formazzjoni inizjali ofs malta1

30
Programm Formazzjoni Inizjali Ordni Franġiskan Sekular Kunsill Nazzjonali OFS 1

Upload: joyce-zammit

Post on 20-Jun-2015

339 views

Category:

Documents


7 download

TRANSCRIPT

Programm Formazzjoni InizjaliOrdni Franġiskan Sekular

Kunsill Nazzjonali OFS

1

Nitolbu flimkien - Salm139 (138) Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni;int taf meta noqgħod u meta nqum,int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi;triqati kollha inti tafhom sewwa.Nkun għadni anqas lissint il-kelma,meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. Dawramejt inti tħaddanni,u tqegħedli idek fuqi.L-għerf tiegħek ta' l-għaġeb, ma nwassalxgħalih; għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu.Fejn immur 'il bogħod mill-ispirtu tiegħek?Jew fejn nista' naħrab minn quddiem wiċċek?Jekk nitla' fis-smewwiet, hemm int;jekk nimtedd f'qiegħ l-art, int hemm ukoll.

1. Tgħid din tassew is-sejħa tiegħi?

Is-Sejħa għall-Ordni Franġiskan Sekular

Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ,u mmur ngħammar fi truf il-baħar,hemm ukoll tilħaqni idek,u taqbadni l-leminija tiegħek.Jekk ngħid: "Ħa jaħbini d-dlam,ħa jkunli d-dawl lejl madwari,"anqas id-dlam ma hu mudlam;għalik il-lejl jiddi bħan-nhar;d-dlam bħad-dawl għalikGħax int sawwart il-ġewwieni tiegħi,u f'ġuf ommi inti nsiġtni.

Nroddlok ħajr, għax b'mod ta' l-għaġeb għamiltni:ta' l-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek.U 'l ruħi inti tafha tajjeb.Ma kienx moħbi għadmi minnek,meta kont qiegħed insir fis-satrau nintiseġ fil-qigħan ta' l-art.Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi:kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek;u jiemi kienu ġa magħdudameta ebda wieħed ma kien għad hemm. Kemm huma tqal ħsibijietek għalija, o Alla!Kemm hu bla tarf l-għadd tagħhom!Li kelli ngħoddhom, huma aktar mir-ramel;xħin nasal fl-aħħar, nkun għadni fil-bidu miegħek.Għarbilni, o Alla, u agħraf qalbi;iflini, u kun af ħsibijieti. Ara iniex miexi fi triq ħażina, u mexxini fit-triq ta' dejjem.

•Ħsieb qasir bħala riflessjoni fuq Salm 139.

•Il-kandidat jesprimi x-xewqa tiegħu li jidħol fl-Ordni Franġiskan Sekular. Jgħid ukoll x'kien li ġibdu lejn il-Fraternita'; x'inhu jistenna mill-Fraternita' bħala għajnuna fil-ħajja tiegħu; x'inhi d-disponibilita' tiegħu lejn il-membri l-oħra tal-Fraternita'.

•Il-kandidat jiltaqgħa ma' xi membri tal-Fraternita', li miegħu jistgħu jaqsmu l-esperjenza personali tagħhom fl-Ordni Franġiskan Sekular.

2. L-Ordni Franġiskan Sekular

Nitolbu flimkien - Is-sejħa ta' Samwel Iż-żagħżugħ Samwel kien jaqdi l-Mulej ma'

Għeli; imma l-kelma tal-Mulej kienet rari f'dak iż-żmien, ftit kien hemm dehriet. Ġara li, jum wieħed, Għeli kien mistrieħ f'postu, għax għajnejh kienu bdew jintfew, u ma kienx jista' jara.  Il-musbieħ ta' Alla kien għadu ma ntefiex, u Samwel kien mindud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta' Alla.  Il-Mulej sejjaħ: “Samwel!” U dan wieġeb: “Hawn jien!" U mar jiġri għand Għeli.  “Hawn jien,” qallu, “għalfejn sejjaħtli?” “Ma sejjaħtlekx,” wieġeb,  “erġa’ mur imtedd.” U raġa’ mar jorqod.  U ssokta l-Mulej isejjaħ: “Samwel!” U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu: “Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?” “Ma sejjaħtlekx, ibni,” wieġeb, “erġa’ mur rqod.”  Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttgħarrfitlu l-kelma tal-Mulej.

Tħossok li tixtieq toffri xi ħaġa aktar minnek innifsek lil Alla?

Għandek diffikulta' li tagħmel dan għax tgħix ħajja mgħaġġla u mimlija daqs bajda?

U ssokta l-Mulej isejjaħ: “Samwel!” għat-tielet darba. U dan qam, u mar għand Għeli, u qallu:  “Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?” U Għeli fehem li l-Mulej kien qiegħed isejjaħ iż-żagħżugħ.  U qal lil Samwel: “Mur orqod. Jekk jerġa’ jsejjaħlek, wieġeb: Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.” U Samwel mar jorqod f'postu.  U l-Mulej ġie, waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra: “Samwel! Samwel!” U Samwel wieġeb: “Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.” 1Sam3:1-10

• It-tweġiba għal din ix-xewqa jista‘ jkun l-Ordni Franġiskan Sekular. Aħna lkoll msejħa minn Alla biex inservuh b'modi speċjali. Madankollu, dawk minna li huma Franġiskani Sekulari ġew imsejħa biex iservu lil Alla fuq il-passi ta' San Franġisk.• Li tkun membru fil-fraternità jagħtik sens veru ta' familja -tkun ma' nies jaħsbuha l-istess bħalek; li jaħdmu flimkien biex jgħixu l-impenn tagħhom aktar profond biex isegwu lil Kristu.• L-Ordni Franġiskan Sekular ġie mix-xewqa ta' nies komuni li jgħixu l-għamla ta' ħajja Franġiskana fl-istat sekulari tagħhom.

