l-istorja ewropea€¦ · sa minn mindu tnieda l-ewwel programm qafas għar-riċerka madwar...

32
L-Istorja Ewropea Sittin sena ta’ progress flimkien

Upload: others

Post on 02-Jun-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

L-Istorja EwropeaSittin sena ta’ progress flimkien

Page 2: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

1 ta’ Marzu

Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà: Din il-pubblikazzjoni tħejjiet miċ-Ċentru Ewropew tal-Istrateġija Politika bħala kontribut għat-tħejjijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u s-Summit ta’ Ruma li jfakkar is-Sittin Anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma.

L-informazzjoni u l-opinjonijiet ippreżentati f’din il-pubblikazzjoni huma dawk tal-awturi u mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

© L-Unjoni Ewropea, 2017

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali. Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija rregolata bid-Deċiżjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id-drittijiet tal-awtur tal-UE, għandu jintalab permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Print: ISBN 978-92-79-66406-9 • doi:10.2872/072401 • Catalogue number: ES-01-17-157-MT-CPDF: ISBN 978-92-79-66377-2 • doi:10.2872/187293 • Catalogue number: ES-01-17-157-MT-NHTML: ISBN 978-92-79-66359-8 • doi:10.2872/826593 • Catalogue number: ES-01-17-157-MT-Q

Page 3: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

1

Is-Sittin Anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma huwa opportunità tajba biex nirriflettu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea — l-aktar billi nħarsu ’l quddiem iżda wkoll billi nevalwaw id-deċennji li għaddew. F’mument meta jidher li jeżisti theddid għal uħud mill-prinċipji fundamentali li sa issa kienu jirfdu l-istati demokratiċi u l-ekonomiji avvanzati, huwa importanti aktar minn qatt qabel li nfakkru lilna nfusna dwar l-iskopijiet oriġinali tal-integrazzjoni Ewropea.

L-istorja Ewropea hija waħda ta’ paċi, demokrazija, solidarjetà u libertà, iżda wkoll ta’ prosperità, ugwaljanza, ġid u sostenibbiltà. F’dan is-salib it-toroq kritiku tal-istorja, jiswa li niftakru fil-prinċipji li jgħaqqduna flimkien bħala Ewropej, u fis-suċċessi li ksibna u gawdejna flimkien.

Bla dubju kien hemm intoppi, u l-isfidi tal-futur jista’ jkun li x’aktarx jidhru bħallikieku se jgħaffġuna. Huwa għalhekk li hemm bżonn ta’ perjodu ta’ djalogu, riflessjoni u deliberazzjoni. X’aktarx li mod tajjeb kif nibdew ikun dak li nagħtu ħarsa lejn il-prestazzjoni tal-Ewropa matul iż-żmien.

Page 4: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“L-umanità trid tiftakar li l-paċi mhux xi rigal ta’ Alla lil dawk li ħoloq; hija r-rigal tagħna li nagħtu lil xulxin.”Elie Wiesel, sopravvissut tal-Olokawst u Rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi 1986

2

Page 5: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

3

L-itwal perjodu ta’ paċi u stabbiltà fl-istorja miktuba tal-Ewropa – 70 sena mindu ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija – beda bil-formazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Bħala għarfien tar-rwol tagħha li tgħin fit-trasformazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-Ewropa minn “kontinent tal-gwerra biex isir kontinent tal-paċi”, l-Unjoni Ewropea ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2012.

Għall-Ewropa, il-paċi hija importanti kullimkien: f’dinja fejn hemm għaddejjin aktar minn 40 kunflitt armat, l-UE hija l-akbar kontributur ta’ kontinġenti fil-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti taż-żamma tal-paċi.

Il-Paċi

Page 6: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Hemm ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea issa li, fiż-żmien meta konna bdejna l-moviment tagħna għad-demokrazija fl-1988 kienu għadhom ma jgawdux il-frott ta’ soċjetà demokratika. […] Iżda għaddewna. Huma mxew ’il quddiem u aħna bqajna lura.”Aung San Suu Kyi, politika minn Burma u Rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi 1991.

