Ġennitni - radju marija · għaddewna għax aħna hawn malta qegħdin 70 kapuċċin bi 8 kunventi....

9
Lulju / Settembru 2018 - 1 Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta) Nru. 90 – Lulju – Settembru 2018 Ġennitni għal warajha!

Upload: others

Post on 23-Jan-2020

41 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

Lulju / Settembru 2018 - 1

Pubblikazzjoni Assoċjazzjoni Radju Marija (Malta)

Nru. 90 – Lulju – Settembru 2018

Ġennitnigħal warajha!

Page 2: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

2 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 3

Ġennitni

2 - Radju Marija

Kelli 23 sena. Kont waħdi darba waħda u smajt leħinha, saħħritni u   ġġenint għal warajha... ma stajtx iktar ngħix

mingħajrha!

Iva ħbieb tiegħi, din kienet Radju Marija Italja li jien smajt għall-ewwel darba ftit jiem wara li dħalt is-Seminarju biex nibda l-istudju biex insir qassis.   Kont xtrajt radju għall-kamra tiegħi u kien filgħaxija. Bdejt indawwar ir-radju sakemm fl-aħħar smajt din il-vuċi bit-Taljan tispjega l-katekiżmu liż-żgħażagħ... u tant tkellem sabiħ, bis-sens u bil-qawwa li minn dakinhar ’il hemm ma tlaqtx iktar dan l-istazzjon. Skoprejt wara xi tliet ġimgħat nisimgħu kull nhar ta’ Ġimgħa li l-vuċi li smajt  kienet ta’ qassis jismu Padre Livio u wara ħafna skoprejt li hu kien ukoll il-fundatur ta’ Radju Marija.  Huwa kien beda jxandar minn appartament żgħir u wara ftit snin kiber u beda jinstema’ mal-Italja kollha. Wara għaxar snin ta’ xandir beda wkoll jinxtered mad-dinja kollha. U dan ġara għax Ruma, fl-Universtajiet li hemm kien hemm ħafna saċerdoti

jistudjaw mid-dinja kollha, u li bħali dawn issaħħru u ġġennu għal wara Radju Marija u għalhekk dawn riduh f’pajjiżhom ukoll.

Jien ukoll, bħal dawn dejjem ħabbejt lil dan Radju Marija u kemm fraħt meta 23 sena ilu beda wkoll f’Malta. Kemm ħadt pjaċir iktar meta talbuni fis-sena 2008 biex nagħti kumment fuq żewġ paġni mid-Djarju ta’ Santa Fawstina u minn hemm bdejt programm fuq San Ġwanni Pawlu II u warajh, tant u tant oħrajn fuq qaddisin oħrajn jew suġġetti diversi.

Imma x’sorpriża kbira kienet meta fis-sajf 2017, id-direzzjoni ta’ Radju Marija Malta, offrewli biex immur laqgħa f’Mejju ta’ din is-sena ġewwa Radio Maria Italja fil-porvinċja ta’ Como ġewwa r-raħal ta’ Erba... fil-post fejn kollox kien beda.

Hekk kif ġrali għal Radju Marija f’Malta, ġewwa l-Italja wkoll ħassejtni at home; anzi forsi iktar għaliex qabel ma mort hemm kont ili 20 sena

nisma’ dan ir-radju. Ma naħbilkomx x’sorpriża kbira kienet meta   mbagħad iltqajt ma’ Padre Livio li għalija fiż-żmien tas-Seminarju kien sar qisu Rettur jew direttur spiritwali ieħor u għax permezz tal-kliem tiegħu melieni b’iktar ħeġġa għal din il-vokazzjoni li l-Mulej sejjaħli għaliha.

X’sorpriża iktar tal-ġenn kienet meta d-direzzjoni tar-radju tagħna f’pajjiżna offrewli li nkun Direttur ta’ Radju Marija Malta. Mill-ewwel fittixt li nagħmel appuntament ma' Monsinjur Charles Scicluna u meta wasal il-jum, mill-ewwel aċċetta u tani l-barka tiegħu; barka li jien nibqa’ ngħożż għax naf li tahieli mill-qalb għax tant iħobb lil dan ir-radju. Ngħiduha kif inhi, jekk tkun tħobb lil Madonna kif tista’ ma tħobbx ir-radju tagħha!

Dan ir-radju lili tant għeni fil-ħajja tat-talb u fit-tagħlim tal-fidi tiegħi li jien se nagħmel il-ħila kollha tiegħi biex dan ikompli.

