il-belt ta’ marija - lourdes confraternity qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu...

12
Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes AD1878, Parroçça Santa Marija Qrendi Mariapolis Il-Belt ta’ Marija Óar©a 8 Festa Nru 139 – Lulju 2017

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

60 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes AD1878, Parroçça Santa Marija Qrendi

Mari

apoli

sIl

-Belt

ta’ M

arija

Óar©a 8 Festa Nru 139 – Lulju 2017

Page 2: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

2 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017Mariapolis

Page 3: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Din hija t-tmien sena konsekuttiva li l-Konfraternità Lourdes qegħda twassal il-messaġġ tagħha fid-djar Qrendin permezz tar-rivista tagħha MARIAPOLIS (Il-Belt ta’ Marija). Kif nistgħu naraw matul il-medda ta’ dawn il-139 sena mit-twaqqif tagħha, l-Konfraternità Lourdes ibbenefikat minn servizz ta’ volontarjat kontinwu sabiex setgħet twassal il-messaġġ ta’ Lourdes fil-gżejjer Maltin. Il-membri tal-Konfraternità Lourdes taw mhux biss il-ħin prezzjuż tagħhom, imma saħansitra sostnew finanzjarjament lill-Konfraternità u l-Parroċċa sabiex matul is-snin il-Komunità jkollha liturġija animata kif xieraq. Dan kollu sar minkejja li ż-żminijiet mhux dejjem kienu faċli għall-Konfraternità biex tilħaq l-għanijiet pastorali tagħha. Dan qegħdin ngħiduh biex napprezzaw dejjem aktar dak li rnexxielna niksbu matul iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur li ġejjin ser inkunu qegħdin invaraw diversi proġetti sabiex niċċelebraw l-400 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi u l-140 sena mit-twaqqif tal-Konfraternità Lourdes it-tnejn fl-2018.

Grazzi mill-qalb tmur lejn dawk kollha li jagħtu l-kontribut u s-sehem tagħhom biex din il-ħarġa ssir realtà, fosthom l-artikolisti u l-fotografi. Bħala Grupp Mexxej nixtiequ nirringrazzjaw lill-familjari tagħna li dejjem jifhmuna u jagħtuna l-appoġġ sħiħ tagħhom sabiex matul is-sena kollha nkomplu naħdmu biex inwasslu l-messaġġ ta’ Lourdes.

Grazzi lis-Sinjura Deborah Mifsud tal-issettjar tar-rivista, grazzi mill-qalb lis-Sur Mario Abela, il-Management u l-ħaddiema kollha ta’ Best Print Co. Ltd. għall-għajnuna u l-paċenzja tagħhom. Grazzi wkoll lis-Sur John Buttigieg għall-qari tal-provi, liema xogħol huwa meħtieġ sabiex din il-pubblikazzjoni tilħaq il-livell meħtieġ. Grazzi lill-Kappillan Dun Glen Buhagiar, il-Kleru tal-Parroċċa, id-diversi saċerdoti li jagħtu s-servizz tagħhom lil Konfraternità, is-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera tal-Qrendi talli jkomplu jemmnu fina, jifhmuna, jimlewna bil-kuraġġ u jagħtuna s-sapport tagħhom biex il-ħidma tal-Konfraternità tkompli tagħti l-frott meħtieġ anki fiż-żminijiet diffiċli li qed ngħixu fihom illum.

Grazzi wkoll lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes u lis-Sezzjonijiet kollha fi ħdanha talli jieħdu ħsieb il-Festi esterni b’tant dedikazzjoni u sagrifiċċju, u talli jikkordinaw magħna

bħala Konfraternità sabiex il-qofol tal-Festa dejjem jibqgħu ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi lilkom ilkoll li tagħtu l-appoġġ tagħkom matul is-sena kollha b’risq il-Konfraternità Lourdes.

Dejjem f’qalbna l-Immakulata Kunċizzjoni taħt it-titlu minn ta’ Lourdes

L-akbar punt ta’ influwenza tad-duttrina ta’ Ġwanni Duns Skotu kienet id-difiża tal-Immakulat Konċepiment ta’ Marija. Duns Skotu kien favur il-privileġġ singulari mogħti lil Marija li tkun ippreservata mid-dnub tan-nisel. Skont xi teologi u filosofi, id-dnub tan-nisel tneħħa biss wara li Ġesù kien imsallab fuq is-salib. Iżda Duns Skotu emmen li l-Madonna hija Immakulata għax ġiet ippreservata mid-dnub billi Kristu applika minn qabel il-merti tal-passjoni u l-mewt tiegħu lil ommu. B’hekk il-Madonna ġiet ippreservata mill-ewwel ħtija qabel it-tnissil tagħha. Għalhekk IMMAKULATA.

