is-sena tal-fidi

170
IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan)

Upload: myra

Post on 11-Feb-2016

93 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

IS-SENA TAL-FIDI mill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II) sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan) - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDImill-11 ta’ Ottubru 2012 (50 anniversarju mill-bidu

tal-Konċilju Vatikan II)

sal-24 ta’ Novembru 2013 (Solennità ta’ Kristu Sultan)

Tul din is-sena, ser nirriflettu dwar l-Ittra Appostolika tal-Papa Benedittu XVI “PORTA FIDEI” – “IL-BIEB TAL-FIDI”

Page 2: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2012 – 28 Ħadd

Matul is-Sena)

“Il-bieb tal-fidi hu dejjem miftuħ għalina biex iwassalna għall-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u joffrilna d-daħla tagħna fil-Knisja tiegħu.” (n.1)

Page 3: IS-SENA TAL-FIDI

“Nafdaw dan iż-żmien ta’ grazzja f’idejn l-Omm ta’ Alla, li ġiet ipproklamata hienja għax emmnet.” (n.15)

Page 4: IS-SENA TAL-FIDI
Page 5: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2012 – 29 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-vjaġġ tal-fidi jibda bil-Magħmudija li permezz tagħha nistgħu nsejħu lil Alla Missierna,

Page 6: IS-SENA TAL-FIDI

u jintemm billi ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja ta’ dejjem, frott tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej Ġesù.” (n.1)

Page 7: IS-SENA TAL-FIDI
Page 8: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2012 – 30 Ħadd Matul is-Sena)

“Hu meħtieġ li niskopru mill-ġdid il-vjaġġ tal-fidi sabiex niddawlu aktar dwar il-ferħ u l-entużjażmu ġdid li nħossu meta niltaqgħu ma’ Krsitu.

Page 9: IS-SENA TAL-FIDI

Il-Knisja, bħal Kristu, trid tagħmel ħilitha biex tmexxi ‘l-poplu lejn il-ħbiberija mal-Iben t’Alla, lejn Dak li jagħti l-ħajja u jagħtiha b’abbundanza.” (n.2)

Page 10: IS-SENA TAL-FIDI
Page 11: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012 – 31 Ħadd Matul is-Sena)

“Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba.

Page 12: IS-SENA TAL-FIDI

Il-bnedmin tallum għadhom jistgħu jħossu l-bżonn li jmorru ħdejn il-bir bħalma għamlet il-mara Samaritana biex jisimgħu lil Ġesù jistedinhom jemmnu fih u jieħdu mill-ilma ħaj li joħroġ minnu.” (n.3)

Page 13: IS-SENA TAL-FIDI
Page 14: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2012 – 32 Ħadd Matul is-Sena)

“Jeħtieġ niskopru mill-ġdid it-togħma tal-Kelma t’Alla li l-Knisja twasslilna b’fedeltà u mmantnu ruħna bil-Kelma tal-ħajja, li Ġesù offra lid-dixxipli tiegħu biex isostnihom.

Page 15: IS-SENA TAL-FIDI

It-twemmin tagħna f’Ġesù Kristu hi t-triq li żgur twassalna għas-salvazzjoni.” (n.3)

Page 16: IS-SENA TAL-FIDI
Page 17: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2012 – 33 Ħadd Matul is-Sena)

“It-tiġdid tal-Knisja jseħħ ukoll permezz tax-xhieda li jagħtu b’ħajjithom dawk li jemmnu:

Page 18: IS-SENA TAL-FIDI

bl-istess eżistenza tagħhom fid-dinja, l-Insara huma msejħa biex jirradjaw il-kelma tal-verità li ħallielna Ġesù.” (n.6)

Page 19: IS-SENA TAL-FIDI
Page 20: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012 – Solennità ta’ Kristu Sultan)

“Mill-qawwa ta’ Kristu Rxoxt il-Knisja ssib il-forza biex bis-sabar u bl-imħabba tirbaħ it-tiġrib u d-diffikultajiet li jiġuha minn barra u minn ġewwa

Page 21: IS-SENA TAL-FIDI

u biex tirrivela lid-dinja bil-fedeltà, il-misteru tiegħu sakemm fl-aħħar taż-żminijiet huwa juri ruħu fil-milja tad-dawl tiegħu.” (n.6)

Page 22: IS-SENA TAL-FIDI
Page 23: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2012 – 1 Ħadd tal-Avvent)

“Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja.