Naħsbu flimkien ...Naħsbu flimkien ...

L-Ordni Franġiskan Sekular hu ordni approvat mill-Knisja. Fil-professjoni tagħna aħna nwegħdu li ngħixu l-ispirtu tal-Faqar, Kastita' skond l-istat tagħna u Ubbidjenza. Dan sempliċiment ifisser li aħna nwegħdu li ngħixu l-ispirtu ta' moderazzjoni fl-affarijiet kollha skond l-istat tagħna fil-ħajja. Ma ngħixux f'komunità; aħna koppji miżżewġa, xebbiet u ġuvintur; żgħażagħ u anzjani; aħna ġejjin minn kulturi u ambjenti differenti: xi wħud minna huma ħaddiema l-isptar, għalliema, avukati, ħaddiema fil-fabbriki, infermiera, ħaddiema tal-manutenzjoni jew tobba. Fil-Professjoni nwegħdu li ngħixu l-Evanġelju kif turina ir-Regola tal-ħajja tagħna, approvata mill-Knisja. Inwegħdu li ngħixu b'mod iktar profond l-impenn li kien diġà sar għalina fil Magħmudija tagħna, u dan fuq l-eżempju ta' San Franġisk ta' Assisi. Aħna nagħtu xhieda tal-messaġġ ta' Kristu fl-ambjenti tagħna. Ir-Regola tħeġġiġna biex ngħaddu: "mill-Evanġelju għall-ħajja u mill-ħajja għall-Evanġelju." Dan ifisser li nieħdu t-tagħlim ta' Kristu u napplikawh għall-ħajja tagħna ta' kuljum.•Nippruvaw li nkunu ta' eżempju ta' dak li jġib paċi u tama fil-komunitajiet tagħna u fid-dinja għaliex, bħala Franġiskani Sekulari, aħna nitgħallmu naħsbu inqas fil-bżonnijiet u x-xewqat personali tagħna u iżjed fuq dak li huwa ta' benefiċċju għal dawk ta' madwarna - kemm min jgħix ħdejna u f'pajjiżna, u kemm f'dawk li jinsabu ħafna l-bod minna.•Ir-Regola tagħna titlob minna li nikkonċentraw l-attività appostolika tagħna f'erba' oqsma: fl-Ekoloġija, fil-Familja, Paċi u Ġustizzja u x-Xogħol.

3. X’inhi din is-Sejħa?

Mt:16:24-26 Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Jekk xi

ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.  Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.  Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? 

Nitolbu flimkien ...Nitolbu flimkien ...

Kif naqraw fil-kitba tat-"Tre Compagni", Franġisku, Bernard u Pietro bdew jitolbu biex Alla jurihom x'għamla ta' ħajja kellhom igħixu; Franġisku fetah l-Evanġelju u sab quddiem għajnejh kliem Kristu li jgħid : "Jekk trid tkun perfett, mur u biegh dak kollu li għandek, agħti kollox lill-foqra u ejja warajja, u ssib teżor kbir fis-sema".  Franġisku ried ikun żgur mir-rieda t'Alla u, billi kien devot ħafna tat-Trinità Mqaddsa, fetaħ għal darbtejn oħra l-Evanġelju f' paġni differenti. U għat-tieni u t-tielet darba sab l-istess kliem f'għamliet diversi.

L-Oriġini tal-Ordni Franġiskan Sekular

Il-Fraternitajiet tal-Franġiskani Sekulari jinsabu f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Huma jiffurmaw fergħa unika tas-siġra tal-familja Franġiskana li magħhom jaqsmu wirt komuni. Huma, fil-fatt, l-aktar numerużi fi ħdan din il-familja. Matul is-sekli il-Franġiskani Sekulari dejjem fittxew li jgħixu l-Evanġelju fuq il-passi ta' San Franġisk fl-istat sekulari fis-soċjetà.

It-tmiem tas-seklu 12 kien żmien ta' bidla politika, soċjali u ekonomika. Inbidlet is-sistema fewdali antika. Klassijiet soċjali ġodda bħal negozjanti u ħadu post il-familji fewdali u nobbli. U fl-aħħarnett, il-flus ħadu post it-tpartit bħala mezz ta'skambju.

Dawn il-bidliet wasslu għal ċikli bla tmiem ta' gwerer bejn il-bliet-stati u kien hemm tnaqqis ġenerali fil-moralità, u korruzzjoni anke fi ħdan il-kleru. Riżultat ta' dan, kibret xewqa fost il-poplu għal ritorn iktar radikali għall-Evanġelju.

Għalhekk bdew jitfaċċaw "movimenti penitenzjali" li ħaddnu fihom nies minn klassijiet tal-poplu differenti - il-klassi ġdida tal-Merkanti kif ukoll tal-bdiewa. Maż-żmien xi "penitenti" bdew jorganizzaw ruħhom fi fraternitajiet. Sfortunatament, ħafna minn dawn il-gruppi waqgħu fl-ereżija.

San Franġisk kien jgħix f'dan iż-żmien ta' bidla u fl-1206, huwa sar penitent. Ftit wara irġiel żgħażagħ bdew jinġabru madwaru u dawn saru magħrufa bħala l-"penitenti ta'Assisi". Huma bdew jippriedkaw penitenza u l-valuri tal-Evanġelju, il-faqar, il-paċi. Kien hemm ukoll numru ta' nies li riedu jgħixu l-Evanġelju bil-mod ta' Franġisku, iżda ma setgħux iħallu l-impenji sekulari tagħhom fil-familja u fuq ix-xogħol. Għalhekk fitxew l-għajnuna ta' Franġisku u l-patrijiet tiegħu.

