167 COM(2009)665, 2.12.2009. 168 COM(2009)406, 3.8.2009. 169 COM(2009)673, 9.12.2009. Ara wkoll in-"Non Paper" bit-titolu: “Implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat

dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”, 12 ta’ Novembru 2009.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 40

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-PE għandha tieħu deċizjoni fix-xhur li ġejjin dwar il-qafas li għandu jiġi applikat għad-delegazzjonijiet leġiżlattivi fil-ġejjieni bħala tweġiba għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (170). 3.9.2. L-atti implimentattivi (il-proċeduri l-qodma ta’ “komitoloġija”) It-Trattat ta’ Lisbona jdaħħal distinzjoni bejn l-atti ddelegati u l-atti implimentattivi. Qabel, dawn iż-żewġ tipi ta’ atti kienu rregolati bid-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28.6.1999, kif emendata (Deċiżjoni dwar il-komitoloġija) (171). Issa, l-adozzjoni ta’ atti ddelegati se titmexxa fl-att leġiżlattiv bażiku kkonċernat (paragrafu 3.9.1), filwaqt li biex jiġi adottat att implimentattiv, jeħtieġ li jiġi adottat minn qabel regolament li jistabbilixxi “ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li għandhom x'jaqsmu mal-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi tagħha” (l-Artikolu 291(3) TFUE). L-Artikolu 291(2) jistabbilixxi r-regoli għall-atti li jagħtu setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni, jew f’każijiet speċifiċi tal-PBSK, lill-Kunsill. Att implimentattiv jista’ biss jiġi adottat meta l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti vinkolanti tal-Unjoni jkunu neċessarji. Fil-każ kuntrarju, huma l-Istati Membri li jadottaw il-miżuri kollha tal-liġi nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni (l-Artikolu 291(1) TFUE). Huwa importanti li jkun stipulat li t-TFUE jagħti poteri ġodda lill-Parlament f’dan il-qasam. Filwaqt li fit-TKE, l-adozzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-komitoloġija kienet taqa’ taħt kompetenza solitarja tal-Kunsill li jistabbilixxiha bl-unanimità, il-Parlament kien sempliċement ikkonsultat (l-ex Artikolu 202, it-tielet inċiż TK), it-TFUE issa jżomm rwol aktar importanti għall-Parlament billi jistipula li r-Regolament meħtieġ ikun adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 291(3) TFUE). Fuq il-bażi ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, il-Kummissjoni għalhekk għandha tippreżenta proposta għal regolament billi tistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-kompetenzi implimentattivi. Dan il-qafas regolatorju l-ġdid għandu jiġi adottat bi prinċipju qabel Ġunju 2010 skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sa kemm isir dan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (172) ddeċidew li jkomplu japplikaw b’mod proviżorju r-regoli tad-Deċiżjoni dwar il-komitoloġija billi t-TFUE ma għandux dispożizzjoni tranżitorja li tista’ tiggarantixxi l-kontinwità tal-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi (173). Attwalment il-Parlament għandu jirrifletti dwar il-modalitajiet ta’ assoċjazzjoni għall-proċeduri l-ġodda (kumplessi ħafna) li se jsegwu s-sistema l-qadima tal-komitoloġija. Eventwalment jeħtieġ li jiddistingwi l-firxa tal-qafas (biex tiddaħħal fir-regolament il-ġdid għal kontroll parlamentari aħjar) mill-eżerċizzju ta’ kuljum tiegħu (billi jkun jaf il-kariga

170 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5840472. 171 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Verżjoni konsolidata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU C 255, 21.10.2006, p. 4).

Dwar il-komitoloġija ara "Manwal dwar il-Komitoloġija – il-ħidma tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-komitoloġija (Comitology Handbook - the European Parliament's work in the field of comitology)", Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, 2009

(http://www.ipolnet.ep.parl.union.eu/ipolnet/cms/lang/fr/pid/2335). 172 Id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu

291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni għalhekk issir is-soluzzjoni intermedja mitluba mill-PE fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 (paragrafu 73 tar-Riżoluzzjoni T6-0373/2009).

173 Ta’ min josserva li t-Trattat ta’ Lisbona neħħa l-Artikolu 202 TKE li kien jistabbilixxi l-poteri implimentattivi tal-Kummissjoni attribwiti mill-Kunsill. Anke jekk dan l-Artikolu 202 ġie mibdul fis-sustanza bl-Artikolu 16(1) TUE u l-Artikoli 290 u 291 TFUE, fuq dan il-punt hemm spazju vojt li jrid jimtela.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 41

tax-xogħol li dan l-eżerċizzju jkollu fil-livell tal-kumitati parlamentari). Barra dan, tkun mixtieqa aktar simplifikazzjoni fir-rigward tal-proċeduri l-qodma tal-komitoloġija.

3.10. Bidliet leġiżlattivi oħrajn b’impatt orizzontali: il-proċeduri ta’ reviżjoni tat-Trattati (l-Artikolu 48 TUE) u d-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini (l-Artikolu 11(4) TUE u l-Artikolu 24 TFUE)

It-Trattat ta’ Lisbona daħħal modifiki leġiżlattivi ta’ firxa orizzontali li jistgħu potenzjalment iwasslu għal bidliet importanti fl-oqsma tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni. Dan huwa b’mod partikolari d-dritt tal-inizjattiva tal-Parlament għar-reviżjoni tat-trattati (b’mod partikolari fil-qafas tal-proċedura ta’ reviżjoni simplifikata) u tad-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini. 3.10.1. Il-proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata tat-trattati L-Artikolu 48 TUE jistabbilixxi tliet proċeduri ta’ reviżjoni tat-trattati: il-proċedura ordinarja, permezz ta’ Konvenzjoni u ta’ KIG (Artikolu 48, dwar it-trattati kollha (l-Artikolu 48(2) sa (5) TUE); u żewġ proċeduri ta’ reviżjoni simplifikata, l-ewwel waħda biex timmodifika d-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tat-tielet parti tat-TFUE (politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni) (l-Artikolu 48(6) TUE), it-tieni waħda biex tgħaddi mir-regola tal-vot bl-unanimità fi ħdan il-Kunsill għar-regola tal-vot b’maġġoranza kwalifikata, jew inkella biex tibdel il-proċeduri leġiżlattivi speċjali għall-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 48(7) TFUE). Hawnhekk se nillimitaw ruħna biex nikkummentaw dwar l-ewwel proċedura simplifikata li toffri possibilitajiet ċari ta’ reviżjoni tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, mingħajr madankollu ma tippermetti li jiżdiedu l-kompetenzi tal-Unjoni (l-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu, TUE). Il-Parlament Ewropew jista’ għalhekk jissottometti lill-Kunsill Ewropew proposti għar-reviżjoni totali jew parzjali tal-kapitoli tat-TFUE relatati mal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni: agrikoltura u sajd (l-Artikoli 38 sa 44 TFUE); trasport (l-Artikoli 90 sa 100 TFUE); edukazzjoni, żgħażagħ u sports (l-Artikolu 165 TFUE); kultura (l-Artikolu 167 TFUE); netwerks trans-Ewropej (l-Artikoli 170 sa 172 TFUE); koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikoli 174 sa 178 TFUE); u turiżmu (l-Artikolu 195 TFUE). Għall-kuntrarju, din il-proċedura simplifikata ma tistax tintuża għar-reviżjoni tal-kapitolu tal-ftehimiet internazzjonali (inkluż fil-ħames parti tat-TFUE – l-azzjoni esterna tal-Unjoni) (paragrafu 3.8) jew biex timmodifika d-dispożizzjonijiet finanzjarji (inklużi fis-Sitt Parti tat-TFUE) (paragrafu 4). It-TFUE għandu l-għan li jevita li jissejħu Konvenzjoni u KIG għall-proċeduri simplifikati. Madankollu jżomm il-poter ta’ adozzjoni finali tal-modifiki għall-Kunsill li jistabbilixxi bl-unanimità, wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew. Jistipula wkoll l-obbligu ta’ ratifika mill-Istati Membri skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom (l-Artikolu 48(6), it-tieni subparagrafu, TUE).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 42

