Ħarġa edukattiva

34
L-istudenti tas-sitt sena Skola Primarja Gżira

Upload: brook

Post on 15-Jan-2016

95 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Ħarġa Edukattiva. L-istudenti tas-sitt sena Skola Primarja Gżira. GĦAR DALAM. Fl-24 t’Ottubru aħna morna n żuru Għar Dalam u Ħagar Qim biex insiru n afu iktar dwar il -Pre- istorja. Il –gwida qalilna li d-dinja ilha teżisti madwar 600, 000, 000 sena. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Ħarġa Edukattiva

L-istudenti tas-sitt senaSkola Primarja Gżira

Page 2: Ħarġa Edukattiva
Page 3: Ħarġa Edukattiva

Fl-24 t’Ottubru aħna morna nżuru Għar Dalam u Ħagar Qim biex insiru nafu iktar dwar il-Pre-istorja.

Page 4: Ħarġa Edukattiva

Il –gwida qalilna li d-dinja ilha teżisti madwar 600, 000, 000 sena.

Page 5: Ħarġa Edukattiva

Hawnhekk rajna snien ta’ annimali li illum m’għadhomx jgħixu hawn.

Page 6: Ħarġa Edukattiva

Qrajna informazzjoni dwar l-iljunfanti li kienu jgħixu hawn.

Page 7: Ħarġa Edukattiva

L-istudenti neżlin lejn Għar Dalam

Page 8: Ħarġa Edukattiva

Il-gwida jurina s-siġra nazzjonali ta’ l-Għargħar

Page 9: Ħarġa Edukattiva

Stajna naraw ukoll Widnet il-Baħar, il-pjanta nazzjonali

Page 10: Ħarġa Edukattiva

Minn hemm ittawwalna lejn Wied Dalam

Page 11: Ħarġa Edukattiva

Il-gwida ġentilment fehemna fuq is-siġra tal-Ħarrub.

Page 12: Ħarġa Edukattiva

Ftit qabel ma dħalna ġo l-għar.

Page 13: Ħarġa Edukattiva

Din turina l-ilma li kien jgħaddi mill-wied minn ġol-għar u jibqa’ sejjer il-

baħar.

Page 14: Ħarġa Edukattiva

Ġewwa l-għar stajna naraw l-iskavi li għamlu l-arkeologi biex sabu l-għadam

tal-annimali.

Page 15: Ħarġa Edukattiva

Iktar ‘l ġewwa stajna naraw l-istalagmiti u stalaktiti.

Page 16: Ħarġa Edukattiva

Striħajna ftit qabel ma komplejna lejn Ħagar Qim.

Page 17: Ħarġa Edukattiva

Qabel ma tlaqna dħalna fil-Mużew ta’ Għar Dalam u rajna skeletri ta’ annimali li tagħhom sabu l-għadam fl-għar fosthom ċriev, volpi, ors zgħir, iljunfanti eċċ.

Page 18: Ħarġa Edukattiva

Skeletri ta’ annimali

Page 19: Ħarġa Edukattiva
Page 20: Ħarġa Edukattiva

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim juruna li n-nies tal-qedem kienu jaduraw l-allat foloz.

Page 21: Ħarġa Edukattiva

Qabel ma dħalna, il-gwida dawwarna mal-mużew u fehemna kif dawn

inbnew.

Page 22: Ħarġa Edukattiva

Fit-tempju sabu statwa tal-Mara Ħoxna mingħajr ras.

Page 23: Ħarġa Edukattiva

Qalilna ukoll li Filfla hija protetta bil-liġi u fuqha jgħixu gremxul u l-gawwija l-

bajda.

Page 24: Ħarġa Edukattiva

Minn bejn żewġ menħir tista’ tara lil Filfla ukoll.

Page 25: Ħarġa Edukattiva

Hawnhekk rajna kif

kienu jġorru

ġebel kbir billi

jagħmlu ġebel tondi

taħthom.

Page 26: Ħarġa Edukattiva

Qabel ma dħalna fit-tempju, rajna xi mudelli tiegħu.

Page 27: Ħarġa Edukattiva

It-tempju huwa mgħotti b’tinda kbira biex tipproteġih kontra l-elementi tat-temp.

Page 28: Ħarġa Edukattiva

Din il-ġebla tiżen madwar 20 tunnellata.

Page 29: Ħarġa Edukattiva

Spjegalna li hemm erba’ daħliet għat-tempju.

Page 30: Ħarġa Edukattiva

Din it-toqba tirrifletti x-xemx skont l-istaġuni.

Page 31: Ħarġa Edukattiva

Ġebla kbira mimduda – DolmenĠebla kbira wieqfa - Menħir

Page 32: Ħarġa Edukattiva

Dawwarna mat-tempju u spjegalna x’kien isir gewwa fih.

Page 33: Ħarġa Edukattiva

Għalkemm ma nżilniex fit-Tempju tal-Imnajdra, stajna narawh

minn fuq.

Page 34: Ħarġa Edukattiva

Qabel ma tlaqna ħadna ritratt bħala rikordju.