Bħala qassis naf ukoll kemm Radju Marija hu wkoll mezz ta’ ħafna konverżjonijiet. Huma ħafna dawk li jiġu u jkellmuna li reġgħu skoprew lil Kristu permezz ta’ Radju Marija. Oħrajn jistqarru li f’waqtiet diffiċli sabu dan ir-Radju ta’ kuraġġ u mhux biss ma tilfux il-fidi imma fil-fidi sabu l-faraġ tagħhom.

Iva, kemm erwieħ f’dan ir-radju sabu posthom, kif kien qalilna Padre Livio fil-laqgħa li kellna miegħu; ‘il-bilanċ ta’ Radju Marija huwa kemm issalva erwieħ’. U mela ħbieb tiegħi, komplu itolbu għalija u għal sħabi ħalli nkunu għodda f’idejn il-Madonna biex tant erwieħ isalvaw u jirbħu l-Ġenna. Iva, għax jien huwa biss sempliċiment id-direttur imma l-propju manager u r-Reġina hija l-Verġni Mbierka li tagħha hija din l-opra kbira ta’ żmienna biex isejjaħ lill-bnedmin lura lejn Alla.

Komplu għinu lil Madonna biex tgħinna permezz tal-ġenerożità tagħkom imma fuq kollox bit-talb u s-sagriffiċċji tagħkom.

Sultana ta’ Radju Marija, itlob għalina.

GĦAL WARAJHA!

Fr Antoine BorgDirettur ta' Radju Marija

Page 3: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

4 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 5

Ir-ritmu tax-xogħol fuq l-istudios

il-ġodda ta’ Radju Marija miexi

ġmielu u wasalna fit-tieni sular,

jiġifieri proprju fejn ser ikunu

allokati l-istudios kollha. Il-binja

hi kompriża minn ground floor li

ser ikollha reception area ikbar u

kappella li takkomoda madwar 30

persuna.

L-ewwel sular ser ikollu l-uffiċini

għall-impjegati u t-tieni sular ser ikun

hemm l-istudios il-ġodda, attrezzati

bl-aħħar tagħmir sabiex nagħtu

l-aħjar servizz ukoll.

Id-demolizzjoni tal-binja l-antika

bdiet fil-bidu ta’ Frar 2018 u sal-aħħar

ta’ Ġunju nkunu nistgħu nibdew ix-

xogħlijiet interni ta’ dawl, ilma, servizzi

oħra u kisi komplessiv, kemm ġewwa

u mad-dawra tal-binja kollha.

Żviluppi fid-dar il-ġdida ta' Radju Marija

Page 4: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

6 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 7

Qabel ma Ġesù tela’ s-sema ta lill-Appostli

u lill-Knisja tiegħu l-mandat: “Morru

fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba

lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed,

isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.”

(Mk 16,15) Dan huwa kmand li Ġesù għadu qed

jagħmlu llum lil kull wieħed u waħda minna. Bħala

frott tal-magħmudija, u aktar tard tal-Griżma tal-

Isqof li rċivejna, aħna lkoll imsejħin sabiex inkunu

missjunarji. Nagħmlu parti attiva mill-Knisja

Missjunarja. Li nkunu missjunarji ma jfissirx biss

għax immorru fl-artijiet tal-missjoni, imma wkoll li

nkunu missjunarji f’pajjiżna, fil-familji tagħna, fuq

il-post tax-xogħol, fl-università, fil-postijiet tad-

divertiment, aħna fejn aħna, aħna ma’ min aħna.

ESPERJENZA PERSONALI

Kemm-il darba qsamt magħkom is-

semmiegħa ta’ Radju Marija l-esperjenzi li kelli

bħala missjunarju. Għaddejt 12-il sena missjunarju

f’Kuba u mort inżur fuq ħidma missjunarja

l-Patrijiet Missjunarji tagħna l-Kapuċċini fil-

Kenja għal 9 darbiet. L-aħħar żjara li għamilt il-

Kenja kienet din is-sena bejn is-17 ta’ Frar u s-16

Marzu. Wara li għaddejt ġimgħa ta’ laqgħat mal-

Kapuċċini Kenjani, għaddej tliet ġimgħat oħra

nżur il-postijiet tal-missjoni kemm fid-Djoċesi ta’

Garissa kif ukoll f’dik ta’ Malindi.