Din l-ewwel proċedura simplifikata turi li hija partikolarment promettenti għall-attwalizzazzjoni u l-adattament tal-kapitolu dwar l-agrikoltura u s-sajd (Titolu III tat-Tielet Parti tat-TFUE), li ma għadux jintuża fid-dawl tal-iżvilupp segwit mill-PAK u l-PKS (ara paragrafu 3.2 u paragrafu 3.3). Il-Parlament Ewropew jista’ għalhekk jissottometti lill-Kunsill Ewropew abbozz ta’ aġġornament ta’ dan il-kapitolu billi jdaħħal il-prinċipji li issa jirregolaw dawn iż-żewġ politiki u l-mekkaniżmi prinċipali tagħhom. Jista’ jkun kmieni wisq biex illum naħsbu dwar dan il-pass, li huwa bil-wisq politiku. Iżda, meta jitqies li l-PAK u l-PKS se ssirilhom riforma mill-qiegħ minn issa sad-dħul fis-seħħ tal-perspettivi finanzjarji ġodda, il-Parlament jista’ jippreżenta lill-Kunsill Ewropew abbozzi ta’ reviżjoni tal-liġi primarja għal wara l-2014. Dawn jikkonsolidaw l-oqfsa ġodda eventwali tad-dritt derivat adottati minn qabel. 3.10.2. Id-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini L-Artikolu 11(4) TUE jistipula li ċ-ċittadini ta’ għadd sinifikanti ta’ Stati Membri, għal total ta’ mhux inqas minn miljun, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jistiednu lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-poteri tagħha, biex tissottometti proposta xierqa dwar kwistjonijiet li għalihom dawn iċ-ċittadini jikkunsidraw li att legali tal-Unjoni jkun meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont regolamenti konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-inizjattivi taċ-ċittadini, inkluż in-numru minimu ta’ Stati Membri minn fejn għandhom joriġinaw iċ-ċittadini li jippreżentawha (l-Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, TUE; l-Artikolu 24, l-ewwel paragrafu, TFUE). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għadha kif ippreżentat Green Paper dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (174), skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fis-7 ta’ Mejju 2009 (175). Din timmira biex tikkonsulta l-partijiet interessati kollha dwar il-punti prinċipali li madwarhom se jinbena r-regolament futur dwar il-proċedura u l-modalitajiet ta’ użu ta’ dan l-istrument istituzzjonali ġdid. Bi prinċipju, hu ppjanat li l-proposta leġiżlattiva għandha tiġi preżentata fix-xhur li ġejjin, biex tidħol fis-seħħ qabel Diċembru 2010. Il-konsultazzjoni mibdija bil-Green Paper tirrigwarda l-kwistjonijiet li ġejjin: numru minimu ta’ Stati Membri minn fejn iċ-ċittadini jridu joriġinaw (il-Kummissjoni tissuġġerixxi li jiġi stabbilit limitu minimu ta’ kwart tal-Istati Membri, l-istess limitu propost mill-PE fir-riżoluzzjoni tiegħu) (176); numru minimu ta’ firmatarji mill-Istati Membri (il-Kummissjoni tipproponi 0.2% tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru kkonċernat, persentaġġ ekwivalenti għal-limitu minimu propost fl-opinjoni tal-PE, jiġifieri 1/500 tal-popolazzjoni) (177); iffissar tal-età minima tal-parteċipanti (il-Kummissjoni tissuġġerixxi 16 jew 18-il sena, u l-Parlament jirreferi għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru dwar id-dritt tal-vot) (178); u għamla u għażla tal-kliem ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u rekwiżiti għall-proċedura, b’mod partikolari dwar il-ġabra, il-verifika u l-awtentikazzjoni tal-firem (il-PE ppropona proċedura speċifika li tinkludi ħames fażijiet) (179). 174 COM(2009)622, 11.11.2009. 175 T6-0389/2009, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 li tistieden lill-Kummissjoni biex

tissottometti proposta għal regolament dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5665862&noticeType=null&language=en).

176 Paragrafu 1 tal-Anness tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 msemmija qabel. 177 Paragrafu 2 tal-Anness tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 msemmija qabel. 178 Paragrafu 3 tal-Anness tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 msemmija qabel.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 43

Id-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini jagħti dimensjoni ġdida lid-demokrazija Ewropea u jqajjem id-dibattitu pubbliku dwar il-politiki komuni, b’mod partikolari l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni. B’mod aktar konkret, dan id-dritt tal-inizjattiva jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni li jipparteċipaw direttament fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet komuni fis-seħħ. Barra minn hekk, fil-perspettiva tar-riformi fundamentali previsti għal xi politiki komuni (PAK, politika reġjonali, PKS), id-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini se jikkonferma r-rwol tas-soċjetà ċivili fit-tfassil u r-reviżjoni tal-liġi Ewropea u b’mod aktar impliċitu, fid-deċiżjoni ta’ perspettivi finanzjarji ġodda. F’dan il-kuntest, id-dritt tal-inizjattiva taċ-ċittadini se jikkontribwixxi biex joħloq żona pubblika Ewropea reali ta’ dibattitu dwar il-prijoritajiet u l-istrateġiji Komunitarji li għandhom jiġu żviluppati rigward l-isfidi ewlenin tal-Unjoni (eż. il-globalizzazzjoni kummerċjali u finanzjarja, definizzjoni u difiża tal-mudell soċjali Ewropew, ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, tnaqqis demografiku, ġlieda kontra l-ġuħ u l-kriżijiet tal-ikel, żvilupp sostenibbli, eċċ). Il-Parlament Ewropew, bħala istituzzjoni unika tal-UE eletta b’vot dirett universali, jista’ biss jifraħ bl-introduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini fit-Trattati. B’mod parallel, irid isegwi b’attenzjoni r-riżultat tal-inizjattivi konkreti u, eventwalment, jadatta l-iskeda tal-ħidma leġiżlattiva tiegħu.

