pr cns legact am - european parliamentrr\1125495mt.docx 7/23 pe599.762v01-00 mt sena, li jagħmlu...
Post on 14-Jan-2020
2 Views
Preview:
TRANSCRIPT
RR\1125495MT.docx PE599.762v01-00
MT Magħquda fid-diversità MT
Parlament Ewropew 2014-2019
Dokument ta' sessjoni
A8-0189/2017
9.5.2017
* RAPPORT
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-
Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw
għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi
(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Tom Vandenkendelaere
PE599.762v01-00 2/23 RR\1125495MT.docx
MT
PR_CNS_LegAct_am
Tifsira tas-simboli użati
* Proċedura ta' konsultazzjoni
*** Proċedura ta' approvazzjoni
***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)
***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)
***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
Emendi għal abbozz ta' att
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-
xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-
żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-
kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-
test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att
eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha
wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-
dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa.
Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma
ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz
tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.
Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-
servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
RR\1125495MT.docx 3/23 PE599.762v01-00
MT
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW .......... 6
NOTA SPJEGATTIVA ............................................................................................................ 14
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI ............................ 15
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ............................................................... 21
PE599.762v01-00 4/23 RR\1125495MT.docx
MT
RR\1125495MT.docx 5/23 PE599.762v01-00
MT
PE599.762v01-00 6/23 RR\1125495MT.docx
MT
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward
ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-
perjodiċi
(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0758),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0529/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-
opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0189/2017),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont
l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat
mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-
Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-
Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(-1) Fl-2013, id-differenza bejn id-dħul
mistenni mill-VAT u l-VAT li fil-fatt
inġabret (l-hekk imsejħa "diskrepanza
tal-VAT") fl-Unjoni kienet ta' madwar
EUR 170 biljun, u l-frodi transfruntiera
jammontaw għal telf ta' dħul mill-VAT fl-
Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-
RR\1125495MT.docx 7/23 PE599.762v01-00
MT
sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni
importanti li għandha tiġi indirizzata fil-
livell tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill
2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri
jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa
fuq il-valur miżjud (VAT) għall-
pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe
tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata
mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata
għall-pubblikazzjonijiet pprovduti
elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati
bir-rata ta' VAT standard.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill
2006/112/KE1 tistipula li l-Istati Membri
jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa
fuq il-valur miżjud (VAT) għall-
pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe
tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata
mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata
għall-pubblikazzjonijiet pprovduti
elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati
bir-rata ta' VAT standard, b'tali mod li
toħloq żvantaġġ għall-pubblikazzjonijiet
ipprovduti elettronikament u li żżomm
lura l-iżvilupp ta' dan is-suq. Dak l-
iżvantaġġ komparattiv jista' jostakola l-
iżvilupp tal-ekonomija diġitali fl-Unjoni.
____________ _____________
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-
28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema
komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L
347, 11.12.2006, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-
28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema
komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L
347, 11.12.2006, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
1a. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-
13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-
VAT1a, il-Parlament Ewropew fakkar li
waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT
hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik
ir-raġuni, huwa sostna li "l-kotba, il-
gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament
PE599.762v01-00 8/23 RR\1125495MT.docx
MT
mill-format tagħhom, għandhom jiġu
trattati eżattament bl-istess mod".
_________________
1a P7_TA(2011)0436.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq
Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u biex
jibqgħu aġġornati mal-progress
teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati
Membri għandhom jingħataw il-fakultà li
jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-
pubblikazzjonijiet pprovduti
elettronikament mar-rati tal-VAT aktar
baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq
kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.
(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq
Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1, u l-
ambizzjoni tagħha li tiżgura li l-Ewropa
tkun kompetittiva u fuq quddiem nett fid-
dinja fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri
għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw
ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet
pprovduti elettronikament mar-rati tal-
VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet
fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, u
b'hekk jistimulaw l-innovazzjoni, il-
ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta'
kontenut ġdid, u jiffaċilitaw it-tagħlim
diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-
aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u
l-promozzjoni tagħha.
