id-direttorat gĦal kwalitÀ u standards fl … · mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”....

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba L-Għaxar Sena Rotta 1 2017 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 20 Is-Smigħ 20 Ix-Xogħol Tul is-Sena 10 Il-Qari u l-Kitba 50 IT-TOTAL 100 Taqsima 1A 1B 1D 2A 2B TOTAL Marka 8 8 5 14 8 7 50 Marka tal- Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ Rotta 1

Upload: others

Post on 06-Nov-2019

13 views

Category:

Documents

0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

L-GĦAXAR SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb

riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 20

Is-Smigħ 20

Ix-Xogħol Tul is-Sena 10

Il-Qari u l-Kitba 50

IT-TOTAL 100

Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 2A 2B TOTAL

Marka 8 8 5 14 8 7 50

Marka

tal-

Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Rotta 1

Page 2: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (35 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-Vulkan Vessuvju Il-Vulkan Vessuvju, li jinsab qrib ħafna ta’ Napli, baqa’

msemmi minħabba li kien qered kompletament iż-żewġt

ibliet ta’ Pompej u Erkolanum meta dan żbroffa fis-sena 79

Wara Kristu. Min forsi xi darba sema’ b’din l-istorja jew

inkella ra l-film Pompeii, jaf il-ħerba kbira li ħalla dan

il-vulkan fl-iżbroff ta’ dak iż-żmien. Allura tistgħu

timmaġinaw x’jiġri jekk il-Vessuvju, li huwa kkunsidrat

bħala wieħed mill-aktar perikolużi fid-dinja, jerġa’ jiżbroffa

bl-istess qawwa llum il-ġurnata! (par.1)

Milli jidher, skont l-esperti f’dan il-qasam, il-mistoqsija mhijiex jekk il-Vessuvju jiżbroffax jew le iżda

meta dan se jiżbroffa! Il-ġeoloġi u l-vulkanoloġisti li jinsabu kontinwament jistudjaw dan il-vulkan, qed

isostnu li l-Vessuvju wasal biex jiżbroffa u għaldaqstant bħalissa jinsab taħt il-lenti 24 siegħa kuljum.

Bħala prevenzjoni, f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-awtoritajiet Taljani ħejjew ukoll pjan ta’ evakwazzjoni

għall-bliet tal-madwar li jinsabu f’dawk li huma magħrufa bħala żoni ħomor. Bħalissa hemm madwar

600,000 ruħ jgħixu f’dawn it-tmintax-il belt. (par.2)

Il-pjan juri biċ-ċar kif jistgħu jiġu evakwati dawn il-bliet sa minn 72 siegħa qabel ma jseħħ l-iżbroff.

L-esperti qed javżaw lill-Gvern Taljan li l-pjan għandu jiġi estiż ukoll għall-belt ta’ Napli. Huma jsostnu

li jekk l-iżbroff tal-vulkan ikun b’saħħtu ħafna, jista’ jitfa’ lava sa 12-il mil ’il bogħod, b’ċans kbir li

jordom saħansitra din il-belt minkejja li mhijiex waħda mill-ibliet li jinsabu f’żoni ħomor. Jekk jiġri

hekk, il-ħajja ta’ madwar 3 miljun persuna tista’ tkun fil-periklu. L-aħħar darba li żbroffa l-Vessuvju

kienet fl-1944. Dan l-iżbroff kien wieħed żgħir tant li ma tantx ikkawża ħsara. Fih kienu mietu 26

persuna. (par.3)

(Addattata minn Wasal biex jiżbroffa?, mir-rivista Mużajk, Novembru, 2016)

Page 3: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 3 minn 12

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. Qrib liema belt Taljana jinsab il-Vulkan Vessuvju? (par.1)

_____________________________________________________________________________(marka)

2. Semmi waħda mill-bliet li l-Vessuvju kien qered fis-sena 79 Wara Kristu. (par.1)

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________(marka)