179 Paragrafu 4 u sussegwenti tal-Anness tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 msemmija qabel.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 44

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 45

4. IL-BIDLIET FIL-LIVELL TAL-BAĠIT

4.1. Effetti kbar fuq il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni It-Trattat ta’ Lisbona fih bidliet sinifikanti fil-livell finanzjarju meta mqabbel mat-Trattati u mar-regolamentazzjoni derivata fis-seħħ, b’mod partikolari fir-rigward tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-proċeduri deċiżjonali. Idaħħal Titolu II ġdid fis-Sitt Parti tat-TFUE b’6 Kapitoli u 15-il Artikolu (180). Fil-fatt, it-Trattat il-ġdid ikompli mingħajr modifika bażika fuq id-dispożizzjonijiet finanzjarji miftiehma mill-Konferenza Intergovernattiva (KIG) tal-2004. Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet finanzjarji ġodda għandhom firxa ġenerali. Madankollu, għandhom effetti partikolari fuq l-infiq tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni li, ma ninsewx, illum jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-baġit tal-Unjoni (73.7% fl-2010) (Tabella 1). Dan l-impatt jikkonċerna b’mod partikolari l-PAK (42% tal-baġit) u l-politika reġjonali (28%), bla dubju l-aktar żewġ politiki tal-Unjoni f'termini ta' nefqa. Tabella 1: IL-POLITIKI STRUTTURALI U TA’ KOEŻJONI - BAĠIT 2010

BAĠIT 2010 TAL-KUMMISSJONI

Impenji

(f’miljuni ta’ EUR) % Total

Agrikoltura u Żvilupp Rurali 58 080.71 41.9%

Politika Reġjonali 38 896.65 28.1%

Trasport 2 296.49 1.7%

Edukazzjoni u Kultura 1 821.86 1.3%

Sajd u Affarijiet Marittimi 1 001.19 0.7%

Turiżmu 4.60 0.0%

Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni 102 101.50 73.7%

Baġit Totali tal-Kummissjoni (181) 138 515.40 100% Sors: Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010. Iċ-ċifri. Jannar 2010 (http://ec.europa.eu/budget/library/publications/budget_in_fig/syntchif_2010_mt.pdf).

180 L-Artikoli 310 sa 325 TFUE. 181 Agrikoltura: Kapitolu 05; Politika Reġjonali: Kapitolu 13; Trasport: intestaturi 06 02, 06 03 u

approprjazzjonijiet oħrajn tal-Kapitolu 06; Edukazzjoni u Kultura: Kapitoli 09 (Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja) u 15 (Edukazzjoni u Kultura) u linja 09 06 (Politika Awdjoviżiva u Programm MEDIA); Sajd: Kapitolu 11; Turiżmu: intestatura 02 02 08.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 46

L-elementi prinċipali tat-Trattat ta’ Lisbona li għandhom x’jaqsmu mal-qafas finanzjarju huma (182):

- Simplifikazzjoni tal-proċedura annwali tal-baġit permezz tat-tneħħija tad-distinzjoni bejn infiq obbligatorju (NO) u nfiq mhux obbligatorju (NMO), bl-għajbien tal-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) u l-eliminazzjoni tat-tieni qari tal-PE.

- Il-formalizzazzjoni ta’ proċedura annwali ġdida tal-baġit analoga għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja b’qari wieħed flimkien ma’ konċiljazzjoni bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

- Il-konsolidament tal-qafas finanzjarju pluriennali fit-TFUE.

- It-tqegħid fil-prattika tal-“kostituzzjoni finanzjarja” ġdida permezz ta’:

a) l-adozzjoni ta’ regolament ġdid li jkun fih il-qafas finanzjarju pluriennali;

b) l-adattament tar-regolament finanzjarju eżistenti għall-prinċipji l-ġodda li jirregolaw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit; u

c) eventwalment, l-adozzjoni ta’ ftehim interistituzzjonali ġdid bir-regoli relattivi għall-kollaborazzjoni tal-istituzzjonijiet matul il-proċedura baġitarja annwali li mhumiex inklużi fiż-żewġ strumenti legali msemmija aktar 'il fuq (183) (paragrafu 5(a)).

4.2. It-tneħħija tad-distinzjoni bejn NO u NMO It-TKE l-qadim kien jagħmel distinzjoni, fl-Artikoli 272 u 273 tiegħu (184), bejn żewġ kategoriji ta’ nfiq:

a) L-“infiq li jirriżulta b’mod obbligatorju mit-Trattat jew mill-atti deċiżi skont dan” (NO), b’mod partikolari, l-infiq fis-swieq u fl-għajnuna tal-ewwel pilastru tal-PAK jew tal-ftehimiet internazzjonali, li għalihom il-Kunsill, l-ewwel fergħa tal-awtorità baġitarja, kellu l-poter aħħari għad-determinazzjoni tal-baġit annwali.

b) L-“infiq għajr dak li jirriżulta b’mod obbligatorju mit-Trattat jew l-atti deċiżi skont dan” (NMO), fejn il-Parlament Ewropew (it-tieni fergħa tal-awtorità baġitarja) żamm il-kompetenza ta’ deċiżjoni tiegħu f’rata massima ta’ żieda meta mqabbel mal-infiq tal-istess tip tas-sena finanzjarja li tkun għaddejja, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tal-bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.

Sabiex jissimplifika l-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit annwali, it-TFUE jelimina din id-distinzjoni fl-Artikoli 314 (ex 272) u 315 (ex 273) il-ġodda. Issa, iż-żewġ fergħat tal-

182 Għal viżjoni kompleta tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju eżistenti sal-aħħar leġiżlatura (2004/2009), ara

"Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 u l-Proċeduri tal-Baġit 2005/2009 (The Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 and 2005/2009 Budgetary Procedures)", PE, Dipartiment tal-Politika D – Affarijiet Baġitarji, PE 411.271, 30.7.2009.

183 Sakemm jitlesta l-qafas finanzjarju l-ġdid, riżoluzzjoni tal-PE reċenti ħafna (T7-0067/2009 tat-12.11.2009) iddeċidiet dwar Linji gwida tranżitorji dwar il-proċeduri tal-baġit fil-perspettiva tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Dawn ikopru b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-baġit, l-adozzjoni tal-baġits ta’ emenda, l-awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet u dwar il-modalitajiet ta’ kollaborazzjoni interistituzzjonali (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5817052&noticeType=null&language=en).

