gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · punt ‘’a’’ punt...

49
GWIDA GĦALL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Upload: others

Post on 06-Jun-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

GWIDA GĦALL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Page 2: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14
Page 3: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

GWIDA GĦALL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

©

Page 4: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Avviż

Din il-pubblikazzjoni tħejjiet mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u hi maħsuba għal finijiet ta’ informazzjoni biss. La tinvolvi r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE u lanqas tal-istati membri.

Għal aktar tagħrif dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, idħol fis-sit web:www.consilium.europa.eujew ikkuntattja s-Servizz tal-Informazzjoni Pubblika tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill:Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 (0)2 281 56 50Fax +32 (0)2 281 49 [email protected]/infopublic

Aktar tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea huwa disponibbli fuq www.europa.eu.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2016

L-edizzjonijiet preċedenti: 2010, 2011

© Unjoni Ewropea, 2016L-użu mill-ġdid hu awtorizzat dment li ssir referenza għas-sors.© Ritratti fuq il-qoxra: Fotolia_OnypixGħal kwalunkwe użu mill-ġdid ta’ dan il-materjal, għandu jintalab permess direttament minn sid id-drittijiet tal-awtur.

www.consilium.europa.euŻur is-sit web tagħna:

Print ISBN 978-92-824-5492-3 doi:10.2860/02391 QC-04-15-816-MT-C PDF ISBN 978-92-824-5464-0 doi:10.2860/54056 QC-04-15-816-MT-N

Page 5: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 3

WERREJ

GloSSArju TA’ ABBrevjAZZjonijieT u AKroniMi . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 5

KApiTolu i — il-proċedurA . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 7L-ewwel qari mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (ebda skadenza) . . . . . . . . . . 7It-tieni qari tal-Parlament Ewropew [3 (+1) xhur] . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .13It-tieni qari tal-Kunsill [3 (+1) xhur] . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .14Laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni [6 (+2) ġimgħat] . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .16It-tielet qari mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill [6 (+2) ġimgħat] . . . . . . . . . .18

KApiTolu ii — in-neGoZjAr . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 201. Pjanar tal-proċedimenti . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .202. Il-fażijiet differenti tan-negozjati fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja . . . . . . .21

L-ewwel qari . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .21It-tieni qari tal-Parlament Ewropew . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .23It-tieni qari tal-Kunsill . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .23Konċiljazzjoni . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .24

AnneSSiI Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa . . . . . . . . . .27II Dikjarazzjoni dwar l-osservanza tal-iskadenzi previsti fil-proċedura

ta’ kodeċiżjoni . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .30III Dikjarazzjoni Konġunta . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .31IV Bażijiet legali għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .36V Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja — Tabella fil-qosor . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .45

Page 6: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14
Page 7: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 5

GLOSSARJU TA’ ABBREVJAZZJONIJIET U AKRONIMI

Coreper (parti I u parti II)

Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, responsabbli biex iħejju l-ħidma tal-Kunsill

ĠU Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

KSA Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura

LEX PE-CONS PE-CONS kif imħejji għall-firma mill-President tal-Kunsill u l-President tal-Parlament Ewropew

MPE Membru tal-Parlament Ewropew

PE-CONS Dokument li jkun fih it-test tal-att leġiżlattiv fil-formulazzjoni maqbula bejn il-koleġiżlaturi

Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr diskussjoni

Punt “I/A” Punt fl-aġenda tal-Coreper ippreżentat għall-approvazzjoni (mingħajr diskussjoni)

SĠK Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

TFUE Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

Page 8: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14
Page 9: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 7

KAPITOLU I — IL-PROĊEDURA

L-EWWEL QARI MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL (EBDA SKADENZA)

L-Artikolu 289 tat-TFUE jiddikjara li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (dik li qabel kienet “il-kodeċiżjoni”), kif deskritta fl-Artikolu 294 tat-TFUE, tikkonsisti fl-adozzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew (PE) u mill-Kunsill ta’ Regolament, Direttiva jew Deċiżjoni. Dawn iż-żewġ istituzzjonijiet huma l-koleġiżlaturi u huma għalhekk l-interlokuturi primarji waqt in-negozjati. Il-Kummissjoni għandha mhux biss ir-rwol li tgħin fir-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-PE u tal-Kunsill, iżda wkoll is-setgħa, sakemm il-Kunsill ma jkunx aġixxa, li tibdel il-proposta tagħha, jew anki, jekk ikun hemm il-bżonn, tirtiraha. Dik is-setgħa ta’ rtirar, madankollu, ma tistax tagħti lil dik l-istituzzjoni dritt ta’ veto fl-iżvolġiment tal-proċess leġiżlattiv, dritt li jmur kontra l-prinċipju tal-għoti ta’ kompetenzi u l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiddikjara lill-PE u lill-Kunsill il-motivi għall-irtirar, li, f ’każ ta’ kontestazzjoni, ikunu jridu jiġu sostnuti b’evidenza jew argumenti konvinċenti  (1). Il-Kummissjoni tinsab ukoll disponibbli biex tagħti pariri liż-żewġ koleġiżlaturi dwar kwistjonijiet ta’ politika, kwistjonijiet tekniċi u oħrajn. It-tliet istituzzjonijiet qablu, f ’Dikjarazzjoni Konġunta, li “jikkoperaw in bona fede matul il-proċedura kollha bil-ħsieb li jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom kemm jista’ jkun u b’hekk iwittu t-triq, fejn ikun xieraq, għall-adozzjoni tal-att ikkonċernat fi stadju bikri tal-proċedura (2)”.

Il-Kummissjoni għandha dritt ta’ inizjattiva u tressaq il-proposti leġiżlattivi tagħha lill-PE u lill-Kunsill simultanjament. Madanakollu, f ’ċerti ċirkostanzi għandhom dritt ta’ inizjattiva wkoll kwart tal-Istati Membri  (3), il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja (4). Dawn il-każijiet speċifiċi huma elenkati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1) Ara s-sentenza tal-14 ta’ April 2015 fil-kawża C-409/13 Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Kummissjoni Ewropea (paragrafi 70–77).

(2) Dikjarazzjoni konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta’ kodeċiżjoni, ĠU C 145/5 tat-30.6.2007, Par. 4, 13, 17, 22 u 27 (ara l-Anness III ta’ din il-Gwida).

(3) Art. 76 (b) TFUE: Kooperazzjoni ġudizzjarja f ’materji kriminali u Kooperazzjoni tal-pulizija.

(4) Art. 129 TFUE, Art. 257 u Art. 281 TFUE (ara l-Anness IV ta’ din il-Gwida).

Page 10: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

8 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Wara l-ħruġ tal-proposta tal-Kummissjoni, kull wieħed mill-koleġiżlaturi jista’ jipproponi lill-ieħor li għandhom jibdew negozjati bil-ħsieb li jilħqu qbil fl-ewwel qari. Il-Presidenza tal-Kunsill tista’ tikkuntattja lir-Relatur għall-fajl tal-PE biex tiddetermina jew huwiex jew hijiex lesta tidħol f ’dawn in-negozjati. Iż-żewġ koleġiżlaturi jridu jaħdmu b’mod parallel biex ikunu jistgħu jinnegozjaw ma’ xulxin u jipprovaw jadottaw l-att fi tmiem l-ewwel qari. “Qbil fl-ewwel qari” jikkonsisti f ’li ż-żewġ koleġiżlaturi jaslu għal qbil dwar test li l-PE jkun ser jadotta bħala l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u li l-Kunsill mbagħad japprova: l-att għandu jiġi adottat fil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-PE  (5), u għalhekk għandha issirlu reviżjoni legali/lingwistika qabel ma l-PE jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Biex jintlaħaq dan, jeħtieġ isir skambju intensiv ta’ informazzjoni, u l-Kunsill irid ikun disponibbli għal kuntatti esploratorji u negozjati mal-PE, li normalment jieħdu s-sura ta’ trilogi (6).

Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata (jew unanimità f’każijiet fejn il-Kummissjoni toġġezzjona għall-emendi li jkunu saru lill-proposta tagħha (7), japprova l-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari, l-att leġiżlattiv ikun adottat. L-att leġiżlattiv — it-test tal-proposta tal-Kummissjoni jekk il-PE ma jkunx emendaha, jew it-test tal-proposta emendata tal-Kummissjoni — ikun adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-PE (id-dokument PE-CONS). Imbagħad jitressaq biex jiġi ffirmat mill-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-PE u tal-Kunsill (id-dokument LEX PE-CONS) u ppubblikat fil-ĠU tal-UE. It-Trattat ma jiffissax skadenza sabiex il-PE jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari jew biex il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-PE.

Min-naħa l-oħra, jekk il-Kunsill ma japprovax il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari, jadotta l-pożizzjoni tiegħu stess fl-ewwel qari. Madanakollu, f ’ċerti każijiet jistgħu xorta waħda jinfetħu negozjati mal-PE wara li l-PE ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Dawn ikollhom l-għan li jinstab qbil qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, u li l-PE japprovah mingħajr emendi matul it-tieni qari tiegħu (“ftehim bikri fit-tieni qari”) (8).

(5) Art. 294(3) u (4) TFUE.

(6) Ara l-Kapitolu II, punt 2 ta’ din il-Gwida.

(7) Art. 293(1) TFUE.

(8) Art. 294(7)(a) TFUE.

Page 11: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 9

Fi kwalunkwe każ, it-test li d-delegazzjonijiet tal-Kunsil laħqu qbil dwaru, u li ser isir il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, jgħaddi minn reviżjoni legali/lingwistika. Dan huwa dovut għall-fatt li waqt it-tieni qari, jekk il-PE japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, jew ma jiħux deċiżjoni fi żmien 3+1 xhur, l-att jitqies li ġie adottat fil-formulazzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari  (9). It-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mbagħad jintbagħat lill-PE, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe dikjarazzjoni tal-Kunsill u/jew tal-Kummissjoni għall-minuti tal-Kunsill. Il-Kummissjoni tgħarraf lill-PE kompletament bil-pożizzjoni tagħha.

(9) Art. 294(7) TFUE. Ara l-paġna 12 ta’ din il-Gwida.