FERĦ KBIR

Tħoss ferħ spiritwali kbir meta tara n-numru

ta’ vokazzjonijiet ta’ saċerdoti Kapuċċini jikber.

Aħna bħala Kapuċċini Maltin morna l-Kenja 44

sena ilu, jiġifieri fis-sena 1974. Wara 10 snin ta’

preżenza, bdejna naċċettaw żgħażagħ għall-

Ordni tagħna. Illum in-numru ta’ dawn ilaħħaq

INKUNU MISSJUNARJI!Fr Philip Cutajar, Kapuċċin

’il fuq minn 100 Kapuċċin Kenjan. Filwaqt li fl-

Afrika l-vokazzjonijiet jiżdiedu, hawn fl-Ewropa

u f’Malta qed jonqsu. Fil-Kenja għandek 110

Kapuċċin li għandhom 16-il kunvent. Diġà

għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70

Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla

li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

Maltin u Għawdxin li tħobbu l-missjoni u tgħinuna

speċjalment bil-boroż ta’ studju sabiex tagħmlu

saċerdot.

Tħoss ukoll ferħ spiritwali kbir meta minn

żjara għal oħra li għamilt fil-Kenja, tara l-progress

u l-iżvilupp tal-Knisja li dejjem tikber u tissaħħaħ.

Nies li jiżdiedu fil-quddies tal-Ħdud, fil-klassijiet

tal-katekiżmu, skejjel Kattoliċi flimkien ma’

għadd ta’ kliniċi li dejjem qed jiżdiedu. Tħoss ferħ

kbir tara l-komunitajiet Insara jikbru. U dan, wara

Alla, nafuh ukoll lil ħafna missjunarji li b’sagrifiċċji

kbar ħadmu u għadhom qed jaħdmu b’risq it-

tixrid tas-Saltna ta’ Alla.

IL-MISSJONI TA’ RADJU MARIJA

Radju Marija qed jagħti għajnuna kbira

f’dan il-qasam. Qed jgħin billi jkompli janima

spirtu missjunarju f’pajjiżna. Napprezzaw ferm

il-programm ‘Vuċi Missjunarja’ li jsir għal dan il-

għan. Tajjeb li bħala Maltin u Għawdxin inkomplu

nkunu Nazzjon - Pajjiż Missjunarju billi nħobbu

l-missjoni u l-missjunarji, nitolbu għalihom u

fejn nistgħu ngħinuhom. Inkomplu aħna stess

inkunu missjunarji - ‘mibgħutin’ - f’pajjiżna bix-

xhieda li nagħtu, xhieda mibnija fuq il-kelma li

nwasslu imma aktar u aktar, bl-eżempji tajba li

nagħtu nkunu fejn inkunu.

Il-Mulej jagħtikom kull sliem!

Page 5: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

8 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 9

Skeda tal-programmigħal żmien is-sajf li tibdat-Tnejn 2 ta’ Lulju u tintemm il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018

09.00pm Inbid ġdid10.00pm Inti f'salib it-toroq?11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

It-Tlieta

12.00am Rużarju12.30am Sejjaħli u jien inwieġbek (rpt)01.30am Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (rpt)02.00am L-Arka ta' Noe (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am O Alla Trinità li nadura (rpt)05.30am Vuċi missjunarja (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am11.00am Kunu xhieda tiegħi12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Tiżwiqa mużikali02.00pm Jiena hu l-Ħobż tal-Ħajja03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Mill-għajn tal-ħajja04.00pm Wiċċek infittex04.30pm Ħin in-novella part 105.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar

It-Tnejn

12.00am Rużarju12.30am Għajn ta' ġid (rpt)01.30am Inez u Henry Casolani (rpt)02.00am Ħin in-novella (rpt) part 102.30am Ħin in-novella (rpt) part 203.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Għannu lil Ismu (rpt)06.00am Qari mill-Iskrittura Mqaddsa (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am11.00am Ara Ommok12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ12.45pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Nistrieħ f'idejk03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Irwiefen u fjammi04.00pm Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Mur sewwi l-Knisja tiegħi08.30pm Qari ta' rumanz (rpt)

07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Kont marid u ġejt iżżurni09.00pm Bejn ħsieb u armonija09.30pm Wiċċek infittex (rpt)10.00pm Kunu x-xhieda tiegħi (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

