e-spark 32
DESCRIPTION
Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about itTRANSCRIPT
Vocations e-newsletter
E-S
par
k h
ija
new
slet
ter
elet
tro
nik
a m
ahru
ga
mic
-Centr
u t
al-V
okaz
zjo
nij
iet
tas-
Sem
inar
ju,
tal-
Vir
tu,R
abat
.
Tel
: 21
450
354
-
w
ww
.vo
ka
zzjo
ni.
com
IL-MIXJA TAR-RANDAN
WEBSITES GODDA
FR FRANS BONNICI
E - spark 32 ARPIL 2011
Messagg tad-Direttur Fr Michael
Matul il-ġranet tar-Randan aħna
konna f'mixja lejn il-festa tal-Għid. Din
kienet mixja li għaddietna minn toroq dif-ferenti. Mixja li kultant kienet mgħaġġla u
drabi oħra aktar bil-mod, meta forsi sibna
xi telgħa! Mixja li għamilniha waħedna (għax kulħadd irid jgħix ħajtu hu stess)
imma li żgur daħlu fiha oħrajn ukoll.
Kellna għajnuniet u sinjali: forsi xi kelma li smajna fl-eżerċizzi, jew xi esperjenza
sabiħa li ħadna sehem fiha. Jgħodd ukoll il
-ħin fit-talb personali, u xi sawm jew penitenza li għamilna.
Matul dawn il-ġranet ikun hemm bosta mixjiet organizzati;
pellegrinaġġi u purċissjonijiet. Dawn ukoll huma simbolu tal-
mixja l-kbira li qed nagħmlu. Mixja li bdiet meta twelidna, u se ddum matul il-ħajja kollha tagħna. Imma f'ċertu sens, din il-
mixja hi akbar minna. Bdiet qabilna u tkun għadha għaddejja
meta nispiċċaw aħna. Qed nirreferi għall-istorja tal-bniedem li aħna parti minnha.
Page 2 Fr Michael
Avolja hawn kwazi 6.9 biljun persuna fid-dinja llum, u kull bniedem għandu l-istorja unika tiegħu, qegħdin f'mixja kbira flimkien. Inkomplu fejn ħallew ta' qabilna, u oħrajn se jkomplu fejn inħallu aħna. Nitgħallmu mingħand xulxin. Nibnu fuq l-esperjenzi ta' xulxin. Illum għandna vantaġġ kbir bil-mezzi ta' komunikazzjoni, għax inħossuna qrib anke ta' nies li jgħixu f'pajjiżi l-bogħod minn tagħna. Nafu bihom u huma jafu bina u nistgħu nikkomunikaw flimken. Nafu li jeżistu avolja ma niltaqgħux fiżikament. Din il-mixja li hi l-istorja tal-bniedem, saret ukoll l-istorja ta' Alla. Meta Ġesù sar bniedem huwa daħal fl-istorja ta' kull bniedem, f'kull post u f'kull żmien. Sar hu stess parti minn din l-istorja. Alla ddeċieda li avolja aħna u Hu ma nistgħux niltaqgħu fiżikament, jagħmilhielna ftit aktar faċli. Ġesù sar bħalna: jara u jħoss u jisma' u jitkellem bħalma nagħmlu aħna. U dejjem tibqa' faċli issa li niltaqgħu ma' Alla. Għax avolja Ġesù m'għadux fiżikament fid-dinja, qalilna Hu stess li se jibqa' magħna sa l-aħħar taż-żmien. Niltaqgħu miegħu meta rridu, meta nixtiequ, meta ntuh idejna biex imexxina Hu. Nsibuh fis-sagramenti, fl-Ewkaristija u l-Qrar. Niltaqgħu miegħu f'xulxin. Niltaqgħu miegħu waqt li nkomplu l-mixja. L-istorja tal-umanità baqgħet sejra. Qisu ma nbidel xejn. Imma aħna nemmnu li xejn m'għadu l-istess, għaliex issa l-mixja bidlet ir-rotta. Għax isssa l-istorja tal-umanità għandha sens u skop ġdid: miexja lejn Alla, u mhux il-bogħod minnu. L-aħħar kelma tal-istorja se tkun ta' Alla, għaliex Hu s-Sid taż-żmien u tal-istorja. Dan hu li niċċelebraw kull sena fil-festa tal-Għid: ir-rebħa ta' Ġesù. Rebħa kompluta, definittiva, m'hemmx it-tieni episodju! L-imħabba ta' Alla rebħet u qatt ma hi se tiġi nieqsa.