Page 12: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

10 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Arranġamenti għall-ewwel qari tal-parlament ewropewWara li jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni, il-President tal-PE jirreferiha lill-kumitat parlamentari kompetenti għall-eżami sostantiv u, jekk il-każ jeħtieġ, lil kumitati oħra li jistgħu jagħtu opinjoni dwar is-suġġett (ir-Regola 53) (10). Wara li jiddeċiedi dwar il-proċedura li għandha tintuża għall-eżami tal-proposta, il-kumitat jaħtar, minn fost il-membri jew il-membri supplenti permanenti tiegħu, Relatur għall-proposta tal-Kummissjoni, sakemm ma jkunx diġà għamel dan fuq il-bażi tal-programm leġiżlattiv annwali tal-Kummissjoni (ir-Regola 49).

Il-ftuħ ta’ negozjati għal proċedura leġiżlattiva individwali jeħtieġ jiġi awtorizzat minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat responsabbli. Din l-awtorizzazzjoni tinkludi wkoll ir-rapport adottat fil-kumitat bħala l-mandat ta’ negozjar (ir-Regola 73(2)), u tiddetermina l-għamla tal-grupp ta’ negozjar tal-PE, li jrid ikun immexxi mir-Relatur u ppresedut mill-President tal-kumitat jew minn Viċi-President maħtur mill-President, u jinkludi tal-inqas il-Kontrorelaturi minn kull grupp politiku (ir-Regola 73(3)). B’deroga għal dan, jekk il-kumitat iqis li jkun debitament ġustifikat li jinfetħu negozjati qabel l-adozzjoni ta’ rapport, il-mandat jista’ mbagħad jikkonsisti minn “sett ta’ emendi jew sett ta’ objettivi, prijoritajiet jew orjentazzjonijiet definiti b’mod ċar” (ir-Regola 73(2)). F’dak il-każ, id-deċiżjoni mill-kumitat dwar il-ftuħ ta’ negozjati titqassam lill-MPE kollha, titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, u eventwalment tiġi kkunsidrata mis-sessjoni plenarja (ir-Regola 74(1) u 74(2)).

Ir-Relatur ikollu l-inkarigu li jippreżenta abbozz ta’ rapport lill-kumitat parlamentari. F’dan l-abbozz, ir-Relatur jiġbor fil-qosor il-proposta tal-Kummissjoni u l-fehmiet tal-partijiet differenti kkonċernati. Matul id-dibattitu fil-kumitat parlamentari, il-Kummissjoni għandha l-opportunità tiddefendi l-proposta tagħha u twieġeb għall-mistoqsijiet tal-membri tal-kumitat. Il-kumitat parlamentari jeżamina l-ewwel nett il-bażi legali għall-proposta (ir-Regola  39). Waqt l-eżami ta’ proposta, il-kumitat parlamentari kompetenti jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh aġġornat dwar il-progress ta’ dik il-proposta fil-Kunsill u fil-gruppi ta’ ħidma tiegħu (ir-Regola 43(2)).

Il-plenarja tiddiskuti l-proposta leġiżlattiva abbażi tar-rapport imfassal mill-kumitat kompetenti (ir-Regola  59(1)), li jkun jinkludi kwalunkwe proposta ta’ emendi għall-proposta, abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva, u jekk jeħtieġ il-każ, dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Il-plenarja tista’ wkoll teżamina l-proposta leġiżlattiva mingħajr rapport jew konformement ma’ proċedura simplifikata (ir-Regola 50).

(10) Regoli ta’ Proċedura għat-tmien leġiżlatura (kif kienu f’Settembru 2015).

Page 13: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 11

Fl-abbozz tar-riżoluzzjoni, il-kumitat jipproponi li l-plenarja għandha tapprova jew tiċħad il-proposta tal-Kummissjoni, jew tadotta emendi għaliha (ir-Regola 59(2)). Wara l-adozzjoni tar-rapport mill-kumitat, ikun għadu possibbli li jitressqu emendi matul id-dibattiti fil-plenarja minn membru jew grupp ta’ membri tal-PE, jew mir-Relatur stess, ħafna drabi f ’isem grupp politiku. Fil-prinċipju, il-gruppi politiċi jikkoordinaw il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom waqt id-dibattiti u l-votazzjonijiet fil-kumitat u fil-plenarja.

Page 14: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

12 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA — L-EWWEL QARI

L-EWWEL QARI TAL-PEMingħajr limitu ta’ żmien

L-EWWEL QARI TAL-KUNSILLMingħajr limitu ta’ żmien

Proposta tal-Kummissjoni

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel

qari

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari

approvata

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-PE

fl-ewwel qari

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Kunsill

PE

Page 15: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 13

IT-TIENI QARI TAL-PARLAMENT EWROPEW [3 (+1) XHUR]

L-iskadenza ta’ tliet xhur għat-tieni qari tal-PE tibda mid-data meta titħabbar fil-plenarja li tkun waslet il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (fil-prinċipju, il-Ħamis tal-ġimgħa tas-sessjoni parzjali tal-PE immedjatament wara t-trasmissjoni tagħha). Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perijodu jista’ jitwal b’xahar. Il-vot fil-plenarja jrid isir qabel tmiem dan il-perijodu ta’ żmien u mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ xahar (Art. 294(14) TFUE). L-iskadenza tapplika għall-votazzjoni fil-plenarja u mhux għall-komunikazzjoni lill-Kunsill tar-riżultat ta’ din il-votazzjoni.

Il-kumitat parlamentari jeżamina l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u jagħmel rakkomandazzjoni. Il-plenarja tiddelibera fuq il-bażi ta’ din ir-rakkomandazzjoni u tgħaddi għal votazzjoni.

Jekk il-kumitat parlamentari jirrakkomanda li l-PE japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, ir-regola tal-votazzjoni għall-PE tkun il-maġġoranza sempliċi. L-att jitqies li ġie adottat konformement mal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. B’konsegwenza, l-att leġiżlattiv (jiġifieri l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, fis-sura ta’ dokument LEX PE-CONS) jitressaq direttament għall-iffirmar mill-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-PE u tal-Kunsill. Imbagħad jiġi ppubblikat fil-ĠU. Jekk il-PE ma jiddeċidix fi żmien 3+1 xhur, l-att jitqies li ġie adottat fil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u tkun tapplika l-istess proċedura.

Ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari minn maġġoranza tal-membri komponenti tal-PE (b’differenza minn maġġoranza tal-voti mitfugħa) ittemm il-proċedura, u l-att propost jitqies li ma ġiex adottat. L-eżami tal-fajl ma jkunx jista’ jerġa’ jinfetaħ ħlief abbażi ta’ proposta ġdida mill-Kummissjoni.

L-istess regola tal-votazzjoni tapplika għal emendi mressqa minn membri tal-PE għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Ir-riżultat tal-vot jiġi nnotifikat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar l-emendi adottati mill-PE fit-tieni qari.

Madanakollu, matul it-tieni qari tal-PE, jistgħu jsiru kuntatti u negozjati bejn l-istituzzjonijiet, spiss fil-forma ta’ trilogi, bil-għan li jintlaħaq qbil fit-tieni qari li permezz tiegħu l-PE jadotta emendi li jkun qabel dwarhom minn qabel mal-Kunsill, u b’hekk tiġi evitata proċedura ta’ konċiljazzjoni.

Page 16: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

14 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

IT-TIENI QARI TAL-KUNSILL [3 (+1) XHUR]

Il-perijodu ta’ żmien għat-tieni qari tal-Kunsill jibda minn meta jaslu uffiċjalment l-emendi mit-tieni qari tal-PE. Il-Kunsill jista’ japprova jew jiċħad dawn l-emendi (11).

Jekk il-Kunsill japprova l-emendi kollha (il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, iżda jrid jivvota unanimament biex japprova kwalunkwe emenda li l-Kummissjoni tkun ipprovdiet opinjoni negattiva dwarha) (12), l-att jitqies li ġie adottat fil-forma tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hekk emendata. Wara, it-test leġiżlattiv (dokument LEX PE-CONS) jitressaq direttament għall-firma mill-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-PE u tal-Kunsill u jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

Jekk il-Kunsill ma jkunx f’pożizzjoni li japprova l-emendi kollha tal-PE fit-tieni qari, f ’perijodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 6 ġimgħat  (13) wara li l-Kunsill ma jkunx approva l-emendi tal-PE, il-President tal-Kunsill, bi qbil mal-President tal-PE, jlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.

Qabel dik id-data huwa essenzjali li ssir ħidma ta’ tħejjija (14).

(11) Qabel ma l-Kunsill jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax jew le l-emendi tal-PE, irid ikun tħalla biżżejjed żmien sabiex il-Kummissjoni tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Kunsill.

(12) Art. 294(9) TFUE.

(13) Li jista’ jitwal b’mhux iktar minn ġimagħtejn fuq inizjattiva tal-PE jew tal-Kunsill u bi qbil bejniethom (Art. 294(14) TFUE).

(14) Ara l-Kapitolu II ta’ din il-Gwida.

Page 17: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 15

PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA — IT-TIENI QARI

IT-TIENI QARI TAL-PE3 (+1) xhur

IT-TIENI QARI TAL-KUNSILL3 (+1) xhur

PE

Emendi approvati

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari miċħuda

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill

fl-ewwel qari

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-1 qari approvata

jew nuqqas tal-PE li jaġixxi

fiż-żmien stipulat

Emendi

Kunsill

Emendi mhux approvati

Page 18: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

16 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

LAQGĦAT TAL-KUMITAT TA’ KONĊILJAZZJONI [6 (+2) ĠIMGĦAT]

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jlaqqa’ delegazzjonijiet mill-PE u mill-Kunsill, li kull waħda tikkonsisti minn 28 membru. Il-Presidenza tal-Kumitat titmexxa b’mod konġunt minn Viċi President tal-PE u membru tal-gvern tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza.

Id-delegazzjoni tal-Kunsill hi magħmula mill-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom. Bħala regola ġenerali, tkun magħmula mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Coreper/KSA (Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura). Id-delegazzjoni tal-PE hi magħmula minn 28 membru u 28 membru supplenti (dawn tal-aħħar mingħajr dritt ta’ vot ħlief fin-nuqqas ta’ membru tal-grupp politiku tagħhom). Tliet Viċi Presidenti tal-PE huma membri permanenti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u jeżerċitaw ir-rwol ta’ kopresidenza fuq bażi ta’ rotazzjoni. Il-25 membru parlamentari l-oħra tad-delegazzjoni jinħatru mill-gruppi politiċi. Fil-maġġoranza kbira huma jagħmlu parti mill-kumitat parlamentari responsabbli għall-fajl. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, id-delegazzjoni tal-PE tiddelibera b’kunsens. F’każ ta’ votazzjoni, li tista’ sseħħ fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta’ konċiljazzjoni, inkluż għal kwistjonijiet ta’ proċedura, id-delegazzjoni tal-PE tiddeċiedi b’mill-inqas 15-il vot favur.