Page 24: IS-SENA TAL-FIDI

Fil-misteru tal-mewt u l-qawmien, Alla rrivela l-milja tal-imħabba li tifdina u ssejħilna għal ħajja ta’ konverżjoni permezz tal-maħfra tad-dnubiet.” (n.6)

Page 25: IS-SENA TAL-FIDI
Page 26: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012 – 2 Ħadd tal-Avvent)

“Permezz tal-fidi, il-ħajja ġdida fi Kristu ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem skont ir-realtà radikali tal-qawmien.

Page 27: IS-SENA TAL-FIDI

Il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba issir il-kriterju ġdid tal-fehma u l-għemil li jibdel il-ħajja tal-bniedem kollha kemm hi.” (n.6)

Page 28: IS-SENA TAL-FIDI
Page 29: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2012 – 3 Ħadd tal-Avvent)

“Hi l-imħabba ta’ Kristu li timla lil qlubna u tqanqalna biex nevanġelizzaw.

Page 30: IS-SENA TAL-FIDI

Illum bħal fl-imgħoddu Kristu jibgħatna fit-toroq tad-dinja biex inxandru l-Evanġelju tiegħu lill-ġnus kollha tal-art.” (n.7)

Page 31: IS-SENA TAL-FIDI
Page 32: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012 – 4 Ħadd tal-Avvent)

“B’imħabbtu, Ġesù Kristu jiġbed lejh nies ta’ kull ġenerazzjoni:

Page 33: IS-SENA TAL-FIDI

f’kull żmien hu jsejjaħ lill-Knisja u b’mandat li hu dejjem ġdid jafdalha f’idejha x-xandir tal-Evanġelju.” (n.7)

Page 34: IS-SENA TAL-FIDI
Page 35: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012 – It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu)

“Il-fidi wasslet lil Marija biex tilqa’ l-kelma tal-Anġlu u temmen li kienet se ssir Omm Alla billi tkun il-qaddejja tal-Mulej.” (n.13)

Page 36: IS-SENA TAL-FIDI
Page 37: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012 – Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi)

“Meta marret iżżur lil Eliżabetta, Marija għamlet għanja ta’ tifħir lil Alla l-għoli għall-affarijiet tal-għaġeb li jseħħu f’min jafda fiH.” (n.13)

Page 38: IS-SENA TAL-FIDI
Page 39: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(It-Tlieta 1 ta’ Jannar 2013 – L-Imqaddsa Marija Omm Alla)

“B’ferħ u tregħid Marija welldet l-Iben il-waħdieni tagħha u baqgħet verġni.” (n.13)

Page 40: IS-SENA TAL-FIDI
Page 41: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013 – L-Epifanija tal-Mulej)

“Marija fdat f’Ġużeppi l-għarus tagħha u ħadet lil Ġesù l-Eġittu biex tħarsu mill-persekuzzjoni ta’ Erodi.” (n.13)

Page 42: IS-SENA TAL-FIDI
Page 43: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2013 – Il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej)

“Anke llum tinħass il-ħtieġa għal impenn mill-Knisja aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida

Page 44: IS-SENA TAL-FIDI

sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. ” (n.7)

Page 45: IS-SENA TAL-FIDI
Page 46: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2013 – 2 Ħadd Matul is-Sena)

“Meta jum wara l-ieħor dawk li jemmnu jiskopru mill-ġdid l-imħabba ta’ Kristu, l-impenn missjunarju tagħhom jikseb qawwa u ħeġġa li qatt ma jidbielu.