____________ _____________
COM(2015) 0192 finali COM(2015) 0192 finali
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
2a. Jekk l-Istati Membri jitħallew
japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa
ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet
stampati u għal pubblikazzjonijiet
elettroniċi, dan għandu jiżgura t-
trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-
konsumaturi - u b'hekk jippromwovi l-
qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex
RR\1125495MT.docx 9/23 PE599.762v01-00
MT
b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut
ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti,
titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(3) Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9,
il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet
ipprovduti elettronikament għandhom
ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata
ta' VAT preferenzjali bħall-
pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta'
appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq,
jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal
kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa
ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-
forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-
perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li
jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-
tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju
preċedenti.
(3) Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT9,
il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet
ipprovduti elettronikament għandhom
ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata
ta' VAT preferenzjali bħall-
pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta'
appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq,
jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal
kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa
ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-
forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-
perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li
jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-
tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju
preċedenti. Din il-proposta hija bi qbil
mal-objettiv li l-Istati Membri jingħataw
aktar libertà biex jiffissaw ir-rati tal-VAT
tagħhom fil-qafas ta' sistema tal-VAT
definittiva u bbażata fuq id-destinazzjoni.
_________________ _________________
9 COM(2016) 148 finali 9 COM(2016) 148 finali
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
3a. F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni
dwar il-VAT, l-għan ta' din id-Direttiva
huwa li jkun hemm sistemi tal-VAT aktar
sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u
favorevoli għan-negozji fl-Istati Membri
kollha, kif ukoll li jinżamm il-pass mal-
PE599.762v01-00 10/23 RR\1125495MT.docx
MT
ekonomija diġitali u mobbli tal-lum.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati
tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut
awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom
jingħataw il-fakultà li japplikaw rata
mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u
għall-perjodiċi biss jekk dawn il-
pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom
mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma
pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux
kompletament jew b'mod predominanti
minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.
(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati
tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut
awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom
jingħataw il-fakultà li japplikaw rata
mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u
għall-perjodiċi biss jekk dawn il-
pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom
mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma
pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux
kompletament jew b'mod predominanti
minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.
Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi
ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u
l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl,
b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn
biex jaqraw materjal stampat skont it-
tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-
gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u
awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma
jikkonsistux għalkollox jew b'mod
predominanti minn kontenut ta' mużika
jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati
mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati
wkoll għal dawn il-formati.
__________________
1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta'
xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-
drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati
għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà
fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom
diffikultà biex jaqraw materjal stampat u
li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-
armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta'
drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-
soċjetà tal-informazzjoni
(COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD))
RR\1125495MT.docx 11/23 PE599.762v01-00
MT
(ĠU ..., p. ...).
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
5a. Il-fatt li l-Istati Membri jingħataw
il-libertà li japplikaw rati tal-VAT
imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-
kotba elettroniċi, il-gazzetti elettroniċi u l-
perjodiċi elettroniċi jista' joħloq
opportunità ta' marġni ta' profitt ġodda
għall-pubblikaturi u ta' investiment
f'kontenut ġdid, meta mqabbel mal-
mudell attwali li jiddependi ħafna fuq ir-
reklamar. Fil-livell tal-Unjoni għandu
wkoll jingħata bidu għal riflessjoni aktar
ġenerali fuq il-mudell ta' finanzjament
tal-kontenut elettroniku.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
6a. Il-flessibbiltà mogħtija lill-Istati
Membri fil-kuntest tal-proposta attwali bl-
ebda mod ma tippreġudika r-reġim
definittiv tal-VAT biex jiġi varat u li fil-
kuntest tiegħu kull żieda fil-flessibbiltà
tkun teħtieġ tiġi bbilanċjata mal-impatt
fuq il-funzjonament tas-suq uniku, il-
kamp ta' applikazzjoni għall-frodi tal-
VAT, iż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju u r-
riskju ta' kompetizzjoni inġusta.