184 L-Artikolu 272(4), it-tieni subparagrafu; l-Artikolu 272(9), l-ewwel u r-raba’ subparagrafi; l-Artikolu 273, it-tielet paragrafu.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 47

awtorità baġitarja se jiddeċiedu b’mod konġunt dwar l-infiq kollu tal-baġit. Il-Kunsill jikseb għalhekk il-poteri ta’ deċiżjoni dwar l-NMO u l-Parlament jikseb dawk dwar l-NO (185). Madankollu, għad hemm id-distinzjoni bejn NO u NMO fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (186) kif ukoll fir-Regolament Finanzjarju ġenerali fis-seħħ (187), li għandhom jiġu adottati minn issa ’l quddiem skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja mill-Parlament u l-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri (l-Artikolu 322 TFUE). Għalhekk iridu jiddaħħlu modifiki fil-qafas tal-ħidmiet ta’ attwalizzazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali u tad-dritt finanzjarju derivat. Fuq din il-bażi, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta’ Lisbona (188) tapprova r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju biex tinkorpora l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet milquta direttament mit-Trattat ta’ Lisbona (paragrafu 50 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). Din tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim interistituzzjonali li jippermetti l-aħjar tranżizzjoni għall-atti legali l-ġodda u l-proċeduri ġodda ta’ deċiżjoni (paragrafi G, 51, 52 u 53).

4.3. Il-proċedura speċjali ġdida għall-adozzjoni tal-baġit annwali It-TFUE jdaħħal Kapitolu ġdid “Il-Baġit Annwali tal-Unjoni” fit-titolu “Dispożizzjonijiet Finanzjarji" (189) li jimmodifika, u jissimplifika, il-proċedura tal-baġit eżistenti. Fil-proċedura l-qadima (l-Artikolu 272 TKE), il-Kummissjoni kienet tippreżenta Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB), għax-xahar ta’ Mejju, li kien fih previżjoni tad-dħul u previżjoni tal-infiq. Il-Kunsill, b’deċiżjoni ta’ maġġoranza kwalifikata, kien jistabbilixxi l-Abbozz tal-Baġit (AB) sa mhux aktar tard mill-ewwel ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel dik tal-implimentazzjoni tal-baġit u kien jgħaddih lill-Parlament Ewropew sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Ottubru. B’mod ġenerali, il-Kunsill kien jistabbilixxi l-AB fix-xahar ta’ Lulju u l-PE kien jivvota f’Settembru fil-kumitat u f’Ottubru fis-sessjoni plenarja b’maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 314 il-ġdid TFUE neħħa l-APB u ħoloq proċedura leġiżlattiva speċjali għall-adozzjoni tal-baġit annwali b’konċiljazzjoni bejn il-PE u l-Kunsill (iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja). Minn issa ’l quddiem iż-żewġ qari se jkunu sostitwiti minn qari uniku: il-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha tal-AB sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru (l-Artikolu 314(2) TFUE). Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jgħaddiha lill-PE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru fejn jinformah bir-raġunijiet li jkunu wassluh biex jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni (l-Artikolu 314(3) TFUE). Ta’ min ifakkar li qabel, il-Kunsill ma kien jagħti ebda raġuni għat-tnaqqis li kien jieħu deċiżjoni fuqu.

185 Ta’ min jenfasizza li, wara t-Trattat ta’ Lisbona, għad hemm differenzjazzjoni bejn l-approprjazzjonijiet tal-

baġit, dwar: a) l-approprjazzjonijiet differenzjati (DA), immirati biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet pluriennali, li jinkludu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas; b) l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati (NDA), li jiggarantixxu l-impenji u l-ħlasijiet tan-nefqa matul kull sena finanzjarja.

186 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p.1 - http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:139:0003:0003:EN:PDF). L-NO/NMO jissemmew fil-paragrafi 13, 23, 34 u 36, u fl-Anness II, paragrafi B u C.5. Dan il-ftehim ġie emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/407/KE (ĠU L 132, 29.5.2009 - http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:132:0008:0009:MT:PDF).

187 Ir-Regolament (KE) 1605/2002 tal-Kunsill (ĠU L 248, 16.9.2002) (http://eur-lex.europa.eu/JOHtml.do?uri=OJ:L:2002:248:SOM:EN:HTML) u r-Regolament (KE) 2342/2002 tal-Kummissjoni (ĠU L 357, 31.12.2002).

188 P6_TA(2009)0374 (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608282&noticeType=null&language=en). 189 ĠU C 115, 9.5.2008, pp. 183-185.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 48

Ir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-7 ta’ Mejju 2009 (paragrafu 30) (190) tenfasizza l-fatt li l-proċedura l-ġdida u l-qari uniku tagħha ma jippermettux fil-fatt lill-istituzzjonijiet li jikkoreġu l-pożizzjoni tagħhom fit-tieni qari kif seta’ kien il-każ qabel. Il-Parlament għalhekk ikollu jieħu deċiżjonijiet dwar il-prijoritajiet politiċi tiegħu fi stadju bikri u jrid ukoll jadatta l-approċċ tiegħu u l-organizzazzjoni operattiva tiegħu sabiex jikseb l-objettivi stipulati. Għalkemm it-TFUE jsemmi l-limiti ta’ żmien ġenerali tal-proċedura annwali tal-baġit il-ġdida, ma jistabbilixxix dati preċiżi għall-ħidma parlamentari. B’riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġi stabbilit kalendarju prattiku simili għal dak attwali biex fl-istess ħin jiġu affermati l-prijoritajiet parlamentari u l-implimentazzjoni f’ħin xieraq tal-mekkaniżmi ta’ konċiljazzjoni stabbiliti fl-istess Trattat (paragrafi 31 u 33 tar-Riżoluzzjoni msemmija qabel) (191). Il-proċedura l-ġdida tistabbilixxi tliet voti parlamentari:

a) L-ewwel vot, b’maġġoranza kwalifikata, fi żmien 42 jum mit-trażmissjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill (192), jikkonċerna l-emendi tal-AB (l-Artikolu 314(4) TFUE). It-TFUE m’għandux dispożizzjoni dwar il-proċedura ta’ dan il-vot mis-sessjoni plenarja li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-PE dwar il-linji ta’ approprjazzjonijiet kollha u li tagħlaq il-fażi tal-qari. Iżda ma hemmx raġunijiet importanti għaliex ma għandhiex tinżamm il-proċedura fis-seħħ, b’rapport u riżoluzzjoni fis-sessjoni plenarja dwar l-AB, li hu att leġiżlattiv li attwalment jippermetti li jiġu stabbiliti l-linji strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji. Kif ġie notifikat mill-Parlament fis-7 ta’ Mejju 2009 (paragrafu 34), din ir-riżoluzzjoni li tippreċedi l-ewwel laqgħa ta’ konċiljazzjoni jkollha aktar importanza, billi din tippermetti lill-PE jħabbar formalment il-prijoritajiet baġitarji tiegħu, mingħajr ma jkun ikkundizzjonat mill-konsiderazzjonijiet tattiċi li jirriżultaw mill-pożizzjoni tal-Kunsill. Issa, il-kumitati speċjalizzati għal opinjoni jridu jkunu marbuta strettament (bħal-lum) mal-ħidma tal-Kumitat għall-Baġits (COBU) fit-tfassil tal-abbozz ta’ riżoluzzjoni.