Page 47: IS-SENA TAL-FIDI

Il-fidi tikber meta ngħixuha bħala esperjenza tal-imħabba li rċevejna u meta nikkomunikawha bħala esperjenza ta’ grazzja u ferħ.” (n.7)

Page 48: IS-SENA TAL-FIDI
Page 49: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2013 – 3 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-fidi twassalna biex nagħtu l-frott, għax twessa’ ‘l qalbna bit-tama u tagħmilna kapaċi nagħtu xhieda li tagħti l-ħajja:

Page 50: IS-SENA TAL-FIDI

tiftaħ il-qalb u l-moħħ ta’ dawk li jisimgħu u jwieġbu għall-istedina tal-Mulej biex jisimgħu kelmtu u jsiru dixxipli tiegħu.” (n.7)

Page 51: IS-SENA TAL-FIDI
Page 52: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 3 ta’ Frar 2013 – 4 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-fidi tikber u tissaħħaħ biss billi nemmnu; ma hemmx possibbiltà oħra biex inkunu ċerti

Page 53: IS-SENA TAL-FIDI

għajr li nintelqu dejjem aktar f’idejn dik l-imħabba li dejjem tikber għax l-għajn tagħha huwa Alla.” (n.7)

Page 54: IS-SENA TAL-FIDI
Page 55: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2013 – L-Appostlu Missierna San Pawl)

“Irridu nżidu r-riflessjoni tagħna fuq il-fidi biex ngħinu lil dawk kollha li jemmnu fi Kristu jkunu aktar konxji mit-twemmin tagħhom fl-Evanġelju

Page 56: IS-SENA TAL-FIDI

u jkomplu jsaħħuh, l-aktar f’dan iż-żmien ta’ tibdil profond li bħalissa l-umanità għaddejja minnu.” (n.8)

Page 57: IS-SENA TAL-FIDI
Page 58: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 17 ta’ Frar 2013 – 1 Ħadd tar-Randan)

“F’din is-Sena tal-Fidi se jkollna opportunità li nistqarru l-fidi tagħna fil-Mulej Irxoxt fil-Kattidrali u l-knejjes tad-dinja kollha,

Page 59: IS-SENA TAL-FIDI

fid-djar u mal-familji tagħna, biex kulħadd iħoss b’mod qawwi l-ħtieġa li jsir jaf aħjar u jwassal il-fidi ta’ dejjem lill-ġenerazzjonijiet futuri.”

(n.8)

Page 60: IS-SENA TAL-FIDI
Page 61: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 24 ta’ Frar 2013 – 2 Ħadd tar-Randan)

“Matul din is-Sena tal-Fidi, il-komunitajiet reliġjużi kif ukoll dawk parrokkjali, u r-realtajiet ekkleżjali antiki u ġodda,

Page 62: IS-SENA TAL-FIDI

għandhom isibu mod kif jagħmlu l-istqarrija pubblika tal-Kredu.” (n.8)

Page 63: IS-SENA TAL-FIDI
Page 64: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2013 – 3 Ħadd tar-Randan)

“Nixtiequ li din is-Sena tal-Fidi tqanqal f’kull min jemmen ix-xewqa kbira li jistqarr il-fidi tiegħu b’mod sħiħ u b’konvinzjoni mġedda, b’fiduċja u tama.

Page 65: IS-SENA TAL-FIDI

Din se tkun okkażjoni f’waqtha biex inżidu ċ-ċelebrazzjoni tal-fidi fil-liturġija u b’mod partikulari fl-Ewkaristija,

Page 66: IS-SENA TAL-FIDI

li hi l-quċċata li lejha tħares il-Knisja u fl-istess waqt hi l-għajn li minnha tieħu l-enerġija kollha tagħha.” (n.9)

Page 67: IS-SENA TAL-FIDI
Page 68: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2013 – 4 Ħadd tar-Randan)

“Nixtiequ b’qalbna kollha li x-xhieda tal-ħajja ta’ kull min jemmen tikber u ssir aktar kredibbli.

Page 69: IS-SENA TAL-FIDI

Kull min jemmen għandu jiskopri mill-ġdid il-kontenut tal-fidi li jistqarr, jiċċelebra, jgħix u jħobb.

Page 70: IS-SENA TAL-FIDI

Dan hu impenn li kull min jemmen irid jagħmlu tiegħu, speċjalment f’din is-Sena tal-Fidi.” (n.9)

Page 71: IS-SENA TAL-FIDI
Page 72: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2013 – 5 Ħadd tar-Randan)

“Lill-insara tal-ewwel sekli, il-Kredu kien iservihom bħala talba ta’ kuljum biex ma jinsewx l-impenn li ħadu fil-Magħmudija.” (n.9)

Page 73: IS-SENA TAL-FIDI
Page 74: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2013 – Ħadd il-Palm)

“Fi Kristu, li miet u rxoxta biex isalvana, l-eżempju tal-fidi li mmarkaw dawn l-elfejn sena tal-istorja tas-salvazzjoni tagħna jsibu dawl sħiħ.” (n.13)

Page 75: IS-SENA TAL-FIDI
Page 76: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2013 – L-Għid il-Kbir)

“Bil-fidi Marija mxiet wara l-Mulej fil-predikazzjoni tiegħu u baqgħet miegħu sal-Golgota.