Tumas minn Celano, l-ewwel biografu ta' San Franġisk, jgħid li ħafna nies, misjuqa minn ispirazzjoni divina, bdew jaslu għand San Franġisk, biex xewqa li jgħixu l-Evanġelju kif kien jgħixu hu.

Għal dawn in-nies San Franġisk waqqaf it-Tielet Ordni, li l-membri tiegħu illum msejħa l-Frangiskani Sekulari, 1209, u tahom mod ta' ħajja xi jsegwu. Ħafna studjużi iqisu l-ewwel verżjoni ta' l-Ittra ta' San Franġisk lill-Fidili kollha bħala l-forma oriġinali ta 'din l-għamla ta' ħajja. Dan id-dokument issa huwa l-prologu għar-Regola preżenti approvata fl-1978. ħaġa aktar preċiża. Fl-1221 il-Kardinal Ugolino fassal test li kien approvat uffiċjalment mill-Papa Honorius III. Din l-għamla ta' ħajja tissejjaħ "Memoriale Propositi".

Matul is-sekli, ir-Regola tal-Franġiskani Sekulari nbidlet biex tadatta mall-bidla taż-żminijiet, madankollu, l-għan u l-karattru tal-mod Franġiskan Sekular ta' ħajja ma nbidlux. Minn 1221, il-Memoriale Propositi damet sa 1289, meta l-Papa Nikola IV approva Regola ġdida msejħa Supra Montem.

Din ir-Regola, imbagħad, ġiet sostitwita fl-1883 minn Misericors Filius Dei, approvata mill-Papa Ljun XIII. Fl-aħħar nett, ir-Regola preżenti kienet approvata mill-Papa Pawlu VI fl-1978. Il-ġenju ta‘ din ir-regola huwa li tiffoka biss fuq il-prinċipji spiritwali ġenerali u l-valuri, u tħalli prattiċi speċifiċi għall-individwu u l-Kostituzzjonijiet u l-Istatuti ta' kull fraternità u r-reġjun. B'dan il-mod ir-Regola preżenti tibqa' dejjem valida.

Matul is-sekli, ir-Regola tal-Franġiskani Sekulari nbidlet biex tadatta mall-bidla taż-żminijiet, madankollu, l-għan u l-karattru tal-mod Franġiskan Sekular ta' ħajja ma nbidlux. Minn 1221, il-Memoriale Propositi damet sa 1289, meta l-Papa Nikola IV approva Regola ġdida msejħa Supra Montem. Din, imbagħad, ġiet sostitwita fl-1883 minn Misericors Filius Dei, approvata mill-Papa Ljun XIII. Fl-aħħar nett, ir-Regola preżenti kienet approvata mill-Papa Pawlu VI fl-1978. Il-ġenju ta 'din ir-regola huwa li tiffoka biss fuq il-prinċipji spiritwali ġenerali u l-valuri, u tħalli prattiċi speċifiċi għall-individwu u l-Kostituzzjonijiet u l-Istatuti ta' kull fraternità u r-reġjun. B'dan il-mod ir-Regola preżenti tibqa' dejjem valida.

4. Jiena, Franġisku Illum niltaqgħa mad-dixxiplu tal-protagonista!

   JIEN, FRA FRANGISK, twelidt fil-belt t'Assisi madwar 800 sena ilu. Ommi, Madonna Pica u missieri, Pietro Bernardone kienu fost in-nies għonja tal-belt. Dak in-nhar li twelidt missieri nzerta kien fuq xogħol ġewwa Franza u fil-magħmudija ommi tatni l-isem ta' Ġwanni. Missieri, iżda, meta ġie lura ried issejjaħli Franġisk.  Sa minn ċkuniti d-dar ma kien jonqosni xejn, kelli, nista' ngħid, kulma xtaqt. Kont naħdem fit-ħanut tad-drappijiet ma' missieri u flus kelli kemm irrid. Kont inħobb il-moda u x'nilbes ma kienx lanqas problema, kelli kemm irrid ukoll. Kelli ħbieb bla għadd, tfajliet u ġuvintur. Kemm konna nagħmlu festi, ikliet u parties flimkien! Xtaqt insir kavallier biex nikseb ġieħ u stima u nagħmel isem. Mort għall-gwerra ... iżda fallejt u spiccajt priġunier ġo cella kiesħa fil-ħabs ta' Perugia. Wara li missieri ħallas kemxa ġmielha biex noħroġ mill-habs, għaddejt xi żmien wicci 'l fuq f'qiegħ ta' sodda. Meta mbagħad erġajt ksibt saħħti beda mill-ġdid iberren f'moħħi l-ħsieb li nsir kavallier u għalhekk qtajtha li ningħaqad ma' l-armata li kienet qed titwaqqaf dak iż-żmien... iżda għal darb'oħra dak li kont qed infassal jien falla kollu. 

Għaddejt xi zmien qisni ras maqtugħa. Ma kontx naf fejn se naqbad nagħti rasi, f'moħħi kien iberren biss x'se naqbad nagħmel b'ħajti.

Għalkemm deher li kelli kollox u ma kien jonqosni xejn, kont inħoss xi ħaġa nieqsa fil-ħajja - ma nafx qattx ġralek hekk inti wkoll? Bdejt nara li l-flus ma kinux kollox. Li l-festi u l-parties mal-ħbieb ma kinux iħallu ferħ tassew f'qalbi. Ngħidlek id-dritt: dak il-mument kont inħoss ftit ferh imma mbagħad wara ftit kont nerġa' nħoss qisu vojt kbir fija u nerġa' l-istess bħal qabel - naħseb tifhem xi rrid ngħid?!