b) It-tieni vot, b’maġġoranza sempliċi, jikkonċerna r-riżultati tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni li jiġbor flimkien ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-istess numru ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew fil-każ ta’ diverġenzi interistituzzjonali fir-rigward tal-abbozz tal-baġit emendat (l-Artikolu 314(5) TFEU). Dan il-vot fis-sessjoni plenarja jista’ jsir għall-ħabta ta’ nofs Novembru fil-każ ta’ qbil fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (l-Artikolu 314(6) TFUE).

c) Jeħtieġ li jiżdied it-tielet varjant ta’ vot fil-każ speċifiku ta’ rifjut tal-abbozz ta' test konġunt mill-Kunsill. F’din l-aħħar ipoteżi, il-vot tal-PE jiddeċiedi li jikkonferma l-emendi kollha, jew parti minnhom, adottati waqt il-qari uniku (l-Artikolu 314(7)(d) TFUE. B'hekk, il-PE, permezz ta’ maġġoranza kwalifikata (maġġoranza tal-membri + tlieta minn ħamsa tal-voti espressi), ikollu l-aħħar kelma dwar il-baġit annwali.

Minbarra l-qari uniku, fost l-affarijiet il-ġodda tal-proċedura baġitarja annwali tat-TFUE, jeħtieġ li jiġi enfasizzat: 190 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608282&noticeType=null&language=en. 191 Fir-rigward tal-kalendarju tal-proċedura tal-baġit il-ġdida ara "Dokument ta’ Ħidma tal-implikazzjonijiet tat-

Trattat ta’ Lisbona għall-proċedura annwali tal-baġit (Working document of the implications of the Treaty of Lisbon for the annual budgetary procedure)", Kumitat għall-Baġits, Rapporteurs Sidonia Elzbieta Jedrezejewska u László Surján, DT/804312EN.doc, PE 439.064, 9.2.2010.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 49

a) Ir-rwol deċiżiv attribwit lill-Parlament Ewropew fit-tmiem tal-proċedura (l-Artikolu 314 (7) TFUE): 1) it-test tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (“abbozz ta' test konġunt”) ma jkunx meqjus bħala adottat jekk il-Parlament Ewropew jopponih (bil-maġġoranza tal-membri li jiffurmawh); 2) jekk il-Kunsill jirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-PE japprovah, jew dan jidħol fis-seħħ kif inhu, jew il-Parlament Ewropew jista’ jimponi l-emendi li jkun adotta wara l-ewwel qari tiegħu tal-abbozz tal-baġit, b’maġġoranza kwalifikata (il-maġġoranza tal-membri li jiffurmawh flimkien ma’ tlieta minn ħamsa tal-voti espressi). F’dan il-kuntest, jekk il-PE u l-Kunsill ma jiftehmux biex japprovaw “abbozz ta' test konġunt” f’21 ġurnata, il-Kummissjoni jkollha l-obbligu li tippreżenta abbozz ġdid tal-baġit (AB) (l-Artikolu 314(7), paragrafi (b) u (c), u l-Artikolu 314(8) TFUE) (193).

b) Id-dritt ta’ inizjattiva miksub mill-Kummissjoni, biex tkun tista’ temenda l-abbozz tal-baġit tagħha fil-mument meta l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jkun konvokat (l-Artikolu 314(2), it-tieni subparagrafu) (194).

c) U, fl-aħħar nett, ir-rwol ewlieni tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li jirrappreżenta d-djalogu interistituzzjonali bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

Il-Kumitat ta’ Konċiljażżjoni huwa magħmul b’mod konġunt, b’membri li jirrappreżentaw il-Kunsill u l-istess numru ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament (l-Artikolu 314(5) TFUE). It-TFUE ma jiddefinixxix in-numru eżatt u lanqas il-livell ta’ rappreżentanza politika tal-Kunsill, żewġ suġġetti sensittivi ħafna bla dubju ta’ xejn, li huma kwistjoni tal-istituzzjonijiet individwali. Barra minn hekk, jidher li jkun meħtieġ ftehim bejn il-PE u l-Kunsill biex jiġi stabbilit il-funzjonament tajjeb tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fl-aħjar limiti ta’ żmien (paragrafu 41 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). L-esperjenza miksuba mill-kumitati ta’ konċiljazzjoni leġiżlattivi preċedenti (195) għandha bi prinċipju tiffaċilita l-ftehim dwar il-proċeduri u l-organizzazzjoni interna tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-konfront tal-proċedura baġitarja l-ġdida (eż. il-presidenzi tal-kumitat; il-kompożizzjoni tas-segretarjat jew tal-persunal ta’ appoġġ u l-irwol tagħhom; it-tħejjija u t-traduzzjoni tad-dokumentazzjoni; il-modalitajiet tal-ħidma jew tal-laqgħat – trilogi, gruppi tekniċi interistituzzjonali; il-kalendarju; ir-regoli tan-negozjar, tal-vot u/jew tal-proċedura inġenerali; eċċ.) Bi prinċipju, ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid li se jissostitwixxi dak tal-2002 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 188) għandu jinkludi r-regoli ta’ funzjonament tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (paragrafu 50 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). Jista' wkoll ikun meħtieġ ftehim interistituzzjonali ġdid li jistabbilixxi r-regoli ta’ kollaborazzjoni matul il-proċedura baġitarja annwali (ara paragrafu 4.1 u paragrafu 5.1).

192 Billi l-Kunsill irid jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu qabel l-1 ta’ Ottubru (l-Artikolu 314(3) TFUE), il-vot tas-

sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew jista’ jsir għall-ħabta ta’ nofs Ottubru (Ara d-Dokument ta’ Ħidma tad-9.2.2010 msemmi qabel).

193 Barra dan, jekk fil-bidu ta’ sena finanzjarja, il-baġit ma jkunx għadu adottat b’mod definittiv, l-infiq jista’ jsir kull xahar skont kull kapitolu, fil-limitu ta’ wieħed minn tnax tal-approprjazzjonijiet miftuħa fil-kapitolu inkwistjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti, mingħajr ma jaqbeż dak il-wieħed minn tnax tal-approprjazzjonijiet stipulati fl-abbozz tal-baġit (l-Artikolu 315 TFUE).

194 F’dan il-kuntest, ir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-7 ta’ Mejju 2009 (paragrafu 45) tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regola skont liema l-Kummissjoni ma tistax temenda l-abbozz tagħha wara l-konvokazzjoni tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma tippermettix li jsir rikors għall-ittra tradizzjonali ta’ emenda tal-ħarifa biex jitqiesu l-previżjonijiet aġġornati għall-PAK u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-baġit. Il-PE jikkunsidra li, f’każ bħal dan, il-proċedura l-aktar xierqa għandha tkun il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ abbozz ta’ “baġit speċifiku ta’ emenda” (SAB) ladarba jkunu stabbiliti definittivament id-dettalji agrikoli kollha.