Dak li qal Ġwanni Duns Skotu, aktar tard issarraf f’Domma ta’ fidi meta fit-tmienja ta’ Diċembru 1854 l-Papa Piju IX (li mexxa l-Knisja bejn 1846 u 1878) iddikjara li Marija ġiet imnissla mingħajr ebda tebgħa ta’ dnub. Kien bis-saħħa ta’ Duns Skotu li l-Knisja waslet għad-definizzjoni tal-Immakulata. Il-kliem li juża l-Papa fil-Bolla INEFFABILIS DEUS, huwa xhieda tad-duttrina Marjoloġika ta’ Ġwanni Duns Skotu. Il-Papa qal “Marija sa mill-ewwel waqt tat-tnissil tagħha, bi privileġġ uniku ta ‘Alla, u għall-merti ta’ Ġesù Feddej, ġiet ippreservata minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel.” Dan huwa l-istess kliem li kien jgħid Skotu.

Duns Skotu iddefenda ħafna t-tagħlim marbut mal-Immakulata Kunċizzjoni, u għalhekk mhix ħaġa kbira li hu magħruf bħala l-aqwa difensur tagħha. L-imħabba li kellu Skotu lejn Marija u l-Ispirtu Serafiku ta’ San Franġisk t’Assisi huwa riflessi fit-teoloġija tiegħu, l-aktar fl-importanza li jagħti lil Kristu bħala ċentru tal-”ħolqien” tiegħu.

“JIENA JIEN L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI” qalet Marija lil Bernardette fl-1858 meta dehritilha ġewwa Lourdes. Dan jikkonferma dak li dejjem għallem Ġwanni Duns Skotu. Minn hawn inħeġġu lil kulħadd sabiex bħal Ġwanni Duns Skotu aħna wkoll inkunu difensuri tal-Immakulata Kunċizzjoni, mhux biss matul il-ġimgħa tal-Festa imma matul is-sena kollha u kulfejn inkunu.

Introduzzjoni mill-Grupp Mexxej tal-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi

3Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017 Mariapolis

Page 4: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Ħidmet il-Konfraternità 2016/2017Ħidmet il-Konfraternità Lourdes hija mifruxa fuq is-

sena kollha. Il-Grupp Mexxej kompla jiltaqa’ b’mod regolari matul is-sena kollha sabiex jieħu ħsieb it-tmexxija tal-Konfraternità. Bħala Konfraternità ipparteċipajna fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi kollha organizzati fil-parroċċa tagħna u saħansitra f’irħula w ibliet fejn ġejna mistiedna, fosthom fl-Imqabba u ż-Żejtun.

Fis-16 ta’ Ottubru 2016, il-Grupp Mexxej organizza ċelebrazzjoni Marjana fejn morna nżuru l-Knisja tal-Madonna ta’ Porto Salvo (San Filippu Neri), l-Isla fejn intqalet it-talba tar-Rużarju u wara saret quddiesa fil-post fejn San Filippu Neri, Protettur tal-Konfraternità Lourdes huwa meqjum f’Malta.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena tal-Ġublew tal-ħniena, il-Konfederazzjoni tal-Fratellanzi Taljani, ‘Confederazione Italiane delle Confraternite’, organizzat ‘Cammino per I Giovani Confrati’ ġewwa l-Vatikan Ruma bejn it-22 u t-23 t’Ottubru 2016 (Mixja għal membri tal-Konfraternitajiet Żgħażagħ bit-titlu #NOI CI SIAMO). Il-Konfraternità Lourdes tal-Qrendi għal darb’oħra kompliet tikteb l-istorja b’ittri tad-deheb għaliex ipparteċipat b’mod sħiħ f’din il-mixja, u għalhekk għamlet unur lil Qrendi u lil Fratelli Żgħażagħ Maltin kollha. Grazzi mill-qalb tmur lejn is-Sur David Schembri (Sindku tal-Qrendi) li għoġbu jakkumpanja lil membri tal-Konfraternità fil-Vatikan.

Il-Konfraternità Lourdes kompliet tieħu ħsieb il-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħha, fosthom il-webpage bl-isem www.lourdesconfraternityqrendi.com kif ukoll il-paġna ta’ facebook bl-isem Lourdes Confraternity Qrendi – Malta. Matul ix-xhur li għaddew il-Grupp Mexxej kompla jindokra l-patrimonju ta’ paramenti sagri propjetà tal-Konfraternità Lourdes tal-Qrendi.