Bdejt infittex li ninqata' għalija waħdi, 'l bogħod minn kulħadd. Fil-kampanja ftit 'l barra mill-belt kien kemm knisja nofsha qed taqa' u kont immur hemm għall-kwiet wahdi. Ma nafx infissirlek, izda hemmhekk tant kont inħoss paci fil-qalb tiegħi! Taf int meta tkun imħawwad u tkun qed tfittex x'sa tagħmel b'ħajtek kemm ikollok bżonn ta' paci! Għalhekk kont immur ta' spiss hemmhekk u noqgħod hemm waħdi quddiem il-kurcifiss ta' San Damjan.

Darba fost l-oħrajn, waqt li kont f'dik il-knisja ckejkna mitluf fit-talb, smajt leħen f'qalbi: "Franġisku mur sewwi l-knisja tiegħi li, kif qed tara, qed tiġġarraf ".

  Għal bidu ħsibt li l-Mulej ried li nsewwi l-ġebel tal-knisja li kien qed jaqa', allura x'għamilt? Mort bla telf ta' żmien fil-ħanut ta' missieri, ħadt ftit drapp u mort inbiegħ kollox; b'hekk ħsibt li jkolli biex nixtri l-ġebel u dak kollu meħtieġ għat-tiswija tal-knisja, u ntfajt għax-xogħol.

Missieri kien qed ifassal pjanijiet oħra għalija u għalhekk ma setax jifhem dak li kont qed naghmel u ried li jien nerga' hura d-dar. Iżda meta ra li jien kont sod fil-fehma tiegħi saħan mhux ftit u bil-qawwa kollha talabni nroddlu lura l-flus li kont daħħalt mill-bejgħ tad-drapp. M'għandniex xi ngħidu, kelli nagħtih kollox lura u mhux biss... Iżda nżajt u tajtu wkoll il-ħwejjeg ta' fuqi, quddiem kulħadd u quddiem l-isqof li kien pront għattieni bil-kappa tiegħu biex jostor l-għera tiegħi.Minn dak inhar tfajt fuqi libsa fqira lewn l-irmied, dawwart ħabel ma' qaddi u ngħatajt kollni kemm jien biex inwettaq biss dak li jrid Missierna li qiegħed fis-smewwiet. Għall-ewwel meta ħallejt kollox: id-dar, il-ġenituri, ix-xogħol, il-flus, il-ħbieb u kull ma kelli, biex inkun kollni kemm jien ta' Alla, ħsibt li kont se ngħix għalija waħdi...  Iżda l-Mulej tani ħafna aħwa. Tani għadd ta' żgħażagħ biex huma wkoll jimxu wara Ġesù u jgħixu bħali skond il-Evanġelju.

  Nixtieq inkompli naqsam miegħek u nipprova nfissirlek x'ferħ u x'paċi ġabet f'qalbi l-IVA li għidt għas-sejħa li għamilli l-Mulej, iżda għalissa nieqaf hawn.  Minn dan li qsamt miegħek naħseb stajt tintebaħ li wara kollox jien kont żagħugħ normali bħal kull żagħzugh ieħor. Kelli n-nuqqasijiet tiegħi u kelli nħabbat wiċċi mal-problemi li ġġib magħha l-ħajja bħal kull bniedem ieħor. Bħal ħafna oħrajn qabli u għadd ta' oħrajn warajja, fittixt it-tweġiba fil-Mu1ej, sibtha u bl-għajnuna tiegħu stess stajt ngħidlu Iva.  Nieqaf hawn. Niringrazzjak mill-qalb tal-ħin li tajtni biex stajt niftaħ qalbi miegħek. Ngħid grazzi kbir ukoll 'l Alla għax waqt li kont qed naqsam dan miegħek ħassejt li Alla tani rigali, iva. tani lilek bħala habib ġdid tiegħi.  Ħabib, jien min-naħa tiegħi nwiegħdek li nitlob ħafna għalik biex il-Mulej jagħtik id-dawl biex tkun tista' tagħraf xi jrid minnek u biex ikollok il-kuraġġ tgħidlu Iva.  FI-aħħarnett, jalla l-Mulej ibierkek u jħarsek. Jurik is-sebħ ta' wiċċu u jkollu ħniena minnek. Idawwar ħarstu lejk u jagħtik is-sliem. Tiegħek.

• Din hi s-sejħa u t–tweġiba ta’ Franġisku. Din il-Din hi s-sejħa u t–tweġiba ta’ Franġisku. Din il-ġrajja kif tista’ tgħini biex jien ukoll nagħraf xi jrid Alla ġrajja kif tista’ tgħini biex jien ukoll nagħraf xi jrid Alla minni?minni?

Għaliex il-ħajja ta' San Franġisk tappella tant lil bniedem ta' kull żmien? Fost affarijiet oħra, l-imħabba li kellu Franġisku għal Ġesù kienet tant espliċita li waslitu biex jemmen li Ġesù jridna tassew nagħmlu dak li għallimna Hu! U filwaqt li dan it-twemmin radikali spiss wassluh biex jagħmel affarijiet estremi f'għajnejn id-dinja - bħal meta interpreta l-kmand ta' Ġesù biex "jippridka l-Evanġelju lil kull kreatura" u hekk beda jwassal l-aħbar tajba lill-għasafar - dan it-twemmin għenu fl- impenn tiegħu li jħobb lil Alla billi lill-oħrajn, speċjalment dawk imwarrba mis-soċjetà, bħall-foqra u l-Lebbrużi. Huwa rnexxielu jiġbed għall-moviment tiegħu kemm il-bniedem sempliċi u kemm l-akkademiku, il-fqir u s-sinjur, għaliex il-fidi tiegħu kienet li jimita b'mod attiv, lil Kristu.