PE599.762v01-00 12/23 RR\1125495MT.docx
MT
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
6b. Għalkemm din id-Direttiva
tippermetti lill-Istati Membri jirrettifikaw
sitwazzjoni ta' trattament inugwali, hija
ma tneħħix il-ħtieġa għal sistema aktar
ikkoordinata, effiċjenti u sempliċi ta' rati
mnaqqsa tal-VAT b'inqas eċċezzjonijiet.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2006/112/KE
Anness III – punt 6
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(6) il-forniment, li jinkludi s-self mil-
libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li
mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament
jew b'mod predominanti ddedikati għar-
reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li
kompletament jew b'mod predominanti
jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta'
vidjo;
(6) il-forniment, li jinkludi s-self mil-
libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li
mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament
jew b'mod predominanti ddedikati għar-
reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li
kompletament jew b'mod predominanti
jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta'
vidjo; inklużi opuskoli, fuljetti u materjal
simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi,
tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur,
mużika stampata jew f'forma ta'
manuskritt, mapep u mapep idrografiċi
jew mapep simili.
Ġustifikazzjoni
Fid-Direttiva attwali, il-kategoriji msemmija hawn fuq huma inklużi fl-Anness III, punt (6).
Fit-test propost mill-Kummissjoni, dawn il-kategoriji ma jissemmewx aktar. Għaldaqstant,
sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha
tikkjarifika jekk id-Direttiva proposta tapplikax ukoll għal opuskoli, fuljetti u oġġetti simili
stampati, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata
jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.
Emenda 13
RR\1125495MT.docx 13/23 PE599.762v01-00
MT
Proposta għal direttiva
Artikolu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
Artikolu 2a
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa...
tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-
Direttiva, tipproduċi rapport li jidentifika
l-Istati Membri li jkunu adottaw rati tal-
VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-
kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi u l-
ekwivalenti elettroniċi tagħhom, u tevalwa
l-impatt ta' dawk il-miżuri f'termini ta'
implikazzjonijiet baġitarji u l-iżvilupp tas-
settur kulturali.
PE599.762v01-00 14/23 RR\1125495MT.docx
MT
NOTA SPJEGATTIVA
Skont id-Direttiva attwali tal-VAT (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/12/KE), servizzi li jingħataw
b'mod elettroniku, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, jistgħu biss jiġu intaxxati bir-rata
standard tal-VAT minima ta' 15 %. Fir-rigward ta' pubblikazzjonijiet stampati, madankollu, l-
Istati Membri huma liberi li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT (minimu ta' 5 %). Xi Stati
Membri saħansitra kisbu derogi li jippermettulhom japplikaw rati mnaqqsin ħafna (inqas
minn 5 %) jew rati żero.
Tali differenza fit-trattament bejn pubblikazzjonijiet stampati u dawk elettroniċi saret inqas u
inqas ġustifikabbli hekk kif l-ekonomija diġitali kompliet tiżviluppa. Għalhekk, il-
Kummissjoni tipproponi li temenda d-Direttiva tal-VAT u tagħti lill-Istati Membri kollha l-
għażla li japplikaw l-istess rati mnaqqsin, rati mnaqqsin ħafna jew rati żero għall-
pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament kif kienu diġà disponibbli għall-
pubblikazzjonijiet stampati.
Il-forniment ta' kontenut li hu purament magħmul minn mużika jew minn vidjo jibqa' jiġi
ntaxxat bir-rata standard tal-VAT, u l-istess fil-każ ta' pubblikazzjonijiet li jikkonsistu b'mod
predominanti minn kontenut ta' mużika u ta' vidjo. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat
interpretattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proposta ma tinterferixxix fid-diskrezzjoni tal-Istati
Membri biex jispeċifikaw it-termini ta' "kotba, gazzetti u perjodiċi" u "b'mod predominanti
jikkonsistu minn".
