kelma tal- Ħajja

Post on 10-Jan-2016

69 Views

Category:

Documents

5 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

Kelma tal- Ħajja. F rar 2013. «N afu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna » ( 1 Ġw 3,14). Ġwanni qed jikteb lill-komunitajiet insara mwaqqfa minnu fi żmien meta dawn kienu għaddejjin minn diffikultajiet kbar. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Kelma

tal-Ħajja

Frar 2013

«Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna»

(1 Ġw 3,14).

Ġwanni qed jikteb lill-

komunitajiet insara

mwaqqfa minnu fi żmien

meta dawn kienu

għaddejjin minn

diffikultajiet kbar.

Ġwanni qed jikteb lill-

komunitajiet insara

mwaqqfa minnu fi żmien

meta dawn kienu

għaddejjin minn

diffikultajiet kbar.

Infatti bdew deħlin l-ereżiji u tagħlim falz tal-fidi u tal-morali; kien hemm ukoll ambjent

pagan, li kien jeħodha bi sħiħ kontra l-ispirtu tal-Vanġelu. Dan kien l-ambjent li kienu jgħixu

fih dawn l-insara.

Billi l-appostlu Ġwanni ried jgħin lill-insara, tahom rimedju tajjeb ħafna: li jħobbu ’l

ħuthom, li jgħixu l-kmandament tal-imħabba li huma kienu rċevew sa mill-bidunett u li fih hu

jara miġbura l-kmandamenti kollha.

B’hekk huma jagħrfu xinhi “l-ħajja”,

jiġifieri li jidħlu aktar ‘il ġewwa fl-għaqda tagħhom m’Alla; u jsiru jafu xi jfisser

Alla-Mħabba. B’din l-esperjenza huma jissaħħu fil-fidi u

jkunu jistgħu jseffqu wiċċhom mal-attakki

li jsiru kontra tagħhom, l-aktar fi

żmien tal-prova.

«Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna»

(1 Ġw 3,14).

“Aħna nafu...”L-appostlu qed

jirreferi għal meta wieħed jitgħallem minn xi esperjenza

li jkun għamel. Qisu qed jgħid:

dan aħna għaddejna minnu,

missejnieh b’idejna.

Din hi l-esperjenza li l-insara, li rċevew

mingħandu l-Vanġelu, kienu għamlu hekk kif

ikkonvertew. Dan ifisser li meta huma

bdew jgħixu l-kmandamenti t’Alla, l-aktar il-kmandament

tal-imħabba lejn ħuthom, huma daħlu fl-istess ħajja t’Alla.

Imma l-insara tallum, jafu biha din l-esperjenza? Huma jafu bi żgur li l-

kmandamenti t’Alla qegħdin hemm biex jgħixuhom. Ġesù l-ħin kollu jisħaq li mhux

biżżejjed nisimgħu l-Kelma t’Alla, imma rridu ngħixuha (cf Mt 5,19 – 7,21 - 7,26).

Dak l-aspett tal-għaġeb tal-ħajja

nisranija li l-biċċa l-kbira tal-insara ma japprezzawx – jew għax ma jafux, jew għax jafu l-affarijiet

biss bil-moħħ u mhux bl-esperjenza – l-

Appostlu San Ġwann jurih b’mod ċar ħafna.

Hu jrid jgħidilna li meta ngħixu l-

kmandament tal-imħabba, Alla

jagħmilna tiegħu; u sinjal ċar ta’ dan hi l-ħajja, il-paċi u l-ferħ li

hu jdewwaqna sa minn din id-dinja

stess.

Għalhekk kollox jieħu d-dawl u jsib postu. Ma jkunx hemm aktar firda bejn il-fidi u l-ħajja. Il-fidi ssir dik il-qawwa li tidħol f’kull ħaġa li

nagħmlu u li torbot kollox flimkien.

«Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna»

(1 Ġw 3,14).

Din il-Kelma tal-ħajja tgħidilna li l-imħabba tal-proxxmu hi t-triq ewlenija

li twassalna għand Alla.