Proġett Bandalora tal-KonsorelliWara t-tlestija tal-ewwel fażi ta’ ħidma li kienet tinvolvi

l-konservazzjoni u r-restawr tal-pittura tal-Madonna ta’ Lourdes, xogħol l-artist Giuseppe Bonnici li kienet fi stat ħażin ħafna, issa kien imiss li l-Grupp Mexxej jiffoka l-ħidma tiegħu fuq it-tieni fażi ta’ dan il-proġett billi inxtara drapp li jqarreb kemm jista’ jkun lejn dak oriġinali, u ssir il-ħjata meħtieġa biex il-bandalora terġa’ lura fl-istat oriġinali tagħha wara ħafna snin. Minn hawnhekk il-Konfraternità Lourdes tirringrazzja lir-restawratur is-Sur Anthony Spagnol, lill-ħajjata is-Sinjura Carmena Zammit, u lill-membri konsulturi tal-Konfraternità Lourdes is-Sur Rosario Agius u lis-Sur Johnny Abdilla għall-ħidma tagħhom biex dan il-proġett jitlesta. Għalhekk bħala Konfraternità inħeġġu lil kulħadd japprezza l-ħidma li saret fuq din il-Bandalora fil-jiem tal-Festa meta l-Bandalora kompluta se tkun esebita flimkien ma’ dik ta’ San Filippu Neri.

Proġett Domni Konsorelli Dan il-proġett s-sura tiegħu wara li s-Sinjura Catherine

Galea (il-mara tal-President tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes) li b’dispjaċir kbir ħalliet din id-dinja s-sena l-oħra, ħarġet b’din l-idea u wara l-Quddiesa tal-Morda tas-Sena l-oħra kellmet membri mill-Grupp Mexxej u dwar dan u għamlet donazzjoni ta’ Euro100 sabiex dan il-proġett seta’ jiġi ikkonsidrat. L-idea ta’ Catherine kienet li l-Konsorelli, bħall-Fratelli jiddistingu lilhom infushom billi jilbsu domna maħduma għalihom. Minn hawnhekk inwegħdu li din l-inizjattiva ser inkomplu naħdmu fuqha biex fi żmien mhux ’il bogħod, invaraw dan il-proġett għall-Konsorelli tal-Konfraternità.

4 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017Mariapolis

Page 5: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Proġett Damask Ġdid – Festa Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi

Hija ħasra li għal dawn l-aħħar snin, il-festa ddedikata lil Ommna Marija taħt it-titlu ta’ Lourdes ġiet iċċelebrata mneżżgħa minn kull damask fil-Knisja. Dan kien riżultat taż-żmien li għamel tiegħu fuq id-damask li kien jintrama għall-festa ta’ Lourdes u l-festi liturġiċi ewlenin ta’ matul is-sena, bir-riżultat li meta kellu jitwarrab ma sarx ieħor floku.

Bħala Konfraternità kienu diversi d-drabi li fihom ġbidna l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-Knisja, l-aktar dwar il-fatt li l-flus għad-damask li llum jintrama għall-festa titulari kienu miġbura mill-parruċċani kollha tar-raħal bil-ħsieb li dan ikun jista’ jitgawda fil-festi ewlenin kollha, madankollu din id-deċiżjoni nbidlet mingħajr ma saret konsultazzjoni biex sal-ġurnata tal-lum id-damask għadu jintrama għal festa waħda biss. F’dan il-kuntest il-Konfraternità ma tistax ma tqisx din id-deċiżjoni bħala mottiv li seta’ ġab firda u pika bla bżonn fost l-aħwa fil-komunità, u filwaqt li tibqa’ mpenjata favur l-għaqda sħiħa, ma tistax tinjora din l-inġustizzja daqslikieku ma teżistix. Dan bla dubju dejjem għamilnieh u nibqgħu nagħmluh fi spirtu ta’ djalogu u b’sens ta’ responsabbiltà li joħorġu mill-istess eżistenza tal-Konfraternità li tisħaq fuq il-prinċipju tal-irġulija u s-sens komun.

Għadaqstant u fid-dawl li issa għaddew diversi snin bla ma ttieħdet deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti fi ħadan il-Knisja f’dan ir-rigward, il-Konfraternità Lourdes kienet proattiva, u b’sens qawwi ta’ maturità, responsabblità, umiltà, u għaqda li wara kollox jipplażmaw il-valuri li jagħmluna dak li aħna, preżentajna rikors sabiex il-Konfraternità Lourdes tal-Qrendi tagħmel damask ġdid għall-Festa tal-

Madonna ta’ Lourdes tal-Qrendi. Mingħajr mistħija nixtiequ nsostnu li dan il-pass għamilnieh għaliex tassew nemmnu li Ommna Marija hi Omm waħda li għandha diversi titli, u li hi Omm ir-raħal kollu tal-Qrendi bla distinzjoni jew favur.