Ir-rapporteur jilqa' b'mod favorevoli din il-proposta mmirata biex tikkoreġi l-inugwaljanza fit-
trattament tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, li wasslet għal trattament
tat-taxxa ferm inqas favorevoli għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi. Huwa jikkondividi l-
opinjoni tal-Kummissjoni f'dan il-qasam li tissepara din il-kwistjoni mill-proposta ġenerali li
jmiss dwar ir-rati u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta malajr din l-emenda leġiżlattiva li ilha
ħafna mistennija.
RR\1125495MT.docx 15/23 PE599.762v01-00
MT
26.4.2017
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-
rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi
(COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Għan u kamp ta' applikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett usa' dwar il-VAT imfassal biex ir-regoli
tal-VAT jiġu adattati għar-realtajiet ta' ekonomija dejjem aktar diġitali. Il-pakkett kollu kemm
hu jfittex li jnaqqas l-ispejjeż tal-konformità u l-kumplessità għan-negozji, inaqqas it-telf fid-
dħul minħabba n-nuqqas ta' konformità għall-Istati Membri u jiżgura li n-negozji tal-UE ma
jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' negozji mhux tal-UE minħabba r-regoli tal-VAT fuq
prodotti importati. Il-pakkett kien diġà tħabbar fl-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali u l-Pjan ta'
Azzjoni dwar il-VAT.
Il-proposta speċifika biex tiġi emendata d-Direttiva 2006/112/KE ("id-Direttiva dwar il-
VAT") tippermetti lill-Istati Membri japplikaw l-istess rata tal-VAT kemm għal
pubblikazzjonijiet elettroniċi (pereżempju, kotba elettroniċi, gazzetti elettroniċi u perjodiċi
elettroniċi) kif ukoll għal pubblikazzjonijiet stampati. Skont ir-regoli eżistenti, il-
pubblikazzjonijiet elettroniċi huma meqjusa bħala "servizzi fornuti b'mod elettroniku" u
għaldaqstant huma soġġetti għal rata tat-taxxa minima ta' 15 %. Min-naħa l-oħra, l-Istati
Membri jistgħu jimponu taxxa fuq il-pubblikazzjonijiet fiżiċi b'rata mnaqqsa (minimu ta'
5 %), filwaqt li xi Stati Membri ngħataw id-dritt li jinżlu għal inqas minn 5 % (rati mnaqqsa
ħafna) jew anke li japplikaw rati żero għal ċerti pubblikazzjonijiet.
Għaldaqstant, il-proposta tipproponi aġġustamenti tekniċi żgħar għad-Direttiva dwar il-VAT
biex tippermetti lill-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero ta'
VAT għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
PE599.762v01-00 16/23 RR\1125495MT.docx
MT
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta, li tirrifletti l-fehma li l-Parlament ilu jħaddan żmien twil, li d-
distinzjoni fil-liġi tal-VAT bejn il-pubblikazzjonijiet fiżiċi u dawk elettroniċi mhijiex
sostenibbli fl-era diġitali. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tistabbilixxi ċarezza fil-mezzi tax-
xandir u s-suq tal-kotba, tgħin lin-negozji jesploraw mudelli ġodda (bħal offerti li
jikkombinaw kotba fiżiċi u kotba elettroniċi, li qabel kienu impossibbli) u fl-aħħar mill-aħħar
tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi, u b'hekk ittejjeb l-aċċess għall-kontenut kulturali.