L-Erbgħa

12.00am Rużarju12.30am Għad-dawl tal-qamar (rpt)01.30am Klassiċi u sagri (rpt)02.30am Naturali (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju ta' San Ġużepp04.00am Rużarju04.30am Irwiefen u fjammi (rpt)05.00am Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina (rpt)06.00am Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am11.00am Tifkiriet ta' nostalġija12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju ta' San Ġużepp12.45pm Għanjiet il-qalb01.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa01.30pm 600 sena Karmelitani02.00pm Il-qalb tiegħi tirbaħ03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina04.00pm Naturali04.30pm Ħin in-novella part 205.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju

06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj08.30pm Solidarjetà ma' ħutna ppersegwitati09.00pm Għajn ta' ġid10.00pm Sejjaħli u jien inwieġbek11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ħamis

12.00am Rużarju12.30am Ara Ommok (rpt)01.30am 600 sena Karmelitani (rpt)02.00am Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj (rpt)02.30am Ritratti mill-album Evanġeliku (rpt )03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Mill-għajn tal-ħajja (rpt)05.00am Inbid ġdid (rpt)06.00am Irwiefen u fjammi (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am11.00am Ieqaf u isma' din!12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Mużika Country b'ispirazzjoni02.00pm Ritratti mill-album Evanġeliku02.30pm Wiċċek infittex (rpt)03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija

Page 6: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

10 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 11

04.00pm Mid-djarju tal-Papa05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Għad-dawl tal-qamar09.00pm O Alla Trinità li nadura10.00pm Fl-iskola ta' San Piju ta' Pietralċina (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet (rpt)11.50pm Kompjeta

Il-Ġimgħa

12.00am Rużarju12.30am Tifkiriet ta' nostalġija (rpt)01.30am Jien hu l-ħobż tal-ħajja (rpt)02.30am It-tabib tar-ruħ (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tad-Duluri04.00am Rużarju04.30am Magazine (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt sal-11am11.00am Vanġelu ħaj12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tad-Duluri12.45pm Għanjiet il-qalb01.00pm Qari tar-rumanz01.30pm Naturali (rpt)02.00pm L-Arka ta' Noe03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Għejjun ta' ilma frisk u dejjem ħaj (rpt)04.00pm Inez u Henry Casolani04.30pm 05.00pm Vjaġġ mużikali06.00pm Anġelus u Rużarju

06.30pm Quddiesa07.00pm Għasar07.15pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi07.30pm Aħbarijiet minn Radio Vaticana08.00pm Biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ (rpt)08.30pm Qari tar-rumanz (rpt)09.00pm Vuċi missjunarja10.00pm Qari mill-Iskrittura Mqaddsa (rpt)10.30pm 600 sena Karmelitani (rpt)11.00pm Il-Vanġelu tal-ġurnata (rpt)11.30pm Bulettin ta' aħbarijiet reliġjużi (rpt)11.50pm Kompjeta

Is-Sibt

12.00am Rużarju12.30am Mużika Country b'ispirazzjoni (rpt)01.30am Inti f'salib it-toroq? (rpt)02.30am Mur sewwi l-Knisja tiegħi (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Mid-djarju tal-Papa (rpt)05.30am Il-qalb tiegħi tirbaħ (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Rużarju07.30am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt (sa l-10.00am)10.00am F'ġieħ il-Qaddisin12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm Magazine03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Tifkiriet ta' nostalġija (rpt)04.30pm It-tabib tar-ruħ05.00pm Vuċi missjunarja (rpt)06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Quddiesa

Appuntamenti fissi fuq Radju Marija għall-iskeda tas-sajf 2018

Quddiesa:Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: fis-7.30am u fis-6.30pmNhar ta’ Sibt : fis-7.30am u fis-6.30pmNhar ta’ Ħadd: fis-7.00am u fl-10.00am

Ir-Rużarji:Ir-Rużarju Mqaddes: f’12:00am, fl-4.00am,

fis-7.00am, f’12.00pm, fis-6.00pm Ir-Rużarju tad-Duluri: Kull nhar ta’ Ġimgħa

fl-3.40am u fin-12.30pmIr-Rużarju ta’ San Ġużepp nhar ta’ Erbgħa

fl-3.40am u fin-12.30pmIr-Rużarju tal-Erwieħ: kuljum fl-3.40am u

fin-12.30pm (minbarra nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa)