Page 77: IS-SENA TAL-FIDI

U bil-fidi Marija daqet il-frott bnin tal-qawmien ta’ Ġesù u, filwaqt li kienet tgħożż kull ħaġa f’qalbha, għaddietha lit-Tnax li kienu magħha fiċ-Ċenaklu biex jirċievu l-Ispirtu s-Santu.” (n.13)

Page 78: IS-SENA TAL-FIDI
Page 79: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 7 ta’ April 2013 – 2 Ħadd tal-Għid)

“It-talba tal-Kredu hi s-simbolu tal-misteru qaddis li rċevejna lkoll flimkien u li kull wieħed minna jistqarr, hu kliem li fuqu hi mibnija l-fidi ta’ Ommna l-Knisja fuq il-pedament sod li hu Kristu l-Mulej.” (n.9)

Page 80: IS-SENA TAL-FIDI
Page 81: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 14 ta’ April 2013 – 3 Ħadd tal-Għid)

“Mhux biżżejjed inkunu nafu l-kontenut ta’ dak li rridu nemmnu, imma li qalbna trid tkun miftuħa għall-grazzja

Page 82: IS-SENA TAL-FIDI

biex inkunu nistgħunidħlu fil-fond u nifhmu li dak li tħabbar lilna hu Kelma t’Alla.” (n.10)

Page 83: IS-SENA TAL-FIDI
Page 84: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 21 ta’ April 2013 – 4 Ħadd tal-Għid)

“L-istqarrija bil-fomm turi li l-fidi titlob xhieda u impenn fil-pubbliku. In-nisrani qatt ma għandu jaħseb li t-twemmin hu xi ħaġa privata.” (n.10)

Page 85: IS-SENA TAL-FIDI
Page 86: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 28 ta’ April 2013 – 5 Ħadd tal-Għid)

“Il-fidi hi deċiżjoni li noqogħdu mal-Mulej biex ngħixu miegħu, biex nifhmu dawk ir-raġunijiet li bihom nemmnu.” (n.10)

Page 87: IS-SENA TAL-FIDI
Page 88: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2013 – 6 Ħadd tal-Għid)

“Il-fidi, propju għax hi att tal-libertà tagħna, titlob ukoll responsabbiltà soċjali dwar dak li wieħed jemmen fih.” (n.10)

Page 89: IS-SENA TAL-FIDI
Page 90: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2013 – Tifkira Solenni ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema)

“L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin.

Page 91: IS-SENA TAL-FIDI

Il-fidi tal-Komunità nisranija twassal biex kull wieħed jirċievi l-Magħmudija, sinjal effikaċi tad-dħul fil-ġemgħa ta’ dawk li jemmnu fis-salvazzjoni.” (n.10)

Page 92: IS-SENA TAL-FIDI
Page 93: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2013 – It-Tifkira Solenni tal-Miġja tal-Ispirtu s-Santu)

“Fil-jum tal-Pentekoste l-Knisja turi biċ-ċar din id-dimensjoni pubblika ta’ meta wieħed jemmen u jħabbar bla ebda biża’ l-fidi tiegħu lill-bnedmin kollha.”(n.10)

Page 94: IS-SENA TAL-FIDI
Page 95: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2013 – It-Trinità Qaddisa)

“Il-fidi hi don tal-Ispirtu s-Santu li biha nkunu nistgħu naqdu l-missjoni tagħna u b’hekk tissaħħaħ ix-xhieda tagħna, li ssir waħda libera u kuraġġuża.”

(n.10)

Page 96: IS-SENA TAL-FIDI

“Tistqarr il-fidi fit-Trinità – Missier,

Iben u Spirtu s-Santu – ifisser li temmen f’Alla wieħed li hu Mħabba.” (n.1)

Page 97: IS-SENA TAL-FIDI
Page 98: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2013 – It-Tirfkira Solenni tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu)

“Bil-ħila tal-fidi d-dixxipli ffurmaw l-ewwel komunità miġbura madwar it-tagħlim tal-Appostli,

Page 99: IS-SENA TAL-FIDI

fit-talb, fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, fil-qsim ta’ kulma kellhom biex jagħmlu tajjeb għall-bżonnijiet tal-aħwa.”