Ir-Rapporteur ippropona żewġ emendi mmirati għall-proposta tal-Kummissjoni. L-ewwel
waħda tenfasizza li l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tar-regoli tal-VAT bejn il-
formats ta' pubblikazzjonijiet fiżiċi u elettroniċi għandu jgħin biex tingħata spinta lill-
innovazzjoni u l-investiment fil-kontenut kreattiv u b'hekk itejjeb l-aċċess inġenerali għall-
beni kulturali u l-materjal edukattiv. Ir-Rapporteur jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol
dejjem jikber tad-distribuzzjoni ta' kontenut diġitali kulturali u kreattiv fil-faċilitazzjoni tal-
aċċess għal materjali kulturali u li tippermetti lill-awturi u l-fornituri tal-kontenut jilħqu
udjenzi ġodda u akbar. It-tieni waħda tikkostitwixxi biss punt ta' kjarifika. Bħalma l-
pubblikazzjonijiet awdjo huma attwalment ittrattati għall-finijiet tal-VAT bl-istess mod bħall-
pubblikazzjonijiet fiżiċi klassiċi, il-verżjonijiet adattati u awdjo ta' pubblikazzjonijiet
elettroniċi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-pubblikazzjonijiet elettroniċi ordinarji.
Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew li
għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-
bidla fir-regoli tal-VAT. Il-Kummissjoni ċċarat li, skont din il-proposta, il-pubblikazzjonijiet
elettroniċi adattati u awdjo jikkwalifikaw għal rati ta' VAT imnaqqsa. Għaldaqstant, l-emenda
għall-premessa hi inkluża biex tenfasizza dan il-punt u tispjega l-ħsieb warajh.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u
Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-
rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
1a. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-
futur tal-VAT1a, il-Parlament Ewropew
fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin
tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u,
għal dik ir-raġuni, huwa sostna li "l-
kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha,
irrispettivament mill-format tagħhom,
għandhom jiġu trattati eżattament bl-
RR\1125495MT.docx 17/23 PE599.762v01-00
MT
istess mod".
_________________
1a P7_TA(2011)0436.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq
Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex
jibqgħu aġġornati mal-progress
teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati
Membri għandhom jingħataw il-fakultà li
jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-
pubblikazzjonijiet pprovduti
elettronikament mar-rati tal-VAT aktar
baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq
kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.
(2) Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq
Uniku Diġitali8 tal-Kummissjoni, u biex
jibqgħu aġġornati mal-progress
teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, sabiex
jiġu stimulati l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-
investiment u l-produzzjoni ta' kontenut
ġdid, u sabiex jiġi faċilitat it-tagħlim
diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-
aċċess għall-kultura u l-promozzjoni
tagħha fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-
Istati Membri jingħataw il-fakultà li
jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-
pubblikazzjonijiet ipprovduti
elettronikament mar-rati tal-VAT aktar
baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq
kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.
Jenħtieġ li d-dħul miġbur permezz tal-
allinjament tar-rati tal-VAT elettroniċi u
fiżiċi jiġi investit mill-ġdid biex jiġi żgurat
it-tkabbir tas-settur.
__________________ __________________
8 COM(2015) 0192 finali 8 COM(2015) 0192 finali
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
2a. Jekk l-Istati Membri jitħallew
japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa
ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet
stampati u għal pubblikazzjonijiet
elettroniċi, jenħtieġ li jiġi żgurat it-
PE599.762v01-00 18/23 RR\1125495MT.docx
MT
trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-
konsumaturi - u b'hekk jiġi promoss il-
qari - kif ukoll lill-pubblikaturi, biex
b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut
ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti,
titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni Emenda
(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati
tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut
awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom
jingħataw il-fakultà li japplikaw rata
mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u
għall-perjodiċi biss jekk dawn il-
pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom
mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma
pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux
kompletament jew b'mod predominanti
minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.
(5) Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati
tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut
awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom
jingħataw il-fakultà li japplikaw rata
mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u
għall-perjodiċi biss jekk dawn il-
pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom
mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma
pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux
kompletament jew b'mod predominanti
minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.
Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi
ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u
l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl,
b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn
biex jaqraw materjal stampat skont it-
tifsira tad-Direttiva ... tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill1a, il-kotba, il-
gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u
awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma
jikkonsistux għalkollox jew b'mod
predominanti minn kontenut ta' mużika
jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati
mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati
wkoll għal dawn il-formati.