Ir-Rużarju ta’ San Mikiel kuljum, bl-Ingliż fit-3.20am u bil-Malti fis-6.30am

L-Anġelus:Kuljum fit-8.00am, f’12.00pm u fis-6.00pm qabel ir-Rużarju Kurunella tal-Ħniena Divina Kuljum fit-3.00am u fit-3.00pm

Liturġija tas-sigħat: kuljum:Tifħir tas-sbieħ il-jum: fit-8.15amGħasar: fis-7.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u fis-7.15pm is-Sibt u fis-6.30 il-ĦaddKompjeta għall-miżżewġin: fil-11.45pm mit-Tnejn sal-ĠimgħaTalb ta’ għeluq il-jum: f’11.50pmBulettin tal-Aħbarijiet mid-dinja Kattolika: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-7.15pm

b’ripetizzjoni fil-11.30pmL-aħħar Aħbarijiet minn Radju Vatikan bl-Ingliż: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm

07.15pm Għasar07.30pm Ritratti mill-album Evanġeliku (rpt)08.00pm Vanġelu ħaj (rpt)09.00pm Għannu lill-ismu10.00pm Hekk tħabbat il-qalb Maltija (rpt)10.30pm Għanjietna11.50pm Kompjeta

Il-Ħadd

12.00am Rużarju12.30am Ieqaf u isma' din! (rpt)01.30am Tiżwiqa mużikali (rpt)02.30am Solidarjetà ma' ħutna

ppersegwitati (rpt)03.00am Kurunella tal-Ħniena Divina03.20am Rużarju ta' San Mikiel bl-Ingliż03.40am Rużarju tal-Erwieħ04.00am Rużarju04.30am Kont marid u ġejt iżżurni (rpt)05.30am Vanġelu ħaj (rpt)06.30am Rużarju ta' San Mikiel bil-Malti07.00am Quddiesa08.00am Anġelus u Kuntatt ( sa

nofsinhar )12.00pm Anġelus u Rużarju12.30pm Rużarju tal-Erwieħ01.00pm F'ġieħ il-Qaddisin (rpt)03.00pm Kurunella tal-Ħniena Divina03.30pm Għanjietna (rpt)04.00pm Ieqaf u isma' din! (rpt)05.00pm Il-qalb tiegħi tirbaħ (rpt)06.00pm Anġelus u Rużarju06.30pm Għasar07.00pm Bejn ħsieb u armonija (rpt)08.00pm Klassiċi u sagri09.00pm Magazine (rpt)11.50pm Kompjeta

Page 7: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

12 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 13

It-tabib tar-ruħ

Preżentazzjoni ta’ Fr Mario Attard OFM Cap.

Jixxandar kull nhar ta’ Sibt fl-4.30pm u jkollu ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis-2.30am

Dan huwa program li ser jitkellem dwar it-tabib qaddis San Giuseppe Moscati. Program li ser jitkellem dwar il-ħajja ta’ dan il-qaddis u l-esperjenzi tiegħu relatati mal-ħajjiet tagħna llum.

Mill-għajn tal-ħajja

Preżentazzjoni ta’ Fr Charles Tonna O.P.

Jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-3.30pm u jkollu ripetizzjoni kull nhar ta’ Ħamis fl-4.30am

Dan il-program se jittratta siltiet mill-ktieb ‘Kliem ta’ talb, imħabba u għaqal’ li juri l-importanza ta’ dawn it-tliet kariżmi minn kitbiet ta’ awturi kbar bħal San Tumas t’Akwinu, Santu Wistin, Santa Tereża t’Avila u nies ta’ spiritwalità profonda, anki fi żminijietna bħal Santa Tereża ta’ Kalkutta u San Ġorġ Preca.

Il-qalb tiegħi tirbaħ

Preżentazzjoni ta’ Fr Antoine Borg - Direttur ta’ Radju Marija

Jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fis-2.00pm u jkollu ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil-5.30am u kull nhar ta’ Ħadd fil-5.00pm

‘Il-qalb tiegħi tirbaħ’ huwa program li se jitratta l-ktieb ta’ Miriana Soldo, waħda mill-personaġġi li tidhrilha l-Madonna ġewwa Medjugore, u l-ktieb iġib l-istess isem tal-program, dwar dehriet li huma kollha komplimentarji għal xulxin. Il-program se jkompli jitkellem fuq id-dehriet ta’ dawn l-aħħar mitejn sena li kollha flimkien ipoġġu l-messaġġi li tixtieq twasslilna Ommna tas-Sema f’dawn iż-żminijiet