Ir-rikors tressaq għand l-awtoritajiet tal-Kurja mill-Kunsill Pastorali parrokkjali, u issa qed nistennew bil-ħerqa li nirċievu risposta pożittiva biex tibda l-ħidma fuq id-damask il-ġdid li għandha twassal biex din is-sitwazzjoni anomala ma tibqax aktar.

GħeluqIl-Konfraternità Lourdes tixtieq tieħu l-okkażjoni tifraħ

lill-Prof Dun Manwel Agius wara li reġa’ nħatar membru fil-European Group of Ethics, lill-Qrendi Football Club għall-promozzjoni fl-ewwel diviżjoni, u lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes f’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tal-Banda Lourdes, l-ewwel Banda imwielda fir-raħal tal-Qrendi.

Grazzi mill-qalb tmur lejn is-Surmast Tony Pace u l-Kor Sine Macula, filwaqt li nilqgħu fostna lil Mro. Prof Dione Buhagiar u l-Kor Collegium Musicum li minn din is-sena ser jibdew jieħdu ħsieb l-animazzjoni tal-Festa.

Bħala Konfraternità nixtiequ nagħmlu appell lil kulħadd sabiex inkunu ġenerużi fid-donazzjonijiet tagħna sabiex isiru l-Festi Interni kif ukoll sabiex il-Konfraternità tkompli bil-proġetti tagħha. L-aħħar appell tagħna hu sabiex il-Festa ad unur il-Madonna ta’ Lourdes tkun verament Festa Marjana billi kull wieħed minna jipparteċipa bi sħiħ fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u jersaq lejn is-Sagramenti, kif ukoll billi niċċelebraw mingħajr ma’ nweġġgħu lil ħadd.

5Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017 Mariapolis

Page 6: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Ġunju 2017 Armar tal-paramenti sagri bi preparazzjoni ghal

Festa tal-Madonna ta’ Lourdes mill-membri tal-Grupp Mexxej tal-Konfraternita tal-Beata Vergni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi.

Is-Sibt 24 ta’ Ġunju 2017 7.30pm Ħruġ tax-xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes min-

niċċa sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Konfraternità Lourdes.

It-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2017 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-

Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-familji u tfal animata mill-

Katekisti.Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal-familji kollha. It-Tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Wara il-quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-barka sagramentali.

It-Tlieta 27 ta’ Ġunju 2017 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-

Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi

Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Kant ser jitmexxa mill-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Waqt il-quddiesa ser ikun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL); l-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal-Providenza; u entitajiet oħra li sena wara sena joffru s-servizz tagħhom sabiex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija.

L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2017 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-

Kurunella. 6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet

Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju 2017L-Ewwel Jum tat-Tridu 7.45am Quddiesa. Kif jibda t-Tqarbin, il-Ministri

Straordinarji tat-Tqarbin se jwasslu l-Ewkaristija lill-morda kollha tal-parroċċa.

6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella 6.30pm Quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn Fr Keith

Scicluna. Wara il-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina,

il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Programm tal-Festa Interni 2017Madonna ta’ Lourdes Qrendi

– “Bħal Marija nifirħu u nittamaw fil-Mulej”

6 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017Mariapolis

Page 7: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017It-Tieni Jum tat-Tridu 7.45am Quddiesa kantata 6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella 6.30am Quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn Fr Keith

Scicluna. Wara il-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina,

il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 1 ta’ Lulju 2017It-Tielet Jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa 7.45am Quddiesa kantata 6.00pm Rużarju u tingħad it-talba tal-Kurunella 6.30pm Quddiesa bit-talba tal-Għasar kantat. Il-

predikatur waqt il-Quddiesa ser ikun Fr Keith Scicluna. Wara il-quddiesa jsir il-kant tas-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2017Jum il-Festa 6.00am Quddiesa Kantata 7.00am Quddiesa Kantata 8.00am Korteo li jitlaq minn fejn is-sede tal-Kunsill

Lokali tal-Qrendi fejn membri tal-Konfraternità Lourdes jakkumpanjaw lis-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera flimkien mad-Diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-Quddiesa

Kantata Solenni. Il-Korteo ikun immexxi minn bandisti membri tal-Konfraternita Lourdes.