195 L-Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura tal-PE (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+RULES-EP+20091201+0+DOC+PDF+V0//MT&language=MT). Tista’ tiġi kkonsultata wkoll il-Gwida “Kodeċiżjoni u Konċiljazzjoni. Kif il-Parlament Ewropew jgħaddi liġijiet b’mod konġunt fil-qafas tat-Trattat ta’ Lisbona" (DV/795985FR.doc).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 50

Xi deċiżjonijiet jikkonċernaw biss lill-Parlament Ewropew. Il-Parlament diġà ddeċieda li d-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandha tkun ippreseduta mill-President tal-Kumitat għall-Baġits u li din tkun tinkorpora, barra mill-membri ta’ dan il-kumitat, lill-membri tal-kumitati parlamentari speċjalizzati meta n-negozjati jolqtu kwistjoni speċifika li tidħol fil-qasam tal-politika tagħhom (paragrafu 40 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). Ir-Regoli ta' Proċedura tal-PE barra minn hekk diġà ġew emendati biex jinkorporaw il-proċedura baġitarja l-ġdida (196): huwa previst li l-membri tad-delegazzjoni jkunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena, qabel il-vot tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, bi preferenza fost il-membri tal-kumitat kompetenti fil-kwistjonijiet baġitarji u minn kumitati kkonċernati oħrajn. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament Ewropew, iżda dan jista’ jiddelega din il-kariga lil Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-president tal-kumitat kompetenti f'dawn il-kwistjonijiet (il-COBU). Madankollu, għad trid tittieħed deċiżjoni dwar ir-rappreżentanza fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni tal-kumitati tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni li għandhom l-akbar piż baġitarju (eż. AGRI jew REGI). Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħrajn aktar speċifiċi dwar l-organizzazzjoni interna (eż. il-firxa tal-mandat mogħti mis-sessjoni plenarja lir-rappreżentanti parlamentari tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u l-latitudni ta’ negozjar; ir-rabtiet bejn is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u s-segretarjat tal-Kumitat għall-Baġits (COBU); ir-rapporti bejn il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-COBU, il-kumplament tal-kumitati speċjalizzati u l-gruppi politiċi; ir-rwol tal-kumitati speċjalizzati fil-konfront tat-tieni vot ta’ konferma tal-emendi; eċċ.), tista’ titqies l-esperjenza miksuba fil-livell leġiżlattiv (197).

4.4. Il-konsolidament tal-qafas finanzjarju pluriennali u tad-dixxiplina finanzjarja fit-TFUE

L-Artikolu 270 tat-TKE tħassar u d-dispożizzjonijiet dwar id-dixxiplina baġitarja qegħdin jiddaħħlu fl-Artikolu 310(4) il-ġdid TFUE (ex 268 TKE) li jsemmi wkoll il-“qafas finanzjarju pluriennali". Fil-fatt, it-Trattat ikompli u jattwalizza l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet dwar il-perspettivi finanzjarji pluriennali fis-seħħ fi ħdan il-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (198). B’dan, il-“qafas finanzjarju pluriennali” (QFP) u r-regoli tiegħu ġew integrati għall-ewwel darba fil-leġiżlazzjoni primarja permezz tal-Artikolu 312 TFUE. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona jikkonfermaw it-tul ta’ żmien tal-QFP eżistenti (ħames snin) (l-Artikolu 312(1) TFUE), jistabbilixxu proċedura leġiżlattiva speċjali għall-adozzjoni tar-regolament, li se jiffissa l-ammonti tal-limiti annwali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji u li se jissostitwixxi l-Ftehim Interistituzzjonali fis-seħħ (l-Artikolu 312(2) TFUE) u, fl-aħħar nett, dawn jifformalizzaw il-kontenut tal-programmazzjoni pluriennali tal-

196 L-Artikolu 75(d) ("Konċiljazzjoni baġitarja") (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-

//EP//NONSGML+RULES-EP+20091201+0+DOC+PDF+V0//MT&language=MT). 197 Barra minn hekk, l-Artikolu 75(d) tar-Regoli ta' Proċedura tal-PE jistabbilixxi li l-Artikoli 68 u 69 dwar il-

konċiljazzjoni leġiżlattiva għandhom jiġu applikati fil-qasam baġitarju. 198 Diġà msemmi (Nota ta’ qiegħ il-paġna, nru 187): ĠU C 139, 14.6.2006, p.1 (http://eur-

lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:139:0003:0003:EN:PDF)

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 51

Unjoni, fuq il-bażi ta’ kategoriji ta’ nfiq skont is-setturi prinċipali tal-attività tal-Unjoni (Artikolu 312(3) TFUE) (199). F’dan il-kuntest, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat, jeħtieġ li jingħata bidu għan-negozjati għall-adozzjoni tar-regolament il-ġdid għall-attwalizzazzjoni tar-regoli dwar id-dixxiplina baġitarja u dwar il-perspettivi finanzjarji. Dan ir-regolament għandu jkun approvat b’mod konġunt mill-Parlament u l-Kunsill permezz tal-proċedura speċjali diġà msemmija. Ta’ min josserva li l-Kunsill jiddeċiedi bl-unanimità dwar dan ir-regolament il-ġdid, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li jaġixxi bil-maġġoranza tal-membri. Il-PE iddispjaċih li d-deċiżjoni tal-Kunsill se tittieħed bl-unanimità, biex il-proċedura ssir diffiċli ħafna u tiffavorixxi negozjar ibbażat fuq “l-iżgħar denominatur komuni” (paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). Għaldaqstant huwa inkoraġġixxa lill-Kunsill biex juża, mill-aktar fis possibbli, il-klawsola li tippermettilu, permezz ta’ deċiżjoni meħuda bl-unanimità, li jirrikorri għall-maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni tal-QFP (l-Artikolu 312(2), it-tieni subparagrafu). Il-PE iddispjaċih ukoll li huwa għandu biss dritt ta’ approvazzjoni u mhux poter ta’ kodeċiżjoni veru fuq ir-regolament il-ġdid (paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Mejju 2009). Madankollu, saħaq fuq il-fatt li t-Trattat ta’ Lisbona jistipula li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa, matul il-proċedura kollha, biex jiggarantixxu s-suċċess finali tiegħu (l-Artikolu 312(5) TFUE). Għalhekk stieden lill-Kunsill biex ikun disponibbli biex jibni djalogu politiku strutturat mal-Parlament sabiex jitqiesu bis-sħiħ il-prijoritajiet tiegħu. Fl-aħħar nett, wieħed jista’ jinnota li l-PE fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Marzu (200) u tas-7 ta’ Mejju 2009 (201) ippropona t-titwil u l-adattament tal-perspettivi finanzjarji attwali 2007/2013 sal-2016 sabiex il-QFP tal-ħames snin li jmiss jidħol fis-seħħ sal-2017. B’hekk, il-QFP jaħbat mal-mandati tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni u jkun jista’ jintegra ruħu aħjar f’loġika globali ta’ programmazzjoni strateġika interistituzzjonali. F’dan ir-rigward, ta’ min jagħraf ukoll li t-titwil tal-perspettivi finanzjarji attwali jidħlu sew fil-kuntest ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, kif inhu l-każ bħalissa. Bir-ritorn progressiv għall-Patt ta’ Stabilità, flimkien mal-irkupru qawwi tal-ekonomiji tal-UE27, it-titwil jiffaċilita mingħajr dubju d-dibattitu dwar il-futur finanzjarju tal-Unjoni.

