l-eŻamijiet ta’ nofs is-sena livell primarju frar 2014 · ir-reliġjon – eżami ta’ nofs...
Post on 28-Mar-2020
24 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 1 minn 11
KULLEĠĠ SAN NIKOLA
L-EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA – LIVELL PRIMARJU
Frar 2014
IS-SITT SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u Kwart
L-Isem: ____________________________ Il-Klassi: __________
TAQSIMA A STORJA TA' MĦABBA
Poġġi dawn il-ġrajjiet mit-Testment il-Qadim fl-ordni li seħħew.
L-ewwel waħda hija lesta. (8 marki)
Alla bagħat lil Ġwanni l-Battista jħabbar il-miġja ta' Ġesù.
Alla għażel lil David biex minn ragħaj isir sultan tal-poplu.
1 Alla ħalaq l-ewwel bniedem u semmieh Adam.
Alla ħareġ lill-poplu Lhudi mill-Eġittu permezz ta' Mosè.
Alla sejjaħ lil Abraham biex jibda poplu ġdid.
Marka
Totali
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 2 minn 11
Ikteb il-kmandament li jgħinek tagħraf x'għandek tagħmel bħala
Nisrani/ja. (10 marki)
L-ewwel waħda hija lesta.
1. Mark jiddejjaq ħafna meta ommu
tibagħtu jaqdiha mingħand tal-
merċa u ġieli jirrispondi lil ommu
minħabba dan.
Agħti ġieh lil missierek u lil ommok.
2. Karl ra lapes sabiħ fuq il-mejda ta' Sara u x'ħin Sara marret
ħdejn l-għalliem, ħadulha.
_______________________________________________
3. Il-ġimgħa l-oħra, Maria ma riditx tisma' quddies la s-Sibt
filgħaxija u lanqas il-Ħadd.
_______________________________________________
4. Karen moħħha biex issemmi lill-Madonna u lil Alla għal xejn
b'xejn meta tkun irrabjata.
_______________________________________________
5. Minħabba l-gideb ta' Clint, oħtu Anthea qalgħet kastig mingħand
ommhom.
_______________________________________________
6. Thomas ħalla l-kelb marbut fuq il-bejt, fix-xemx mingħajr ikel u
ilma.
_______________________________________________
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 3 minn 11
Qabbel kolonna A ma' kolonna B b'linja. (4 marki)
L-ewwel waħda hija lesta.
1. San Franġisk t'Assisi l-ewwel appostlu li dar
id-dinja
2. San Ġorġ Preca l-ewwel martri
3. San Pawl l-ewwel Papa
4. San Pietru l-ewwel presepju
5. San Stiefnu l-ewwel qaddis Malti
TAQSIMA B IL-BIBBJA
Niżżel tweġiba dwar il-Bibbja f'kull kaxxa. (6 marki)
1. iż-żewġ (2) testmenti
2. żewġ (2) evanġelisti
3. żewġ (2) appostli li kitbu ittri lill-ewwel komunitajiet Insara
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 4 minn 11
Imla l-vojt bil-kelma t-tajba mill-kaxxi. (10 marki)
mill-Evanġelji
inqumu bil-wieqfa
il-kelma
mit-Testment il-Qadim
is-Salm Responsorjali
1. Fl-ewwel parti tal-quddiesa, nisimgħu ___________________
t'Alla.
2. L-ewwel parti fil-Liturġija tal-Kelma nhar ta' Ħadd ikun meħud
__________________________ .
3. Wara l-ewwel qari tal-Liturġija tal-Kelma tal-Ħadd, inwieġbu
flimkien waqt _________________________ .
4. It-tielet qari tal-Liturġija tal-Kelma tal-Ħadd ikun meħud
__________________________ .
5. Waqt il-qari tal-Evanġelju, _________________________
bħala sinjal ta' rispett lejn Ġesù.
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 5 minn 11
TAQSIMA Ċ IL-KALENDARJU
Matul is-sena, aħna nfakkru l-ġrajjiet li għadda minnhom Ġesù.
Aqra dawn is-sentenzi u imla l-kaxxi bin-numri skont iż-żmien.
