santwarju parrokkjali tal qalb ta Ġesù tal · magħna; inħarsu lejn il-preżent biex bil-valuri...

1
Id-Dar Parrokkjali: 196, Triq il-Għajn, il-Fontana FNT 9026 L-Uffiċċju: It-Tlieta u l-Ħamis, 9.00am-12.00pm, 5.00pm-7.00pm Telefon: 21556097 (uffiċċju) | 21560223 (knisja) | 79093699 (kappillan) Websajt u Facebook: www.qalbtagesu.com | Fontana Parish Imejl: [email protected] Radju: Radju Sacro Cuor | 105.2FM Quddies: Matul il-ġimgħa: 6.15am - 7.00am - 11.30am - 6.00pm Is-Sibt: 6.30am - 9.00am - 6.00pm Il-Ħdud u l-festi: 6.30am - 8.30am - 10.30am - 4.30pm Qrar: qabel jew wara kull Quddiesa Adorazzjoni: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30am sal-11.30am Il-Kappillan: Kanonku Simon Mario Cachia Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbistKemm għandu sens kliem l-Innu Malti, iktar u iktar meta jitkanta fl-10 taFrar! Permezz tamiġjet Pawlu u Luqa, 1960 sena ilu Malta u Għawdex libsu l-oħla dawlli hu Kristu. Fdan il-jum ejjew inħarsu lejn il-passat u nirringrazzjaw lil Alla tatant imħabba li wera magħna; inħarsu lejn il-preżent biex bil-valuri Nsara li nħaddnu nkunu tagħajnuna lis- soċjetà; inħarsu lejn il-ġejjieni biex il-fidi li rċevejna ngħadduha bla mittiefsa - bl-eżempju u bil-kelma - lil tawarajna. L-10 taFrar hija festa kkmandata. Il-Quddies ikun bħall- Ħadd. Il-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija (9 taFrar) tkun tal-vġili tadin il-festa. Tajjeb niftakru li fil-knisja tagħna għandna artal iddedikat lil San Pawl kif ukoll statwa antika mal-faċċata. Ir-restawr. Fejn wasalna? Xaktarx innutajtu li dan l-aħħar in-numru taħaddiema żdied sew. Bhekk ix-xogħol miexi britmu mgħaġġel tant li issa spostja għall-ġenb (naħa sagristija). Il-ġenb (naħa TaMulejja) u n-naħa tawara lesti. Mill-aħħar aġġornament (29.12.19) u wara l-kjarifika fuq l-ispejjeż extra’ (12.01.20) daħlulna €2.190 fgħotjiet għar- restawr. Somma sabiħa mertu tamħabbitkom! Biex inkopru l-parti tagħna tal- ko-finanzjament, issa fadal niġbru mal-€15.520. Ejjew neħilsumilli fadal! Inkomplu ngħinu wkoll lis-Santwarju ħa jissokta bil-ħidma tiegħu waqt li jkompli jħallas l-ispejjeż extramarbuta mal-proġett. Bil-ftit mingħand kulħadd inkopru kollox, żgur! Kburi bdin il-komunità: żgħira fid-daqs, bil-wisq ikbar fil- qalb! Randan 2020. Bħalissa għaddejja ħidma biex jiġi ffinalizzat il-programm marbut madan iż-Żmien liturġiku qawwi li ser jibda fis-26 taFrar. Ser ikollna diversi mumenti sbieħ għal kull età u mumenti qawwija oħra għall-komunità kollha. Dettalji iktar il quddiem. Attivitajiet: fdan il-weekend il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana ser torganizza Bake Sale fuq iz-zuntier. L-Erbgħa għandna l-Coffee Morning fis-sala parrokkjali: jibda fid-9.00am. Kellmu lill-helpers. Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar -restawr); NN €50; NN €20 (għall-knisja). Grazzi mill-qalb! Id-dilettanti tan-Nar jirringrazzjaw lill-poplu tal-Fontana: il- ġabra bieb bieb li saret minnhom fit-30 taJannar kienet ta€1.177. Il-Qalb taĠesù tberikkom! Dun Simon Is-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb taĠesù tal-Fontana It-Tnejn 10 taFrar Familja Schembri It-Tlieta 11 taFrar Marija Vella u Vince Bonello L-Erbgħa 12 taFrar Salvu u Giga Scicluna Il-Ħamis 13 taFrar Dilora u Pawlu Zammit Il-Ġimgħa 14 taFrar Karmnu u Marija Saliba u l-familja Is-Sibt 15 taFrar Anthony u Carmela Theuma Il-Ħadd 16 taFrar Wenzu u Nikolina Schembri INTENZJONIJIET TAL-QUDDIES Il-morda u l-anzjani tagħna Nixtieq minn qalbi nsellem lill-morda u lill-anzjani tal-Fontana! Grazzi tat-talb tagħkom, tal-ħeġġa li turuna kull darba li nitkellmu magħkom fuq il-Parroċċa u talli kuldarba li nżurukom tkunu intom li timlewna bil-kuraġġ u mhux bil-kontra! Nhar it-Tlieta, festa tal-Madonna taLourdes u Jum Dinji taTalb għall-Morda, ser ikun hemm talb speċjali għalikom ilkoll quddiem is-Sagrament u quddiem l- inkwatru tal-Madonna taLourdes. Nirringrazzja lil dawk kollha involuti fir- Radju biex il-morda u l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jieħdu sehem magħna xorta waħda. Grazzi wkoll lil Dun Rużar li jgħin fit-tqarbin tal-anzjani/morda fi djarhom. Il-Bullettin tal-Ħadd 9 taFrar 2020