3. Għaliex dan il-vulkan jinsab taħt il-lenti tal-esperti “24 siegħa kuljum”? (par.2)

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________(marka)

4. Minħabba dan it-tbassir, x’ħejjew l-awtoritajiet Taljani u għal min? (par.2)

___________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2 marki)

5. Kemm hu l-ammont ta’ bliet li jinsabu f’żoni ħomor? (par.2)

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________(marka)

6. L-aħħar żbroff tal-Vessuvju jitqies bħala wieħed żgħir. Għaliex? (par.3)

_____________________________________________________________________________(marka)

7. Għaliex skont l-esperti anke l-belt ta’ Napli hi fil-periklu jekk ikun hemm żbroff tal-Vessuvju

minkejja li mhijiex fiż-żoni ħomor? (par.3)

___________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________(marka)

___

8 marki

Page 4: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

1B. Il-Grammatika

Aqra din is-silta.

Il-larinġ ta’ Malta huwa prodott imfittex mill-konsumatur, imma mhux l-istess għal-larinġ

tal-bakkaljaw. Peress illi huwa qares ħafna, ma jittikilx, u jitħalla fis-siġar li mbagħad jaqa’ taħthom.

Fl-antik, is-siġar tal-bakkaljaw kienu jintużaw biex fuqhom jitlaqqmu l-varjetajiet l-oħra tal-larinġ.

Illum ħadd ma għadu jħawwilhom imma għad fadal numru ġmielu speċjalment fil-masġar tal-Buskett.

Minkejja dan, il-ġamm tal-bakkaljaw isir bi proċess ħafif u huwa wkoll ġest sabiħ meta jingħata bħala

rigal! (Silta addattata ta’ Alden Grima meħuda mir-rivista Nisġet Artna, Ħarġa Numru 9, 2016 )

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.

1. Agħti l-plural ta’ “konsumatur”.

2. Agħti s-singular ta’ “varjetajiet”.

3. Sib mis-silta nom proprju ta’ post f’Malta.

4. Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”.

5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv?

larinġ – rigal – prodott

6.

Minn “mfittex” innisslu n-nom verbali

“tfittxija” jew “tiftix”.

Oħroġ nom verbali minn “jitlaqqmu”.

7.

L-aġġettiv superlattiv ta’ “ħafif ” huwa

“l-eħfef ”.

Agħti l-grad superlattiv ta’ “sabiħ”.

8.

Ifred din is-sentenza f’żewġ sentenzi. Tinsiex

tagħmel it-tibdil li hemm bżonn

fil-punteġġjatura:

“Il-larinġ ta’ Malta huwa prodott imfittex

mill-konsumatur, imma mhux l-istess jingħad

għal-larinġ tal-bakkaljaw.”

______________________________________

______________________________________

______________________________________

___

8 marki

Page 5: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 5 minn 12

1Ċ. Il-Kitba Komunikattiva

Immaġina li trid tikteb AVVIŻ ta’ madwar 50-70 kelma fuq il-paġna ta’ sit soċjali dwar attività li se

torganizza l-għaqda li int imsieħeb fiha.

Bl-għajnuna tat-tabella tas-sit (ara hawn taħt), ikteb id-dettalji kollha meħtieġa. Importanti li tikteb

b’Malti tajjeb.

Isem l-attività hu ___________________________________________

L-iskop tagħha huwa ________________________________________

___________________________________________________________

Din se ssir nhar _____________________________________________

Bħala ħin se tibda ___________________________________________

Se jkun hemm_______________________________________________

___________________________________________________________

___________________________________________________________

___________________________________________________________

___________________________________________________________

Narawkom

___

5 marki

Page 6: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

1D. Il-Komponiment

Ikteb bejn 180 u 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti f’paġni 7 u 8. (12-il marka)

1. Dakinhar domt ħafna biex irqadt!

Ikteb storja dwar x’wassal u x’ġara dakinhar li domt ma rqadt. Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin

jistgħu jgħinuk:

Fejn kont?

