il beatitudnijiet 2

38
Il- Beatitudnijie t http://www.youtube.com/watch? v=O9ek5YQmBmk Ċentru Ġesù Feddej Santa Margerita Mosta SITT SENA TA’ KATEKEŻI It-tieni parti

Upload: katekisti-sta-margerita

Post on 20-Jun-2015

1.003 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

It-tieni parti tal-Beatitudnijiet

TRANSCRIPT

Page 1: Il beatitudnijiet 2

Il-Beatitudnijiet

http://www.youtube.com/watch?v=O9ek5YQmBmk

Ċentru Ġesù FeddejSanta Margerita Mosta

SITT SENA TA’ KATEKEŻI

It-tieni parti

Page 2: Il beatitudnijiet 2

Ġesù qal:Henjin ta' qalbhom ħelwa għax huma jkollhom b'wirthom l-art.

Li tkun ta’ qalb ħelwa tfisser li tkun

ġentili u qalbek tajba.

Page 3: Il beatitudnijiet 2

Ma jfissirx li tħalli lil ħaddieħor jagħmel li jrid bik.

Page 4: Il beatitudnijiet 2

Tfisser minflok li tkun ħanin fi kliemek u f’dak li

tagħmel.

Page 5: Il beatitudnijiet 2

Tfisser li tuża r-rigali li tak Alla għal ħaddieħor.

Page 6: Il beatitudnijiet 2

Li tkun bil-ġuħ u l-għatx għall-

ġustizzja jfisser li taqsam ma’ min hu

fil-bżonn.

Ġesù qal:Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja għax huma jkunu mxebbgħin.

Page 7: Il beatitudnijiet 2

Ġustizzja tfisser li

timxi b’mod xieraq u bil-

fier.

Page 8: Il beatitudnijiet 2

Int qatt kont tassew bil-ġuħ? Li l-istonku tisimgħu jgerger waħda wara l-oħra? U ma’ kull tgergira tħoss rasek ser tisplodi bl-uġigħ?

Ma taħseb f’xejn, ħlief kif ser isib x’tiekol u kif ser jieqaf l-uġigħ.

Page 9: Il beatitudnijiet 2

Għal dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja, iridu l-ħajja fuq din l-art tkun bħal dik fis-sema.

Page 10: Il beatitudnijiet 2

… ikun li trid int fis-sema hekk ukoll fl-art …

Page 11: Il beatitudnijiet 2

Jafu li dan huwa impossibli iżda jixxennqu u jaħdmu għal din il-ħajja.

Page 12: Il beatitudnijiet 2

Dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx għandhom il-

wegħda li r-rieda ta’ Alla sseħħ.

Page 13: Il beatitudnijiet 2

Ġesù qal:Henjin dawk li jħennu għax huma jsibu ħniena.

Meta tħenn ifisser li taħfer lil dawk li

għamlulek id-deni.

Page 14: Il beatitudnijiet 2

Dawk li jħennu jaħfru minkejja dak kollu li l-ieħor ikun ħaqqu.

Page 15: Il beatitudnijiet 2

Il-ħniena tfisser li tagħżel

li ma tpattix u ma tikkastigax.

Page 16: Il beatitudnijiet 2

Hekk hi l-ħniena ta’ Alla għalina. Huwa l-Missier li

jaħfrilna u li jiksina bl-imħabba tiegħu.

Page 17: Il beatitudnijiet 2

… aħfrilna dnubietna bħal ma naħfru lil min hu ħati

għalina …Aħna rridu nuru ħniena ma’ ta’ madwarna bl-istess mod li Alla juri ħniena magħna.

Page 18: Il beatitudnijiet 2

Ġesù qal:Henjin dawk li huma safja f'qalbhom għax huma jaraw 'l Alla.

Li tkun safi f’qalbek tfisser li ma tkunx

egoist.

Page 19: Il beatitudnijiet 2

Dawk li huma safja

f’qalbhom ma jagħmlux il-ġid għall-gwadann personali.

Page 20: Il beatitudnijiet 2

Meta tagħti mingħajr ma tistenna xejn lura hija att ta’ mħabba.Meta tagħti mingħajr ma tistenna xejn lura, issib il-ferħ.

Page 21: Il beatitudnijiet 2

Ġesù qal:Henjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla.

Li ġġib il-paċi jfisser li tkun strument biex fid-dinja ġġib il-paċi li jixtieq Alla.

Page 22: Il beatitudnijiet 2

Li taħdem għall-paċi hija xi ħaġa sabiħa ħafna, imma tista’ tkun ta’ sfida wkoll.

Page 23: Il beatitudnijiet 2

Meta xi ħadd iweġġgħek, malajr issib ruħek lest biex tpatti.

Page 24: Il beatitudnijiet 2

Minn iġib il-paċi jsolvi problema mingħajr ma jasal li juża vjolenza.

Page 25: Il beatitudnijiet 2

Meta nimxu fuq il-passi ta’ Ġesù

u nuru l-imħabba kif għamel hu, insiru tabilħaqq ulied Alla.

Page 26: Il beatitudnijiet 2

Ġesù qal:Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Li tkun ippersegwitat tfisser li xi wħud jimxu miegħek b’mod

inġust minħabba li int tkun għażilt li timxi wara Ġesù biex

issib il-hena.

Page 27: Il beatitudnijiet 2

Jista’ jkun li jwaqqgħuk għaċ-ċajt għax tagħżel li tħobb u turi ħniena, għax taħdem għall-paċi u għall-ġustizzja.Mhix għażla faċli.

Page 28: Il beatitudnijiet 2

Imma Ġesù qal li dawk li jagħżlu lijimxu warajh, tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Page 29: Il beatitudnijiet 2

Dawn huma l-BEATITUDNIJIET.

• Int lest li tgħixhom?

• Int lest li tkun tassew ferħan?

Page 30: Il beatitudnijiet 2

Int lest li titlaq kollox u tiddependi l-ewwel fuq Alla ?

Int lest li tkun fqir fl-ispirtu ?

Page 31: Il beatitudnijiet 2

Int lest li taħdem biex id-dinja tkun aħjar ?

Int lest li titnikket ?

Page 32: Il beatitudnijiet 2

Int lest li tkun ta’ qalb ħelwa ?

Page 33: Il beatitudnijiet 2

Int lest li tuża r-rigali li

għandek b’ġenerożit

à u biex tgħin lil

ħaddieħor ?

Page 34: Il beatitudnijiet 2

Int lest li tkun bil-ġuħ u bil-għatx biex ħaddieħor isib il-ġustizzja ?Int lest li tgħix u tfittex dak li hu tajjeb ?

Page 35: Il beatitudnijiet 2

Int lest li tħenn u taħfer ?

Page 36: Il beatitudnijiet 2

Int lest li tagħti lilek innifsek lil Alla ?

Lest li tkun safi f’qalbek ?

Page 37: Il beatitudnijiet 2

Lest li ġġib il-paċi madwarek ?

Page 38: Il beatitudnijiet 2

Ġesù wrina t-triq għal vera

hena.Int x’ser tagħmel?

Ser tgħixha?