199 Ir-Riżoluzzjoni T6-0387/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 tal-Parlament (paragrafu 50) talbet li l-programmazzjoni

finanzjarja tkun ibbażata fuq “programm ta’ leġiżlatura” jew “kuntratt”, deċiża mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni (eventwalment taħt il-forma ta’ ftehim interistituzzjonali) (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5609042&noticeType=null&language=en).

200 Ir-Riżoluzzjoni T6-0174/2009 tal-25.3.2009 dwar ir-reviżjoni f’nofs terminu tal-qafas finanzjarju 2007/2013, paragrafi H, 7.b) u 7.c) (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5608352&noticeType=null&language=en)

201 Ir-Riżoluzzjoni msemmija qabel T6-0374/2009 (paragrafi 11, 13 u 16) u r-Riżoluzzjoni msemmija qabel T6-0387/2009 (paragrafi J, 50 u 51) (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5609042&noticeType=null&language=en).

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 52

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 53

5. EPILOGU: DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI PROGRESSIVA TAT-TRATTAT TA’ LISBONA

It-Trattat ta’ Lisbona jimmarka punt storiku reali fl-iżvilupp istituzzjonali tal-Unjoni. Anke jekk it-Trattati l-ġodda konsolidati ma jistgħux jitqabblu ma' Kostituzzjoni f’sens formali, dawn jistgħu, għall-kuntrarju, jiġu definiti bħala Kostituzzjoni f’sens sostantiv, skont il-każistika twila tal-Qorti tal-Ġustizzja (QĠKE). It-Trattat ta’ Lisbona jagħraf bis-sħiħ il-Parlament Ewropew bħala waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva u baġitarja tal-Unjoni (l-Artikolu 14(1) TUE). Madankollu, għad hemm spazji vojta x'jimtlew dwar l-eżerċizzju ta’ poteri ġodda u dwar l-għodod ġodda li għandhom jiġu utilizzati. Kultant il-poteri u/jew il-proċeduri huma determinati mit-Trattati iżda b’mod mhux tant ċar u dan jista’ jwassal għal interpretazzjonijiet kontradittorji. F’każijiet oħra, ma hemmx referenza espliċita għalihom fil-liġi primarja l-ġdida, iżda jistgħu jirriżultaw poteri parlamentari ġodda b’mod impliċitu mir-rwol ta’ koleġiżlatur imdaħħal mit-Trattat ta’ Lisbona. Il-Parlament Ewropew, bħala l-benefiċjarju prinċipali tat-Trattat il-ġdid, għalhekk għandu rwol b'saħħtu rigward l-istituzzjonijiet l-oħra għall-għarfien sħiħ tal-prerogattivi ġodda tiegħu. Fir-realtà, ninsabu f’nofs fażi ta’ tranżizzjoni, li se tkun deċiżiva għall-ġejjieni. a) L-isfidi regolatorji immedjati Fix-xhur li ġejjin, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jkollhom jiddeċiedu dwar bosta regolamenti proposti min-naħa tal-Kummissjoni sabiex jiġi supplimentat il-qafas legali derivat mit-Trattat: dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, dwar ir-regoli l-ġodda tal-komitoloġija u, fuq kollox, dwar il-“kostituzzjoni finanzjarja” l-ġdida tal-Unjoni (202). Huma mistennija sitt “pakketti” leġiżlattivi f’dan il-qasam finanzjarju:

a) L-ewwel pakkett, li kellu jiġi ppreżentat fi Frar 2010, se jkopri: il-modifiki tranżitorji tar-Regolament Finanzjarju biex jiġi adattat għat-Trattat ta’ Lisbona (tneħħija tal-NO u l-NMO; regoli ġodda dwar it-trasferimenti) li għandhom jiġu deċiżi b’kodeċiżjoni; il-proposta għal regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali, deċiż mill-Kunsill bl-unanimità, bl-approvazzjoni tal-PE; u l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba, innegozjat mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

b) It-tieni pakkett, li kien previst ukoll għal Frar 2010, għandu jkopri: il-proposta

dwar is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna, bil-proċedura ta' konsultazzjoni; l-adattament tar-regoli finanzjarji fis-seħħ, deċiżi b’kodeċiżjoni; ir-regoli l-ġodda tas-servizz Ċivili Ewropew, sottomessi għall-kodeċiżjoni; u proposta dwar l-emendi għall-Baġit.

c) It-tielet pakkett, li għandu jiġi ppreżentat fl-aħħar ta’ April 2010, jinkludi l-abbozz

tal- Baġit 2011 u l-proposta dwar il-valutazzjoni tal-funzjonament tal-Ftehim Interistituzzjonali 2007/2013 (203).

202 Espressjoni użata fir-Riżoluzzjoni tal-PE T7-0067/2009 tat-12.11.2009, paragrafu C. 203 Ibbażat fuq id-Dikjarazzjoni Nru 1u l-Artikolu 7 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Dipartiment tal-Politika B: politiki stutturali u ta’ koeżjoni ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 54

d) Ir-raba’ pakkett, previst għal Mejju 2010, jinkludi l-proposta għar-reviżjoni ta’ kull tliet snin tar-regoli finanzjarji.

e) Il-ħames pakkett, li se jiġi ppreżentat f’Lulju 2010, jirrigwarda r-reviżjoni tal-Baġit