L-ewwel waħda hija lesta. (8 marki)
1. Niċċelebraw il-festa ta' Kristu Re.
2. Inħejju ruħna għat-twelid ta' Ġesù f'qalbna.
3. Jagħlaq bil-festa ta' Għid il-Ħamsin.
4. Jibda minn erbat iħdud qabel il-Milied.
5. Niċċelebraw il-festa tal-Epifanija.
6. Niċċelebraw ir-rebħa ta' Kristu fuq il-mewt.
7. Nifirħu għax Ġesù sar tarbija għalina.
8. Nitħejjew għall-festa ta' Kristu rebbieħ fuq il-mewt.
9. Erbgħin jum li fihom nitolbu u nuru ndiema minn dnubietna.
Żmien l-Avvent
Żmien il-Milied
Żmien ir-Randan
Żmien il-Għid
Żmien Matul is-Sena 1
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 6 minn 11
Imla l-vojt bis-Sagramenti. (7 marki)
1. Luca laqa' f'qalbu għall-ewwel darba lil Ġesù fil-Year 2 bis-
sagrament _________________________ .
2. Fil-Form 2, Luca sar xhud ta' Kristu u Nisrani adult meta
għamel _________________________ .
3. Biex Luca seta' jagħmel dan kollu kien diġà ħa
_________________________ meta kien għadu tarbija.
4. Luca kellu zijuh qassis li rċieva l-
_________________________ meta kellu 27 sena.
5. Wara li Luca beda jaħdem, beda jaħseb biex jifforma familja
Nisranija bis-sagrament _________________________ .
6. Dan l-aħħar nanntu kienet marida ħafna u l-kappillan għamlilha
_________________________ .
7. Luca jaf li dnubietna jinħafrulna permezz tal-indiema u tas-
sagrament _________________________ .
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 7 minn 11
TAQSIMA D IL-MILIED
Agħżel għaxar (10) frażijiet tajbin li jiddeskrivu lil Ġesù u
iktibhom fil-kaxxi madwar l-istampa. (10 marki)
il-Messija Salvatur l-Iben ta' Alla ir-Ragħaj it-Tajjeb
il-Battista l-Imgħallem l-ewwel bniedem persuna fit-Trinità
il-Mulej dawl tad-dinja biss bniedem rigal t'Alla għalina
midneb il-Ħaruf t'Alla wieħed mill-Maġi miet f'Nażaret
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 8 minn 11
Ikteb x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minn dawn fil-ġrajja
tat-twelid ta' Ġesù. (5 marki)
1. Marija
__________________________________________
__________________________________________
2. Ġużeppi
__________________________________________
__________________________________________
3. rgħajja
__________________________________________
__________________________________________
4. anġlu
__________________________________________
__________________________________________
5. maġi
__________________________________________
__________________________________________
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 9 minn 11
TAQSIMA E NIKKOMUNIKAW
Dawn il-personaġġi fil-Bibbja m'obdewx lil Alla iżda wara talbu
maħfra. Kif naqsu lil Alla? (10 marki)
Mit-Testment il-Qadim
1. Il-Lhud fid-deżert
_______________________________________________
2. David
_______________________________________________
Mit-Testment il-Ġdid
3. San Pietru
_______________________________________________
4. Żakkew
_______________________________________________
5. San Pawl
_______________________________________________
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 10 minn 11
Aħseb ftit dwar il-Parabbola tan-Nagħġa l-Mitlufa.
Wieġeb il-mistoqsijiet. (12-il marka)
1. Min huma n-nagħaġ li fuqhom
kien qed jitkellem Ġesù?
____________________
2. Min taħseb li tista' tkun in-
nagħġa l-mitlufa?
_____________________
3. X'jagħmel ir-ragħaj tajjeb meta jinduna li ntilfitlu nagħġa?
_______________________________________________
4. Għaliex lil Ġesù nxebbhuh ma' ragħaj tajjeb?
_______________________________________________
5. X'jagħmel ir-ragħaj meta jsib in-nagħġa l-mitlufa?
_______________________________________________
6. X'qalilna Ġesù dwar x'jiġri fis-sema meta xi ħadd midneb
jindem?
_______________________________________________
7. Din il-parabbola kif turi kemm Ġesù hu ħanin?
_______________________________________________
8. Jekk aħna nagħmlu d-dnub, x'nistgħu nagħmlu biex Ġesù jerġa'
jifraħ bina?
_______________________________________________
Ir-Reliġjon – Eżami ta’ Nofs is-Sena 2014 – Is-Sitt Sena Paġna 11 minn 11
TAQSIMA F SIMBOLI TA' MĦABBA
Semmi żewġ (2) ġrajjiet fil-Bibbja fejn jissemmew: (4 marki)
In-Nar
1. 2.
Il-Ħobż
1. 2.
Kif għandi nġib ruħi b'imħabba u rispett lejn dawn in-nies?
Tirrepetix. (6 marki)
1. lejn il-membri tal-familja
_______________________________________________
2. lejn il-ħbieb u l-ġirien
_______________________________________________
3. lejn persuni ta' reliġjon differenti
_______________________________________________
TMIEM IL-KARTA
top related