Meta kienet din il-ġurnata u fi xħin?

X’kont għamilt qabel?

Kont waħdek?

X’għamilt?

Kif ħassejtek?

X’ġara?

2. Pajjiż barrani li nixtieq inżur.

F’dan il-komponiment trid tiddeskrivi pajjiż li tixtieq iżżur. Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu

jgħinuk:

Liema hu dak il-pajjiż li tixtieq iżżur?

Għaliex tixtieq li żżuru?

Kif sirt taf bih?

X’taf dwaru?

Hemm xi postijiet jew xi affarijiet partikolari li tixtieq tara?

Ma’ min tixtieq tmur?

Taħseb li tiġik ħafna flus biex tmur f’dan il-pajjiż u meta l-aħjar li tmur?

3. Il-ħbieb: jgħinuk jew jgħarrquk?

F’dan il-komponiment trid tiddiskuti r-rwol u t-tipi ta’ ħbieb li nesperjenzaw f’ħajjitna. Dawn

il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu jgħinuk:

Kif taħseb li l-ħbieb jistgħu jgħinuk f’ħajtek?

Kif tkun taf li dawn tassew huma ħbieb li jridu jgħinuk?

Kif għandek tistma lil dawn it-tip ta’ ħbieb?

Għaliex jaf ikun hemm ħbieb li jistgħu jgħarrquk?

B’liema mod dawn jistgħu jħallu impatt negattiv fuqek?

Kif għandek tikkonsidrahom?

Kollox ma’ kollox, kif tagħraf ħbieb tajbin minn dawk inqas tajbin?

___

14-il marka

Page 7: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 7 minn 12

Uża dan l-ispazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (2 marki)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

In-numru tal-komponiment magħżul: _______

Page 8: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

Page 9: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 9 minn 12

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (15-IL MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)

Aqra sewwa din is-silta mill-poeżija Quo Vadis? ta’ Rużar Briffa u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Waħidha,

fuq l-għolja ġeblija,

imbiegħda mill-bqija ta’ ħutha

fil-qalb ħadranija

5 tal-wied,

ix-xwejħa ħarruba,

magħtuba

mit-toqol tas-snin,

qed tħares madwarha

10 ħa tara

il-għaġla tan-nies għaddejjin.

... U taħseb:

kemm huma mgħaġġlin,

fejn huma sejrin

15 għal dejjem bla sabar

min-nieqa sal-qabar

dal-ħalja bnedmin?

Fejn huma l-għeruq?

Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ?

20 Qatt lilhom ma tlajjem is-sħana tax-xemx?

Għaliex ftit mistrieħ

għalihom ma hemmx,

u l-lehma biss tagħhom

il-ħajja tas-suq?

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżija.

1. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.

a. Il-poeta qed jirreferi għall-ħarruba bħala

(i) tfajla adoloxxenti.

(ii) mara xiħa.

b. Il-ħarruba qed tosserva

(i) l-ambjent li qed jinqered madwarha.

(ii) l-ħajja mgħaġġla tan-nies ta’ madwarha. (2 marki)

___

8 marki

Page 10: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

2. Agħżel it-tajba billi timmarka fil-kaxxa tat-tweġiba t-tajba.

personifikazzjoni mistoqsija rettorika rima

(i) mgħaġġlin (v.13) sejrin (v.14)

(ii) qed tħares madwarha (v.9)

(iii) Qatt lilhom ma trażżan il-bewsa tar-riħ? (v.19) (3 marki)

3. X’differenza hemm bejn il-ħajja tal-ħarruba fl-ewwel strofa u dik tan-nies fit-tieni strofa?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

(2 marki)

4. Xi jrid ifisser il-poeta meta jgħid “min-nieqa sal-qabar” (v.16)

___________________________________________________________________________________

(marka)

2B. Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Aqra sewwa din is-silta meħuda mir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann ta’ Francis Ebejer u wieġeb

il-mistoqsijiet fuqha.