4

Page 7: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

5

Fl-1957 kienu biss 12 fost l-Istat Membru preżenti tal-UE li kienu pajjiżi demokratiċi. Illum hemm 28.

L-UE hija l-akbar għaqda ta’ pajjiżi demokratiċi fid-dinja.

Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għandhom id-dritt li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kif ukoll f’elezzjonijiet muniċipali, jgħixu fejn jgħixu.

Sitta mill-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja f’termini ta’ parteċipazzjoni tal-votanti huma Stati Membri tal-UE.

Id-Demokrazija

Page 8: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“L-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-klawżola tas-solidarjetà, […] tistqarr li meta stat wieħed jiġi attakkat, l-Istati Membri kollha jkollhom l-obbligu li jipprovdu l-għajnuna u l-assistenza, għaliex l-għadu mhux biss l-għadu ta’ Franza iżda l-għadu tal-Ewropa.”François Hollande, il-President ta’ Franza

6

Page 9: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

7

Wara l-attakki ta’ Pariġi fit-13 ta’ Novembru 2015, Franza talbet l-assistenza reċiproka mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-theddida terroristika. Ir-reazzjoni kienet immedjata u unanima.

Fi żmien anqas minn ġimagħtejn, diversi Stati Membri inklużi l-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Belġju, l-Estonja, is-Slovakkja u s-Slovenja diġà kienu qablu li jibagħtu assistenza militari għal operazzjonijiet kontra l-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja jew fl-Iraq, jew għal missjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea ta’ sigurtà u difiża. Stati Membri oħra segwew malajr dan l-eżempju.

Is-solidarjetà Ewropea testendi wkoll għal kwistjonijiet ekonomiċi: f’aktar minn 10 pajjiżi, il-finanzjament tal-UE jammonta għal aktar minn 40 fil-mija tal-investiment pubbliku totali.

Is-Solidarjetà

Page 10: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Inżommu rasna mgħollija minkejja l-prezz li ħallasna, għaliex il-libertà hija imprezzabbli.”Lech Wałesa, politiku Pollakk, u Rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi 1983

8

Page 11: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

9

Il-libertà hija wieħed mill-valuri ewlenin tal-UE, imnaqqxa fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Fost oħrajn, tagħti liċ-ċittadini d-dritt li jiċċaqalqu u jmorru joqogħdu fejn iridu fl-Unjoni.

Il-libertajiet individwali huma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tinkludi r-rispett għall-ħajja privata, il-libertà tal-ħsieb, tar-reliġjon, tal-assemblea, tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

L-Istati Membri tal-UE jirrappreżentaw terz tal-pajjiżi liberi kollha fid-dinja.

L-Ewropa hija fil-wisa’ l-aktar kontimenti liberu fid-dinja u tinsab fuq nett fil-lista internazzjonali tal-libertà tal-istampa.

Il-Libertà

Page 12: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

10

“L-integrazzjoni tal-Polonja fl-UE fl-2004 fissret bidla fundamentali għall-pajjiż. […] Bl-allinjament tal-liġijiet tagħna mal-acquis communautaire, irnexxielna naħsdu benefiċċji ekonomiċi u soċjopolitiċi enormi: it-tkabbir kumulattiv tal-PDG tagħna fl-2004-2012 kien ta’ 46.3 fil-mija.” Radosław Sikorski, li kien Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Polonja

Page 13: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

11

Is-sħubija fl-UE wasslet għal aktar prosperità, maqsuma bejn kulħadd. Il-PDG medju kull ras fl-Unjoni kważi rdoppja matul l-aħħar 20 sena. Iż-żieda kienet ta’ aktar minn 10 darbiet għal xi wħud mill-pajjiżi l-aktar fqar.

Bejn Jannar 2013 u Settembru 2016 inħolqu 10 miljun post tax-xogħol b’mod li r-rata tal-impjieg fl-UE-27 tinsab kważi fil-livell l-aktar għoli li qatt kien hemm, 69.7 fil-mija.