It-tlaqqigħ tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jiftaħ it-tieni perijodu ta’ żmien ta’ 6 (+2) ġimgħat, li matulu l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jkollu l-inkarigu li jilħaq qbil dwar test konġunt  (15). Il-laqgħat ta’ negozjar  (16) qabel il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jitmexxew, min-naħa tal-Kunsill, mill-President tal-Coreper/KSA, abbażi ta’ mandat mill-Coreper/KSA jew f’isem il-Presidenza tal-Kunsill, li jressaq proposti li għandhom biżżejjed appoġġ fil-Kunsill. Ir-riżultati ta’ dawn il-laqgħat u trilogi mbagħad jitressqu għal eżami mill-Coreper/KSA. Jistgħu jkunu meħtieġa diversi laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni biex jintlaħaq qbil dwar test konġunt. Kull waħda minn dawn il-laqgħat tista’ tkun ippreċeduta minn trilogi u laqgħat tekniċi.

Eżatt qabel il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, iż-żewġ Kopresidenti u l-Kummissarju jiltaqgħu fi trilogu għal ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet prinċipali tal-konċiljazzjoni u biex jiddeċiedu dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu ttrattati fil-laqgħa. Qabel dan it-trilogu, normalment, issir laqgħa ta’ tħejjija ta’ kull delegazzjoni.

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jiltaqa’ b’alternanza fil-bini tal-Kunsill u fil-bini tal-PE. Din ir-regola tal-alternanza tapplika kemm minn fajl wieħed għal dak li jmiss kif ukoll għall-

(15) Dwar il-mandat u s-setgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, ara s-sentenza tal-10  ta’  Jannar  2006 fil-Kawża C-344/04 International Air Transport Association v. Department for Transport [2006] Ġabra I-403 (paragrafi 49-63).

(16) Trilogi bil-parteċipazzjoni ta’ delegazzjonijiet mill-PE u mill-Kunsill kif ukoll mill-Kummissjoni, li tieħu l-inizjattivi meħtieġa bl-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet taż-żewġ delegazzjonijiet.

Page 19: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 17

istess fajl. Ir-regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi ta’ dawn il-laqgħat huma dawk tal-laqgħat tal-Kunsill (il-lingwi uffiċjali kollha). Wieħed mill-koleġiżlaturi għandu r-responsabbiltà primarja (iżda kondiviża mal-koleġiżlatur l-ieħor  (17) li jħejji t-test konġunt u n-nota ta’ trasmissjoni (ara aktar ‘l isfel).

Hekk kif il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jikkonferma qbil dwar test konġunt (jew wara permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn il-kopresidenti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni), il-koleġiżlatur inkarigat iħejji l-abbozz ta’ test leġiżlattiv, fil-prinċipju bil-lingwa użata matul in-negozjati. Wara, dan isir disponibbli, wara reviżjoni legali-lingwistika, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Dan it-test konġunt jintbagħat lill-Presidenti tal-PE u tal-Kunsill flimkien ma’ nota ta’ trasmissjoni iffirmata miż-żewġ kopresidenti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (bħala regola ġenerali, il-President tal-Coreper/KSA jiffirma f’isem il-Kunsill). Din in-nota ta’ trasmissjoni għat-test konġunt, li sservi bħala l-minuti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u ssemmi d-dikjarazzjonijiet li setgħu saru, tiġi indirizzata wkoll, bħala informazzjoni, lill-membru tal-Kummissjoni li jkun ipparteċipa fil-proċedimenti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Dawn il-passi kollha jeħtieġ li jsiru qabel tmiem il-perijodu ta’ żmien ta’ 6 (+2) ġimgħat.

Jekk il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma jasalx għal qbil dwar test konġunt fi żmien il-perijodu ta’ żmien stipulat fit-Trattat, l-att propost jitqies li ma ġiex adottat.

(17) Il-punt 38 tad-Dikjarazzjoni Konġunta (ara l-Anness III ta’ din il-Gwida).

Page 20: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

18 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

IT-TIELET QARI MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL [6 (+2) ĠIMGĦAT]

L-għan tat-tielet qari hu li kull wieħed mill-koleġiżlaturi jadotta l-att konformement mat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Il-PE jaġixxi b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, u l-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata. Madankollu, fit-tielet qari, kull wieħed mill-koleġiżlaturi jista’ jaġixxi l-ewwel. Jekk xi waħda miż-żewġ istituzzjonijiet ma tapprovax l-att propost matul iż-żmien previst għat-tielet qari, l-att jitqies li ma ġiex adottat.

It-tielet qari jitmexxa għal perijodu ta’ sitt ġimgħat (18), li jibda mid-data ta’ meta jiġi approvat it-test konġunt. Din mhix neċessarjament id-data tal-aħħar laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, iżda d-data ta’ meta ż-żewġ kopresidenti tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ffirmaw in-nota ta’ trasmissjoni tat-test konġunt lill-Presidenti tal-PE u tal-Kunsill.

Ladarba l-att leġiżlattiv ikkonċernat ikun ġie adottat mill-PE u mill-Kunsill, il-koleġiżlatur inkarigat irid jieħu ħsieb l-iffirmar tal-att mill-Presidenti tal-PE u tal-Kunsill. Il-Kunsill hu responsabbli għall-pubblikazzjoni tal-att fil-ĠU.

(18) Ara l-Artikolu 294(14) TFUE.

Page 21: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 19

PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA — IT-TIELET QARI

6 (+2) ġimgħatKONĊILJAZZJONI

6 (+2) ġimgħatIT-TIELET QARI6 (+2) ġimgħat

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Test konġunt ma jiġix approvat

Test konġunt approvat

It-test konġunt ma jiġix adottat

Test konġunt adottat

Test konġunt adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

PE

Kunsill

Tlaqqigħ tal-Kumitat

ta’ Konċiljazzjoni

It-test konġunt ma jiġix adottat

Page 22: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

20 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

KAPITOLU II — IN-NEGOZJAR

Bħala parti mir-rwol tradizzjonali tiegħu bħala l-gwardjan tal-”memorja istituzzjonali” tal-Kunsill, is-SĠK iħeġġeġ u jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prassi bejn Presidenzi suċċessivi. Fil-qasam tal-attività leġiżlattiva skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Presidenzi suċċessivi huma assigurati, għal kull fajl, mill-appoġġ tad-Direttorat Ġenerali politiku responsabbli (magħruf ukoll bħala s-”service traitant”), is-Servizz Legali, u l-Unità tal-Leġiżlazzjoni, parti mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali).

Is-services traitants tas-SĠK għandhom sehem ewlieni fit-trilogi tal-ewwel u tat-tieni qari billi jassistu lill-Presidenzi. B’mod partikolari: jabbozzaw dokumenti ta’ ħidma interni tal-Kunsill; jabbozzaw u jaġġornaw skedi ta’ żmien tat-trilogi; jabbozzaw u joħorġu stediniet u aġendi għat-trilogi (flimkien mas-Segretarjat tal-PE); jabbozzaw u jaġġornaw dokumenti għat-trilogi b’mod ġenerali u dokumenti ta’ negozjar b’mod partikolari (flimkien mas-Segretarjat tal-PE); jistgħu jipprovdu noti ta’ informazzjoni bil-miktub għat-trilogi; u jagħtu pariri bil-fomm qabel u matul trilogi u laqgħat oħra.

Is-Servizz Legali tal-Kunsill hu disponibbli f ’kull stadju biex jagħti pariri lill-Presidenza tal-Kunsill dwar aspetti legali u proċedurali tal-proċess leġiżlattiv u dwar l-abbozzar tal-att leġiżlattiv.

L-Unità tal-Leġiżlazzjoni hi disponibbli wkoll biex tagħti pariri lill-Presidenzi dwar il-proċedura ta’ kodeċiżjoni (it-tmexxija tan-negozjati kif ukoll il-proċedura u l-aħjar prassi). Din tgħin biex in-negozjati ta’ kodeċiżjoni jsiru u jiġu konklużi b’mod effettiv u f’waqtu, u b’mod konsistenti fl-oqsma kollha ta’ politika. Hija responsabbli wkoll għall-passi sussegwenti ta’ adozzjoni, iffirmar u pubblikazzjoni tal-att leġiżlattiv. L-Unità tal-Leġiżlazzjoni tassumi responsabbiltà diretta għall-proposti ta’ kodeċiżjoni hekk kif u meta jidħlu fil-fażi ta’ konċiljazzjoni.

1. PJANAR TAL-PROĊEDIMENTI

Meta tistabbilixxi l-iskeda tal-ħidma tagħha, kull Presidenza tal-Kunsill tirriżerva għadd ta’ dati għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni  (19). Fil-prinċipju, dan l-eżerċizzju jitwettaq sena minn qabel, bejn is-Segretarjat tal-PE u dak tal-Kunsill, bi qbil mal-awtoritajiet rispettivi. L-iffissar ta’ dawn id-dati jippreżumi d-disponibbiltà tal-membri

(19) Fil-prattika, diversi dati minn dawn jintużaw regolarment għat-trilogi. Dati oħrajn għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti, kif meħtieġ, matul il-perijodu ta’ sitt xhur.

Page 23: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 21

tad-delegazzjonijiet tal-PE u tal-Kunsill, u b’mod partikolari ta’ membru tal-gvern tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza li jkun ser jassumi l-kopresidenza tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.

Fil-prinċipju, fil-bidu ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur jew anke naqra qabel, il-President tal-Coreper/KSA jagħmel kuntatt preliminari mat-tliet Viċi Presidenti tal-PE responsabbli għall-konċiljazzjoni kif ukoll mad-diversi Presidenti tal-kumitati parlamentari u r-Relaturi involuti fil-fajls tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; huma jiddiskutu l-istat ta’ dawk il-fajls. Din id-diskussjoni tista’ tkopri:

(a) il-fajls li għalihom tkun tinħtieġ konċiljazzjoni wara t-tieni qari tal-PE, jew x’aktarx tkun tinħtieġ konċiljazzjoni fid-dawl tar-riżultati probabbli tat-tieni qari li ser ikun hemm fil-PE;

(b) il-fajls fit-tieni qari tal-PE li, biex tkun evitata l-konċiljazzjoni, għalihom jistgħu jirriżultaw utli skambji ta’ informazzjoni u negozjati informali bejn il-PE u l-Kunsill;

(c) il-fajls fl-ewwel qari li jistgħu potenzjalment jiġu konklużi bħala qbil fl-ewwel qari.

