san guzepp programm festa - radjulehenil-qala.com€¦ · programm tal-festi solenni f’Ġieħ...
Post on 22-Jun-2020
27 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Programm festaSan Guzepp
il-Qala – Għawdex23 ta’ Lulju – 8 ta’ Awwissu 2012
IT-TNEJN23TA’LULJU:7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan.
Joe Zammit b’suffraġju għas-Saċerdoti kollha li servew fil-Parroċċa.
8.30pm Kunċert sinfoniku mtella’ fil-pjazza ewlenija mill-Wolverhampton Youth Orchestra tal-Ingilterra, offrut mill-Fondazzjoni Ġwanni Pawlu t-Tieni.
IT-TLIETA24TA’LULJU:7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan.
Joe Zammit li fiha jsir talb partikulari biex il-Festa tilħaq l-iskop tagħha.
7.30pm Laqgħa konklussiva tas-sena tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali li tibda f’riġlejn Ġesù Ewkaristija fil-knisja.
Tindaqq mota bil-qniepen kollha li tagħti bidu għall-festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP.
L-ERBGĦA25TA’LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U
JUMIL-ĦRUĠTAL-ISTATWAMIN-NIĊĊA JUM IL-ĠENEROŻITÀ Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda.7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn
Mons. Lawrenz Sciberras li tagħti bidu għall-Festi ad unur il-Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp. Mistiedna partikolari l-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Isiru donazzjonijiet għall-opri karitattivi tal-Parroċċa. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali ‘Informa’ u fil-Grupp Parrokkjali tal-Fundraising. Tanima l-kant, il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca flimkien mal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.
8.00pm Ħruġ tradizzjonali tal-istatwa titulari u devota ta’ San Ġużepp min-niċċa fost kant u
ċapċip mill-folla preżenti. Il-Banda Ite ad Joseph tilqa’ lil San Ġużepp fuq iz-zuntier bl-innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Issir ġabra speċjali għall-festa.
8.30pm Il-Banda Ite ad Joseph tagħmel marċ brijuż li jdur mal-pjazza ewlenija u jispiċċa quddiem il-Każin tal-istess Banda.
Fil-jiem tan-Novena r-Rużarju jkun fis-6.30pm.
IL-ĦAMIS26TA’LULJU: L-EWWELJUMTAN-NOVENA JUM IT-TFAL U L-ISTUDENTI7.00pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tan-Novena
mmexxija mill-W.R. Dun Krystof Buttigieg, bis-sehem tat-tfal u tal-istudenti. Issir il-vestizzjoni ta’ erba’ abbatini ġodda u ssir il-proposta għall-abbatini ġodda. Matul din is-sena erbatax-il tifel ġdid ħaddnu l-ministeru ta’ abbati fil-parroċċa tagħna. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘Magnificat’.
8.30pm Serata ta’ logħob u divertiment għat-tfal u għall-istudenti kollha, fil-pjazzetta.
IL-ĠIMGĦA27TA’LULJU: IT-TIENIJUMTAN-NOVENA JUM IL-KATEKISTI7.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tan-Novena
mmexxija mill-W.R. Dun Krystof Buttigieg, bis-sehem tal-katekisti tal-parroċċa. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-katekisti u fis-Soċjetà tal-Mużew. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.
8.30pm BBQ Annwali fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien organizzat mill-Għaqda Briju San Ġużepp.
Programmtal-FestiSolennif’Ġieħil-KbirGlorjużPatrijarka
San GuzeppIr-RaġelKastissimutal-VerġniMarijauPatruntal-KnisjaUniversali
Meqjumfis-SantwarjuArċipretalital-
Qala–Għawdex23 ta’ Lulju – 8 ta’ Awwissu 2012
Fl-Okkażjonitad-90anniversarjumill-waslatal-qniepen.
Motto: “SanĠużeppul-Ministerital-Knisja”
festaSan Guzepp2012 festaSan Guzepp2012
IS-SIBT28TA’LULJU: IT-TIELETJUMTAN-NOVENA JUM IL-VOKAZZJONIJIET6.30pm Talba tar-Rużarju b’intenzjoni għall-vokazzjonijiet
immexxija mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa.
7.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Dun Krystof Buttigieg. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-vokazzjonijiet. Mistiedna r-Reliġjużi u l-Lajċi kkonsagrati. Janimaw il-liturġija, is-sorijiet Franġiskani u Dumnikani.
8.30pm Attività organizzata mill-Grupp tal-‘Fund Raising’ fil-pjazzetta.
