Download - Maltese TwinSpace for Beginners
Merħba Gwida għat-Twinspace
Din il-gwida hija ddisinjata biex tintuża mill-Għalliema Amministraturi li għadhom ġodda għat-TwinSpace.
Se tgħinek biex:
- Taċċessa t-Twinspace tiegħek- Teditja l-profil tiegħek- Toħloq attivitajiet tal-proġetti- Tistieden lill-istudenti jieħdu sehem
Din il-gwida se tiddeskrivi wkoll il-karatteristiċi ewlenin tal-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace.
Ittegja isem l-utent u l-password tiegħek u mur fuq id-Desktop
Suġġeriment: Uża l-prompt ‘Insejt il-password?’, jekk ma tistax tiftakar il-password tiegħek
Pass 1 Idħol
Meta tkun fuq id-Desktop, ikklikkja fuq it-tab Proġetti
Pass 2 Aċċessa t-TwinSpace tiegħek
Agħżel Proġett
Pass 2 Aċċessa t-TwinSpace tiegħek
Ikklikkja fuq il-link għall-proġett TwinSpace
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
Tista’ toħroġ mit-TwinSpace tiegħek jew tamministra l-profil tat-TwinSpace tiegħek billi tikklikkja fuq din il-buttuna
Din hija link pubblika għat-TwinSpace tiegħek, jekk ikollok bżonnha!
Tista’ tara isem it-TwinSpace tiegħek
Suġġeriment: Hija idea tajba li tuża t-tabs ta’ orjentazzjoni li hemm fin-naħa ta’ fuq, jekk tixtieq timxi lejn partijiet differenti tat-TwinSpace
Din hija l-Posta Rċivuta tat-TwinSpace tiegħek, fejn inti tista’ tibgħat u tirċievi messaġġi relatati mal-proġett tal-eTwinning tiegħek
Fil-kaxxa l-Aħħar Azzjonijiet, inti tista’ żżomm rendikont tal-attivitajiet kollha fuq it-TwinSpace, p.eż jekk xi ħadd jippubblika post ta’ blogg ġdid jew jistieden membru ġdid
Dan huwa l-kalendarju tat-TwinSpace tiegħek, fejn tista’ tippjana attivitajiet matul is-sena skolastika
Suġġeriment: Fil-bidu tal-proġett tiegħek, tkun idea tajba li ssir taf meta l-iskejjel imsieħba tiegħek se jkollhom il-vaganzi. Il-vaganzi tal-iskola jvarjaw madwarl-Ewropa, għalhekk l-imsieħba tiegħek jistgħu ma jkunux disponibbli għal xogħol fuq il-proġett meta taħseb li se jkunu
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
Tista’ wkoll tara l-ismijiet tal-membri tat-TwinSpace u meta lloggjaw l-aħħar
Jekk qatt m’użajt TwinSpace qabel, aħjar tikklikkja fuq il-buttuna Ġdid/a għat-TwinSpace? u segwi l-passi rikmandati
Din is-sessjoni tippermettilek timmaniġġja l-membri, tistieden membri ġodda fit-TwinSpace u tibdel il-passwords tal-istudenti
Hawnhekk tista’ tara kemm hemm għalliema, studenti u viżitaturi membri tat-TwinSpace tiegħek
Suġġeriment: Ikklikkja fuq il-buttuna Ara kollox biex tara lista sħiħa tal-membri tat-TwinSpace tiegħek
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
Inti tista’ taġġorna l-profil tiegħek billi żżid ritratt tiegħek jew tikteb test biex tintroduċi lilek innifsek u/jew il-klassi tiegħek
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
Tista’ wkoll Toħloq ‘Attivitajiet tal-Proġett’ – Attivitajiet tal-Proġett jinkludu affarijiet bħal arkivji tal-fajls fejn tista’ żżomm ix-xogħol tal-proġett tiegħek u gallariji tal-immaġnijiet fejn inti tista’ turi ritratti relatati mal-proġett
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
U għandek, ovvjament, tistieden parteċipanti oħra fix-xogħol tal-proġett tiegħek
Suġġeriment: Il-‘membri fundaturi’ l-oħra tal-proġett tiegħek ikunu awtomatikament membri tat-TwinSpace tiegħek u jkollhom id-drittijiet ta’ amministrazzjoni. Madanakollu, inti forsi tkun tixtieq tistieden membri oħra fil-proġett, bħall-istudenti, l-għalliema minn pajjiżi li mhumiex fl-eTwinning, ġenituri jew ‘mistiedna’ oħra li huma interessati jaraw ix-xogħol tal-proġett tiegħek. Innota: Jekk tixtieq tistieden kollegi jew għalliema minn pajjiżi involuti fl-eTwinning – huma jridu jkunu mistiedna permezz tad-Desktop tal-eTwinning, u mhux mit-TwinSpace
Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace
Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek
Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex taġġorna l-profil tiegħek
Tella’ ritratt biex it-TwinSpace tiegħek ikun aktar ‘personalizzat’. Dan jista’ jkun ritratt tiegħek, tal-iskola tiegħek jew ta’ għeliem prominenti famuż fil-belt tiegħek.
Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek
Ikteb deskrizzjoni tiegħek innifsek, tal-klassi li tgħallem jew tal-interessi/passatempi tiegħek.
Tista’ tbiddel il-password tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna Editja
Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek
Tinsiex tikklikkja Ssottometti biex tagħmel il-bidliet tiegħek
Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek
Tista’ tuża l-Ħajt tal-Profil tiegħek bħala għodda ta’ komunikazzjoni, biex taġġorna lin-nies bl-aktar attivitajiet reċenti tiegħek. Tista’ wkoll tippostja messaġġi fuq il-ħitan tal-membri l-oħra.