Flimkien ma’ dan l-ewwel kuntatt mill-President tal-Coreper/KSA jistgħu jsiru kuntatti bejn il-Presidenti tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill u r-Relaturi. Is-Segretarjat tal-Kunsill u dak tal-PE jorganizzaw dawn il-laqgħat u, fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet rispettivi tagħhom, ifasslu d-dokumenti preparatorji.

2. IL-FAŻIJIET DIFFERENTI TAN-NEGOZJATI FIL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

l-ewwel qari

Fażi ta’ tħejjija

In-negozjati tal-ewwel qari jikkonsistu kemm minn eżami parallel tal-fajl miż-żewġ koleġiżlaturi kif ukoll minn kuntatti bejn it-tliet istituzzjonijiet. Fil-bidu, il-Kunsill irid jeżamina l-proposta tal-Kummissjoni fil-livell ta’ grupp ta’ ħidma, b’riferiment lill-Coreper/KSA kif meħtieġ. L-eżami tal-fajls għandu jkun ippjanat b’mod li din il-ħidma tista’ xi ftit jew wisq titwettaq b’mod parallel mill-kumitat parlamentari kompetenti.

Waqt li jeżamina l-proposta tal-Kummissjoni, il-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill jagħmel monitoraġġ tal-progress tal-ħidma fil-kumitat parlamentari kompetenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, li jassistu għal-laqgħat tal-PE u tal-Kunsill, jistgħu jwettqu rwol importanti bħala mezz ta’ tagħrif, iżda xorta għandhom jirrispettaw ir-regoli tal-ħidma ta’ kull istituzzjoni.

Mill-mument meta l-eżami tal-fajl ikun laħaq ċertu ammont ta’ progress — li jfisser li jkunu magħrufa l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet prinċipali li

Page 24: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

22 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

jqajjem — il-Presidenza tal-Kunsill tista’ tistabbilixxi kuntatti mar-rappreżentanti tal-kumitat parlamentari kkonċernat (Relatur/President tal-kumitat parlamentari).

In-negozjati bejn l-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ kodeċiżjoni spiss jieħdu s-sura ta’ laqgħat trilaterali magħrufa bħala trilogi, li jinvolvu ż-żewġ koleġiżlaturi u l-Kummissjoni. It-trilogi jistgħu jinżammu fil-bini ta’ wieħed mill-koleġiżlaturi. Il-Presidenza tal-Kunsill (President tal-grupp ta’ ħidma/President tal-Coreper/KSA) tkun megħjuna mis-service traitant inkarigat mill-fajl, mis-Servizz Legali, u mill-Unità tal-Leġiżlazzjoni.

Trilogi

It-trilogu huwa kwalunkwe laqgħa trilaterali bejn it-tliet istituzzjonijiet matul il-proċess leġiżlattiv. Fil-kuntest tal-kodeċiżjoni, it-trilogi ġieli jissejħu “politiċi” jew “tekniċi” (u magħrufa wkoll bħala “laqgħat tekniċi”). Trilogu politiku jattendu għalih membri tal-PE (eż. il-President tal-kumitat tal-PE li qed jittratta l-proposta, ir-Relatur u l-Kontrorelaturi) u jkun intenzjonat li jindirizza l-kwistjonijiet politiċi prinċipali. Fi trilogu tekniku x’aktarx li min-naħa tal-PE jattendu biss is-Segretarjat tal-PE u assistenti tal-membri tal-PE u/jew rappreżentati tal-gruppi politiċi, peress li l-intenzjoni tkun li jiġu indirizzati biss kwistjonijiet sekondarji ta’ natura teknika u mhux kuntenzjużi u/jew kwistjonijiet li tant ikunu kumplessi teknikament li tinħtieġ diskussjoni fil-fond sabiex tiżgura li l-koleġiżlaturi jkollhom komprensjoni komuni. Għal dawk il-fajls ta’ kodeċiżjoni fejn il-Presidenzi tal-Kunsill ikunu ddeċidew li l-president tal-Coreper/KSA għandu jmexxi t-tim ta’ negozjar tal-Presidenza tal-Kunsill, il-president tal-Coreper/KSA jattendi biss it-trilogi politiċi, waqt li l-president tal-grupp ta’ ħidma jattendi t-trilogi tekniċi. Il-Presidenza tal-Kunsill u l-PE għandhom jaqblu fi stadju bikri tan-negozjati dwar jekk kwistjoni tkunx “politika” jew “teknika”.

Dawn il-kuntatti tal-bidu jservu biex jiċċaraw il-perspettivi rispettivi, jidentifikaw il-punti essenzjali fejn hemm fehmiet differenti u b’hekk issir valutazzjoni inizjali tal-possibbiltajiet ta’ konklużjoni tal-fajl fl-ewwel qari. Il-Presidenza tal-Kunsill tgħarraf lill-Coreper/KSA bir-riżultat (il-PE jwettaq proċess simili, bl-eżami fil-kumitat parlamentari). Il-Coreper/KSA, wara eżami fil-grupp ta’ ħidma jekk ikun meħtieġ, jevalwa l-possibbiltajiet ta’ qbil fl-ewwel qari u, jekk jeħtieġ il-każ, ifassal proposti ta’ kompromess.

Fit-trilogi, il-Presidenza tal-Kunsill ġeneralment ikollha mandat mill-Coreper/KSA. Ir-rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill u r-rappreżentant(i) tal-PE jippruvaw iqarrbu l-pożizzjonijiet taż-żewġ istituzzjonijiet, bl-għan li jinkiseb riżultat mill-ewwel qari tal-PE (emendi għall-proposta tal-Kummissjoni jew l-ebda emenda) li jkun aċċettabbli għall-Kunsill. Anke meta jkun ċar li mhux ser jintlaħaq qbil fl-ewwel qari, l-issuktar tal-kuntatti mal-PE jista’ jkun ġustifikat biex jiddefinixxi l-punti ta’ nuqqas ta’ qbil b’mod aktar ċar. Dan jista’ jwitti t-triq għal ftehim bikri fit-tieni qari jew inaqqas l-għadd ta’ emendi eventwali tal-PE fit-tieni qari.

Page 25: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 23

B’hekk l-ewwel qari hu karatterizzat b’kuntatti/negozjati kontinwi bejn il-Kunsill u l-PE, li wara li jivvalutaw ir-riżultati ta’ dawn il-kuntatti jistabbilixxu l-pożizzjonijiet ta’ negozjar rispettivi tagħhom. Il-fażi ta’ tħejjija għall-konċiljazzjoni għandha karatteristiċi simili.

it-tieni qari tal-parlament ewropew

Matul din il-fażi tal-proċedura, il-Kunsill irid isegwi mill-qrib il-proċedimenti tal-PE. Għal ċerti fajls, il-Presidenza tal-Kunsill jista’ jeħtiġilha tistabbilixxi kuntatti mar-rappreżentanti tal-PE, bl-għan li tiffaċilita l-aċċettazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, tevita ċ-ċaħda ta’ din il-pożizzjoni jew tikkonvinċi lill-PE jillimita l-emendi tiegħu għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għal dawk li jkunu aċċettabbli għall-Kunsill. F’dan il-każ, jistgħu jiġu organizzati trilogi simili għal dawk ta’ matul l-ewwel qari. Kuntrarjament, jekk il-PE jaċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att jitqies li ġie adottat u ma jkunx hemm bżonn tat-tieni qari mill-Kunsill.

it-tieni qari tal-Kunsill

Is-SĠK joħroġ nota ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tat-tieni qari tal-PE, u ma’ din jiġu annessi r-Riżoluzzjoni tal-PE u l-emendi proposti. Imbagħad il-Presidenza tal-Kunsill tieħu ħsieb li l-grupp ta’ ħidma jeżamina l-emendi tal-PE malajr kemm jista’ jkun.

Dan l-eżami jeħtieġ isir bir-reqqa. Mhix biżżejjed li sempliċiment jiġu identifikati l-emendi li l-Kunsill ser japprova u liema ma jistax japprova (jew li tiġi ssuġġerita ċ-ċaħda tal-emendi kollha kollettivament). F’każ ta’ ċaħda ta’ xi emenda, il-grupp ta’ ħidma jrid jibda jeżamina testi ta’ kompromess possibbli u jipproponihom lill-Coreper/KSA fl-ewwel rapport tiegħu.

Kamra tat-Trilogu fil-Kunsill

© Unjoni Ewropea

Page 26: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

24 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Jekk ir-riżultat tal-proċedimenti tal-grupp ta’ ħidma, kif ikkonfermat mill-Coreper/KSA, iwassal biex l-emendi tal-PE jiġu approvati kollha, is-SĠK ifassal nota punt “I/A” għall-adozzjoni tal-att mill-Kunsill (il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mibdula bl-emendi). Ladarba l-att ikun ġie ffirmat mill-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-PE u tal-Kunsill, is-SĠK jippubblikah fil-ĠU.

F’każ li ma jiġux approvati l-emendi kollha, il-Kunsill jgħarraf lill-PE b’dan u l-President tal-Kunsill ilaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, bi qbil mal-President tal-PE. Id-data meta l-Kunsill jiddeċiedi li jiċħad l-emendi tagħti bidu għall-perijodu ta’ żmien ta’ 6 (+2) ġimgħat sakemm jeħtieġ jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.

Il-Presidenza tal-Kunsill tista’ tagħżel, fil-każ ta’ ċerti fajls kumplessi, li l-Kunsill ma jistabbilixxix minnufih li ma jistax japprova l-emendi wara li jkun eżaminahom fil-grupp ta’ ħidma/Coreper/KSA, sabiex parti miż-żmien allokat għat-tieni qari tal-Kunsill  (3+(1)  xhur) ikun jista’ jintuża għal laqgħat informali mal-PE bi tħejjija għal konċiljazzjoni.