(204). f) Fl-aħħar nett, is-sitt pakkett, li għandu jiġi ppreżentat fl-2011, jinkludi l-proposta

dwar il-perspettivi finanzjarji pluriennali l-ġodda. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jitqies il-fatt li dawn il-proposti finanzjarji jikkostitiwixxu fir-realtà “pakkett” politiku waħdieni u li dawn iridu jiġu studjati b’mod koerenti mill-Parlament (205). Jeħtieġ ukoll li jiġi studjat jekk l-istrumenti l-ġodda proposti jinkludux ir-regoli dwar il-kollaborazzjoni tal-istituzzjonijiet matul il-proċedura baġitarja annwali mitluba mill-Parlament Ewropew (206) jew jekk, eventwalment, dawn ikunux jeħtieġu ftehim interistituzzjonali speċifiku ieħor. b) L-isfidi politiċi u interistituzzjonali Lil hinn mill-qasam finanzjarju, se jkunu meħtieġa bosta ftehimiet interistituzzjonali oħrajn fil-fażi attwali ta’ tranżizzjoni. Matul is-sessjoni parzjali ta’ Frar 2010, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar Ftehim Qafas rivedut bejn il-Parlament u l-Kummissjoni għal-leġiżlatura li jmiss (207). Dan iqiegħed il-Parlament Ewropew fuq bażi ugwali mal-Kunsill, prinċipju li jinkludi l-aċċess għal-laqgħat u għad-dokumentazzjoni ta’ tħejjija ta’ att leġiżlattiv (208). Jikkjarifika l-aspetti proċedurali tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-Parlament, stipulati fl-Artikolu 225 TFUE, u jimpenja lill-Kummissjoni għal negozjati dwar il-Ftehim Interistituzzjonali għal “Leġiżlar Aħjar” (“Better Law-Making”). Ir-riżoluzzjoni tinkludi wkoll bosta miżuri għat-tisħiħ tar-responsabilità tal-Kummissjoni. U, fl-aħħar nett, tikkonferma r-rwol tal-Parlament Ewropew fin-negozjati internazzjonali. L-objettiv tar-riżoluzzjoni huwa li sservi ta’ punt ta’ tluq għal proċess ta’ sħubija speċjali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni. Barra minn dan il-Ftehim Qafas ta’ koperazzjoni mal-Kummissjoni, il-Parlament saħaq fuq il-ħtieġa ta' ftehim politiku mal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ istituzzjonijiet (209) kif ukoll ta' ftehimiet interistituzzjonali ġodda dwar: a) il-linji gwida għall-organizzazzjoni tal-Konferenzi Intergovernattivi (KIG), b’mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-kwistjonijiet ta’ trasparenza (210); b) ir-relazzjonijiet tal-ħidma bejn il-PE u l-Kunsill fil-qasam tal-PBSK, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali: u c) dwar il-parteċipazzjoni istituzzjonali f’kull fażi tan-negozjati ta’ ftehim internazzjonali (211). Forsi jeħtieġ li jiżdied ftehim ta’ koperazzjoni leġiżlattiva li jikkjarifika l-proċeduri ta’ deċiżjoni fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd (paragrafu 3.2 u paragrafu 3.3).

204 Ibbażat fuq id-Dikjarazzjoni Nru 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. 205 Paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni T7-0067/2009, imsemmija qabel. 206 Ir-Riżoluzzjoni T7-0067/2009, imsemmija qabel, paragrafu C. 207 http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5838672. 208 Talba diġà inkluża fir-Riżoluzzjoni tal-PE T6-0387/2009 tas-7.5.2009, paragrafu 8

(http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5609042&noticeType=null&language=en). 209 Paragrafu 16 tar-Riżoluzzjoni tal-PE T6-0387/2009 tas-7.5.2009, imsemmija qabel. 210 Paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-PE T6-0387/2009 tas-7.5.2009, imsemmija qabel. 211 Ir-Riżoluzzjoni tal-PE T6-0373/2009 tas-7.5.2009, paragrafu 77 u sussegwenti.

Il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni wara t-Trattat ta’ Lisbona ____________________________________________________________________________________________

PE 431.591 55

c) L-inizjattiva parlamentari kontra l-inerzja istituzzjonali Ta’ min jinnota li l-inerzji li rabbew l-għeruq fi ħdan l-istituzzjonijiet iridu jisparixxu meta jiġi implimentat it-Trattat il-ġdid. Dan huwa partikolarment il-każ fl-oqsma politiċi fejn il-proċedura ta’ konsultazzjoni ġiet sostitwita mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja (PAK u PKS) u fejn il-poteri leġiżlattivi tal-Parlament ġew għaldaqstant estiżi. F’dawn il-każijiet, il-Kunsill għandu tendenza ċara li jilleġiżla waħdu. Il-Parlament għandu wkoll l-abitudni li jippreżenta emendi simboliċi għall-proposti tal-Kummissjoni, iżda din il-prattika mhux se tagħmel aktar sens fil-qafas tal-proċeduri l-ġodda (leġiżlattivi jew baġitarji). Għalhekk jeħtieġ li jinbidlu xi prattiki parlamentari filwaqt li tittejjeb il-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva. Madankollu, b’mod parallel, jeħtieġ li tingħata prova tal-immaġinazzjoni u l-inizjattiva biex jitwessa’ l-ambitu tal-azzjoni parlamentari. Għandna eżempju reċenti tal-poter tal-inizjattivi parlamentari fil-konfront tal-inerzja tal-istituzzjonijiet fil-qasam tas-sajd. Fuq il-bażi tad-dritt tal-Parlament Ewropew li jkun informat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura tan-negozjar ta’ ftehim internazzjonali (l-Artikolu 218(10) TFUE) (paragrafu 3.8.1), il-Kunsill fi Frar 2010 għaraf id-dritt tal-president tal-Kumitat għas-Sajd li jieħu sehem fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim ta’ Sħubija tas-Sajd UE-Marokk (Rabat, it-2 u t-3 ta’ Frar 2010). Din hija kisba reali meta titqabbel mas-sitwazzjoni preċedenti, fejn il-PE kellu biss id-dritt li jkun informat b’kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill (l-ex Artikolu 310(2), it-tielet subparagrafu, TKE). d) L-isfidi organizzattivi Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew diġà pproċeda għall-adattament tal-istrutturi, tal-proċeduri u tal-metodi ta’ ħidma tiegħu għall-poteri u l-esigenzi l-ġodda ta’ koperazzjoni interistituzzjonali li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona. Il-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma maħluq f’dan ir-rigward diġà wasslu għal riforma tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (212). Madankollu, hekk kif it-Trattat ta’ Lisbona jibda jifrex il-mantell istituzzjonali, leġiżlattiv u finanzjarju tiegħu, il-Parlament irid isaħħaħ il-kapaċità leġiżlattiva, ta’ appoġġ u ta’ riċerka tas-servizzi parlamentari. It-tisħiħ tar-rwol ta' koleġiżlatur tal-Parlament jimplika titjib fil-kwalità leġiżlattiva u, indirettament, tal-ispeċjalizzazzjoni u/jew tal-kompetenza tas-servizzi. Hu maħsub ukoll li se tikber l-integrazzjoni tal-unitajiet imdaħħla fil-ħidma parlamentari. Wieħed jista’ jqis ukoll it-tqassim mill-ġdid tar-responsabilitajiet tal-kumitati parlamentari, skont ir-riformi wesgħin tal-politiki previsti għal wara l-2013 (b’mod partikolari l-PAK, il-politika reġjonali, u l-PKS, fil-qafas tal-politikii strutturali u ta’ koeżjoni).

212 Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

(http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5491432&noticeType=null&language=en); u r-Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta’ Lisbona (http://www.europarl.europa.eu/oeil/file.jsp?id=5786912&noticeType=null&language=en).