Programmi li ser jirritornaw matul l-iskeda tas-sajf 2018

Bejn ħsieb u armonija

Preżentazzjoni ta’ Duncan Ciappara

Jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00pm u jkollu ripetizzjoni l-Ħadd fis-7.00pm

Għad-dawl tal-qamar

Preżentazzjoni ta’ Dr Andrew Baldacchino, flimkien ma’ Kris u Marta Baldacchino

Jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fit-8.00pm u jkollu ripetizzjoni l-Erbgħa fin-12.30am

Naturali

Preżentazzjoni ta’ Jason Aloisio

Jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fl-4.00pm u jkollu ripetizzjoni l-Ġimgħa fis-1.30pm

F’ġieħ il-Qaddisin

Preżentazzjoni ta’ Brian Bonnici

Jixxandar kull nhar Sibt fl-10.00am u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Ħadd fis-1.00pm

li ser jixxandru fl-iskeda tas-sajf mit-Tnejn 2 ta’ Lulju sal-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018

FTIT MILL-PROGRAMMI ĠODDA TA’

RADJU MARIJAIeqaf u isma’ din!

Preżentazzjoni ta’ Claudia Cini

Jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-11am u jkollu ripetizzjoni l-Ħadd fl-4.00pm

Program ta’ tagħrif u kurżitajiet li għandu jinteressa lil kulħadd; programm dwar personaġġi u qaddisin, annimali u affarijiet li forsi ftit li xejn jiġina f’moħħna li nfittxu jew nistaqsu dwarhom kif ukoll dwar l-oriġini tagħhom. Qari ta’ leġġendi u stejjer minn artijiet imbiegħda. Xi ċajta u riċetta ma tonqosx. 

Inez u Henry Casolani – Is-sigriet tagħhom

Preżentazzjoni ta’ Stephanie Quintano

Jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fl-4.00pm u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Tnejn fis-1.30am

Eżattament Henry u Inez Casolani min kienu? X’kellhom bħalna u x’kellhom differenti minna?

Intqal li ma kien hemm xejn straordinarju fil-ħajja ta’ din il-koppja. Kienu nies soċjevoli, iħobbu s-safar, l-arti, il-mużika, iħobbu l-kampanja, in-natura u kulma hu sabiħ. Kellhom ukoll ħafna kumbattimenti u sofferenzi. Allura Alla x’post kellu f’ħajjithom? Alla x’kien ifisser għal din il-koppja? X’kien is-sigriet tal-ferħ tagħhom? Inagħqdu magħna waqt dan il-program u skopru x’kien is-sigriet għall-ferħ tagħhom.

600 sena Karmelitani

Preżentazzjoni ta’ P. Alex Scerri O. Carm u l-membri Terzjajri Karmelitani

Jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fis-1.30pm u jkollu ripetizzjoni nhar ta’ Ġimgħa fl-10.30pm

600 sena Karmelitani f’Malta huwa program imtella’ minn membri Terzjarji Karmelitani flimkien ma’ Patri Alex Scerri fejn sejrin iwasslulna tagħrif u informazzjoni dwar din il-mixja Karmelitana f’pajjiżna matul dawn is-snin.

Ħin in-novella

Preżentazzjoni ta’ Joseph Serracino

Jixxandru kull nhar ta’ Tlieta fl-4.30pm u kull nhar ta’ Erbgħa fl-4.30pm u jkollhom ripetizzjoni kull nhar ta’ Tnejn fis-2.00am

Matul dan il-ħin ser ikollna ġabra ta’ novelli differenti li żgur ser iżommu lilkom is-semmiegħa maqgħudin magħna fuq Radju Marija biex tisimgħu stejjer qosra u ta’ interess.

Page 8: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

14 - Radju Marija Lulju / Settembru 2018 - 15

Volontarjat: Jekk tixtieq tagħti sehmek bħala voluntier f’Radju Marija tista’ tibgħat email fuq [email protected] jew ċempel fuq 21453105. Jingħata taħriġ lil kull min jixtieq jgħin fil-qasam tekniku.

Kif tista’ tgħin lil

Radju Marija finanzjarjament:

• Billi tagħti donazzjoni fir-reception

ta’ Radju Marija, Kunvent Patrijiet

Dumnikani, ir-Rabat Malta

• Billi tagħti donazzjoni l-Catholic

Bookshop fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid,

Simiana Stationery tas-Sliema

kif ukoll fil-Librerija Preca, Blata

l-Bajda.