(n.13)

Page 100: IS-SENA TAL-FIDI
Page 101: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2013 – 10 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi tagħhom l-Appostli ħallew kollox warajhom biex jimxu wara l-Imgħallem.

Page 102: IS-SENA TAL-FIDI

Huma emmnu fil-kliem li bih ħabbar li s-Saltna t’Alla waslet u li twettqet fil-persuna tiegħu. (n.13)

Page 103: IS-SENA TAL-FIDI
Page 104: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2013 – 11 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi l-martri taw ħajjithom biex jixhdu għall-verità tal-Evanġelju li kien bidlilhom ħajjithom

Page 105: IS-SENA TAL-FIDI

u tahom il-ħila jagħtu l-akbar don tal-imħabba billi ħafru lil min ippersegwithom.” (n.13)

Page 106: IS-SENA TAL-FIDI
Page 107: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2013 – 12 Ħadd Matul is-Sena)

“Hu essenzjali li nkunu nafu xinhu dak li nemmnu fih biex inkunu nistgħu nagħtu l-kunsens tagħna,

Page 108: IS-SENA TAL-FIDI

jiġifieri biex naderixxu b’mod sħiħ bl-intelliġenza u r-rieda ma’ dak li l-Knisja tipproponielna.”

(n.10)

Page 109: IS-SENA TAL-FIDI
Page 110: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013 – 13 Ħadd Matul is-Sena)

“L-Appostli għexu ilkoll flimkien ħaġa waħda mal-ħajja ta’ Ġesù li kien jgħaddilhom it-tagħlim tiegħu

Page 111: IS-SENA TAL-FIDI

u li ħallielhom regola ġdida ta’ ħajja li biha wara mewtu kellhom jingħarfu bħala dixxipli.” (n.13)

Page 112: IS-SENA TAL-FIDI
Page 113: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2013 – 14 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi l-Appostli marru fid-dinja kollha, u wasslu l-Evanġelju lil kull bniedem u,

Page 114: IS-SENA TAL-FIDI

bla ebda biża’ ta’ xejn, ħabbru lil kulħadd il-ferħ tal-qawmien mill-mewt li tiegħu kienu xhieda fidili.” (n.13)

Page 115: IS-SENA TAL-FIDI
Page 116: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2013 – 15 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi rġiel u nisa kkonsagraw ħajjithom lil Kristu billi ħallew kollox biex jgħixu, fis-sempliċità tal-Evanġelju,

Page 117: IS-SENA TAL-FIDI

l-ubbidjenza, il-faqar u s-safa, li huma sinjali konkreti tal-istennija tal-Mulej li dalwaqt jasal.” (n.13)

Page 118: IS-SENA TAL-FIDI
Page 119: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2013 – 16 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi ħafna nsara wegħdu li jaħdmu b’risq il-ġustizzja biex jgħixu f’ħajjithom il-kelma tal-Mulej,

Page 120: IS-SENA TAL-FIDI

li ġie biex iħabbar il-ħelsien mill-jasar u sens ta’ grazzja għal kulħadd.” (n.13)

Page 121: IS-SENA TAL-FIDI
Page 122: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2013 – 17 Ħadd Matul is-Sena)

“Bil-ħila tal-fidi tagħhom, matul is-sekli, irġiel u nisa ta’ kull età, li isimhom jinsab miktub fil-Ktieb tal-ħajja,

Page 123: IS-SENA TAL-FIDI

stqarrew is-sbuħija tal-mixja wara l-Mulej Ġesù kull meta kienu jissejħu biex jagħtu xhieda tat-twemmin nisrani tagħhom:

Page 124: IS-SENA TAL-FIDI

fil-familja, fil-professjoni, fil-ħajja politika, fil-qadi tal-kariżmi u ministeri li għalihom kienu msejħin.” (n.13)

Page 125: IS-SENA TAL-FIDI
Page 126: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2013 – 18 Ħadd Matul is-Sena)