__________________
1a Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta'
xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-
drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati
għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà
RR\1125495MT.docx 19/23 PE599.762v01-00
MT
fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom
diffikultà biex jaqraw materjal stampat u
li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-
armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta'
drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-
soċjetà tal-informazzjoni
(COM(2016) 596 final, 2016/0278 (COD))
(ĠU ..., p. ...).
PE599.762v01-00 20/23 RR\1125495MT.docx
MT
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-
gazzetti u għall-perjodiċi
Referenzi COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
ECON
16.1.2017
Opinjoni mogħtija minn
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
CULT
16.1.2017
Rapporteur għal opinjoni
Data tal-ħatra
Bogdan Andrzej Zdrojewski
15.2.2017
Eżami fil-kumitat 22.3.2017
Data tal-adozzjoni 25.4.2017
Riżultat tal-votazzjoni finali +:
–:
0:
30
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos
Chountis, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez
Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer,
Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi
Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana
Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros
Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Norbert Erdős, Elena Gentile, Dietmar Köster, Ilhan Kyuchyuk, Emma
McClarkin
RR\1125495MT.docx 21/23 PE599.762v01-00
MT
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
30 +
ECR Angel Dzhambazki, Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter
GUE/NGL Nikolaos Chountis, Curzio Maltese
PPE Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Theodoros
Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová
S&D Elena Gentile, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Momchil
Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka
Verts/ALE Jill Evans, Helga Trüpel
ALDE María Teresa Giménez Barbat, Ilhan Kyuchyuk, Yana Toom
EFDD Isabella Adinolfi
ENF Dominique Bilde
0 -
- -
0 0
- -
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-
gazzetti u għall-perjodiċi
Referenzi COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS)
Data meta ġie kkonsultat il-PE 20.12.2016
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
ECON
16.1.2017
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
IMCO
16.1.2017
CULT
16.1.2017
JURI
16.1.2017
PE599.762v01-00 22/23 RR\1125495MT.docx
MT
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
Data tad-deċiżjoni
IMCO
25.1.2017
JURI
25.1.2017
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Tom
Vandenkendelae
re
8.12.2016
Eżami fil-kumitat 27.3.2017 3.5.2017
Data tal-adozzjoni 3.5.2017
Riżultat tal-votazzjoni finali +:
–:
0:
48
1
2
Membri preżenti għall-votazzjoni finali Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber,
Jonás Fernández, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria
Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios
Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle
Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer,
Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva
Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne,
Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom
Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob
von Weizsäcker, Marco Zanni
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali David Coburn, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Verónica Lope
Fontagné, Paloma López Bermejo, Siegfried Mureşan, Catherine
Stihler, Nils Torvalds, Auke Zijlstra
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2))
preżenti għall-votazzjoni finali
Lucy Anderson, Jussi Halla-aho, Ska Keller, Juan Fernando López
Aguilar, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Csaba Sógor
Data tat-tressiq 9.5.2017
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
48 +
ALDE Petr Ježek, Michael Theurer, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells, Cora van Nieuwenhuizen
ECR Ashley Fox, Jussi Halla-aho, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne
EFDD Marco Valli
ENF Barbara Kappel
GUE/NGL Paloma López Bermejo, Miguel Viegas
RR\1125495MT.docx 23/23 PE599.762v01-00
MT
PPE Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Verónica Lope Fontagné, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dariusz
Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Csaba Sógor, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange
S&D Lucy Anderson, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Costas Mavrides, Emilian Pavel, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Birgit Sippel,
Catherine Stihler, Jakob von Weizsäcker
Verts/ALE Bas Eickhout, Eva Joly, Ska Keller, Philippe Lamberts
1 -
EFDD David Coburn
2 0
ENF Marco Zanni, Auke Zijlstra
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
top related