san franġisk u l-gamiem Ġużè delia
DESCRIPTION
San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia. Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża 2010. Kien ix-xahar tal-ġmiel u tad-dija, Meta kollox ilellex u jfuħ, Meta kollox iħaddar u jarmi U l-ward jonfoħ u jbexxaq għall-ftuħ. Beda jżernaq… fuq l-art, fuq il-baħar, - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/1.jpg)
San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia
Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża 2010Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża 2010
![Page 2: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/2.jpg)
Kien ix-xahar tal-ġmiel u tad-dija,Meta kollox ilellex u jfuħ,Meta kollox iħaddar u jarmiU l-ward jonfoħ u jbexxaq għall-ftuħ.
![Page 3: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/3.jpg)
Beda jżernaq… fuq l-art, fuq il-baħar,Beda jroxx l-ewwel dawl tat-tbexbix,Kull fejn jimraħ il-ħarsa, bħal ġawhar,Tleqq in-nida fuq truf il-ħaxix.
![Page 4: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/4.jpg)
F’dik is-siegħa ta’ għaxqa, ta’ seħer,Qalb l-għelieqi miżgħuda bil-ward,Il-Qaddis minn t’Assisi kien waħdu…Miexi, jitlob ... bħal anġlu fuq l-art.
![Page 5: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/5.jpg)
Tfajjel ċkejken dlonk jgħaddi minn fejnuF’wiċċu l-bewsa tal-barka, tas-sliem,Sbejħa, irżina, bħad-difa tas-semaĦarstu ħiemda, mixħuta ’l quddiem!
![Page 6: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/6.jpg)
Kellu f’idu, miġbura magħluqaĠewwa qafas, xi ftit gamimietRixhom sbejjaħ u griżi u melliesiĦarsthom ħelwa, bħal mewġ fil-qaliet.
![Page 7: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/7.jpg)
Ħass bħal ħasra Franġisku xħin rahomHekk mikduda taħt jasar imqit,U sejjaħlu lit-tfajjel maġenbu,U kliem qallu ta’ ħniena, ta’ ġid:
![Page 8: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/8.jpg)
"Ibni ruħi, għax tjassar bla ħtija,Dawn l-għasafar hekk ġwejda u ħemdin?Għax taħqarhom, imsejkna, x’għamlulek?La tkunx kiefer, itlaqhom ħelsin!"
![Page 9: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/9.jpg)
Baqa’ jħares it-tfajjel - bħal wieħedQuddiem Anġlu tas-sema, miblugħ.Dak il-kliem daħal, niżel ġo qalbuHekk bil-qawwa li baqa’ mirbuħ.
![Page 10: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/10.jpg)
Fetaħ b’rogħda l-bieb ċkejken tal-qafasKollha ħarġu, it-tjur minnufih;Mhux fil-beraħ jew fl-għoli tas-siġar,Lanqas xterdu jew diebu mar-riħ.
![Page 11: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/11.jpg)
Kollha daru mar-Raħeb tal-Verna,Fuq dirgħajh, madwar rasu, m’idejh ...Rashom ċkejkna jħokkulu ma’ wiċċuDik ħarsithom imsammra f’għajnejh!
![Page 12: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/12.jpg)
Il-Qaddis żiegħel bihom, daħkilhomDaħka ħelwa ta’ mħabba, ta’ ferħ,Rashom miegħu, ma’ sidru, fuq qalbu,Donnu fihom sab l-hena u s-serħ.
![Page 13: San Franġisk u l-Gamiem Ġużè Delia](https://reader036.vdocuments.net/reader036/viewer/2022081415/56814b36550346895db83df9/html5/thumbnails/13.jpg)
Baqa’ bihom jithenna u jitgħaxxaq -Hekk kif l-anġli jitgħaxxqu f’din l-art,Sakemm taru minn fuqu, sa diebuĠewwa l-beraħ ifewwaħ bil-ward.