L-ewro huwa t-tieni munita ta’ riżerva globali l-aktar importanti, b’aktar minn 1.5 triljun ewro miżmuma mill-banek ċentrali madwar id-dinja.

Il-Prosperità

Page 14: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Mingħajr finanzjament mill-UE din l-iskoperta ma

kinitx tkun possibbli.”Michaël Gillon, astronomu Belġjan li skopra

s-sistema solari ġdida TRAPPIST-112

Page 15: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

13

Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja r-riċerka u t-teknoloġiji u prodotti ġodda li jtejbu l-ħajja tagħna. Orizzont 2020, it-tmien Programm ta’ Qafas, huwa l-akbar programm ta’ riċerka multinazzjonali fid-dinja.

L-Unjoni Ewropea hija fuq quddiem fid-dinja fir-riċerka u l-innovazzjoni. Hija responsabbli għal kwart tan-nefqa dwar ir-riċerka fid-dinja u għal terz tal-applikazzjonijiet għal privattivi madwar id-dinja.

Ix-xjentisti, l-ekonomisti, l-awturi, it-tobba, l-artisti, l-attivisti mill-Unjoni Ewropea rebħu l-akbar numru ta’ Premji Nobel fl-istorja għall-kontribut tagħhom għall-avvanz uman.

L-Iskoperta

Page 16: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Lil hinn minn esperjenza ta’ studju, l-Erasmus huwa ħafna aktar. Għalija huwa mod kif tħares lejn id-dinja b’par għajnejn ġodda, li tħoss u tiskopri emozzjonijiet ġodda u titgħallem dak li ma ssibx miktub fil-kotba.”Student jitkellem dwar l-esperjenza fil-programm ta’ skambju Erasmus

14

Page 17: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

15

Bħala Ewropej aħna liberi li ngħixu, naħdmu u nirtiraw fejn irridu fl-Ewropa. Bis-saħħa tas-Suq Uniku, it-titjiriet huma irħas, l-ivvjaġġar huwa anqas burokratiku u l-ispejjeż biex iċċempel u biex tirċievi telefonata meta tkun barra minn pajjiżek issa huma 90 fil-mija orħos milli kienu fl-2007. It-tariffi tar-roaming dalwaqt se jitneħħew għal kollox.

Bħalissa 6.5 miljun Ewropew qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Sa minn mindu ġie stabbilit fl-1987, il-programm Erasmus kien ta opportunità biex 9 miljun persuna setgħu jistudjaw, jitħarrġu, jivvolontarjaw jew jakkwistaw esperjenza professjonali barra minn pajjiżhom.

L-UE għandha l-ogħla rata ta’ edukazzjoni bikrija fost it-tfal fil-pajjiżi tal-G20, b’94.3 fil-mija tat-tfal li għandhom erba’ snin jew aktar li jmorru l-iskola qabel ma jibda ż-żmien tal-edukazzjoni obbligatorja.

L-Opportunità

Page 18: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Kull persuna hija ugwali f’għajnejn

il-liġi.”L-Artikolu 20 tal-Karta dwar

id-Drittijiet Fundamentali.

16

Page 19: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

17

Sa mill-bidu, l-integrazzjoni Ewropea kienet ibbażata fuq il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, li jirfed il-politiki Ewropej kollha.

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea.

Tmur lura sal-1957 meta l-prinċipju ta’ paga ndaqs għal xogħol indaqs sar parti mit-Trattat ta’ Ruma. Id-diskrepanza fil-paga bejn l-irġiel u n-nisa tniżżlet għal 16 fil-mija.

Illum hemm aktar nisa li jiggradwaw mill-universitajiet Ewropej milli hemm irġiel.

In-nisa Ewropej għandhom l-ogħla rata medja fid-dinja fejn jidħol l-Indiċi tal-Libertà Personali.