5. Ir-Re Fqir

U Illum niltaqgħu mall-protagonista ...

Nitolbu flimkien ...

Mt:11:28 "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."

Franġisku għex fi żmien meta l-knisja kellha pożizzjoni għolja fil-kultura. Minħabba l-ġid u l-poter politiku, il-knisja kienet tilfet kredibilità tagħha fost il-poplu. Ħafna kienu jqimu lil Ġesù fil-quddiesa, imma ftit kienu verament isegwu tagħlim tiegħu jew l-eżempju. Franġisku sar riformatur, mhux permezz ta' xi protesti jew kundanni kontra l-kleru korrott, imma billi għex ħajja umli ta' ubbidjenza bla biża' għat-tagħlim ta' Ġesù. Fi kliem ieħor, kien jaf li l-aħjar ċanfira għall-ħażin hija li tgħix it-tajjeb.

San Franġisk ta' Assisi jistedinna - anzi jisfidana - naraw kif tkun il-ħajja tagħna u ta' madwarna jekk aħna nsegwu l-eżempju tiegħu.

Il-kwistjoni hija, aħna lesti li nkunu sempliċi biżżejjed li nemmnu li Ġesù tassew iridna nemmnu u ngħixu dak li jgħid u jgħallem? Li l-ħajja ta' l-Evanġelju hija għalina lkoll u mhux għal xi settur partikolari?

It-Tarbija ta’ BetlemTliet snin qabel ma

miet Franġisku ried li jfakkar it-twelid ta' Ġesu' Tarbija fi Grecio, b'devozzjoni kbira. Ried li jagħmel dan b'solennita' kbira u għalhekk talab u rċieva l-permezz tal-Papa. Imbagħad hu lesta maxtura, u ġab it-tiben u l-baqra u l-ħmar fil-post li kien għażel.

Sejjaħ lill-aħwa, ġew in-nies ta' Greccio, il-foresta kienet tidwi bil-vuċijiet tagħhom, u dak il-lejl imtela' bid-dwal u salmi ta' tifħir. l-bniedem ta' Alla [San Franġisk] qagħad quddiem il-maxtura, b'devozzjoni u qima, bid-dmugħ f'għajnejh u mimli bil-ferħ u qara l-Evanġelju. Imbagħad hu ppriedka lill-poplu dwar it-twelid tar-Re fqir; u għax ma felahx ilisen ismu minħabba l-imħabba kbira Tiegħu, Franġisku sejjaħlu t-Tarbija ta' Betlem.

Ċertu suldat, Ġwanni ta' Grecio, li, għall-imħabba ta' Kristu, kienu telaq il-gwerrer ta' din id-dinja, u sar ħabib għażiż ta' dan il-bniedem qaddis, jixhed li huwa ra tarbija mill-isbaħ rieqda fil-maxtura, li Missierna Franġisku ħaddnu f'dirajh, bħallikieku jrid iqajjmu mill-irqad. Mill-Hajja ta‘ San Franġisk ta' Assisi ta' San Bonaventura

2 Ittra lill-FidiliIl-Missier l-Aktar Għoli

għarrafna mis-sema permezz ta’ l-anġlu San Gabrijel dan il-Verb tal-Missier - hekk meqjum, hekk qaddis u msebbaħ – fil-ġuf ta’ l-imqaddsa u glorjuża Verġni Marija, li mill-ġuf tagħha ħa l-ġisem ta’ bniedem dgħajjef bħal tagħna. Għad li kien għani (2 Kor8:9), ried, flimkien mal-Verġni l-Aktar Imbierka Ommu, ’il fuq minn kull ħaġa fid-dinja li jagħżel il-faqar.

U meta l-passjoni tiegħu kienet fil-qrib, Hu ċċelebra l-ikla ta’ l-Għid mad-dixxipli tiegħu, waqt li ħa l-ħobż, radd il-ħajr, bierku u qasmu u qal: Hudu u kulu, dan huwa ġismi (Mt 26:26).  U ħa l-kalċi u qal: Dan huwa demmi tal-Patt il-Ġdid, li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha għall-mahfra tad-dnubiet (Mt 26:27).

Imbagħad talab lil Missieru u qal: Missier, jekk jista' jkun ha jitbiegħed minni dan il-kalci,. u l-għaraq tiegħu sar bħal qtar tad-demm iċarcar ma’ l-art. (Lq 22:42:44).

Madanakollu ħalla r-rieda tiegħu fir-rieda tal-Missier u qal: Missier ikun dak li trid int (Mt 26:42) mhux dak li rrid jien; izda dak li trid int (Mt 26:39).  U r-rieda tal-Missier kienet, li Ibnu l-Imbierek u Glorjuż, li hu tah lilna u li twieled għalina, tkun li permezz ta’ Demmu, joffri lilu nnifsu bħala sagrifiċċju u vittma fuq l-altar tas-salib, mhux għalih innifsu, li bih sar kollox (Gw 1:3), imma għal dnubietna.

Hu ħallielna eżempju biex nimxu fuq il-passi tiegħu (1Pt 2:21). U (l-Missier) ried li aħna lkoll insalvaw permezz tiegħu u li nircevuh b'qalb pura u b’ġisem safi. Imma kemm huma ftit dawk li jixtiequ jircevuh u jsalvaw bih, għad li l-madmad tiegħu ħelu u t-toqol tiegħu ħafif.  (Mt 11:30). 

6. Ngħix il-Fidi

Ilum niltaqa’ miegħi nnifsi

Nitolbu flimkien ...