Il-Baruni Mark Antonin de los Ingallos tal-Imdina u l-bidwija Dinglija Rużann, forsi ħabbew

wisq lil xulxin.

Rużann naqqset ħafna mill-ħarġiet tagħha fir-raħal meta beda juri biċ-ċar li kienet tqila.

Mark Antonin ried jiżżewwiġha.

Rużann, li issa mħabbitha kienet bla qies u lil hinn minn tarf il-ħajja ta’ fuq din l-art, ma riditx,

xtaqet kemm xtaqet, li tagħmlu żewġha. Beżgħet li żwieġ magħha seta’ jisfa’ ta’ deni għalih u

għall-qagħda soċjali tiegħu. Għalxejn tennielha li hu minnha biss kien jimpurtah. Ġegħlitu jiskarta aktar

u aktar l-inħawi tar-raħal ħalli ismu ma jiġix imżeblaħ u mkasbar minn ilsien in-nies.

___

7 marki

Page 11: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017 Paġna 11 minn 12

Għalxejn sostna bit-talb tiegħu.

Rużann żammet iebes u baqgħet tgħid le. Mill-ewwel għamlitha bid-dieher ma’ ommha u ma’

missierha li ma kinux ser jindaħlulha.

Meta binha twieled, ġimgħa biss qabel il-festa ta’ Santa Marija, hemm fir-razzett stess, mal-ħoss

tal-baqar tagħhom, u hi tatu l-isem ta’ Karmenu għal nannuha, il-kelma malajr ġriet mar-raħal kollu.

Kien hemm nies li riedu joħdulha t-tarbija u jagħtuh lis-sorijiet biex irabbuh huma.

Rużann riedet trabbih hi stess. Bla ħabi ta’ xejn.

U hekk għamlet.

Tatu kunjomha.

Mara Maltija, omm-xebba fid-dalma soċjali ta’ raħal ċkejken tas-seklu dsatax, fuq irdumijiet

ħorox, taħt il-lampa qawwija tax-xemx, fost l-għajdut, ħniena ftit li xejn...

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq din is-silta.

1. F’din is-silta, niltaqgħu ma’ żewġ personaġġi ewlenin li bejniethom nibtet relazzjoni ta’ mħabba.

Min huma?

_____________________________________________________________________________(marka)

2. Agħżel it-tajba billi taqta’ linja taħtha.

Iż-żewġ personaġġi ewlenin tas-silta kienu ġejjin

(i) minn klassijiet soċjali differenti.

(ii) mill-istess klassi soċjali.

(iii) mill-istess familja.

(marka)

3. Fil-bidu tas-silta naqraw li wieħed minn dawn il-personaġġi ppropona ż-żwieġ. Min ipproponieh

u għaliex il-persuna l-oħra ma riditx? Importanti li ssaħħaħ l-argumenti tiegħek u tista’ tikkwota

wkoll mis-silta mogħtija.

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________(2 marki)

Page 12: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Mis-silta sib in-nom mimmat ta’ “siġar”. 5. Liema minn dawn in-nomi hu fil-kollettiv? larinġ – rigal – prodott 6. Minn

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 1 – 2017

4. Minn din ir-relazzjoni titwieled tarbija. X’semmewha din it-tarbija?

__________________________________________________________________________

(marka)

5. “...il-kelma malajr ġriet mar-raħal kollu. Kien hemm nies li riedu joħdulha t-tarbija u jagħtuh

lis-sorijiet biex irabbuh huma.”

Minn din il-frażi naraw li s-soċjetà Maltija f’dawk iż-żminijiet kienet____________________

___________________________________________________________________________

(marka)

6. Mis-silta, ikkwota frażi li toħroġ il-karattru sod ta’ Rużann, l-omm-xebba Maltija.

___________________________________________________________________________

(marka)

Tmiem il-Karta