L-Ugwaljanza

Page 20: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Il-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha

u l-benessri tal-popli tagħha.”L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

18

Page 21: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

19

Il-mudell soċjali Ewropew aġixxa bħala forza qawwija ta’ ugwaljanza, ħassar ammont sinifikanti ta’ inugwaljanzi fl-introjtu mis-suq, li jvarjaw minn 22 fil-mija fl-Estonja għal 43 fil-mija fl-Irlanda, kontra biss 18 fil-mija fl-Istati Uniti jew 15 fil-mija fil-Ġappun.

Iċ-ċittadini tal-UE jgħixu tmien snin aktar mill-medja dinjija (l-aspettativa tal-ħajja fil-mument tat-twelid fl-UE28 hija 79.6 kontra 71.4 madwar id-dinja).

Il-ħaddiema kollha tal-UE għandhom dritt għal erba’ ġimgħat liv imħallas fis-sena. F’pajjiżi bħall-Kanada u l-Ġappun, id-dritt inizjali ta’ liv imħallas huwa ta’ għaxart ijiem biss, filwaqt li fl-Istati Uniti ma hemmx minimu ta’ ġranet ta’ liv imħallas.

Aktar minnhekk, in-nisa kollha Ewropej għandhom id-dritt li jkolhom mill-anqas 14-il ġimgħa ta’ liv tal-maternità u l-ġenituri kollha għandhom dritt individwali għal-liv tal-ġenituri meta jitweldilhom jew meta jadottaw wild.

Il-Benessri

Page 22: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“L-Ewropa dejjem kienet fuq quddiem fl-isforzi tal-promozzjoni tal-ekoloġija. Id-dinja tagħna għandha bżonn ħsieb u attenzjoni.”Il-Papa Franġisku

20

Page 23: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

21

Is-SostenibilitàSa mill-1972, meta tniediet l-ewwel politika ambjentali Ewropea, l-UE ffaċċjat il-problemi tax-xita aċiduża u l-għibien ftit ftit tal-faxx tal-ożonu.

Illum, l-ibliet Ewropej għandhom fost l-anqas livelli ta’ tniġġiż madwar id-dinja, fil-biċċa l-kbira bis-saħħa ta’ projbizzjonijiet li ilhom li saru kontra sustanzi li jniġġżu bħalma huwa ċ-ċomb fil-petrol. Ir-riciklaġġ tal-iskart fil-muniċipalitajiet tal-Ewropa żdied minn 30 fil-mija fl-2004 għal 43 fil-mija fl-2014. Sitta u disgħin fil-mija tax-xtajtiet tagħna huma nodfa biżżejjed għall-għawm u 85 fil-mija rebħu t-tikketta “eċċellenti”.

Fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-UE wriet li l-iżvilupp sostenibbli u l-progress ekonomiku jistgħu jmorru id f’id. Hija naqqset l-emissjonijiet tas-CO2 bi 22 fil-mija bejn l-1990 u l-2015, filwaqt li l-ekonomija kibret b’50 fil-mija.

Bejn l-2010 u l-2015, l-UE investiet aktar fl-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija milli f’sorsi oħra. Illum hemm tliet darbiet aktar enerġija rinnovabbli installata għal kull persuna mill-medja dinjija.

Page 24: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“Il-prijorità tagħna hija li jintlaħaq ftehim kummerċjali mal-UE u ma’ żoni kbar ta’ kummerċ, aktar milli

ma’ stati individwali fl-UE.”Shinzo Abe, il-Prim Ministru tal-Ġappun

22

Page 25: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

23

L-Unjoni Ewropea hija l-akbar blokk ta’ kummerċ fid-dinja. L-esportazzjonijiet totali tal-UE27 jiswew madwar 5.8 triljun ewro. Dan jirrappreżenta aktar minn terz tat-total dinji tal-esportazzjonijiet, aktar minn darbtejn u nofs l-esportazzjonijiet taċ-Ċina u aktar minn tliet darbiet dawk tal-Istati Uniti.

L-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija għal 80 pajjiż.