Upload: others

Post on 07-Oct-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Santwarju Parrokkjali tal Qalb ta Ġesù tal · magħna; inħarsu lejn il-preżent biex bil-valuri Nsara li nħaddnu nkunu ta’ għajnuna lis-soċjetà; inħarsu lejn il-ġejjieni

Id-Dar Parrokkjali: 196, Triq il-Għajn, il-Fontana FNT 9026 L-Uffiċċju: It-Tlieta u l-Ħamis, 9.00am-12.00pm, 5.00pm-7.00pm Telefon: 21556097 (uffiċċju) | 21560223 (knisja) | 79093699 (kappillan) Websajt u Facebook: www.qalbtagesu.com | Fontana Parish Imejl: [email protected] Radju: Radju Sacro Cuor | 105.2FM

Quddies: Matul il-ġimgħa: 6.15am - 7.00am - 11.30am - 6.00pm Is-Sibt: 6.30am - 9.00am - 6.00pm Il-Ħdud u l-festi: 6.30am - 8.30am - 10.30am - 4.30pm Qrar: qabel jew wara kull Quddiesa Adorazzjoni: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30am sal-11.30am Il-Kappillan: Kanonku Simon Mario Cachia

“Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist”

Kemm għandu sens kliem l-Innu Malti, iktar u iktar meta jitkanta fl-10 ta’ Frar! Permezz ta’ miġjet Pawlu u Luqa, 1960 sena ilu Malta u Għawdex libsu “l-oħla dawl” li hu Kristu. F’dan il-jum ejjew inħarsu lejn il-passat u nirringrazzjaw lil Alla ta’ tant imħabba li wera magħna; inħarsu lejn il-preżent biex bil-valuri Nsara li nħaddnu nkunu ta’ għajnuna lis-soċjetà; inħarsu lejn il-ġejjieni biex il-fidi li rċevejna ngħadduha bla mittiefsa - bl-eżempju u bil-kelma - lil ta’ warajna. L-10 ta’ Frar hija festa kkmandata. Il-Quddies ikun bħall-Ħadd. Il-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija (9 ta’ Frar) tkun tal-vġili ta’ din il-festa. Tajjeb niftakru li fil-knisja tagħna għandna artal iddedikat lil San Pawl kif ukoll statwa antika mal-faċċata.