Ġen:12:1-5 U l-Mulej qal lil Abram: “Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U jien nagħmlek ġens kbir, nbierkek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka.  Jien inbierek lil min ibierkek, u nisħet lil min jisħtek.  U jitbierku bik it-tribujiet kollha ta' l-art.” U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej; u mar miegħu Lot. U Abram kellu ħamsa u sebgħin sena meta ħareġ minn Haran.  U ħa miegħu Abram 'il Saraj martu, u 'l Lot bin ħuh, u l-ġid kollu li kienu għamlu, u n-nies li kienu kisbu f’Ħaran. U ħarġu biex imorru fl-art ta' Kangħan, u waslu f'art Kangħan.

Abram jircievi s-sejħa biex jitlaq mis-sigurta’ ta’ l-ambjent li kien jaf u jibda vjaġġ li ma kellu l-ebda ideja fejn kien ser iwasslu. Fuq kollox is-sejħa għamililu dak Alla li hu ma tantx kienu għadu jafu. Fidi għamja? Forsi. Fidi li Abram kellu jerġa’ juriha meta Alla talbu joffri lil ibnu stess bħala sagrificcju. Imma fidi li minn Abram, xwejjaħ, bla ulied, għamlet ġens kbir.

Franġisku wkoll ġie mitlub jagħmel pass fid-dlam, pass li swielu ħafna. Imma wara żmien ta’ dixxerniment profond ħa d-deciżjoni u qatt ma ħares lura iżjed.

Holma oħra fi SpoletoFranġisku issa kien determinat li jagħmel il-

Holma sseħħ, għax kien jaf li hu l-bidu li jgħodd. Ftakar ċar ħafna kemm ħass qalbu ferħana se ttir hu u jħalli Assisi biex jissieħeb ma' l-armata tal-Papa taħt it-tmexxija ta' Walter ta' Brienne, il-kaptan Normann li kien qed jikseb rebħiet mill-aqwa fis-servizz tal-Papa Innocenz III. Iżda t-tifsil ta' ħajtu, daqqa fuq u daqqa isfel, ma kienitx se tinbidel daqshekk malajr, la bid-dehriet u lanqas bil-ħolm. Kien ilu biss il-medda ta' jum miexi lura lejn Assisi meta, fil-belt ta' Spoleto, mill-ġdid mal-lejl beda jisma' ilħna. "Franġisku, x'inhu l-aħjar: taqdi s-Sid jew il-qaddej?""Oh, sinjur, hu zgur aħjar taqdi lis-sid"."Għidli, mela, għaliex qed tagħmel 'il Sidek qaddej?" U Franġisku, kollu mriegħed huwa u jammeti dan, wieġeb: "Mulej, għidli Int xi tridni nagħmel?". "Mur lura d-dar, Franġisku, u oqgħod aħseb fuq l-ewwel dehra li kellek. Int rajt biss dak li jidher, imma mhux il-qalba tal-glorja u l-fama. Int qed tipprova tqabbel il-viżjoni tiegħek max-xewqa bla sabar li għandek li ssir Kavallier".

Franġisku, jirtogħod imma f'sensih sewwa, issa fehem li kien ipprova jħaddan ħafna. Irrealizza li n-nuqqas ta' sabar li kellu mbuttah biex jaġixxi wisq malajr; kien jeħtieġlu jistenna u jisma' u jippurifika qalbu biex jirnexxilu jisma' kliem ta' tifsira aktar profonda milli kien ħaseb. Kien ipprova jagħmel ir-rieda ta' Alla taqdi x-xewqa bla pacenzja li kellu hu għall-glorja. Ma kienx sema' tabilħaqq.

Hu u sejjer lura lejn Assisi, it-triq ħassha tirtogħod taħt saqajh. Bħala kavallier li kien ġej lura lejn daru, kien donnu qed jgħajjat b'mod li tisimgħu d-dinja kollha: "Ara, jien qed nirtira". Iżda xejn ma ta kas tal-ħars suspettus u taż-żeblieh li qara fuq wiċċ il-bdiewa li ċċassaw iħarsu lejh. Lura lejn Assisi

Lura lejn Assisi Franġisku ħa t-Triq Flaminia. Minn dik l-istess triq rumana kien immarċjaw il-leġjuni Rumani, irġiel ta' ħila u mimlija fiduċja fil-qawwa ta' Ruma. Kienu jieqfu u jixorbu minn-nixxiegħa  qaddisa ta' Clitunno, ħdejn Foligno, u hemm jitolbu lin-ninfi ta' l-ilma biex isaħħuhom fit-tbatija u jagħtuhom kuraġġ u rebħa. Huwa u għaddej minn ħdejn dik il-għadira ta' ilma safi Franġisku ħass il-ħolma tal-glorja ħierġa minn qalbu; gwerra u rebħa ma kienux għajr kliem fieragħ iduru ġo moħħu.  Hassu vojt. Xi ħaġa kienet qed tgħidlu li kien qed jabbanduna t-triq Rumana għal dejjem.  Il-mixja lura ta' Franġisku minn Spoleto bla mistenni kienet l-aktar esperjenza ta' biża' li għamel kmieni f‘ħajtu. Ix-xniegħa li hu kien reġa' lura x'aktarx għax kien beżżiegħi ġriet mal-belt kollha, bħalma jiġri n-nar imrewwaħ mir-riħ. Missieru, Pietro, ħassu avvilit. Lil Franġisku kien iħobbu ħafna, u qatt ma seta' jnizzilha li ibnu kien beżżiegħi u bla ħila; b'danakollu, sabha diffiċli jispjiega għala Franġisku kien ġie lura minn Spoleto. Ommu, is-Sinjura Pica, għaliet għalih għall-aħħar u xtaqet bil-bosta tmelles l-uġigħ moħbi ta' binha biex ittaffihulu, imma ma kienitx taf kif jew x'taqbad tagħmel. Franġisku għamel kemm seta' biex jipprova jispjega, imma b'dan aktar kien ikkonvinca lill-ġenituri li kien għadu ma ġiex f'tiegħu mid-dwejjaq u d-delużjonijiet tal-marda li kienet qabditu.

  Franġisku kien jimxi fit-toroq ta' Assisi sturdut u mifxul. Kien qed jgħix maħkum mill-ħtija li b'xejn ma ħallietu, u hu għaddej ikaxkar saqajh, kien il-ħin kollu jitħasseb dwar jekk ħaddejh kienux ħomor bil-mistħija. Hbiebu issa kienu 'l bogħod, jieħdu sehem fl-armata ta' Walter ta' Brienne. HU waħdu minn fost tant irġiel żgħażagħ qalbiena, kien baqa' lura man-nisa u t-tfal u ma' l-irġiel anzjani li kienu ilhom żmien li wrew xi jsarrfu fil-battalja. B'danakollu kien iħossu ċert li ma setgħax imur lura u jieħu sehem fil-gwerra; dan kien ifisser li juri bil-provi li dak li kulħadd kien qed jissuspetta kien kollu minnu: li kien beżżiegħi u li issa, fl-aħħar, tabilħaqq ġie f'sensih sewwa.  Matul dawn ix-xhur twal u mimlija biża', Franġisku kien imur f'għar ċkejken fuq il-għolja tat-Muntanja Subasio; hemm kien jintasab jaħseb bit-tama li jirnexxilu jifhem x'kien qed jiġrilu. F'dan il-għar kien imur kuljum, hekk li fl-aħħar sar għalih qisu d-dar, l-uniku post fejn kien iħossu komdu. Kien hemm, fil-ġuf tal-muntanja, li fl-aħħar sab il-paċi u kellu l-kuraġġ jerġa' jieqaf dritt. Hemm twieled mill-ġdid.

Nidħol fil-kamra ta’ ‘ġewwa’ jien ukoll, biex nagħraf x’inhi r-rieda t’Alla għalija f’din is-sejħa.

7. Ordni tal-Penitenti

Illum nidħol iżjed fil-fond fl-istorja ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular.

Iż-żagħżugħ għani Mt:19:16-21 

Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?"  U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti."  "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek."  Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?" Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." 

Nitolbu flimkien ...

Iż-żmien ta' Franġisku u l-bidu tal-Ordni tal-Penitenti ta' San Franġisk

Fil-kuntest storiku tal-Knisja u tad-dinja fiż-żmienijiet li għex San Franġisk, mhux il-penitenti kollha kienu qed jgħixu dik il-ħajja skont kif riedet il-Knisja. Nafu 1i f’dawk iż-żminijiet kien hemm korruzzjoni klerikali u ħafna abbużi u nuqqasijiet fil-kleru, u 1i f’ċertu waqtiet kienu jaqgħu f’ereżijiet ukoll

Imma Franġisku ma ġiex imkaxkar ma' dan il-kurrent, anzi, mar f direzzjoni differenti. Bħala penitent huwa fittex '1 Alla b'qalbu kollha, u fuq kollox, immira għal konverżjoni personali. Hu ra l-Knisja bħala l-Ġisem ta' Kristu u ħares lejha mhux bħala kritiku, iżda bħala iben ubbidjenti. Franġisku fittex li jmur għand il-Papa sabiex il-mixja tiegħu tkun fil-Knisja. Franġisku rrestawra l-Knisja mhux bil- kritika, imma bil-qdusija tiegħu.

Għalhekk, wara li kellu l-approvazzjoni tal-Papa biex jgħix skond l-Evanġelju, beda jippriedka fil-beraħ u l-effett kien wieħed tal-għaġeb. "Franġisku kien jiddi bħal kewkba fost is-sħab tal-lejl u bħal għodwa li tinfirex fuq id-dlam. Hekk, fi ftit żmien inbidlet il-bixra ta' dawk l-inħawi, u wara li ntemmet il-biża' ta' qabel, infirex id-dawl fuq wiċċ l-art. Intemmet in-nixfa twila, u l-għalqa li kienet midbiela bdiet tibjad għall-ħsad. Id-dielja mitluqa bdiet timtela' biż-żraġen ifewwħu bil-fwieħa tal-Mulej, u bdiet tipproduċi minnha nfisha u twelled ward l-aktar ifuħ, frott tal-ġieh u tal-ħajja tajba.

Ma' kullimkien beda jidwi l-leħen tat-tifħir u tar-radd ta' ħajr u kienu bosta dawk li, wara li ħallew il-kura tal-ħwejjeġ tad-dinja, imxew fuq l-eżempju u t-tagħlim ta' San Franġisk, u bdew jixxenqu biex jitgħallmu ħalli jagħrfu, iħobbu u jirrispettaw lill-ħallieq. Bosta nies nobbli u tal-poplu, kjeriċi u lajċi, imqanqlin minn ispirazzjoni divina, marru għand San Franġisk, b'xewqa kbira 1i jingħaqdu dejjem miegħu u jimxu fit-triq li jgħallimhom hu. Għalihom ilkoll, hu donnu minn nixxiegħa ta' grazzja tas-sema, tahom l-ilmijiet tal-ħajja li jnibbtu u jwarrdu l-virtujiet fil-ġnien tal-qalb.

Hu kien mgħallem mill-iprem tal-ħajja evanġelika. Permezz ta' l-eżempju tiegħu, tar-regola u tat-tagħlim tiegħu, il-Knisja ta' Kristu bdiet tiġġedded f’uliedha, irġiel u nisa, u bdiet issaltan l-armata tat-tliet kategoriji tal-magħżulin. Lil kulħadd hu ta għamla ta' ħajja u kien jindika t-triq tas-salvazzjoni lil kull wieħed skont il-qagħda tiegħu." Tumas ta’ Celano (ICe137)

L-istoriċi jgħidu li mill-ewwel kien hemm numru kbir ta' nies (lajċi) li bdew jgħixu dan li stil ta' ħajja mill-1215 'il quddiem. U din hija s-sena li beda t-Tielet Ordni Franġiskan. Franġisku ma kellux l-intenzjoni li jwaqqaf xi ordni reliġjuż, pero ħalla lilu nnifsu jkun iggwidat mill-Ispirtu s-Santu u b'hekk ġew imwaqqfa Tliet Ordnijiet u mhux wieħed! U dawn l-Ordnijiet, għalkemm differenti wieħed mill-ieħor, kellhom jiddependu minn xulxin, kemm mill-att spiritwali kif ukoll materjali. Franġisku xtaq li dawn it-tliet Ordnijiet jaqsmu l-assistenza Fratema matul il-mixja tagħhom lejn il-Mulej.

Mt:19:21-22  Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna. U jien ....

Is-Sejħa .....“Franġisku, mur sewwi l-Knisja tiegħi .....”

It-Tweġiba .....

8. Jgħixu b’mod aktar perfett l-Evanġelju

   "Għalhekk, kull min jisma' dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.  Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. Imma kull min jisma' dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.  Niżlet ix-xita, ġew  il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!"   Ġara li, meta Ġesù temm dan id-diskors, in-nies baqgħu mistagħġba bit-tagħlim tiegħu,  għax hu kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba tagħhom. 

Nitolbu flimkien ...Mt:7:21-29

 "Mhux kull min jgħidli, 'Mulej, Mulej', jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta' Missieri li hu fis-smewwiet! F'dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, 'Mulej, Mulej, m'hux f'ismek ħabbarna aħna, u m'hux f'ismek keċċejna x-xjaten u f'ismek għamilna ħafna mirakli?‘ Mbagħad jien ngħidilhom, 'Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!'

Ir-Regola

L-istoriċi jgħidu li mill-ewwel kien hemm numru kbir ta' nies (lajċi) li bdew jgħixu dan li stil ta‘ ħajja mill-1215 'il quddiem. U din hija s-sena li beda t-Tielet Ordni Franġiskan. Franġisku ma kellux l-intenzjoni li jwaqqaf xi ordni reliġjuż, pero ħalla lilu nnifsu jkun iggwidat mill-Ispirtu s-Santu u b'hekk ġew imwaqqfa Tliet Ordnijiet u mhux wieħed! U dawn l-Ordnijiet, għalkemm differenti wieħed mill-ieħor, kellhom jiddependu minn xulxin, kemm mill-att spiritwali kif ukoll materjali. Franġisku xtaq li dawn it-tliet Ordnijiet jaqsmu l-assistenza Fratema matul il-mixja tagħhom lejn il-Mulej.

Niġu issa għar-Regola. Kif ġa għidna, Franġisku ma kellu l-ebda ħsieb li jwaqqaf xi Ordni. Hu kien moħħu biss li jfittex '1 AlIa, dejjem kien irid li jagħti lilu nnifsu kompletament għat-tifħir u s-servizz lejn Alla. Hu ma kienx jifhem fil-liġi kanonika, għalkemm kien jirrispettaha u dejjem aċċetta li jkun iggwidat tajjeb fil-prinċipji li kellu. Hu ried biss li jgħix skond l-Evanġelju, ma riedx jagħmel xi liġijiet ġodda. Ir-Regoli saru wara u kienu riżultat tal-esperjenza li kien qed jgħix flimkien ma' l-aħwa. L-għan ewlieni tar-Regola kien biex dawk li kellhom jiġu wara jkollhom fuq x'hiex jimxu għax mhux dejjem kien ikollhom dak l-ispirtu ta' Franġisku. Lit-tliet Ordnijiet hu tahom Regola waħda: dik li jgħixu b'mod aktar perfett l-Evanġelju u dan skond l-istat tal-ħajja tagħhom.

Li studjuzi jaqblu li l-Ewwel Ittra lill-Insara hi konoxxuta bħala l-Ewwel Regola. Fiha nsibu r-rakkomandazzjonijiet ta' Franġisku għal kull min xtaq li jimxi miegħu dik it-triq ta' konverzjoni. Fiha hemm ħames elementi fundamentali għal vera ħajja penitenzjali ddedikata għall-Mulej: li nħobbu '1 AlIa li nħobbu l-proxxmu tagħna li nirreżistu t-tendenzi tad-dnub fin-natura dgħajfa tagħna li nipparteċipaw fl-Ewkaristija li ngħixu f'konformita' mall-konverżjoni tagħna

Fil-fatt, anke f’dawn iż-żminijiet, m'hemmx bżonn li tgħid jew tgħix aktar min hekk biex timxi b'mod prattiku il-ħajja penitenzjali. Franġisku jassigurana, (u żgur nistgħu nafdawh) li jekk ngħixu din il-ħajja, din ngħixuha fit-Trinita' Mqaddsa. Franġisku jassigurana dan :

• fuqhom jistrieh 1-Ispirtu tal-Mulej (cf.Is 11 ,2) u jwaqqaf fihom id-dar u 1-għamara tiegħu (cf.Gw 14,23) • aħna wlied il-Missier tas-smewwiet (cf.Mt 5,45) li tiegħu nagħmlu l-għemejjel • bl-Ispirtu s-Santu ningħaqdu ma' Sidna Ġesu' Kristu • insiru għarajjes, aħwa u ommijiet ta' Sidna Ġesu' Kristu • inġorruh f'qalbna u f'ġisimna u nwellduh bl-għemejjel qaddisa tagħna .

•M'hemmx unjoni intima ma' Alla akbar minn din!