L-UE hija l-ikbar sors u destinazzjoni ta’ investiment dirett barrani fid-dinja.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar donatur fid-dinja, u pprovdew aktar minn nofs l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp fl-2015.

L-Inf luwenza

Page 26: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

“L-Ewropa hija importanti għaliex id-diversità hija aħjar mill-monotonija.”Wieħed mill-parteċipanti waqt id-dimostrazzjoni #pulseofeurope24

Page 27: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

25

Fl-UE hemm 24 lingwa ufiċjali u aktar minn 60 lingwa indiġena reġjonali jew ta’ minoranza.

L-UE hija bbażata fuq il-kunċett tal- “unità fid-diversità”. L-identità nazzjonali hija protetta mill-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex ma tirfisx fuq il-kompetenzi nazzjonali jew reġjonali, l-UE naqqxet il-prinċipju tas-“sussidjarjetà”, u żgurat li l-azzjoni fil-livell Ewropew tkun waħda li tindirizza kwistjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu riżolti mill-Istati Membri waħidhom, bħalma huwa t-tniġġis tal-arja.

L-attrazzjonijiet kulturali tal-Ewropa għamluha l-aqwa destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2015, Franza, Spanja u l-Italja kienu fl-ewwel, fit-tielet u fil-ħames post rispettivament fi stħarriġ madwar id-dinja dwar il-wasliet internazzjonali tat-turisti.

Id-Diversità

Page 28: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

26

Il-Paċi:Elie Wiesel, “Hope, Despair and Memory” , Diskors Nobel, il-11 ta’ Diċembru 1986.

Thorbjørn Jagland, President tal-Kumitat Norveġiż tal-Premju Nobel, “Diskors waqt l-għoti tal-premijiet”, il-Premju Nobel għall-Paċi 2012, l-10 ta’ Diċembru 2012.

L-Istitut Internazzjonali għall-Istudji Strateġiċi, “Armed Conflict Survey 2016”, id-29 ta’ Marzu 2016.

L-Istitut għall-Paċi fi Sħubija, “EU Contribution to UN Peacekeeping”, is-17 ta’ Marzu 2016.

Id-Demokrazija:Aung San Suu Kyi: “Għandek bżonn tkun taf għaliex id-dinja hija kif inhi, jew għandek tkun trid li tkun taf,” Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, Ottubru 2013.

Grafeus, “Democracy Map of Europe”, Settembru 2013.

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, “Better Life Index”.

Is-Solidarjetà:François Hollande, “Diskors quddiem sessjoni konġunta tal-Parlament”, is-16 ta’ Novembru 2015.

Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, “Activation of Article 42(7) TEU France’s request for assistance and Member States’ responses”, Briefing tal-Kunsill Ewropew, ippubblikat għall-ewwel darba f’Diċembru 2015, aġġornat f’Lulju 2016.

Il-Kummisjoni Ewropea, “Contribution of the European Structural and Investment Funds to jobs and growth, the Investment Plan and the Commission’s priorities”, 2016

Il-Libertà:Day, M., “Freedom is priceless, Walesa tells Poland”, The Telegraph, it-30 ta’ Awwissu 2005.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, Titolu II.Freedom House, “Freedom in the World 2017”, 2016.

Reporters Without Borders, “2016 World Press Freedom Index”, 2016.

Il-Prosperità:Radosław Sikorski, ‘Spurring on the European Project’, in New Eastern Europe, Issue 4 (IX)/2013.

Eurostat, PDG ras għal ras, Settembru 2016.

Eurostat, Statistika dwar l-Impjiegi, Novembru 2016.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali, “Currency Composition of Official Foreign Exchange Reserves”, it-30 ta’ Diċembru 2016.

Referenzi

Page 29: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

27

L-Iskoperta:Heath, R., “EU cash, Belgian beer, and the final frontier”, it-23 ta’ Frar 2017.

Il-Kummissjoni Ewropea, “30 Years of EU Research Framework Programmes”, Horizon Magazine, Edizzjoni Speċjali, Marzu 2015.

Is-Sit Web Uffiċjali tal-Premju Nobel.

