Download - 3. aħna wlied san pawl
![Page 1: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/1.jpg)
3. Aħna wlied San Pawl
![Page 2: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/2.jpg)
• F’Malta għandna diversi postijiet u knejjes li huma msemmija għal San Pawl
• F’Malta għandna tliet parroċċi ddedikati għal San Pawl:
• Ir-Rabat• Il-Belt• Ħal Safi
![Page 3: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/3.jpg)
• F’Għawdex ukoll għandna parroċċa ddedikata lil San Pawl:
• Il-Munxar
![Page 4: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/4.jpg)
• Il-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat
![Page 5: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/5.jpg)
Il-Katidral ta’ San Pawl
![Page 6: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/6.jpg)
Il-Kappella ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad
![Page 7: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/7.jpg)
Il-gżejjer ta’ San Pawl
![Page 8: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/8.jpg)
Kien San Pawl li waqqaf f’pajjiżna l-Knisja ta’ Ġesù
Kif ġie Malta San Pawl?
![Page 9: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/9.jpg)
• Kienet riesqa x-xitwa meta Pawlu telaq bil-ġifen.
![Page 10: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/10.jpg)
Huwa telaq mill-Palestina għal Ruma.
![Page 11: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/11.jpg)
• Huwa kien arrestat talli kien Appostlu ta’ Ġesù
•Kien sejjer Ruma biex jidher fil-Qorti t’hemm
![Page 12: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/12.jpg)
• Iżda qabel waslu Ruma qamet tempesta kbira
• Għal ħafna ġranet la dehret ix-xemx, la l-qamar u l-anqas il-kwiekeb
• In-nies bdew jibżgħu li se jegħrqu
![Page 13: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/13.jpg)
• Iżda San Pawl qalilhom:
“Ħbieb tibżgħux; ħadd mhu se jegħreq. Bil-lejl dehrli anġlu u qalli li ħadd mhu se jintilef. Qalli wkoll li l-ġifen se jkollu jaħbat ma’ gżira.”
![Page 14: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/14.jpg)
• Damu erbatax-il ġurnata fit-tempesta.
• Indunaw li kienu resqin lejn xi art, għahekk tefgħu l-ankri biex ma jaħbtux ma’ xi blata.
• Malli sebaħ l-għada filgħodu lemħu bajja.
• Huma u deħlin fiha, il-ġifen ħabat ma’ blata. Baqa’ mwaħħal hemm u beda jitkisser mal-mewġ.
![Page 15: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/15.jpg)
• In-nies tal-art kollha waslu l-art, ħadd m’għereq.
![Page 16: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/16.jpg)
• Il-Maltin laqgħuhom tajjeb ħafna u qabbdulhom ħuġġieġa biex jisħnu
![Page 17: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/17.jpg)
• Minn qalb il-ħatab telgħet lifgħa u gidmet lil Pawlu f’idu.
• Meta n-nies rat li ma’ ġralu xejn, bdew jaħsbuh xi alla.
• Iżda hu qalilhom li ma kienx Alla, iżda kien mibgħut min Ġesù biex isalvahom
![Page 18: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/18.jpg)
• Publiju kien il-mexxej ta’ Malta dak iż-żmien.
• Missieru Publiju kien marid ħafna.
• Pawlu mar biex jarah, talab għalih u dan fieq.
![Page 19: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/19.jpg)
• Meta semgħu hekk, il-Maltin bdew jieħdu lil morda tagħhom għand Pawlu.
• Huwa kien jitlob għalihom u huma kienu jfiqu wkoll
![Page 20: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/20.jpg)
• Pawlu dam Malta tliet xhur.
• F’dan iż-żmien kien jgħallem lill-Maltin dwar Ġesù u kemm hu sabiħ li nkunu l-familja ta’ Alla.
• Meta Pawlu telaq lejn Ruma Publiju baqa jieħu ħsieb il-familja l-ġdida ta’ Ġesu f’Malta
![Page 21: 3. aħna wlied san pawl](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081416/5566e9b6d8b42a70198b5241/html5/thumbnails/21.jpg)
• Publiju huwa meqjus bħala l-ewwel Isqof ta’ Malta
• Il-Furjana hija ddedikata lil San Publiju