8.30am Quddiesa Kantata Solenni immexxija mill-W.R. Kan. Dun Karm Attard, fl-okkażżjoni tal-50 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali. Wara l-Vanġelu Wisq Rev. Dun Karm Merċieca, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M, taż-Żurrieq, jinseġ il-Paniġierku tal-Festa. Il-Quddiesa Solenni ser tkun akkumpanjata mill-Kor Collegium Aureum u l-Kor Parrokkjali Magnificat.

11.00am Quddiesa Kantata 6.00pm Għasar solenni 7.00pm Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna ta’

Lourdes immexxija mill- W.R. Kan. Dun Antoine Borg flimkien mal-Kappillan u l-Kleru tal-Parroċċa u akkumpanjata mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi, mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba, mill-Confraternità dell SS. Crocifisso (Monreale), u Konfraternitajiet oħrajn. Lejn tmiem il-purċissjoni issir Aux Flambeaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex insellmu lil Ommna Marija u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi fen isir talb għall-fejqan tal-morda.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Awwissu 2017 Armar ta’ Paramenti Sagri tal-Konfraternità Lourdes għall-FestaTitularita’SantaMarija.Awwissu 2017 Ġbirta’Fondimill-GruppMexxejtal-KonfraternitàLourdesIt-Tlieta 15 ta’ Awwissu 2017 Parteċipazzjonifil-PurċissjoniSolennibil-varata’SantaMarija.Awwissu 2017 ĠemellaġġLokali.Parteċipazzjonifil-Pellegrinaġġbl-istatwa tal-Madonnata’Lourdesġewważ-Żejtun.Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2017 Parteċipazzjonifil-Purċissjonibil-varatal-Madonnataċ-Ċintura.Il-Ħadd 1 ta’ Ottubru 2017 Parteċipazzjonifil-Purċissjonibil-varatal-Madonnatar-Rużarju.

Impenji oħra tal-Konfraternità Lourdes għas-Sena 2017

Il-Mużika tal-Festa ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Prof. Dr. Dion Buhagiar (Maestro di Capella Cathedralis Emeritus). Il-Konfraternità Lourdes tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja organizzati mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi. Tkun ħaġa xierqa li kulħadd jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u tat-Tqarbin f’dawn il-jiem ta’ Festa.

Navżaw illi is-Sibt, lejliet il-Festa, ikun hawn konfessur barrani għall-Qrar.

7Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017 Mariapolis

Page 8: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Waqt li kienet fid-dar ta’ Żakkarija u Eliżabetta, Marija tiftaħ fommha u tfaħħar ’il Alla tal-għeġubijiet kbar li hu għamel magħha u mal-poplu t’Iżrael. Imma f’dak l-innu sabiħ tal-Magnificat, hi wkoll tittama fil-ħniena t’Alla. Il-ħniena ta’ Alla, Marija ġarrbitha iktar minn kulħadd, għax fil-ħniena kbira tiegħu u ħelisha milli tiċċappas bid-dnub tan-nisel, ħalli verament Hi tkun għamara xierqa għall-Feddej.

Marija, taħt is-Salib taddotana bħala wliedha; imma fil-verità, din l-omm tidħol u tinterċedi għal bniedem sa mill-bidu tal-ħidma pubblika ta’ Ġesù. Kien tieġ f’Kana tal-Galilija, li tmur ħdejn Binha Ġesù biex juri ħniena maż-żewġt għarajjes, li kien spiċċalhom l-inbid.

Hawnhekk tidher il-ħerqa qawwija ta’ Marija għall-bnedmin. Dan joħorġu ċar il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, fl-enċiklika Redemptoris Mater, fejn f’paragrafu 21 jgħid li “Marija tidħol bejn Binha u bejn il-bnedmin fil-verità tal-ħtiġijiet, tan-nuqqasijiet u tat-tbatijiet tagħhom. Tidħol ‘fin-nofs’ jiġifieri tagħmilha ta’ medjatriċi mhux bħala xi waħda barranija imma bħala omm, għax taf li bħala omm tista’ turi lil Binha ħtiġijiet tal-bnedmin.”

Għalhekk aħna nsibu l-kenn f’Marija, għax hi dejjem tidħol għalina u ma tħallina qatt weħidna. Marija hija wkoll dik il-mara ta’ fidi, li akkumpanjat lil Ġesù t-triq kollha sa taħt is-salib.

Anke magħna tagħmel l-istess, takkumpanjana fit-

toroq kollha tal-ħajja, b’mod speċjali fil-mumenti iebsin li ngħaddu minnhom.