IL-ĦADD29TA’LULJU: IR-RABA’JUMTAN-NOVENA JUM L-ADOLOXXENTI U Ż-ŻGĦAŻAGĦ U TIFKIRA TAD-90 ANNIVERSARJU MILL-WASLA TAL-
QNIEPEN Filgħodu ssir mota ta’ nofs siegħa bil-qniepen
kollha. 10.00am Konċelebrazzjoni Solenni tar-Raba’ Jum tan-Novena
li tfakkar id-90 anniversarju mill-wasla tal-qniepen ġewwa l-Qala mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bis-sehem tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ Qalin u tad-daqqaqa kollha tal-qniepen. Din is-sena intensifikat il-ħidma fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali. F’dan il-jum issir il-proposta għall-grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ f’ħidma ta’ volontarjat fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.
11.00am Wirja ta’ karozzi ta’ fama internazzjonali fil-pjazza ewlenija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Qala.
8.30pm ‘High Tea Kbir’ u annwali tal-Festa organizzat mill-Kumitat tan-Nar fil-pjazzetta.
IT-TNEJN30TA’LULJU: IL-ĦAMESJUMTAN-NOVENA JUM IL-FAMILJA7.00pm Quddiesa tal-Ħames Jum tan-Novena mmexxija
mill-W.R Kan. Vincenz Cachia, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re Raħal Ġdid. Isir talb partikolari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ u ssir il-proposta għall-membri ġodda fil-laqgħa tal-familji u fil-kors tal-għarajjes. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.
8.30pm BBQ Kbir fil-pjazza organizzat mill-Parroċċa bis-sehem ta’ band Maltija The Gurus.
IT-TLIETA31TA’LULJU: IS-SITTJUMTAN-NOVENA JUM L-GĦAQDIET SOĊJALI7.00pm Quddiesa tas-Sitt Jum tan-Novena mmexxija mill-
W.R. Kan. Vincenz Cachia, bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa. Issir il-proposta lil min jixtieq ikun bandist fil-Banda tagħna Ite ad Joseph. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.
8.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq San Franġisk u jintemm fil-pjazza ewlenija.
9.30pm Kunċert Mużikali mill-Banda Ite ad Joseph taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca fil-pjazza ewlenija.
L-ERBGĦA1TA’AWWISSU: L-EWWELJUMTAT-TRIDU JUM IR-RESIDENTI BARRANIN6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa
flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.
7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bl-omelija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, Uffiċjal Għoli fit-Tribunal
festaSan Guzepp2012 festaSan Guzepp2012
tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella. Issir il-proposta għal talb ekumeniku lill-gruppi ta’ talb eżistenti fil-Parroċċa.
9.00pm L-Għoxrin Edizzjoni tal-‘Gozo International Celebration’ fil-pjazza ewlenija.
IL-ĦAMIS2TA’AWWISSU:IT-TIENIJUMTAT-TRIDU
JUM L-EMIGRANTI6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa
flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.
7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg, bl-omelija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, bis-sehem tal-emigranti Qalin. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella. Issir il-proposta għal volontiera ġodda fi ħdan Radju Leħen il-Qala.
8.45pm Riċeviment għall-emigranti Qalin offrut mill-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit fiċ-Ċentru Parrokkjali.
9.30pm Marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Triq In-Nigret, Triq Anton Buttigieg, Triq Ġanni Vella, Triq in-Nigret, Triq il-Maġistrat Salvu Attard, jgħaddi għal parti oħra minn Triq Anton Buttigieg, Triq l-Isqof Baldassare Cagliares, Triq Ottubru 30, Triq il-Kunċizzjoni, Pjazza San Ġużepp u Triq 28 ta’ April 1688. Il-marċ jagħlaq bit-tlugħ brijuż tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq il-pedistall fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg.
12.00am Jittella’ ‘Feature’ mill-Għaqda Briju San Ġużepp.
IL-ĠIMGĦA3TA’AWWISSU:IT-TIELETJUMTAT-TRIDU
JUM L-EWKARISTIJA - L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar8.00am Quddiesa u wara jibda nofs ta’ nhar Adorazzjoni.
6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.
7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Emeritu Mons. Anton Sultana, bl-omelija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella. Issir il-proposta għall-Adoraturi l-ġodda.
9.30pm Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi u li din is-sena ġiet irrestawrata mis-Sur Joe Mifsud. Id-dimostrazzjoni tkun akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Santa Margerita V.M. ta’ Sannat li titlaq mill-Pjazza Ewlenija għal Triq In-Nadur, Triq Ir-Rebħa, Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 ta’ April 1688 u tispiċċa mill-ġdid fil-Pjazza Ewlenija. Waqt it-tlugħ brijuż tal-istatwa fuq il-pedestall fil-pjazza jindaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani.
12.00am Logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.
IS-SIBT4TA’AWWISSU:TMIEMIN-NOVENAMQADDSA
JUM IL-BENEFATTURI9.30am Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant Solenni tat-Te
Deum f’għeluq in-Novena mmexxija mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bis-sehem tal-morda, tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tingħata tifkira tal-festa.
