fit-triq tas-salib 22 Ħadd matul is-sena a

34
FIT- TRIQ TAS- SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A www.ofm.org.mt

Upload: allene

Post on 10-Jan-2016

104 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

www.ofm.org.mt. FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill- Ktieb tal-Profeta Ġeremija Ġer 20, 7-9. Qarraqtni, Mulej, u jiena tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħk ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

FIT-TRIQ TAS-SALIB

22 Ħadd matul is-Sena

A

www.ofm.org.mt

Page 2: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

L-1 QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta

Ġeremija

Ġer 20, 7-9

Page 3: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Qarraqtni, Mulej, u jiena tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħk ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija.

Page 4: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Kull meta nitkellem, jiena

ngħajjat u nxandar,

“Moħqrija u ħsara!” Il-kelma tal-Mulej saret

għalija tagħjir u tmaqdir kuljum.

Page 5: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

U jien għidt: “Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu.” Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi.

Page 6: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Għejejt inżommu, ma niflaħx aktar għalih.

Page 7: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

Page 8: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

SALM RESPONSORJA

LISalm 62

Għalik għatxana

ruħi, Mulej, Alla tiegħi.

Page 9: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

O Alla, int Alla tiegħi!Għalik inbakkar jiena.Għalik għatxana ruħi,ġismi qed inin għalik,

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Page 10: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

R/.

Għalik għatxana

ruħi, Mulej, Alla tiegħi.

Page 11: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Irrid niġi naħseb fik fit-tempju,

biex nara s-setgħa tiegħek u l-glorja

tiegħek.Għax il-grazzja tiegħek

aħjar mill-ħajja,xofftejja jfaħħruk.

Page 12: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

R/.

Għalik għatxana

ruħi, Mulej, Alla tiegħi.

Page 13: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Hekk inbierkek ħajti kollha,

u f’ismek nerfa’ idejja.Bħalma jien nimtela b’ikel li jsemmen,

hekk fommi jgħanni b’xofftejn ferrieħa.

Page 14: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

R/.

Għalik għatxana

ruħi, Mulej, Alla tiegħi.

Page 15: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Int kont għajnuna għalija;

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Ruħi miegħek tqabbad,

lili żżommni l-leminija tiegħek.

Page 16: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

R/.

Għalik għatxana

ruħi, Mulej, Alla tiegħi.

Page 17: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

IT-2 QARI

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 12, 1-2

Page 18: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Nitlobkom, ħuti, għall-ħniena ta’ Alla offru ġisimkom bħala vittma ħajja, qaddisa, li togħġob lil Alla, b’qima spiritwali.

Page 19: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu

skond it-tiġdid ta’ moħħkom,

Page 20: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

biex iseħħilkom tagħarfu x’inhi r-rieda ta’ Alla,

x’inhu t-tajjeb, x’inhu li jogħġob, x’inhu s-sewwa.

Page 21: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

Page 22: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Hallelujah. Halleluljah.

It-triq tal-preċetti tiegħek fehimni,

biex naħseb fuq l-għeġubijiet tiegħek.

Hallelujah.

Page 23: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju

ta’ San Mattew

Mt 16, 21-27

Page 24: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù beda juri lid-dixxipli

tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm,

Page 25: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassissin il-

kbar u l-kittieba,

joqtluh, u fit-tielet jum

iqum.

Page 26: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħid: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!” Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru:

Page 27: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

“Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil

għalija, għax mintix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla,

imma qiegħed taħsibha ta’

bniedem li int.”

Page 28: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.

Page 29: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min

jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Page 30: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Għax x’ikun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?

Page 31: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex jerġa

jikseb ħajtu?

Page 32: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel.”

Page 33: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

 

Page 34: FIT-TRIQ TAS-SALIB 22 Ħadd matul is-Sena A

FIT-TRIQ TAS-SALIB

22 Ħadd matul is-Sena

A

www.ofm.org.mt