Il-messaġġ sabiħ li Marija tagħti lil Bernardette f’Lourdes hu l-kobor tal-ħniena ta’ Alla lejn il-bnedmin. Kemm hemm bżonn li aħna nidħlu aktar fil-fond u nagħrfu l-imħabba infinita li Alla għandu għal bnedmin.

Imma biex naslu għal dan hemm bżonn li aħna ninżgħu mill-kburija u mill-beżgħat tal-ħajja u nħallu lilu jimliena bil-grazzji tiegħu. Hekk għamlet Marija f’Nażaret, b’umiltà kbira tilqa’ li tagħmel u twettaq ix-xewqat t’Alla għaliha.

Illum Lourdes hu l-post fejn għadd ta’ morda jsibu l-fejqan u l-konsollazzjoni, il-post fejn diversi qlub jiksbu l-ħelsien mill-jasar tad-dnub, u l-post ta’ tama fejn wieħed jiġġedded u jikber fl-imħabba lejn il-Kelma t’Alla.

Kull minn hu devot ta’ Marija rrid juri fiduċja kbira fil-ħniena tal-Omm tagħna. “Fi ħnientek nistkennu, Omm Qaddisa ta’ Alla. La twarrabx minn quddiemek it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna, iżda eħlisna dejjem minn kull tiġrib, O Verġni glorjuża u mbierka.” Din hi talba antika ħafna u li aħna għandna nżommuha f’qalbna u ngħiduha kuljum.

Aħna u niċċelebraw il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes, ejjew nintelqu f’idejha u magħha nittamaw f’Alla s-Salvatur tagħna, filwaqt li magħha nfaħħru lil Alla u ngħidu: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi...” (Lq 1,47 ff)

Messaġġ mill-Kappillan Dun Glen Buhagiar

Fi Ħnientek Nistkennu, Omm Qaddisa ta’ Alla

8 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017Mariapolis

Page 9: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Il-Professur Dun Emmanuel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġiji fl-Università ta’ Malta, reġa’ ġie maħtur membru tal-Grupp Ewropew tal-Etika fix-Xjenza u Tekonloġiji Ġodda (EGE). Il-Prof Agius huwa l-ewwel Malti li kien maħtur membru ta’ dan il-grupp prestiġġjuż li hu indipendenti, pluralista u multi-dixxiplinarju mill- 2005.

Il-15-il membru ta’ kalibru li jiffurmaw il-grupp ġew appuntati mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Junker u l-Kummissarju għar-Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni Carlos Moedas wara li kien imġedded il-mandat legali tal-EGE u l-pubblikazzjoni għal sejħiet ta’ espressjoni ta’ interess fl-2016.

Il-grupp il-ġdid iġib flimkien esperti ewlenin fl-oqsma ta’ xjenzi naturali u soċjali, umanistiċi, il-filosofija, l-etika u l-liġi mill-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Il-membri jvarjaw minn xjentisti li xprunaw metodi bil-mediċi ta’ livell għoli, għal xjentisti prominenti fl-istudju tat-teknoloġiji tal-informatika, il-filosofija tax-xjenza u l-liġi tad-drittijiet tal-bniedem.

Huma jġorru magħhom bagalja ta’ esperjenza bil-pariri li jagħtu lill-gvernijiet fuq l-implikazzjonijiet tal-żviluppi attawali u ġejjiena fuq is-soċjetà u d-drittijiet tal- bniedem.

Sa mit-twelid tagħha fl-1991, l-EGE povdiet lill-Kummissjoni pariri indipendenti u ta’ kwalità għolja. L-għan

tagħha kiber progressivament minn wieħed strettament iffukat fuq temi bio-mediċi għal eżaminazzjoni usa’ tal-mistoqsijiet ewlenin soċjali ta’ żmienna. Opinjonijiet imgħoddija tal-EGE iffukaw fuq temi li varjaw mis-saħħa, l-enerġija u l-implikazzjonijiet etiċi tat-teknoloġiji tas-sigurtà u s-sorvelljanza. Bil-format il-ġdid, EGE tikkonsisti fi 15-il-membru indipendenti u ta’ profil għoli li huma maħtura fil-kapaċità personali tagħhom.

200 KandidatDawn kienu magħżula minn fost aktar minn 200 kandidat

li rrispondew għas-sejħa pubblika li saret għal espressjoni ta’ interess. Il-proċess tal-għażla tmexxa bis-sapport ta’ Kumitat Estern ta’ Identifikazzjoni, appuntat biex jassigura livell għoli ta’ professjonalità u esperjenza u bilanċ tajjeb f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet, l-esperjenza, l-għarfien, id-diversità ġeografika, il-ġendru u l-età. Il-membri tal-grupp ma jirrappreżentawx lil pajjiżhom u x-xogħol li jsir fl-EGE huwa wieħed volontarju.

