eŻaltazzjoni tas-salib imqaddes 14 ta’ settembru

33
EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru www.ofm.org.mt

Upload: dawn

Post on 10-Jan-2016

87 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

www.ofm.org.mt. EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tan-Numr i Num 21 , 4 -9. F’dak iż-żmien: X’ħin refgħu l-kamp u telqu mill -muntanja Ħ or l-Israelin qabdu it -triq tal-Ba ħ ar tal-Qasab biex je ħ duha bid- dawra ma' l- art ta' Edom. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

EŻALTAZZJONI

TAS-SALIB IMQADDES

14 ta’ Settembru

www.ofm.org.mt

Page 2: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

L-1 QARI

Qari mill-Ktieb tan-

Numri

Num 21, 4-9

Page 3: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

F’dak iż-żmien: X’ħin refgħu l-kamp u telqu mill-muntanja Ħor l-Israelin qabdu it-triq tal-Baħar tal-Qasab biex jeħduha bid-dawra ma' l-art ta' Edom.

Page 4: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Imma l-poplu tilef sabru b’dan it-tul kollu, u beda

jgemgem għal Alla u għal Mosè u għid:

Għaliex tellajtuna mill-Egittu biex immutu fid-

deżert?

Page 5: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

La ħobż u lanqas ilma ma hawn, u dan l-ikel ħafif xbajna minnu!.0 Għalhekk il-Mulej bagħt

ħafna sriep jaħarqu qalb in-nies u bdew jigdmuhom;

Page 6: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

hekk li mietu ħafna mnn

Iżrael. U ġie l-poplu għand

Mosè, u qalulu: Dnibna għax għidna kontra

l-Mulej u kontrik;

Page 7: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

itlob għalina quddiemu

ħalli jeħlisna minn dawn is-sriep.” Mela Mosè talab

għall-poplu.

Page 8: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

U l-Mulej qallu: Agħmel serp

jaħraq u qiegħedu fuq arblu: kull min ikun migdum u

jħares lejh ifiq.” Mela Mosè

għamel serp tal-bronż,

Page 9: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

u qiegħdu fuq arblu, u meta xi ħadd kien jisfa migdum mis-serp, kien iħares lejn is-serp tal-bronż

u jfiq.

Page 10: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla

Page 11: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

SALM RESPONSORJALI

Salm 77

Tinsewx l-għemejjel kbar ta’

Alla.

Page 12: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Poplu tiegħi, agħtu widen għal-liġi

tiegħi, iftħu widnejkom għal

kliem fommi.Niftaħ fommi biex

inxandar kliem l-għerf; nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija mill-qedem.

Page 13: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

R/.

Tinsewx l-għemejjel kbar ta’

Alla.

Page 14: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

kienu jfittxuh meta kien jeqridhom, kienu jindmu u

jfittxu 'l Alla bil-ħerqa;kienu jiftakru li Alla

l-blata tagħhom, Alla l-Għoli l-feddej

tagħhom.

Page 15: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

R/.

Tinsewx l-għemejjel kbar ta’

Alla.

Page 16: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Imma kienu jqarrqu bih bi kliemhom, kienu jigdbulu bi

lsienhom.Għax qalbhom ma

kinitx sewwa miegħu, ma kinux fidili

mal-patt tiegħu.

Page 17: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

R/.

Tinsewx l-għemejjel kbar ta’

Alla.

Page 18: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Iżda hu kien iħenn u jaħfrilhom il-ħtija, ma kienx jasal biex

jeqridhom; ħafna drabi kien iżomm il-korla,

ma kienx jixgħel qilltu kollha.

Page 19: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

R/.

Tinsewx l-għemejjel kbar ta’

Alla.

Page 20: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

IT-2 QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil-

Filippin

Fil 2, 6-11

Page 21: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Ġesu’ Kristu, li kellu n-natura

ta' Alla, ma qagħadx ifittex

tiegħu li hu daqs Alla, imam

tneżża minn kollox, billi ħa n-natura ta' lsir;

Page 22: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala

bniedem; ċekken lilu nnifsu, billi

obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-

salib.

Page 23: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u

żejjnu bl-Isem li hu fuq kull isem, biex fl-

isem ta' Ġesù

Page 24: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

fis-sema, fl-art u f'qiegħ l-art,il-ħlejjaq kollha

jinżlu għarrkubbtejhom, u kull ilsien jistqarr:

"Ġesù Kristu hu l-Mulej, għall-

glorja ta' Alla l-Missier".

Page 25: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla

Page 26: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Hallelujah. Halleluljah.

Nadurawk, Kristu u nberkuk, għax

b’Salibek fdejt lid-dinja.

Hallelujah.

Page 27: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju

ta’ San Ġwann

Ġw. 3, 13-17

Page 28: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

F’dak iż-żmien :Ġesu’

qal lil Nikodemu:

Ħadd ma tela' s-sema ħlief dak li niżel

mis-sema, Bin il-bniedem.

Page 29: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

U kif Mosè rafa' s-serp fid-

deżert, hekk jeħtieġ li jkun

merfugħ Bin il-bniedem, biex

kull min jemmen fih

ikollu l-ħajja ta' dejjem.

Page 30: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-

waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx,

iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.

Page 31: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Għax Alla ma bagħatx lil

Ibnu fid-dinja biex jagħmel

ħaqq mid-dinja, imma biex bih hija

ssalva.

Page 32: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

Il-Kelma tal-Mulej.Tifħir lilek Kristu

Page 33: EŻALTAZZJONI  TAS-SALIB IMQADDES 14 ta’ Settembru

EŻALTAZZJONI

TAS-SALIB IMQADDES

14 ta’ Settembru

www.ofm.org.mt