Page 3 Fr Michael
Imma jibqa' l-fatt li l-mixja personali tagħna rridu
nkompluha, u nispiċċawha. Ġesù qalilna li ħafna jibdew
imma ma jispiċċawx. Jieqfu għax mingħalihom isibu aħjar. Jieqfu
għax jaqtgħu qalbhom. Jieqfu għax ix-xitan jingannahom.
Jieqfu għax jippreferu jisimgħu dak li tgħid id-dinja milli dak li
jgħid Alla.
Ġesù qal lit-Tnax: "Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f'Alla, u emmnu fija wkoll.
Fid-dar ta' Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa' niġi biex
neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha." Tumas qallu: "Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?" Wieġbu Ġesù: "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk
mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh." Qallu Filippu: "Mulej, urina l-Missier, u jkun biżże-
jjed għalina." Ġesù wieġeb: "Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, 'Urina l-Missier'? Ma temminx li jiena fil-Missier u
l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa
fija. Jekk m'hux għal ħaġ'oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u
akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier. U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu. Iva, jekk titolbuni
xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha" (Ġw 14,1-14).
Page 4 Fr Michael
Mela l-mixja rridu nkompluha, jekk ma rridux li ninqalgħu 'l barra. "Min jibda tajjeb jispiċċa tajjeb" jgħid il-qawl Malti. Imma jekk irrid nispiċċa ħażin, ħadd mhu sidi! U min jibda ħażin jista' jispiċċa tajjeb ukoll, jekk irid. Avolja wara r-Randan nieqfu mis-sagrifiċċji, it-triq ma tieqafx hemm. Deċiżjonijiet tajbin li ħadt jeħtieġ li ma jaħarbulix minn idejja! U jekk kien qed jirnexxieli nrażżan lili nnifsi f'xi affarijiet li ma kinux tajbin għalija, tajjeb li nibqa' sod fl-għażliet tiegħi.
Meta nħossuha bi tqila biex inkomplu bil-mixja ta' ħajjitna, meta d-dnub jagħmel bina u jtaqqal
il-passi tagħna, agħtina l-ferħ, Mulej, li nisimgħu leħnek f'qalbna u li nħalluk isserrħilna moħħna bil-maħfra
tiegħek. Ammen.
Universal Rosary http://www.rosariouniversal.org/home.php Global rosary World Youth Day organizers are inviting participants to join in a truly global rosary, which will be prayed during the Saturday vigil before the Pope arrives. Participants are invited to send a video of one of the rosary prayers (the Our Father, Hail Mary or Glory Be) in their language of choice, prayed either individu-ally or in a group. "The final composition will be, prayer by prayer, a round-the-world trip through the rosary," organizers explained. Japan has already participated by sending a Hail Mary prayed by a group of grade school children. Contributions should be sent to www.rosariouniversal.org, where the videos along the rosary chain can be viewed.
JOHN PAUL II FACEBOOK PAGE DRAWS 31,000 FANS
http://maltadiocese.org/lang/en/malta-diocesediocesi-maltija/the-
universal-church/john-paul-ii-facebook-page-draws-31000-fansil-pagna-facebook-tal-papa-gwanni-pawlu-ii-tattira-iktar-minn-30000-
ammiratur/?utm_source=feedburner&utm_medium=email&utm_campaign=Feed
%3A+maltadiocese+%28The+Church+in+Malta%29
LIVE-IN AT THE ARCHBISHOP’S SEMINARY http://maltadiocese.org/lang/en/events-and-other-newsattivitajiet-u-ahbarijiet-ohra/live-in-at-archbishops-seminary/?utm_source=feedburner&utm_medium=email&utm_campaign=Feed%3A+maltadiocese+%28The+Church+in+Malta%29
The Story of Jonah
View this clip of a little girl telling the story of Jonah
http://vimeo.com/16404771
PASTORAL LETTER FOR CHILDREN LENT 2011
http://maltadiocese.org/lang/en/news/pastoral-letter-for-children-lent-2011-ittra-pastorali-ghat-tfal-randan-2011/
Lent is a time to give up selfishness
Read the complete text at the following link: http://www.vatican.va/holy_father/benedict_xvi/messages/lent/documents/hf_ben-xvi_mes_20101104_lent-2011_en.html
http://www.priestlyvocations.com/
Il-website gdida ta’ Dun Frans Bonnici
Contact Us
If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:
Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat