ĠesÙ kristu: ilma li jaqta’ l-gĦatx

73
ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L- GĦATX w w w . o f m . o r g . m t

Upload: elmo-edwards

Post on 30-Dec-2015

76 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

www.ofm.org.mt. ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX. L- EWWEL QARI Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu Eż 17, 3-7. F’dak iż-żmien: Il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè, u qal:. “Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu? Biex toqtol lilna u ’l uliedna u l-bhejjem tagħna bil-għatx?”. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

ĠESÙ KRISTU:ILMA LI JAQTA’ L-

GĦATX

www.ofm

.org.mt

Page 2: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb ta’ l-

Eżodu

Eż 17, 3-7

Page 3: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

F’dak iż-żmien: Il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem

kontra Mosè, u qal:

Page 4: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Għalfejn tellajtna

hawn mill-Eġittu? Biex toqtol lilna u ’l uliedna u l-

bhejjem tagħna bil-għatx?”

Page 5: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal:

“X’se nagħmel lil

dan il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni.”

Page 6: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-Mulej qal lil Mosè:

“Għaddi minn quddiem il-poplu, u ħu miegħek xi wħud mix-

xjuħ ta’ Israel;

Page 7: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

ħu f’idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-

xmara Nil, u mur.

Page 8: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Arani, jien noqgħod hemm quddiemek, fuq il-blat fil-Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ

minnu l-ilma, u jixrob il-poplu.”

Page 9: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

U Mosè hekk għamel

quddiem ix-xjuħ ta’

Israel. U l-post

semmewh Massah u Meribah,

Page 10: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

għax hemm tlewmu

wlied Israel u ġarrbu lill-Mulej meta

qalu: “Il-Mulej fostna

jew le?”

Page 11: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla

Page 12: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

SALM RESPONSORJ

ALISalm 94

Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

Page 13: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena l-Mulej,

ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!

Nidhru quddiemu b’għana ta’ radd-il-ħajr,

ngħannulu b’agħjat ta’ ferħ.

Page 14: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

R/.

Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

Page 15: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Ejjew inqimuh mixħutin fl-art,

għarkobbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna,

għaliex hu Alla tagħna,u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-ngħaġ tiegħu.

Page 16: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

R/.

Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

Page 17: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!

“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,

bħal dak in-nhar f’Massah, fid-deżert,

meta ġarrbuni missirijietkom,

ippruvawni għalkemm egħmili raw.”

Page 18: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

R/.

Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

Page 19: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-

Rumani

Rum 5, 1-2, 5-8

Page 20: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Ħuti: Issa li għandna l-

ġustifikazzjoni bil-fidi, għandna s-sliem ma’ Alla

Page 21: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, li bih

nidħlu għal din il-grazzja li fiha ninsabu issa.

Page 22: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Aħna niftaħru

minħabba fit-tama li għandna li

għad niksbu l-glorja ta’

Alla.

Page 23: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

U t-tama ma tqarraqx bina,

għaliex l-imħabba ta’ Alla ssawbet fina permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.

Page 24: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Meta kien il-waqt, u aħna

konna għadna bla

saħħa, Kristu miet għal

dawk li kienu bla Alla.

Page 25: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Wieħed bilkemm imut għal bniedem ġust, għad li wieħed għandu mnejn

jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed tajjeb.

Page 26: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Iżda Alla wera mħabbtu lejna

meta Kristu miet għalina, aħna li konna

għadna midinbin.

Page 27: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu ħajr lil Alla

Page 28: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Glorja u tifħir lilek, Kristu!

Mulej, inti tassew is-Salvatur tad-dinja;

agħtini l-ilma tal-ħajja,biex ma jeħodnix il-

għatx.

Glorja u tifħir lilek, Kristu!

Page 29: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju

ta’ San Ġwann

Ġw 4, 5-42

Page 30: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

F’dak iż-żmien:

Ġesù ġie f’belt tas-Samarija jisimha

Sikar, qrib il-biċċa art li

Ġakob

Page 31: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm

ukoll il-bir ta’ Ġakob.

Page 32: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Kien il-ħabta ta’ nofs in-nhar, u Ġesù, għajjien kif

kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir.

Page 33: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Dak il-ħin waslet mara mis-Samarija timla l-ilma, u Ġesù talabha: “Agħtini

nixrob.”

Page 34: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

– Għax id-dixxipli

kienu marru l-belt biex

jixtru x’jieklu. – Il-mara mis-Samarija qaltlu:

Page 35: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Kif! Int Lhudi u

titlob lili, Samaritana, biex nagħtik

tixrob?”

Page 36: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.

U Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li talbek jixrob,

Page 37: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj.”

Hi qaltlu: “Sidi, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond?

Page 38: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Jaqaw int aqwa minn missierna

Ġakob li tana dan il-bir li

minnu xorob hu u miegħu wliedu u l-imrieħel tiegħu?”

Page 39: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob

minn dan l-ilma jerġa jagħtih il-

għatx;

Page 40: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

imma kull min jixrob mill-ilma li

nagħtih jien ma jkun qatt bil-għatx.

Page 41: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

L-ilma li nagħtih jien isir fih

għajn tnixxi ilma li jasal sal-

ħajja ta’ dejjem.”

Page 42: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sidi, biex ma jeħodnix il-għatx, anqas ma noqgħod ġejja u sejra nimla l-ilma.”

Page 43: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qalilha l-Mulej: “Mur

sejjaħ ’il żewġek u erġa’ ejja hawn.”

Page 44: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Wieġbet il-mara u qatlu: “Ma għandix

żewġi.” Qalilha Ġesù:

“Tajjeb qiegħda tgħid, ‘Ma għandix

żewġi.’

Page 45: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Inti żżewwiġt ħames darbiet, imma r-raġel li

għandek miegħek bħalissa mhuwiex

żewġek. Weġibt is-sewwa.” Qatlu

l-mara:

Page 46: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Int profeta, Sidi, milli qiegħda nara. Missirijietna

kienu jinxteħtu jqimu ’l Alla fuq din il-muntanja;

Page 47: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

imma intom tgħidu li l-post

fejn wieħed għandu jqim ’l

Alla jinsab f’Ġerusalem.” Qalilha Ġesù:

Page 48: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Emminni, mara: jiġi

żmien meta mhux fuq

din il-muntanja tinxteħtu

tqimuh lill-Missier,

Page 49: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

anqas f’Ġerusalem. Intom tqimu ’l dak li ma

tafuhx; aħna nqimu ’l dak

li nafuh, għax is-

salvazzjoni mill-Lhud.

Page 50: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Imma jiġi żmien, anzi ġa huwa issa, meta dawk li tassew iqimu lill-Missier jibdew iqimuh fl-ispirtu u

l-verità.

Page 51: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Għax il-Missier ukoll ifittex lil dawk li jqimuh

hekk. Alla huwa spirtu,

Page 52: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

u dawk li jinxteħtu jqimuh għandhom jagħtuh il-

qima tagħhom fl-ispritu u l-verità.”

Page 53: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qaltlu l-mara: “Jiena naf li ġej il-Messija, dak li jgħidulu

Kristu. Meta jiġi hu, kollox ixandrilna.”

Page 54: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qalilha Ġesù: “Jiena hu, li

qiegħed nitkellem miegħek.”

Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu,

u stagħġbu jarawh jitkellem

ma’ mara;

Page 55: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

iżda ħadd minnhom ma staqsieh, ‘Xi tridha?’, jew,

‘X’inti tgħidilha?’

Page 56: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-mara ħalliet il-

ġarra tagħha hemmhekk,

reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-

nies:

Page 57: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Ejjew araw bniedem li

tarrafli kull ma għamilt. Tghid, dan il-Messija?” U n-nies ħarġu

mill-belt u marru ħdejh.

Page 58: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Sadattant id-dixxipli bdew

igħidulu u jerġgħu jgħidulu:

“Rabbi, kul.” Iżda hu qalilhom: “Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih.”

Page 59: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu ’l xulxin: “Jaqaw

ġie xi ħadd ġieblu x’jiekol?”

Page 60: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Qalilhom Ġesù: “L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-

rieda ta’ min bagħatni u li nwassal fit-tmiem il-ħidma

tiegħu.

Page 61: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Intom ma tgħidux li baqa’ erba’ xhur oħra għall-ħsad? Imma araw xi

ngħidilkom jien:

Page 62: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-egħlieqi ġa

bjadu għall-ħsad.

Page 63: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-ħassad jieħu ħlasu u jiġbor frott

għall-ħajja ta’ dejjem biex min jiżra’

jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad.

Page 64: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

F’dan taraw kemm sewwa jingħad li ‘min

jiżra’ huwa wieħed, u min jaħsad huwa

ieħor.’

Page 65: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Jien bgħattkom taħsdu dak li mhux intom kontu li

tħabattu għalih;

Page 66: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu tistgħallu t-

taħbit tagħhom.”

Page 67: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt

li emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara

meta qaltilhom,

Page 68: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

‘Tarrafli kull ma għamilt.’ Tant li, meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh jibqa’ magħhom, u hu qagħad hemm jumejn.

Page 69: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Imbagħad żdiedu ħafna

dawk li emmnu fuq

kliemu. U lill-mara

qalulha:

Page 70: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

“Issa mhux għax

għidtilna int qegħdin

nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh,

Page 71: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja.”

Page 72: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

Il-Kelma tal-Mulej

It-tifħir lilek Kristu

Page 73: ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

ĠESÙ KRISTU:ILMA LI JAQTA’ L-

GĦATX

www.ofm

.org.mt