“Aħna wkoll ngħixu bil-ħila tal-fidi: billi nagħrfu b’mod ħaj lill-Mulej Ġesù, li jinsab preżenti f’ħajjitna u fl-istorja.” (n.13)

Page 127: IS-SENA TAL-FIDI
Page 128: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu 2013 – 19 Ħadd Matul is-Sena)

“Meta nemmnu, aħna naċċettaw għax irridu l-misteru sħiħ tal-fidi, għaliex il-garanzija tas-sewwa tiegħu hu Alla li jurina lilu nnifsu

Page 129: IS-SENA TAL-FIDI

u jippermettilna li nsiru nafu l-misteru tiegħu ta’ mħabba.” (n.10)

Page 130: IS-SENA TAL-FIDI
Page 131: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu 2013 – Il-Vergni Mqaddsa Marija Mtellgħa fis-Sema)

“Hemm bosta nies li qed ifittxu sinċerament is-sens aħħari u l-verità definittiva dwar l-eżistenza tagħhom u d-dinja.

Page 132: IS-SENA TAL-FIDI

Din it-tfittxija hi d-daħla awtentika għall-fidi, għax tmexxi n-nies lejn it-triq li tagħti għall-misteru ta’ Alla.” (n.10)

Page 133: IS-SENA TAL-FIDI
Page 134: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2013 – 20 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-bżonn tat-tfittxija għall-fidi hu stedina dejjiema fil-qalb tal-bniedem biex hu jimxi fit-triq li fiha jsib lil Dak li ma konniex infittxuh li kieku ma kienx ġa ġie jiltaqa’ magħna.

Page 135: IS-SENA TAL-FIDI

Il-fidi tistedinna u tiftħilna beraħ l-istedina għal din il-laqgħa.” (n.10)

Page 136: IS-SENA TAL-FIDI
Page 137: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu 2013 – 21 Ħadd Matul is-Sena)

“Is-Sena tal-Fidi għandha tkun għalina lkoll impenn biex nerġgħu niskopru u nistudjaw il-kontenut fundamentali tal-fidi.” (n.11)

Page 138: IS-SENA TAL-FIDI
Page 139: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2013 – 22 Ħadd Matul is-Sena)

“Bejn il-fidi u x-xjenza awtentika qatt ma jista’ jkun hemm konflitt għaliex it-tnejn li huma, anke jekk minn toroq differenti, il-mira tagħhom hi li jaslu għall-verità.” (n.12)

Page 140: IS-SENA TAL-FIDI
Page 141: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI” (Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013 – 23 Ħadd Matul is-Sena – It-Twelid tal-Verġni Marija)

“Matul din is-Sena tal-Fidi huwa importanti ħafna li nerġgħu ngħaddu mit-triq tal-fidi tagħna, li fiha nsibu l-misteru kbir tan-nisġa bejn il-qdusija u d-dnub.” (n.13)

Page 142: IS-SENA TAL-FIDI
Page 143: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2013 – 24 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-qdusija turi biċ-ċar is-sehem kbir li rġiel u nisa offrew b’risq it-tkabbir u l-iżvilupp tal-komunità bix-xhieda ta’ ħajjithom.”

(n.13)

Page 144: IS-SENA TAL-FIDI
Page 145: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013 – 25 Ħadd Matul is-Sena)

“Id-dnub għandu jqanqal fina konverżjoni sinċiera u dejjiema biex nagħmlu esperjenza tal-ħniena tal-Missier li jagħti l-għajnuna tiegħu lil kulħadd.” (n.13)

Page 146: IS-SENA TAL-FIDI
Page 147: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2013 – 26 Ħadd Matul is-Sena)

“Matul is-Sena tal-Fidi jeħtiġilna nżommu ħarsitna fuq Ġesù Kristu, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna: fih jintemm kull qtiegħ il-qalb u kull xewqa fil-qalb tal-bniedem.” (n.13)

Page 148: IS-SENA TAL-FIDI
Page 149: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru 2013 – 27 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-ferħ tal-imħabba, it-tweġiba għan-niket tat-tbatija u l-uġigħ, il-qawwa tal-maħfra quddiem il-weġgħat li nirċievu u r-rebħa tal-ħajja quddiem il-vojt tal-mewt,

Page 150: IS-SENA TAL-FIDI

dan kollu jsib it-tmiem tiegħu fil-misteru tal-Inkarnazzjoni, f’Alla li sar bniedem, qasam magħna l-miżerja umana u bidilha bil-qawwa tal-Qawmien tiegħu. ” (n.13)

Page 151: IS-SENA TAL-FIDI
Page 152: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2013 – 28 Ħadd Matul is-Sena)

“Is-Sena tal-Fidi hi okkażjoni f’waqtha biex inqawwu x-xhieda tagħna tal-imħabba.