L-ewwel laqgħa tal-Grupp saret fl-24-25 ta’ April 2017, fejn fiha ltaqa’ mal-Kummissarju Moedas biex flimkien jirriflettu fuq l-iżjed temi relevanti u jingħataw l-ewwel opinjonijiet. Il-Grupp jirrapporta lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kulleġġ tal-Kummissarji flimkien u jopera taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissarju Moedas.

Il-Professur Dun Emmanuel Agiusmaħtur mill-ġdid membru tal-Grupp Ewropew tal-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda

9Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017 Mariapolis

Page 10: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

Minn din is-sena, il-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni tal-Immakulata ta’ Lourdes fdat id-direzzjoni tal-mużika li tiġi eżegwita fil-Knisja Parrokjali waqt il-jiem tal-festa taħt idejn il-Professur Dr. Dion Buhagiar Maestro di Cappella Cathedralis Emeritus u l-kant f’idejn il-Kor Collegium Musicum.

Wara r-riżenja tas-Surmast Tony Pace, il-membri tal-Grupp Mexxej tal-Konfraternità bdew jiddiskutu din il-materja u wara diversi laqgħat u f’konsultazzjoni sħiħa mal-Kappillan Dun Glen Buhagiar, ġew magħżula l-Professur Dr. Dion Buhagiar Maestro di Cappella Cathedralis Emeritus u l-Kor Collegium Musicum.

Dion Buhagiar studja l-armonija, il-kontrapunt, l-orkestrazzjoni, pjanu u orgni taħt l-aqwa surmastrijiet maltin. Fl-1970 hu kiseb l-ARCM fid-daqq tal-orgni mir-Royal College of Music f’Londra u anke diplomi oħra bħall ALCM, FTCL u LRSM. Fl-1973 mar Toronto il-Kanada fejn mill-Università ta’ Toronto - waħda fost l-aqwa universitajiet, fil-Kanada kiseb il-B.Mus.(1974-78) u l-B.Ed. fil-livel ta’ ‘postgraduate’ fil-pedagoġija tal-mużika fl-1979. Buhagiar kiseb il-lawrja M.Mus. fil-kompożizzjoni u d-direzzjoni orkestrali mill-Università ta’ Western Ontario il-Kanada, wara li ingħata borża ta’ studju mill-Commonwealth, u fl-aħħar il-Ph.D fuq proġett żviluppat mal-Prof. Floyd Grave tal-Università ta’ Rutgers, New Jersey l-Istati Uniti tal-Amerika. Buhagiar huwa mużiċist dotat u versatili, Professur tal-Mużika fl-Università ta’ Malta (issa rtirat), Maestro di Cappella Emeritus tal-Katidral tal-Imdina u l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Prof. Buhagiar huwa mużiċist b’perspettiva partikolarment fil-qasam tal-orgni u l-mużika Klassika maltija b’enfasi fuq ix-xogħjlijiet kompożizzjonali tal-kompozitur malti Francesco Azopardi (1748-1809). Waqqaf il-Collegium Musicum, il-Collegium Aureum u l-Vocal Ensemble tal-Università.

Huwa interpretu eċċellenti tal-mużika Barokka fuq l-arpsikord u l-orgni. Kompożitur ta’ għadd ta’ kompożizzjonijiet sagri, eżempju: Quddies Antifoni għall-knejjes katidrali, Cantata (1989), erba’ Oratorji (2009-2013).Opra IL-ĦARSA TA’ RUŻANN (2015) fuq id-Dramm ta’ Francis Ebejer u MISSA SOLEMNIS GLORIAE (2017) għall-Kor, Solisti u Orkestra. Bħalissa qed jikkomponi xogħol estensiv ġdid għal Kor, Solisti u Orkestra fuq tema sagru li jġib it-titlu IMMANUEL.

Dr.Buhagiar hu organista b’ċerta abbiltà teknika rraffinata (huwa dejjem kien l-organista għal-38 sena fil-kon-kattidral ta’ San Ġwann, Valletta). Għandu repertorju estensiv kif ukoll talenti interpretattivi u sensittivi. Hu studja għal ħames snin f’Toronto teknika partikolari organistika mal-Professur Douglas Bodle, liema Professur huwa magħruf b’fama internazzjonali bħala interpretu għall-mużika Barokka.