Għall-bidu, jistgħu jsiru kuntatti informali bejn il-President tal-grupp ta’ ħidma megħjun mis-SĠK (service traitant + l-Unità tal-Leġiżlazzjoni), u r-Relatur, fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni. Hekk kif il-pożizzjonijiet inizjali tan-negozjar ikun stabbiliti sew (20), jistgħu jibdew in-negozjati fil-forma ta’ trilogu. F’din il-laqgħa jieħdu sehem, min-naħa tal-Kunsill, il-President tal-Coreper/KSA (bil-preżenza, bħala osservatur, tal-President futur), u min-naħa tal-PE r-Relatur u, kultant, il-President tal-kumitat parlamentari kompetenti. Il-Kummissjoni tkun irrappreżentata ġeneralment mid-Direttur Ġenerali kompetenti.

Konċiljazzjoni

Fażi ta’ tħejjija

Il-perijodu sħiħ ta’ 6 (+2) ġimgħat stipulat bħala l-iskadenza biex jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jista’ jintuża b’mod siewi għal kuntatti, trilogi u laqgħat tekniċi maħsuba biex iqarrbu l-pożizzjonijiet qabel l-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Fil-prattika, din il-ħidma ta’ tħejjija informali tibda hekk kif ikun stabbilit li, politikament, ma jkunx possibbli li l-Kunsill jaċċetta l-emendi tat-tieni qari tal-PE.

Imbagħad ikun spiss possibbli li l-konċiljazzjoni tiġi konkluża matul l-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kultant anke fil-forma ta’ dikjarazzjoni sempliċi tal-qbil imfassal minn qabel (speċi ta’ punt “A”, skont it-terminoloġija tal-laqgħat tal-Kunsill).

(20) Fil-forma ta’ tabelli rikapitulattivi b’erba’ kolonni — il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-emendi tal-PE, il-pożizzjoni tal-PE (jew tar-Relatur), il-pożizzjoni tal-Kunsill (jew is-suġġerimenti tal-Presidenza) — li wara n-negozjar tal-fajls dwar is-”saħħa” f’Diċembru 1995 huma l-istrument abitwali ta’ negozjar matul il-konċiljazzjoni.

Page 27: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 25

Jekk dan ma jseħħx, ikunu meħtieġa diversi laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni biex jintlaħaq qbil dwar test konġunt, kull waħda minnhom preċeduta minn trilogi u laqgħat tekniċi.

Għaldaqstant, matul il-perijodu ta’ qabel l-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-Presidenza tal-Kunsill għandha tkun disponibbli għal laqgħat tekniċi bejn is-segretarjati tat-tliet istituzzjonijiet (normalment jipparteċipa wkoll il-President tal-grupp ta’ ħidma) u għal trilogi (bil-parteċipazzjoni tal-President tal-Coreper/KSA). Il-pożizzjonijiet ta’ negozjar tal-Kunsill — li jikkostitwixxu l-mandat tal-Presidenza tal-Kunsill — normalment jitfasslu minn qabel mill-Coreper/KSA, li jinżamm mgħarraf mill-President tiegħu bir-riżultati tan-negozjati mal-PE.

F’ċerti każijiet, il-President tal-Coreper/KSA jieħu inizjattivi ta’ negozjar taħt ir-responsabbiltà personali tiegħu, li jorbtu biss lill-Presidenza tal-Kunsill. Din it-teknika ta’ negozjar qed tintuża dejjem aktar ta’ spiss. L-ewwel offerta ta’ negozjar tal-Kunsill ħafna drabi ssir fil-forma ta’ kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill. Il-PE ħafna drabi jwieġeb permezz tal-pożizzjoni tar-Relatur. Dawn iż-żewġ offerti proviżorji mbagħad jintbagħtu lill-Kunsill (Coreper/KSA) u lid-delegazzjonijiet tal-PE għall-approvazzjoni.

Il-Kummissjoni, irrappreżentata fil-prinċipju mill-Kummissarju responsabbli għall-fajl, tipparteċipa fil-ħidma tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u tieħu kull inizjattiva meħtieġa bl-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-PE u tal-Kunsill, bir-rispett dovut għar-rwol konferit lilha mit-Trattat. Madankollu, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ma għandha ebda influwenza fuq ir-regoli ta’ maġġoranza għall-adozzjoni ta’ test konġunt mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni: maġġoranza kwalifikata fid-delegazzjoni tal-Kunsill u maġġoranza sempliċi fid-delegazzjoni tal-PE. Għaldaqstant, id-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni ma għandu ebda rwol fil-fażi ta’ konċiljazzjoni (21).

Il-Kumitat ikollu disponibbli l-proposta tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-emendi tat-tieni qari proposti mill-PE, l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawk l-emendi u dokument ta’ ħidma komuni mid-delegazzjonijiet tal-PE u tal-Kunsill. Dan id-dokument ta’ ħidma normalment jikkonsisti minn żewġ partijiet: fil-parti A jidhru l-elementi ta’ kompromess diġà miftiehma matul il-ħidma ta’ tħejjija u fil-parti B jkun hemm il-punti mhux solvuti bil-pożizzjonijiet rispettivi tan-negozjar (ippreżentati f ’tabella rikapitulattiva b’erba’ kolonni).

(21) Ara l-Artikolu 293(1) TFUE.

Page 28: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

26 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

Il-Presidenza tal-Kunsill għandha tieħu ħsieb li membru tal-gvern (fil-prinċipju, il-ministru responsabbli għall-fajl) ikun preżenti biex jikkopresiedi l-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Ġeneralment, qabel il-laqgħat il-Presidenza tal-Kunsill torganizza sessjoni ta’ aġġornament mas-SĠK.

Ċerti fajls ikunu jeħtieġu diversi laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Ħafna drabi, bejn dawn il-laqgħat, ikun meħtieġ li l-ministru li jikkopresiedi l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jfittex kompromessi fi ħdan il-Kunsill u abbażi ta’ dawn jinnegozja mal-kontroparti tiegħu fil-PE.

Page 29: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 27

ANNESS I

ARTIKOLU 294 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPA

1. Meta fit-Trattati jkun hemm referenza għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta’ att, għandha tapplika l-proċedura li ġejja.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

l-ewwel qari

3. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill.

4. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-att inkwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

5. Jekk il-Kunsill ma japprovax il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Parlament Ewropew.

6. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bir-raġunijiet li wassluh sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bil-pożizzjoni tagħha.

it-tieni qari

7. Jekk, fi żmien tliet xhur minn din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:

(a) japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jew ma jkunx ħa deċiżjoni, l-att ikkonċernat għandu jitqies li ġie adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

(b) jiċħad, b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;

(c) jipproponi, b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, t-test hekk emendat għandu jintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni dwar dawk l-emendi.

Page 30: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

28 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

8. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-emendi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata:

(a) japprova dawk l-emendi kollha, l-att inkwistjoni għandu jitqies li ġie adottat;

(b) ma japprovax l-emendi kollha, il-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parlament Ewropew, għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fi żmien sitt ġimgħat.

9. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu fuq l-emendi li fuqhom il-Kummissjoni tkun tat opinjoni negattiva.

Konċiljazzjoni

10. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li għandu jkun kompost mill-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom, u numru ugwali ta’ membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq ftehim dwar test konġunt, b’maġgoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom u b’maġġoranza tal-membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni qari.

11. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

12. Jekk, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jissejjaħ, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma japprovax it-test konġunt, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

it-tielet qari

13. Jekk, f ’dak il-perijodu, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni japprova test konġunt, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġgoranza tal-voti espressi, u l-Kunsill, li jaġixxi b’maġgoranza kwalifikata, għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta’ sitt ġimgħat minn din l-approvazzjoni sabiex fih jadottaw l-att inkwistjoni f ’konformità mat-test konġunt. Jekk jonqsu li jagħmlu dan, l-att propost għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

14. Il-perijodi ta’ tliet xhur u sitt ġimgħat previsti f ’dan l-Artikolu għandhom jitwalu b’massimu ta’ xahar u ta’ ġimagħtejn rispettivament fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Page 31: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 29

dispożizzjonijiet speċjali

15. Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġiżlattiv ikun soġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m’għandhomx japplikaw.

F’dawn il-każijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkomunikaw l-abbozz tal-att propost lill-Kummissjoni flimkien mal-pożizzjonijiet tagħhom fl-ewwel u fit-tieni qari. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni tul il-proċedura kollha, liema opinjoni tista’ tingħata wkoll mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess. Din tista’ wkoll, jekk tqis meħtieġ, tipparteċipa fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni f ’konformità mal-paragrafu 11.

Page 32: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

30 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

ANNESS II

DIKJARAZZJONI DWAR L-OSSERVANZA TAL-ISKADENZI PREVISTI FIL-PROĊEDURA TA’ KODEĊIŻJONI (22)

Il-Konferenza tistieden lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jiggarantixxu li l-proċedura ta’ kodeċiżjoni titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Hija tfakkar fl-importanza li jiġu rrispettati strettament il-perijodi ta’ skadenza stabbiliti fl-Artikolu  189b tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u tikkonferma li r-rikors, previst fil-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu, għal perijodi ta’ skadenza itwal ma għandux jiġi kkunsidrat ħlief f ’każ ta’ ħtieġa assoluta. Il-perijodu ta’ skadenza reali bejn it-tieni qari tal-Parlament Ewropew u l-eżitu tal-ħidmiet tal-Kumitat ta’ konċiljazzjoni ma għandu fl-ebda każ ikun iktar minn disa’ xhur.

(22) Dikjarazzjoni Nru 34 mehmuża mal-Att finali tal-KIG li adottat it-Trattat ta’ Amsterdam. Id-dikjarazzjoni għadha fis-seħħ.

Page 33: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 31

II

(Komunikazzjonijiet)

DIKJARAZZJONIJIET KOMUNI

PARLAMENT EWROPEW

KUNSILL

KUMMISSJONI

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-PROĊEDURA TA'KODEĊIŻJONI (ARTIKOLU 251 TAT-TRATTAT KE)

(2007/C 145/02)

PRINĊIPJI ĠENERALI

1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, minn hawn 'il quddiem imsemmija flimkien l-'istituz-zjonijiet', jinnotaw li l-prattika attwali, li tinvolvi taħdidiet bejn il-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoniu ċ-chairmen tal-kumitati relevanti u/jew rapporteurs tal-Parlament Ewropew u bejn il-ko-presidenti tal-Kumitat tal-Konċiljazzjoni, uriet is-siwi tagħha.