LEJLIETIS-SOLENNITÀTA’SANĠUŻEPP6.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda
minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttiġieġ, Triq 28 ta’ April 1688, Pjazza San Ġużepp, Triq il-Kunċizzjoni u wara
festaSan Guzepp2012 festaSan Guzepp2012
jakkompanja t-Translazzjoni Solenni minn ħdejn il-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arċipretali.
7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp immexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arcipretali li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Waqt id-dħul Solenni tat-Translazzjoni fil-Knisja Arċipretali jindaqq l-Innu u l-Antifona. Eżatt wara, Konċelebrazzjoni Solenni tal-Lejliet is-Solennità ta’ San Ġużepp immexxija mill-W.R. Vigarju Ġenerali Mons. Giovanni B. Gauci. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mill-W.R. Arċipriet. Isir il-bews tar-Relikwija.
9.00pm Marċ li jitlaq minn ħdejn il-Kunvent tas-Sorijiet u wara Programm Mużikali fil-Pjazza mtella’ mill-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Vittorja.
9.30pm Marċ trijonfali u popolari ta’ lejliet il-festa mill-Banda Victory tax-Xagħra li tibda minn Triq l-Imġarr u mill-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem li tibda minn Triq il-Belveder fejn imbagħad jiltaqgħu flimkien fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg u jimxu tul Triq 28 ta’ April 1688 fost il-briju u jispiċċaw fil-Pjazza Ewlenija.
12.00am Wirja spettakolari u unika fil-gżejjer Maltin tan-nar tal-art fil-pjazza.
IL-ĦADD5TA’AWWISSU:JUMIS-SOLENNITÀTA’SANĠUŻEPP
Quddies fil-5.30am, fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.00am, fil-11.00am u fil-5.00pm.
9.00am Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti. Wara l-paniġierku, Mons. Isqof jamministra s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni.
11.00am Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg.11.30am Marċ popolari u brijuż mill-Banda San Ġużepp tal-
Kalkara li jibda minn Triq l-Imġarr, Triq 28 ta’ April
1688 u jintemm għall-ħabta tas-2.30pm fil-pjazza ewlenija.
5.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Emeritu Mons. Anton Sultana.
6.30pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri.
6.30pm Marċ mill-Banda Mnarja tan-Nadur li jibda minn Pjazza Repubblika, Triq il-Qala, Triq San Ġużepp u jispiċċa fil-Pjazza Ewlenija.
7.00pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 t’April 1688 u jintemm fi Pjazza San Ġużepp.
7.20pm Ħruġ Solenni tal-istatwa devota ta’ San Ġużepp u Purċissjoni mmexxija minn Fr Christopher Farrugia OFM, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca tilqa’ u ssellem lil San Ġużepp bl-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’ u bl-Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Mro. Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, l-istess Banda takkompanja l-Purċissjoni Solenni bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi. Waqt il-Purċissjoni jiġi reċitat talb wara l-istatwa sakemm din tasal f ’tarf Triq il-Wardija.
8.15pm Il-Banda Mnarja tan-Nadur ittella’ Programm Mużikali fil-Pjazza.
9.15pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat iddoqq diversi innijiet fil-Pjazza.
10.00pm Dħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp akkompanjat minn spettaklu kbir ta’ logħob tan-nar u mill-kant tal-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’.
10.30pm Fil-knisja, tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit.
10.45pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat tesegwixxi programm mużikali ta’ marċi popolari fil-pjazza ewlenija.
12.00am Get-Together fil-pjazza.
MUŻIKASAGRAFIL-KNISJAARĊIPRETALI:• Il-mużika fil-knisja, fil-jiem tan-Novena Mqaddsa
tkun tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp li huwa taħt id-direzzjoni tal-Organista s-Sur Mario Portelli u tal-Kor Magnificat li huwa taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit u l-Organista Frankie Ion Magro.
• Il-mużika bl-orkestra u l-kor fil-knisja, kemm fil-jiem tat-Tridu u kemm lejliet u nhar il-festa tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono.
NARUILLUMINAZZJONIFIL-FESTA:• In-nar ta’ matul il-festa huwa maħdum minn: Lourdes
Fireworks Factory tal-Qrendi; St Mary Fireworks Factory tal-Qrendi; St Nicholas Fireworks Factory tas-Siġġiewi; Tal-Virtù Fireworks Factory tal-Għarb; Qalb ta’ Ġesù Fontana Brothers Fireworks Factory tal-Fontana; St Joseph Fireworks Factory ta’ Ħal Għaxaq; St Leonard Fireworks Factory ta’ Ħal Kirkop. Nitolbu li fil-ġranet tal-festa u fil-jiem ta’ wara, ma jersaq ħadd lejn l-għelieqi tan-nar jekk mhux awtorizzat.