Ladarba aħna lkoll uliedu, m’hemm xejn aktar għal qalbu daqs l-imħabba lejn ħutna. Kemm ikun kuntent Alla meta jarana nħobbu

’l ħutna l-bnedmin.

Billi l-imħabba lejn ħutna tgħaqqadna m’Alla, hi għajn ta’ dawl għal ruħna li ma jintemm qatt;

hi għajn ta’ ħajja, ta’ frott spiritwali u ta’ tiġdid kontinwu.

Ma tħallix lill-poplu nisrani jikkankra, jimrad jew jaqa’ fil-bruda. F’kelma waħda

“ngħaddu mill-mewt għall-ħajja”.

Meta l-imħabba tiġi nieqsa, kollox jispiċċa u jmut. Imbagħad nifhmu għax naraw ċerti sinjali li jidhru fid-dinja li qed ngħixu fiha: nuqqas ta’ ħeġġa, ta’ idejali, bruda, dwejjaq, xewqa li dak

li jkun jaħrab, it-telfa tal-valuri, eċċ.

«Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna»

(1 Ġw 3,14).

L-aħwa li jsemmi l-appostlu huma

fuq kollox il-membri tal-

komunità li aħna parti minnha. Jekk hu veru li

għandna nħobbu ’l kulħadd, hu daqstant ieħor

veru li rridu nibdew billi

nħobbu ’l dawk li jgħixu magħna l-

ħin kollu, biex imbagħad naslu biex inħobbu ’l-bnedmin kollha.

Jeħtieġ l-ewwel naħsbu f’dawk tal-familja tagħna, sħabna tax-xogħol, in-nies tal-

parroċċa, tal-għaqda jew komunità reliġjuża li tagħha aħna membri.

L-imħabba lejn ħutna ma tkunx vera u kif għandha tkun jekk ma nibdewx minn dawn. Inkunu fejn inkunu, aħna msejħin nibnu l-

familja ta’ wlied Alla.

«Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna»

(1 Ġw 3,14).

Din il-Kelma tal-ħajja tiftħilna toroq bla tarf. Hi tħeġġiġna nintefgħu f’avventura divina

tal-imħabba nisranija li twassalna biex inħobbu b’mod li qatt ma konna nobsru

qabel.

Tfakkarna qabel xejn li dinja bħal ma hi tagħna, li fiha jiswa kemm jirnexxilek tiġġieled, li fiha jirbaħ l-aktar wieħed b’saħħtu, makakk, bla ebda kuxjenza u fejn xi drabi l-materjaliżmu u l-egoiżmu jwaqqfu kollox, it-tweġiba tagħna

għandha tkun l-imħabba tal-proxxmu.

Din hi l-mediċina li tista’ tfejjaq lid-

dinja. Infatti meta ngħixu l-

kmandament tal-imħabba, naraw li mhux biss il-ħajja

tagħna tieħu r-ruħ, iżda wkoll dik ta’

madwarna: hi bħal mewġa ta’ sħana li ġejja mill-imħabba t’Alla li tinfirex u

tixtered u tidħol fir-rabtiet tal-bnedmin biex trattab ir-rabta

bejn bniedem u ieħor, bejn grupp u

ieħor u ftit ftit tibdel is-soċjetà.

Għalhekk jeħtieġ nieħdu deċiżjoni. Kull wieħed u waħda minna għandu ħutu li jista’ jħobbhom

f’isem Ġesù u se jkollna dejjem minnhom. Irridu nibqgħu sħaħ sal-aħħar f’din l-imħabba u ngħinu

lil ħafna oħrajn biex jagħmlu l-istess. B’hekk insiru nafu xi tfisser f’ruħna l-għaqda tagħna

m’Alla. Il-fidi terġa’ tieħu l-ħajja, jgħibu d-dubji u ma nkunux nafu iżjed x’inhuma d-dwejjaq.

Ħajjitna ssib il-milja kollha tagħha.

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1985/8

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-Kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja permezz ta ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1985/8

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-Kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja permezz ta ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

«Nafu li għaddejna mill-mewt

għall-ħajja, Dan nafuh

għax inħobbu lil ħutna»(1 Ġw 3,14).

top related