2. L-istituzzjonijiet jikkonfermaw li din il-prattika, li żviluppat fl-istadji kollha tal-proċedura ta' kodeċiżjoni,għandha tibqa' titħeġġeġ. L-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw il-metodi ta' ħidma tagħhombil-ħsieb li jagħmlu użu aktar effettiv tal-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tal-proċedura ta' kodeċiżjoni kifstabbilit fit-Trattat KE.

3. Din id-Dikjarazzjoni Konġunta tiċċara dawn il-metodi ta' ħidma u l-arranġamenti prattiċi sabiex dawnjiġu segwiti. Din timla fuq il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-“Tfassil Aħjar tal-Liġijiet” (1) u b'mod par-tikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu rigward il-proċedura ta' kodeċiżjoni. L-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħ-hom b'mod sħiħ li jirrispettaw dawn l-impenji skond il-prinċipji ta' trasparenza, responsabilizzazzjoni ueffiċjenza. F'dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex isir progressfuq il-proposti ta' simplifikazzjoni filwaqt li jiġi rispettat l-acquis communautaire.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkoperaw in bona fede matul il-proċedura kollha bil-ħsieb li jirrikonċiljawil-pożizzjonijiet tagħhom kemm jista' jkun u b'hekk iwittu t-triq, fejn ikun xieraq, għall-adozzjoni ta' l-att konċernat fi stadju bikri tal-proċedura.

5. B'dan il-għan fi ħsiebhom, huma għandhom jikkoperaw permezz ta' kuntatti interistituzzjonali xierqasabiex jimmonitorjaw il-progress tax-xogħol u janalizzaw il-grad ta' konverġenza fl-istadji kollha tal-pro-ċedura ta' kodeċiżjoni.

6. L-istituzzjonijiet, skond ir-regoli ta' proċedura interni tagħhom, jimpenjaw ruħhom li jwettqu skambjuregolari ta' informazzjoni dwar il-progress tad-dossiers ta' kodeċiżjoni. Għandhom jiżguraw li l-kalen-darji tax-xogħol rispettivi tagħhom ikunu koordinati kemm jista' jkun b'mod illi jippermetti t-tmexxijatal-proċedimenti b'mod koerenti u konverġenti. Għaldaqstant, ser jaħdmu sabiex jistabbilixxu skeda ta'żmien indikattiva għall-istadji varji li jwasslu għall-adozzjoni finali ta' proposti leġiżlattivi differenti, fil-waqt li jirrispettaw b'mod sħiħ in-natura politika tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

30.6.2007 C 145/5Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni EwropeaMT

(1) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

ANNESS III

Page 34: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

32 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

7. Il-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-kuntest tal-kodeċiżjoni ta' sikwit tieħu l-għamla ta' laqgħat bejntliet partijiet (“trijalogi”). Din is-sistema ta' trijalogu wriet il-vitalità u l-flessibbiltà tagħha biż-żieda sinifi-kattiva tal-possibiltajiet għal ftehim fl-istadji ta' l-ewwel u tat-tieni qari, kif ukoll ikkontribwiet għall-pre-parazzjoni tax-xogħol tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

8. Trijalogi bħal dawn normalment jitmexxew f'qafas informali. Jistgħu jsiru fl-istadji kollha tal-proċedurau f'livelli differenti ta' rappreżentazzjoni, skond in-natura tad-diskussjoni mistennija. Kull istituzzjonigħandha, skond ir-regoli ta' proċedura tagħha stess, taħtar il-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa, tiddefi-nixxi l-mandat tagħha għan-negozjati, u tinforma lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-arranġamenti għal-laqgħatfil-ħin.

9. Kemm jista' jkun, kwalunkwe abbozz ta' test ta' kompromess imressaq għal diskussjoni f'laqgħa li se ssirgħandu jiġi ċċirkolat minn qabel lill-parteċipanti kollha. Biex tiġi mtejba t-trasparenza, it-trijalogi li jsirufil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill għandhom jitħabbru, fejn ikun prattikabbli.

10. Il-Presidenza tal-Kunsill ser tagħmel ħilitha biex tattendi l-laqgħat tal-kumitati parlamentari. Sejra tik-kunsidra b'attenzjoni u kif jixraq it-talbiet li tirċievi sabiex tipprovdi informazzjoni relatata mal-pożiz-zjoni tal-Kunsill.

L-EWWEL QARI

11. L-istituzzjonijiet għandhom jikkoperaw in bona fede bil-ħsieb li jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhomkemm jista' jkun biex fejn ikun possibbli l-atti jkunu jistgħu jiġu adottati fl-ewwel qari.

Ftehim fl-istadju ta' l-ewwel qari fil-Parlament Ewropew

12. Għandhom jiġu stabbiliti kuntatti xierqa sabiex jiffaċilitaw it-tmexxija tal- proċedimenti fl-ewwel qari.

13. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawn il-kuntatti u għandha teżerċita d-dritt ta' inizjattiva tagħhab'mod kostruttiv bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt litqis kif dovut il-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet u l-irwol mogħti lilha mit-Trattat.

14. Fejn jintlaħaq ftehim permezz ta' negozjati informali fit-trijalogu, il-President tal-Coreper għandu jib-għat, permezz ta' ittra liċ-chairman tal-kumitat parlamentari konċernat, id-dettalji tas-sustanza tal-fte-him, f' għamla ta' emendi għall-proposta mill-Kummissjoni. Din l-ittra għandha tindika r-rieda tal-Kun-sill li jaċċetta dak ir-riżultat, suġġett għal verifika legali-lingwistika, filkaż li dan ikun ikkonfermat bil-votazzjoni fil-plenarja. Kopja ta' dik l-ittra għandha tintbagħat lill-Kummisjoni.

15. F'dan il-kuntest, fejn il-konklużjoni ta' dossier fl-ewwel qari tkun imminenti, għandha tkun disponibblifaċilment u minnufih l-informazzjoni dwar l-intenzjoni li jintlaħaq ftehim.

Ftehim fl-istadju tal-pożizzjoni komuni

16. F'każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, jistgħu jissoktaw il-kuntattisabiex jintlaħaq ftehim fl-istadju tal-pożizzjoni komuni.

17. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawn il-kuntatti u għandha teżerċita d-dritt ta' inizjattiva tagħhab'mod kostruttiv bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt litqis kif dovut il-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet u r-rwol mogħti lilha mit-Trattat.

18. Fejn jintlaħaq ftehim f' dan l-istadju, iċ-chairman tal-kumitat parlamentari konċernat għandu jindika, f'it-tra lill-President tal-Coreper, ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-plenarja li tiġi aċċettata l-pożizzjoni komunital-Kunsill mingħajr emendi, suġġetta għal konferma tal-pożizzjoni komuni mill-Kunsill u għal verifikalegali-lingwistika. Kopja ta' l-ittra għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

IT-TIENI QARI

19. Fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, il-Kunsill għandu jispjega bl-aktar mod ċar possibbli r-raġunijiet liwassluh biex jadotta l-pożizzjoni komuni tiegħu. Waqt it-tieni qari tiegħu, il-Parlament Ewropewgħandu kemm jista' jkun iqis dawn ir-raġunijiet u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni.

20. Qabel ma jibgħat il-pożizzjoni komuni, il-Kunsill għandu jagħmel ħiltu biex iqis, b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, id-data tat-trażmissjoni tagħha biex jiżgura l-effiċjenza mas-sima tal-proċedura leġiżlattiva fit-tieni qari.

30.6.2007C 145/6 Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni EwropeaMT

Page 35: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 33

Ftehim fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament Ewropew

21. Għandhom jissoktaw il-kuntatti xierqa hekk kif il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tintbagħat lill-ParlamentEwropew, bil-ħsieb li jinkiseb intendiment aħjar tal-pożizzjonijiet rispettivi li b'hekk iwassal lill-proċe-dura leġiżlattiva għal konklużjoni malajr kemm jista' jkun.

22. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita kuntatti bħal dawn u tagħti l-opinjoni tagħha bil-ħsieb li tirrikonċiljal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li tqis kif dovut il-bilanċ bejn l-istituzzjoni-jiet u l-irwol mogħti lilha mit-Trattat.

23. Fejn jintlaħaq ftehim permezz ta' negozjati informali fi trijalogu, il-President tal-Coreper għandu jibgħat,permezz ta' ittra liċ-chairman tal-kumitat parlamentari konċernat, id-dettalji tas-sustanza tal-ftehim, f'għamla ta' emendi għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill. Din l-ittra għandha tindika r-rieda tal-Kunsill lijaċċetta dak ir-riżultat, suġġett għal verifika legali-lingwistika, filkaż li tiġi kkonfermata b'votazzjoni fil-plenarja. Kopja ta' dik l-ittra għandha tintbagħat lil-Kummisjoni.

KONĊILJAZZJONI

24. Jekk jidher evidenti li l-Kunsill ma jkunx f'pożizzjoni li jaċċetta l-emendi kollha tal-Parlament Ewropewfit-tieni qari u meta l-Kunsill ikun lest biex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu, jiġi organizzat l-ewwel trija-logu. Kull istituzzjoni għandha, skond ir-regoli ta' proċedura tagħha stess, taħtar il-parteċipanti tagħhagħal kull laqgħa u tiddefinixxi l-mandat tagħha għan-negozjati. Il-Kummissjoni għandha tindika liż-żewġdelegazzjonijiet, fl-iktar stadju bikri possibbli, l-intenzjonijiet tagħha fir-rigward ta' l-opinjoni tagħhadwar l-emendi fit-tieni qari tal-Parlament Ewropew.

25. It-trijalogi għandhom isiru matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni kollha bil-ħsieb li jinsabu soluzzjonijietgħal kwistjonijiet pendenti u li jippreparaw il-bażi biex tintlaħaq ftehim fil-Kumitat tal-Konċiljazzjoni. Ir-riżultati tat-trijalogi għandhom jiġu diskussi u possibilment jiġu approvati fil-laqgħat ta' l-istituzzjonijietrispettivi.

26. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jissejjaħ mill-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parla-ment Ewropew u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

27. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-proċedimenti tal-konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivikollha meħtieġa bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Inizjattivibħal dawn jistgħu jinkludu abbozzi ta' testi ta' kompromess li jqisu l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewro-pew u tal-Kunsill u b'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-irwol mogħti lill-Kummissjoni mit-Trattat.

28. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jkun presedut b'mod konġunt mill-President tal-Parlament Ewro-pew u mill-President tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu preseduti b'mod alternat minnkull ko-president.

29. Id-dati u l-aġendi għal laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jiġu stabbiliti b'mod konġuntmill-ko-presidenti bil-ħsieb tat-tħaddim effettiv tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni matul il-proċedura tal-kon-ċiljazzjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonsultata dwar id-dati previsti. Il-Parlament Ewropewu l-Kunsill għandhom jirriservaw, għal raġunijiet ta' gwida, dati xierqa għal proċedimenti ta' konċiljaz-zjoni u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

30. Il-ko-presidenti jistgħu ipoġġu diversi dossiers fuq l-aġenda fi kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat ta' Konċil-jazzjoni. Minbarra s-suġġett prinċipali (“punt-B”), fejn ikun għadu ma ntlaħaqx ftehim, jistgħu jinfetħuu/jew jingħalqu l-proċeduri ta' konċiljazzjoni dwar suġġetti oħrajn mingħajr diskussjoni dwar dawn il-punti (“punt-A”).

31. Filwaqt li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward l-iskadenzi, il-Parlament Ewropew u l-Kun-sill għandhom, kemm jista' jkun, iqisu il-ħtiġijiet marbuta ma' l-iskedar tal-ħinijiet, b'mod partikolaridawk li jirriżultaw minn waqfiet fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet u mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewro-pew. F'kull każ, il-waqfa fl-attivitajiet għandha tkun qasira kemm jista' jkun.

32. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jiltaqa' b'mod alternat fil-bini tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,sabiex il-faċilitajiet, inklużi l-faċilitajiet ta' interpretazzjoni, jinqasmu b'mod indaqs.

33. Il-proposta mill-Kummissjoni, il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u l-opinjoni tal-Kummissjoni dwarha, l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew, l-opinjoni tal-Kummisjoni dwarhom u dokument ta' ħidmakonġunt mill-Parlament Ewropew u mid-delegazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. Dan id-dokument ta' ħidma għandu jgħin lill-utenti biex jidentifikaw il-kwist-jonijiet relevanti faċilment u biex jirreferu għalihom b'mod effiċjenti. Bħala regola ġenerali, il-Kummiss-joni għandha tippreżenta l-opinjoni tagħha fi żmien tliet ġimgħat minn meta tkun irċeviet uffiċjalmentir-riżultat tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u mhux aktar tard mill-bidu tal-proċeduri tal-konċiljaz-zjoni.

30.6.2007 C 145/7Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni EwropeaMT

Page 36: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

34 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

34. Il-ko-presidenti jistgħu jippreżentaw testi għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

35. Ftehim dwar test konġunt għandu jiġi stabbilit f'laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew, sussegwente-ment, bi skambju ta' ittri bejn il-ko-presidenti. Kopji ta' dawn l-ittri għandhom jintbagħtu lill-Kummiss-joni.

36. Jekk il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jilħaq ftehim dwar test konġunt, it-test għandu, wara li ssir il-finaliz-zazzjoni legali-lingwistika, jiġi preżentat lill-ko-president għall-approvazzjoni formali. Madankollu, f'ka-żijiet eċċezzjonali u sabiex jiġu rispettati l-iskadenzi, jista' jiġi ppreżentat abbozz ta' test konġunt lill-ko-presidenti għall-approvazzjoni tagħhom.

37. Il-ko-presidenti għandhom jibagħtu t-test konġunt approvat lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' ittra ffirmata b'mod konġunt. Fejn il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma jkunx jista' jaqbelfuq test konġunt, il-ko-presidenti għandhom jinformaw lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kun-sill b'dan, f'ittra ffirmata b'mod konġunt. Dawn l-ittri għandhom iservu bħala rekord uffiċjali. Kopji ta'dawn l-ittri għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. Id-dokumenti ta' ħidma użatiwaqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni ser ikunu aċċessibbli fir-Reġistru ta' kull istituzzjoni ladarba l-proċe-dura tkun konkluża.

38. Is-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, għandhom jaġixxu b'mod kon-ġunt bħala s-segretarjat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, f' assoċjazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kum-missjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

39. F'każ li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li huwa essenzjali li jiġu estiżi t-termini msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, għandhom javżaw lill-President ta' l-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni dwardan.

40. Fejn jintlaħaq ftehim fl-ewwel jew fit-tieni qari, jew waqt il-konċiljazzjoni, it-test miftiehem għandu jiġifinalizzat mis-servizzi legali-lingwistiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġixxu f'koperazzjonimill-qrib u bi ftehim reċiproku.

41. M'għandomx isiru bidliet lil kwalunkwe test miftiehem mingħajr il-ftehim espliċitu, fil-livell xieraq,kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill.

42. Il-finalizzazzjoni għandha titwettaq filwaqt li jitqiesu l-proċeduri differenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-iskadenzi għall-konklużjoni tal-proċeduri interni. L-istituzzjo-nijiet jintrabtu sabiex ma jużawx l-iskadenzi stabbiliti għall-finalizzazzjoni legali-lingwistika ta' l-atti biexjinfetħu mill-ġdid diskussjonijiet dwar kwistjonijiet sostantivi.

43. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaqblu dwar preżentazzjoni komuni tat-testi preparati b'mod konġunt minn dawk l-istituzzjonijiet.

44. L-istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom, kemm jista' jkun, sabiex jużaw klawsoli standard aċċet-tabbli reċiprokament sabiex jiġu inkorporati fl-atti adottati permezz tal-kodeċiżjoni b'mod partikolaridwar dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni (skond id-deċiżjonital-“komitoloġija” (1)), id-dħul fis-seħħ, it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' atti u r-rispett għad-dritt ta'l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

45. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu konferenza stampa konġunta biex iħabbrur-riżultat ta' suċċess tal-proċess leġiżlattiv fl-ewwel jew fit-tieni qari, jew fil-konċiljazzjoni. Għandhomjagħmlu ħilthom ukoll biex joħorġu stqarrijiet konġunti għall-istampa.

46. Wara l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ta' att leġiżlattiv taħt il-proċedura ta' kodeċiż-joni it-test għandu jiġi preżentat għall-firma lill-President tal-Parlament Ewropew, lill-President tal-Kunsillu lis-Segretarji Ġenerali ta' dawk l-istituzzjonijiet.

47. Il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jirċievu t-test għall-firma fil-lingwi rispettivitagħhom u għandhom, kemm jista' jkun, jiffirmaw it-test flimkien f'ċerimonja konġunta li tiġi organiz-zata kull xahar bil-għan li jiġu ffirmati atti importanti fil-preżenza tal-midja.

30.6.2007C 145/8 Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni EwropeaMT

(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimen-tazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23). Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200,27.7.2006, p. 11).

Page 37: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 35

48. It-test iffirmat b'mod konġunt għandu jintbagħat għall-pubblikazzjoni lill-Ġurnal Uffiċjali ta' l-UnjoniEwropea. Il-Pubblikazzjoni għandha normalment issir fi żmien xahrejn mill-adozzjoni ta' l-att leġiżlattivmill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

49. Jekk waħda mill-istituzzjonijiet tidentifika żball klerikali jew żball ovvju f'test (jew f'waħda mill-verżjoni-jiet lingwistiċi tiegħu), din għandha tavża lill-istituzzjonijiet l-oħrajn minnufih. Jekk l-iżball ikun f'att lijkun għadu ma ġiex adottat mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, is-servizzi legali-lingwistiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jippreparaw il-corrigendum meħtieġ f'koperazzjoni mill-qrib. Fejn dan l-iżball jikkonċerna att li jkun diġà ġie adottat minn waħda jew miż-żewġ istituzzjonijiet,sew jekk ikun ippubblikat kif ukoll jekk ma jkunx, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadot-taw, bi ftehim komuni, corrigendum jew rettifika mfassla skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Magħmul fi Brussel, fit-tlettax -il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sebgħa.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Il-President

Għall-Kummissjoni tal-KomunitajietEwropej

Il-President

30.6.2007 C 145/9Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni EwropeaMT

Page 38: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

36 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

ANNESS IV

BAŻIJIET LEGALI GĦALL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Bażi legali deskrizzjoni punti proċedurali (23)

Artikolu 14 Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

Artikolu 15(3) Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet

Artikolu 16(2) Awtoritajiet superviżorji indipendenti għall-protezzjoni ta’ data personali

Artikolu 18 Il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza

Artikolu 19(2) Prinċipji bażiċi tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

Artikolu 21(2) Il-faċilitazzjoni tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni

Artikolu 24 Inizjattiva taċ-ċittadini

Artikolu 33 Kooperazzjoni doganali

Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu

Applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

Konsultazzjoni mal-KESE

(23) Fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ir-regola tal-votazzjoni tal-Kunsill hija l-maġġoranza kwalifikata. Mill-1  ta’  Novembru  2014, din il-maġġoranza kwalifikata hi ddefinita fl-Artikolu 16(4) TUE u l-Artikolu 238(2) TFUE. Jekk fil-votazzjoni ma jipparteċipawx il-membri kollha tal-Kunsill, allura japplika l-Artikolu 238(3) TFUE. Bħala miżura transitorja, bejn l-1  ta’  Novembru  2014 u l-31  ta’  Marzu  2017, membru tal-Kunsill jista’ jitlob li l-maġġoranza kwalifikata tinħadem b’sistema ta’ voti peżati definiti fl-Artikolu 3(2) sa (4) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.