Ikklikkja fuq il-buttuna Ippostja, biex tippostja messaġġ fuq il-Ħajt tiegħek
Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett
Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex Toħloq “Attivitajiet tal-Proġett”
Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett Suġġeriment: Il-paġna Oħloq Attivitajiet tal-Proġett tidher hekk. Innota kif it-tab Attivitajiet tal-Proġett hija mdawla.
X’inhuma Attivitajiet tal-Proġett?Il-proġett tiegħek jista’ jkun magħmula minn tipi differenti ta’ Attivitajiet. Pereżempju, jista’ jinvolvi l-użu ta’ immaġnijiet diġitali, blogg jew kitba kollaborattiva. Paġni ta’ Attivitajiet tal-Proġett jagħtuk aċċess għal l-għodod li teħtieġ biex tagħmel il-proġett, kif ukoll post fejn taħżen ix-xogħol tal-proġett tiegħek.
Agħti isem lill-paġna tal-Attivitajiet tal-Proġett tiegħek – p.eż. Xi ħaġa dwarna jew Ritratti tal-belt tagħna
Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett
Agħżel it-tip ta’ attivitajiet li tixtieq li jkollok fuq kull paġna
Il-blogg tal-Attivitajiet huwa għodda tal-kitba, li jippermetti lill-membri tal-proġett jiktbu dwar tema speċifika. It- test jista’ jinkiteb minn studenti individwali jew bħala xogħol f’pari/gruppi. Ladarba l-blogg ikun ippostjat, dan jista’ jinqara mill-membri l-oħra tal-proġett.
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
L-arkivju tal-Fajls huwa post fejn inti tista’ taħżen dokumenti Word, folji tal-Excel, vidjos jew fajls oħra relatati max-xogħol tal-proġett tiegħek. Id-daqs massimu tal-fajls huwa ta’ 20MB.
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
Il-Forum huwa post fejn inti tista’ toħloq suġġetti għad-diskussjoni, tistabbilixxi attivitajiet tal-proġett jew tiffoka fuq oqsma ta’ suġġetti speċifiċi, p.eż. Il-kulur favorit tiegħi huwa . . .
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
Il-Gallarija tal-Immaġnijiet huwa post fejn inti tista’ taħżen ir-ritratti kollha tiegħek u immaġnijiet diġitali relatati max-xogħol tal-proġett tiegħek, p.eż. immaġnijiet skenjati ta’ xogħlijiet ta’ arti eċċ. Id-daqs massimu tal-fajls huwa wkoll ta’ 20MB.
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
Il-Wiki hija għodda utli ħafna għall-kitba kollaborattiva. Bħal blogg, inti tista’ toħloq test li jista’ jinqasam mal-membri tal-proġett. Diversament minn blogg, membri oħra tal-proġett jistgħu wkoll ‘jeditjaw’ it-test tiegħek u jżidu tagħhom
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
L-attività tal-kontenut tal-Web jippermettilek ittella’ kontenut mill-web billi tippejstja l-kodiċi. Pereżempju, tista’ tingera vidjo minn YouTube, p.eż. wieħed maħluq mill-awtorità tat-turiżmu lokali tiegħek – jew tista’ tintegra applikazzjoni li turi l-ħin, jew it-temp lokali
Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti?
Tkun taf li għażilt attività għax il-kaxxa tal-attività tkun imdawla bl-isfar u tara marka ħadra fil-kantuniera lemin fil-qiegħ
Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett
Biex toħloq paġna tal-Attivitajiet ta’ Proġett, ikklikkja fuq il-buttuna Oħloq
Suġġeriment: Inti tista’ toħloq attivitajiet tal-proġetti kemm tixtieq, iżda jeħtieġ tagħżel mill-anqas wieħed. Inti tkun tista’ wkoll teditja l-għażliet tiegħek u żżid/tneħħi attivitajiet aktar tard
Pass 5 Stieden lill-membri
Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex tistieden lill-membri
Ittajpja isem u kunjom l-istudent
Pass 5 Stieden studenti Ġodda
Suġġeriment: Il-qasam Stieden studenti Ġodda għandu default ta’ 3 ismijiet, iżda tista’ żżid aktar billi tikklikkja fuq is-sinjal tal-għadd iż-żgħir direttament taħt in-numru 3
Ikklikkja Ssottometti
Is-sistema tipproponi isem ta’ logon u password għall-istudent/a tiegħek.
Pass 5 Stieden studenti Ġodda
Suġġeriment: Inti tista’ teditja l-isem tal- logon u l-password proposti– jista’ jkun utli li tibdel il-password għal xi ħaġa li hija faċli tiftakarha
Meta tkun kuntent b-isem l-utent u l-password ikklikkja Ssottometti
Pass 5 Stieden studenti Ġodda
Suġġeriment: Inti tista’ tbiddel ir-rwol tal-istudent/a tiegħek fuq l-eTwinning billi tikklikkja fuq il-menù li tinżel – hemm żewġ għażliet Student TS u Student Amministratur TS – ara t-test fil-kaxxa għal aktar informazzjoni
Inti tara messaġġ li jikkonferma li stedint lill-istudent/a jew studenti fit-TwinSpace b’suċċess
Pass 5 Stieden studenti Ġodda
Suġġeriment: Inti tirċievi konferma permezz ta’ ittra elettronika bid-dettalji tal-login tal-istudent/a tiegħek – żomm din l-ittra elettronika f’post sigur, għax jista’ jkollok bżonnha aktar tard. Ħafna għalliema jagħżlu wkoll li jiktbuhom l-ismijiet tal-utent u l-passwords.
Ikklikkja Lest biex tmur lura fit-TwinSpace tiegħek