Ir-restawr. Fejn wasalna? X’aktarx innutajtu li dan l-aħħar in-numru ta’ ħaddiema żdied sew. B’hekk ix-xogħol miexi b’ritmu mgħaġġel tant li issa spostja għall-ġenb (naħa sagristija). Il-ġenb (naħa Ta’ Mulejja) u n-naħa ta’ wara lesti. Mill-aħħar aġġornament (29.12.19) u wara l-kjarifika fuq l-ispejjeż ‘extra’ (12.01.20) daħlulna €2.190 f’għotjiet għar-restawr. Somma sabiħa mertu ta’ mħabbitkom! Biex inkopru l-parti tagħna tal- ko-finanzjament, issa fadal niġbru mal-€15.520. Ejjew ‘neħilsu’ milli fadal! Inkomplu ngħinu wkoll lis-Santwarju ħa jissokta bil-ħidma tiegħu waqt li jkompli jħallas l-ispejjeż ‘extra’ marbuta mal-proġett. Bil-ftit mingħand kulħadd inkopru kollox, żgur! Kburi b’din il-komunità: żgħira fid-daqs, bil-wisq ikbar fil-qalb!

Randan 2020. Bħalissa għaddejja ħidma biex jiġi ffinalizzat il-programm marbut ma’ dan iż-Żmien liturġiku qawwi li ser jibda fis-26 ta’ Frar. Ser ikollna diversi mumenti sbieħ għal kull età u mumenti qawwija oħra għall-komunità kollha. Dettalji iktar ’il quddiem.

Attivitajiet: f’dan il-weekend il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana ser torganizza Bake Sale fuq iz-zuntier. L-Erbgħa għandna l-Coffee Morning fis-sala parrokkjali: jibda fid-9.00am. Kellmu lill-helpers.

Għotjiet: NN €50; NN €50 (għar -restawr); NN €50; NN €20 (għall-knisja). Grazzi mill-qalb! Id-dilettanti tan-Nar jirringrazzjaw lill-poplu tal-Fontana: il-ġabra bieb bieb li saret minnhom fit-30 ta’ Jannar kienet ta’ €1.177.

Il-Qalb ta’ Ġesù tberikkom! Dun Simon

Is-Santwarju Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Fontana

It-Tnejn 10 ta’ Frar Familja Schembri It-Tlieta 11 ta’ Frar Marija Vella u Vince Bonello L-Erbgħa 12 ta’ Frar Salvu u Giga Scicluna Il-Ħamis 13 ta’ Frar Dilora u Pawlu Zammit Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar Karmnu u Marija Saliba u l-familja Is-Sibt 15 ta’ Frar Anthony u Carmela Theuma Il-Ħadd 16 ta’ Frar Wenzu u Nikolina Schembri

INT

EN

ZJ

ON

IJIE

T

TA

L-Q

UD

DIE

S

Il-morda u l-anzjani tagħna

Nixtieq minn qalbi nsellem lill-morda u lill-anzjani tal-Fontana! Grazzi tat-talb tagħkom, tal-ħeġġa li turuna kull darba li nitkellmu magħkom fuq il-Parroċċa u talli kuldarba li nżurukom tkunu intom li timlewna bil-kuraġġ u mhux bil-kontra! Nhar it-Tlieta, festa tal-Madonna ta’ Lourdes u Jum Dinji ta’ Talb għall-Morda, ser ikun hemm talb speċjali għalikom ilkoll quddiem is-Sagrament u quddiem l-inkwatru tal-Madonna ta’ Lourdes.

Nirringrazzja lil dawk kollha involuti fir-Radju biex il-morda u l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jieħdu sehem magħna xorta waħda. Grazzi wkoll lil Dun Rużar li jgħin fit-tqarbin tal-anzjani/morda fi djarhom.

Il-Bullettin tal-Ħadd 9 ta’ Frar 2020