Page 39: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 37

Artikolu 43(2) Organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 46 Moviment liberu tal-ħaddiema Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 48 Regoli tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti

Artikolu 294, soġġett għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48

Artikolu 50(1) Libertà ta’ stabbiliment Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 51, it-tieni subparagrafu

Esklużjoni ta’ ċerti attivitajiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment

Artikolu 52(2) Koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet għal arranġamenti speċjali għall-istabbiliment ta’ ċittadini barranin

Artikolu 53(1) Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki bil-ħsieb tal-libertà ta’ stabbiliment

Artikolu 56, it-tieni subparagrafu

Estensjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi

Artikolu 59(1) Liberalizzazzjoni tas-servizzi Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 62 Esklużjoni ta’ ċerti attivitajiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar trattament speċjali għal ċittadini barranin fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki bil-ħsieb tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Page 40: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

38 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Artikolu 64(2) Movimenti ta’ kapital lejn u minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett

Artikolu 75, l-ewwel paragrafu

Miżuri amministrattivi fir-rigward tal-prevenzjoni tat-terroriżmu, applikabbli għall-movimenti tal-kapital u għall-pagamenti

Artikolu 77(2) Miżuri dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni

Artikolu 78(2) Miżuri dwar sistema komuni Ewropea tal-asil

Artikolu 79(2) Politika komuni dwar l-immigrazzjoni

Artikolu 79(4) Miżuri għall-għoti ta’ inċentivi u appoġġ għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

Artikolu 81(2) Kooperazzjoni ġudizzjarja f ’materji ċivili

Artikolu 82(1) Kooperazzjoni ġudizzjarja f ’materji kriminali Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b)

Artikolu 82(2) Regoli minimi dwar ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f ’materji kriminali

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 82(3)

Artikolu 83(1) Regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment serja u transkonfinali

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 83(3)

Artikolu 83(2) Approssimazzjoni tal-liġijiet (regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet)

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 83(3)

Artikolu 84 Miżuri sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b)

Artikolu 85(1) Struttura, operazzjoni, qasam ta’ azzjoni u kompiti tal-Eurojust

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b)

Page 41: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 39

Artikolu 87(2) Miżuri dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b)

Artikolu 88(2) Struttura, operazzjoni, qasam ta’ azzjoni u kompiti tal-Europol

Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 76(b)

Artikolu 91(1) Politika komuni tat-trasport (bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni)

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 100(2) Politika komuni tat-trasport (trasport bil-baħar u bl-ajru)

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 114(1) Miżuri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fis-suq intern

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 116, it-tieni paragrafu

Eliminazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

Artikolu 118, l-ewwel paragrafu

Miżuri għall-protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni

Artikolu 121(6) Regoli għall-proċedura tas-sorveljanza multilaterali għall-politiki ekonomiċi

Artikolu 129(3) Emenda ta’ ċerti artikoli tal-Istatuti tas-SEBĊ Inizjattiva leġiżlattiva dwar rakkomandazzjoni mill-BĊE (b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni) jew fuq proposta mill-Kummissjoni (b’konsultazzjoni mal-BĊE)

Artikolu 133 Miżuri neċessarji għall-użu tal-euro Konsultazzjoni mal-BĊE

Artikolu 136(1) Ċerti miżuri speċifiċi dwar l-euro Artikolu 294, soġġett għall-Artikolu 136(2) u l-Artikolu 238(3)

Page 42: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

40 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Artikolu 149, l-ewwel paragrafu

Miżuri ta’ inċentiva fil-qasam tal-impjiegi Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 153(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Ċerti miżuri dwar il-politika soċjali Artikolu 294, soġġett għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(2)Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 157(3) Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u x-xogħol

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 164 Regolamenti ta’ implimentazzjoni relatati mal-Fond Soċjali Ewropew

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 165(4), l-ewwel inċiż

Miżuri ta’ inċentiva fil-qasam tal-edukazzjoni Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 166(4) Miżuri dwar il-politika tat-taħriġ vokazzjonali Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 167(5), l-ewwel inċiż

Azzjonijiet ta’ inċentiva fil-qasam tal-kultura Konsultazzjoni mal-KtR

Artikolu 168(4) Ċerti miżuri fl-isfera tas-saħħa pubblika Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 168(5) Ċerti miżuri dwar is-saħħa tal-bniedem Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 169(3) Miżuri ta’ appoġġ u supplementari fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 172, l-ewwel paragrafu

Linji gwida, azzjoni u appoġġ għall-proġetti ta’ interess komuni fl-isfera tan-netwerks trans-Ewropej

Artikolu 294, soġġett għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Page 43: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 41

Artikolu 173(3) Miżuri speċifiċi ta’ appoġġ fil-qasam tal-industrija

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 175, it-tielet paragrafu

Azzjonijiet speċifiċi (barra mill-Fondi Strutturali) fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 177, l-ewwel paragrafu

Kompiti, objettivi prijoritarji u organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 177, l-ewwel paragrafu

Regoli ġenerali u dispożizzjonijiet oħrajn applikabbli għall-Fondi Strutturali

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 177, it-tieni paragrafu

Ħolqien ta’ Fond ta’ Koeżjoni fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 178 Regolamenti ta’ implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-FEŻR

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 182(1) Programm qafas pluriennali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 182(5) Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni taż-żona ta’ riċerka Ewropea

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 188, it-tieni paragrafu

Ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tal-programm qafas pluriennali għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

Konsultazzjoni mal-KESE

Artikolu 189(2) Miżuri rigward il-politika Ewropea dwar l-ispazju

Artikolu 192(1) Ċerti aspetti tal-politika ambjentali Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 192(3) Adozzjoni ta’ programmi ta’ azzjoni ġenerali li jistabbilixxu l-objettivi prijoritarji tal-politika ambjentali

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Page 44: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

42 GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA | MT | Marzu 2016

Artikolu 194(2) Politika dwar l-enerġija, bl-eċċezzjoni tal-miżuri ta’ natura fiskali

Konsultazzjoni mal-KESE u l-KtR

Artikolu 195(2) Azzjoni fis-settur tat-turiżmu

Artikolu 196(2) Azzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili

Artikolu 197(2) Miżuri meħtieġa fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni

Artikolu 207(2) Qafas għall-implementazzjoni tal-politika kummerċjali komuni

Artikolu 209(1) Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp

Artikolu 212(2) Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika

Artikolu 214(3) Definizzjoni tal-qafas għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja

Artikolu 214(5) Regoli u proċeduri għall-funzjonament tal-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

Artikolu 224 Regolamenti tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew

Artikolu 257, l-ewwel paragrafu

Stabbiliment ta’ qrati speċjalizzati annessi mal-Qorti Ġenerali

Inizjattiva leġiżlattiva tista’ tkun fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja (b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni) jew fuq proposta mill-Kummissjoni (b’konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja)

Page 45: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 43

Artikolu 281, it-tieni paragrafu

Emenda ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Inizjattiva leġiżlattiva tista’ tkun fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja (b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni) jew fuq proposta mill-Kummissjoni (b’konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja)

Artikolu 291(3) Regoli u prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri

Artikolu 298(2) Dispożizzjonijiet dwar l-amministrazzjoni Ewropea

Artikolu 322(1)(a)

Ċerti regoli finanzjarji (inkluża l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet)

Konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 322(1)(b)

Regoli li jipprevedu l-kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji

Konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 325(4) Miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 336 Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni

Konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn interessati

Artikolu 338(1) Miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika

Page 46: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

L-EWWEL QARI TAL-PEMingħajr limitu ta’ żmien

L-EWWEL QARI TAL-KUNSILLMingħajr limitu ta’ żmien

Proposta tal-Kummissjoni

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel

qari

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari

approvata

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-PE

fl-ewwel qari

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Kunsill

PE

IT-TIENI QARI TAL-PE3 (+1) xhur

IT-TIENI QARI TAL-KUNSILL3 (+1) xhur

PE

Emendi approvati

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari miċħuda

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill

fl-ewwel qari

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-1 qari approvata

jew nuqqas tal-PE li jaġixxi

fiż-żmien stipulat

Emendi

Kunsill

Emendi mhux approvati

6 (+2) ġimgħatKONĊILJAZZJONI

6 (+2) ġimgħatIT-TIELET QARI6 (+2) ġimgħat

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Test konġunt ma jiġix approvat

Test konġunt approvat

It-test konġunt ma jiġix adottat

Test konġunt adottat

Test konġunt adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

PE

Kunsill

Tlaqqigħ tal-Kumitat

ta’ Konċiljazzjoni

It-test konġunt ma jiġix adottat

Page 47: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

L-EWWEL QARI TAL-PEMingħajr limitu ta’ żmien

L-EWWEL QARI TAL-KUNSILLMingħajr limitu ta’ żmien

Proposta tal-Kummissjoni

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel

qari

Pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari

approvata

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-PE

fl-ewwel qari

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Kunsill

PE

IT-TIENI QARI TAL-PE3 (+1) xhur

IT-TIENI QARI TAL-KUNSILL3 (+1) xhur

PE

Emendi approvati

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari miċħuda

Att adottat fil-formulazzjoni li

tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Kunsill

fl-ewwel qari

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-1 qari approvata

jew nuqqas tal-PE li jaġixxi

fiż-żmien stipulat

Emendi

Kunsill

Emendi mhux approvati

6 (+2) ġimgħatKONĊILJAZZJONI

6 (+2) ġimgħatIT-TIELET QARI6 (+2) ġimgħat

Att adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Test konġunt ma jiġix approvat

Test konġunt approvat

It-test konġunt ma jiġix adottat

Test konġunt adottat

Test konġunt adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

L-att jitqies li ma ġiex adottat

Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

PE

Kunsill

Tlaqqigħ tal-Kumitat

ta’ Konċiljazzjoni

It-test konġunt ma jiġix adottat

ANNESS VPROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA — TABELLA FIL-QOSOR

Marzu 2016 | MT | GwidA GħAll-proċedurA leġiżlATTivA ordinArjA 45

Page 48: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEB IL-PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-UE

Pubblikazzjonijiet bla ħlas:

• kopja waħda: permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• iżjed minn kopja waħda jew posters/mapep: mir-rappreżentanzi tal-Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/represent_mt.htm), mid-delegazzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex fl-UE (http://eeas.europa.eu/delegations/index_mt.htm), billi tikkuntatja s-servizz Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/index_mt.htm) jew ċempel 00 800 6 7 8 9 10 11 (numru tat-telefown bla ħlas minn kullimkien fl-UE) (*).

(*) L-informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it-telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini tat-telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Pubblikazzjonijiet bi ħlas:

• permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu).

Page 49: Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja · 2017. 10. 23. · Punt ‘’A’’ Punt fl-aġenda tal-Kunsill ippreżentat għal adozzjoni mingħajr ... Ara s-sentenza tal-14

Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 (0)2 281 61 11www .consilium .europa .eu

Print PDFISBN 978-92-824-5492-3 ISBN 978-92-824-5464-0doi:10.2860/02391 doi:10.2860/54056QC-04-15-816-MT-C QC-04-15-816-MT-N