• L-illuminazzjoni kemm tal-knisja u kemm tat-toroq ssir mis-Sur Joe Cutajar.
TRASMISSJONIJIETTAL-FESTAFUQIR-RADJUUL-WEBSAJT:
• Radju Leħen il-Qala ser ixandar fuq 106.3FM Stereo, bi skeda sħiħa mis-7 ta’ Lulju sal-5 ta’ Awwissu 2012 il-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-festa flimkien ma’ programmi varji mill-istudjows fi Triq San Franġisk b’servizz partikolari għall-anzjani u l-morda.
• Il-funzjonijiet kollha tal-festa jistgħu jiġu segwiti fuq il-websajt www.radjulehenil-qala.com fejn mhux biss jinstemgħu imma jintwerew ukoll permezz tal-kameras kemm fil-pjazza kif ukoll fil-knisja. B’ mod immedjat u estensiv wara kull ċelebrazzjoni kemm interna u kemm esterna ser jiġi offrut servizz ta’ ritratti fuq l-istess websajt. Dan kollu għall-benefiċċju ta’ ħutna l-emigranti.
ĦIDMIETVARJIFIL-PARROĊĊA•Restawr tal-Istatwa Titulari tal-Immakulata
Kunċizzjoni• Induratura fid-deheb tal-Leġiju tal-festi l-kbar• Induratura tal-Urna tal-Artal tar-Repożizzjoni ta’
żmien l-Għid il-Kbir•Restawr ta’ Kurċifiss antik •Urna monumentali għall-Ġisem ta’ Kristu mejjet•Bradella għall-Monument• ‘Cargo Lift’ fis-Sagristija•Xogħol ta’ manutenzjoni fil-Kappella tal-
Madonna tal-Blat•Restawr tal-Lampieri tal-Festa u ta’ matul is-sena•Xogħol estensiv ta’ rinnovazzjoni fiċ-Ċentru
Parrokkjali•Palk professjonali ġdid fiċ-Ċentru Parrokkjali• Sala Rikreattiva għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ•Xogħol fid-Dar Parrokkjali• 24 mejda ġodda għall-attivitajiet varji fil-parroċċa•Restawr tal-Istatwa ta’ San Ġużepp tad-
dimostrazzjoni tal-Ġimgħa•Pavaljun tad-drapp ġdid għal Triq San Ġużepp
disinn tal-artist Għawdxi Joseph Cauchi• Tkomplija tar-restawr tal-armar tal-pjazza
fosthom il-Pedstall il-kbir• Tkomplija tal-liedna għal Triq il-Wardija•Restawr estensiv tal-pavaljuni tad-dawl kollha•Żewġ karrijiet ġodda għall-ġar tat-trofej tal-
Pjazza
Apparti l-ħafna xogħol volontarju, l-ispejjeż inġabru kollha mill-komunità Parrokkjali li f’sena tat ukoll €19063.59 f’karità.
festaSan Guzepp2012
L-ERBGĦA 8 TA’ AWWISSU: GĦELUQ IL-41ANNIVERSARJU MILL-INKURUNAZZJONITAL-KWADRUTITULARITA’SANĠUŻEPP
JUM TA’ RADD IL-ĦAJR7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant tat-
Te Deum, immexxija mis-Saċerdot Novell Dun Daniel Grech li bħala Seminarista kien għamel esperjenza pastorali fil-Parroċċa tal-Qala. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa.
8.00pm Get-Together fiċ-Ċentru Parrokkjali għal dawk kollha li taw sehemhom biex seta’ jkollna festa mill-isbaħ ad Unur il-Kbir Patrijarka San Ġużepp.
Infakkru li din hija festa reliġjuża u għalhekk jintlaħaq l-iskop veru tagħha
meta wieħed jersaq lejn Alla permezz tas-sagramenti.
QUDDIESUQRARFIL-KNISJAARĊIPRETALI: Il-Quddies f’Jum il-Festa jkun hekk: (Filgħodu): 5.30, 6.30, 8.00, 9.00, 11.00 (Filgħaxija): 5.00
Il-Qrar matul il-Festa jkun hekk (konfessuri barranin): Il-Ħamis2ta’Awwissu
mill-4.00pm sas-7.00pm Il-Ġimgħa3ta’Awwissu
mill-4.00pm sas-7.00pm Is-Sibt4ta’Awwissu
mill-5.00pm sas-6.00pm u mid-9.00pm sal-10.30pm Il-Ħadd5ta’Awwissu
mit-7.45am sad-8.45am
Is-Saċerdoti tal-Parroċċa jkunu disponibbli għall-qrarfil-ħinijiet tas-soltu.
Ritratti | Frankie Ion Magro Grafika | Pauljames Mizzi Stampat | A&M Printing, Qala
Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala | T. 2155 6684 – 2155 8552 (Knisja)
top related