Page 153: IS-SENA TAL-FIDI

Il-fidi mingħajr imħabba ma tagħtix frott u l-imħabba mingħajr fidi tkun bħal sentiment għaddej il-ħin kollu mid-dubju.

Page 154: IS-SENA TAL-FIDI

Fidi u mħabba huma meħtieġa t-tnejn, għax waħda tippermetti lill-oħra twettaq il-mixja tagħha.” (n.14)

Page 155: IS-SENA TAL-FIDI
Page 156: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2013 – 29 Ħadd Matul is-Sena)

“Hija l-fidi li biha nistgħu nagħrfu ‘l Kristu u mħabbtu li tħeġġiġna ngħinuh kull darba li hu jsir proxxmu fil-mixja ta’ ħajjitna.

Page 157: IS-SENA TAL-FIDI

Imqawwijin mill-fidi, ejjew inħarsu b’tama lejn l-impenn tagħna fid-dinja, u nistennew smewwiet ġodda u art ġdida, li fihom tgħammar il-ġustizzja.” (n.14)

Page 158: IS-SENA TAL-FIDI
Page 159: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru 2013 – 30 Ħadd Matul is-Sena)

“Il-fidi timpenjana lkoll biex insiru sinjal ħaj tal-preżenza ta’ Kristu Rxoxt fid-dinja. Id-dinja llum teħtieġ il-preżenza ta’ Kristu Rxoxt.” (n.15)

Page 160: IS-SENA TAL-FIDI
Page 161: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 3 ta’ Novembru 2013 – 31 Ħadd Matul is-Sena)

“Dak li d-dinja teħtieġ illum hija x-xhieda kredibbli ta’ dawk li għandhom il-ħila li jiftħu l-qalb u l-moħħ ta’ ħafna li huma xewqana għal Alla u għall-ħajja vera, dik li ma tintemm qatt.” (n.15)

Page 162: IS-SENA TAL-FIDI
Page 163: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2013 – 32 Ħadd Matul is-Sena)

“Jalla din is-Sena tal-Fidi ssaħħaħ ir-rabta tagħna ma’ Kristu l-Mulej, għaliex fiH biss tinsab iċ-ċertezza li biha nħarsu lejn il-futur u l-garanzija ta’ mħabba vera li tibqa’ għal dejjem.” (n.15)

Page 164: IS-SENA TAL-FIDI
Page 165: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2013 – 33 Ħadd Matul is-Sena)

“Kemm nies li jemmnu, anki fi żminijietna, jinsabu għaddejjin mill-prova tas-skiet ta’ Alla filwaqt li huma xewqana li jisimgħu l-faraġ ta’ leħnu!

Page 166: IS-SENA TAL-FIDI

It-tiġrib tal-ħajja, li bih aħna nifhmu l-misteru tas-Salib u s-sehem tagħna fit-tbatijiet ta’ Kristu, iwassalna għall-ferħ u t-tama li bihom tmexxina l-fidi.” (n.15)

Page 167: IS-SENA TAL-FIDI
Page 168: IS-SENA TAL-FIDI

IS-SENA TAL-FIDI RIFLESSJONI MILL-“PORTA FIDEI”

(Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2013 – Solennità ta’ Kristu Sultan)

“Aħna nemmnu bil-qawwa kollha li l-Mulej Ġesù għeleb il-ħażen u l-mewt. B’din il-fiduċja sħiħa ejjew nintelqu fiH:

Page 169: IS-SENA TAL-FIDI

Hu li jinsab preżenti f’nofsna, jirbaħ is-setgħa tax-xitan, u l-Knisja, komunità viżibbli tal-ħniena tiegħu, tibqa’ fiH bħala sinjal tar-rikonċiljazzjoni dejjiema mal-Missier.” (n.15)

Page 170: IS-SENA TAL-FIDI