Bħala kompożitur, il-kitba tiegħu mużikali primarjament vokali hi determinata mis-servizzi liturġiċi u funzjonijiet nazzjonali mtella’ f’żewġ katidrali f’Malta. Diversi servizzi liturġiċi jittellgħu kull sena b’domanda kbira

għal iktar kompożizzjonijiet ta’ xogħlijiet sagri ġodda. Fl-1989, l-Oratorio L-Għanja tar-Rebħa (miktuba mill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila), kienet ikkummissjonata mill-Ministeru tal-Kultura bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza ta’ Malta. Hi miktuba għall-orkestra, għall-kor u mezzo-sopran.

Il-biċċa l-kbira tal-istil tal-kompożizzjoni tiegħu jenfasizza fuq il-lirika u l-espressjoni mqanqla u armonjuża li huma ispirati mill-fatt li jfittex l-interpretazzjoni b’mod fidil u rispettat għat-test sagru.

L-oriġini tal-Kor imur lura għas-snin 1979 u l-1982 b’numru ta’ esibizzjonijiet fit-Teatru Manoel, madankollu id-debut uffiċjali seħħ fl-1983 meta taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dion Buhagiar il-Kor interpreta il-Paukenmesse ta’ Joseph Haydn. Minn dakinhar ’il quddiem il-Kor sar attiv ħafna fl-organizzazzjoni ta’ kunċerti u premiers ta’ kompożituri Maltin u barranin. Il-Collegium Musicum kien l-Kor residenti tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann bejn 1980-2014.

Il-Kor kien għalhekk jipparteċipa wkoll fis-servizzi liturġiċi ewlenin li jsiru fil-Katidral tal-Imdina. Il-Kor ħa sehem f’avvenimenti prestiġjużi bħall-Quddiesa ċċelebrata minn Ġwanni Pawlu II fuq il-Fosos tal-Furjana waqt żjara Papali li fiha kienu beatifikati Dun Ġorġ Preca, il-Kjeriku Nazju Falzon u s-Soru Adeodata Pisani (2001). Bħala parti mill-impenji internazzjonali, il-Kor ħa sehem fost l-oħrajn fiċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji mill-mewt ta’ Giuseppe Verdi (2001), l-għaxar anniversarju tal-Malta International Airport (2002) u meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea (2004).

Il-Kor mar fuq tour fir-Repubblika Ċeka u kanta f’postijiet prominenti flimkien ma’ korijiet oħra Ċeki rinomati. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju, il-kor mar fuq tour madwar l-Italja, kanta fil-knejjes varji inkluż fil-Bażilika ta’ San Pietru u l-Bażilika tal-Lateran f’Ruma, il-Bażilika ta’ Santa Maria degli Angeli f’Assisi u l-Bażilika ddedikata lill-Madonna ta’ Pompeii f’Napli. Il-kor kien ukoll preżenti għall-Udjenza papali li saret fil-Pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-Musicum Collegium marru wkoll fuq programm ta’ skambju mużikali fit-Tramuntana ta’ Ċipru.

Fost il-ħargiet annwali tiegħu, il-kor Collegium Musicum għandu l-unur li jwettaq kunċert tal-Milied li jkun miżmum fil-Palazz tal-President f’Ħ’Attard. Wieħed ma jridx jinsa li ssemmi wkoll l-kunċerti tal-Milied u tal-Għid li jkunu miżmuma fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kull sena.

Il-membri tal-Grupp Mexxej flimkien mal-fratelli u sorelli jixtiequ jirringrzzjaw lis-Surmast Tony Pace għall-ħidma tiegħu bħala Maestro di Cappella għal dawn l-aħħar dsatax-il sena u jifirħu lill-Professur Dr. Dion Buhagiar Maestro di Cappella Cathedralis Emeritus u l-Kor Collegium Musicum għal din il-ħatra.

Minn qalbna nawguraw lis-Surmast u l-Kor ħafna snin ta’ ħidma b’risq il-Festa interna tal-Madonna ta’ Lourdes. Aħna żguri li l-livell se jkun wieħed tal-aqwa kwalità b’rispett sħiħ lejn il-liturġija ħalli b’hekk jiġi gglorifikat Alla l-Imbierek u Ommu Marija Immakulata.

Maestro Di Cappella u Kor Ġdid

10 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017Mariapolis

Page 11: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur

BestprintC

o.Ltd.,Qrendi•Tel:21680789

11Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 8Lulju 2017 Mariapolis

Page 12: Il-Belt ta’ Marija - Lourdes Confraternity Qrendi 2017 (1)-1.pdf · iż-żmien u nkomplu nibnu fuqu bl-istess enerġija u żelu tal-bidu. Bħala Grupp Mexxej inwegħdu li fix-xhur