L-Opportunità:Il-Kummissjoni Ewropea, “Erasmus: I am one of the two million who did it!”, 2010.

Il-Kummissjoni Ewropea, “From Erasmus to Erasmus+: a story of 30 years”, Skeda Informattiva, is-26 ta’ Jannar 2017.

Eurostat, “EU citizenship - statistics on cross-border activities”, April 2013.

Eurostat, “Europe 2020 indicators – education”, u “The EU in the world - education and training”, Marzu 2016.

L-Ugwaljanza:Eurostat, “Gender pay gap statistics”, Novembru 2016.

Eurostat, “Tertiary education statistics”, Diċembru 2015.

L-Istitut Cato, “Human Freedom Index 2016”, 2016.

Il-Benesseri:L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, “Income Distribution and Poverty”, l-aktar data riċenti disponibbli mill-2013 u l-2014.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Global Health Observatory (GHO) data: Life expectancy”, data mill-2015.

Il-Kummissjoni Ewropea, “Professional, private and family life”, Novembru 2016.

Wage Indicator Foundation, 2017.

Is-Sostenibbiltà:Il-Papa Franġisku, “Diskors lill-membri tal-Parlament Ewropew”, Strasburgu, Franza, nhar it-Tlieta, il-25 ta’ Novembru, 2014.

Il-Kummissjoni Ewropea, “The European Union Leading in Renewables”, fuljett għal COP21, 2015.

L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli, “The Power to Change: Solar and Wind Cost Reduction Potential to 2025”, Ġunju 2016.

Page 30: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

28

Il-Kummissjoni Ewropea, “It-tranżizzjoni enerġetika tal-Ewropa tinsab fi stadju avvanzat”, Stqarrija għall-istampa, l-1 ta’ Frar 2017.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: “Report on European bathing water quality in 2015”, Settembru 2016.

Stavros Dimas, “Celebrating the Environmental Union”, fil-BBC News, it-23 ta’ Marzu 2007.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: “Environmental indicator report 2016”, b’appoġġ għall-monitoraġġ tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, id-9 ta’ Diċembru 2016.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Urban Air Quality Database”, 2016.

L-Influwenza:Il-Kummissjoni Ewropea, “A Stronger Global Actor”, Ottubru 2016.

Stewart, H., ‘Britain remaining in EU is ‘better for the world’, says Japanese prime minister’; The Guardian, 5 May 2016.

Id-Diversità:Il-Kummissjoni Ewropea, “Topics of the European Union – Multilingualism”.

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 5.

#PulseofEurope: http://pulseofeurope.eu/?lang=en.

L-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti, Xejriet fit-Turiżmu

Page 31: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

©

Qoxra: © AP Photo/Sergei Grits© AP/Fotolia/Pavlo Vakhrushev Il-Paċi: © AP Photo / B.H. Rollins

Id-Demokrazija: © AP/Fotolia/bizoo_nIs-Solidarjetà: © AP Photo/Christophe Ena

Il-Libertà: © AP Photo/Lutz SchmidtIl-Prosperità: © AP/Fotolia/Lena Serditova

L-Iskoperta: © ESA/ATG medialab, 2016 / Source: EC - Audiovisual ServiceL-Opportunità: © AP/Fotolia/Syda Productions

L-Ugwaljanza: © AP/Fotolia/Aliaksei LasevichIl-Benesseri: © AP/Fotolia/haveseen

Is-Sostenibbiltà: © European Communities, 2009 / Source: EC - Audiovisual Service / Photo: Laurent ChamussyL-Influwenza: © AP Photo/Mosa’ab Elshamy

Id-Diversità: © AP/Fotolia/WavebreakmediaMicro

Page 32: L-Istorja Ewropea€¦ · Sa minn mindu tnieda l-ewwel Programm Qafas għar-riċerka madwar l-Ewropa kollha fl-1984, l-Unjoni Ewropea investiet kważi EUR 200 biljun biex tiffinanzja

ES-01-17-157-MT-C