• Billi tibgħat ċekk jew money order

bil-posta, pagabbli lil Radju Marija,

PO Box 19, ir-Rabat, RBT 1230

• Permezz ta’ SMS tista’ tagħti

donazzjoni ta’ €4.66 billi tibgħat

SMS fuq in-numru 50618063 jew

inkella tibgħat SMS fuq 50619278

għal donazzjoni ta’ €11.65.

Assoċjazzjoni Radju Marija

APS IBAN:

MT31 APSB 7705 7006 0638 2000 0834 148

A/C ACCOUNT NO: 20000834 14-8

HSBC IBAN:

MT05MMEB44587000000058030875050

A/C ACCOUNT NO: 058-030875-050

BOV IBAN:

MTO9VALL2201 30000000 14609142012

A/C ACCOUNT NO: 14609142012

Dejjem ara li tingħata rċevuta mill-Bank

għal kull donazzjoni.

• Tista’ tiddepożita d-donazzjoni tiegħek

f’wieħed mill-kontijiet li Radju Marija

għandu fil-banek APS, HSBC u BOV:Radju Marija Malta pparteċipa fis-sitt edizzjoni tal-Mariathon

2018. U din id-darba d-donazzjonijiet li nġabru kienu għall-proġett Radio

Maria Nazzaret.

Is-somma totali miġbura kienet ta' €13,857.17

Grazzitad-donazzjoni tiegħek!!

Tibdil fil-ħinijiet ta' ftuħ tar-Reception ta'

Radju Marija għal matul is-sajf;

Mit-Tnejn sal-Ġimgħamid-9.00am sas-6.00pm

Is-Sibt mid-9.00am sat-3.00pm

Il-Ħadd mit-8.00am sal-12.00pm

Page 9: Ġennitni - Radju Marija · għaddewna għax aħna hawn Malta qegħdin 70 Kapuċċin bi 8 kunventi. U dan kollu nafuh lil Alla li jsejjaħ imma wkoll lilkom għeżiez benefatturi

16 - Radju Marija

Avviżi komunitarji mxandra kuljum

Radju Marija jistieden lil dawk il-

parroċċi u l-għaqdiet li jixtiequ

jxandru l-attivitajiet tagħhom li jkunu

se jorganizzaw, fuq Radju Marija biex

jibagħtuhom sa mhux aktar tard minn

ġimgħa qabel ma tkun ser isseħħ

l-attività. Dawn għandhom jintbagħtu

idealment b’email fuq info.mal@

radiomaria.org.

L-attivitajiet avżati għandhom ikunu

ta’ natura reliġjuża jew ta’ formazzjoni

Nisranija u ma jistgħux jinkludu

attivitajiet ta’ fundraising fosthom

bazaars. Hija fid-diskrezzjoni tad-

direzzjoni ta’ Radju Marija kemm-il

darba jixxandar l-avviż.

Avviżi ta’ mwiet u tifkiriet ta’

anniversarji fuq Radju Marija

Dawn jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa

fit-8.00am, fil-11.55am u fl-3.55pm,

nhar ta' Sibt u festi pubbliċi fit-8.00am

biss u l-Ħadd fit-8.00am u fil-11.55am.

Għal aktar informazzjoni wieħed

għandu jċempel fil-ħinijiet tal-uffiċċju

fuq 21453105 u jistaqsi għal Michael

Amato jew Moira Bugeja. Importanti li

l-avviżi jkunu ttajpjati u jiġu ppreżentati

fir-reception ta’ Radju Marija bejn: it-

Tnejn u l-Ħadd fil-ħinijiet rispettivi

tal-ftuħ. Min jippreżenta l-avviż irid

ukoll il-karta tal-identità tiegħu. Ma

jistgħux jiġu aċċettati avviżi permezz

tat-telefon jew b’sms.

Servizzi offruti minn Radju Marija

Agħmel kuntatt ma’ Radju Marija

Indirizz postali: Radju Marija, PO Box 19, ir-Rabat RBT1230

Telefon uffiċċju: 21453105 - Telefon live studio: 21453106

SMS studio: 79791023

Telefon promozzjonali (fuljetti): 21453375

Indirizz elettroniku promozzjonali: [email protected]

Indirizz elettroniku: [email protected]

Websajt: www.radjumarija.org

jew sibna fuq Radju Marija Malta