skeda informattiva tematika tas-semestru ewropew · hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif...

17
Paġna 1 | 1. INTRODUZZJONI Is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri tal-UE huma parti kruċjali mil-livelli għolja ta’ protezzjoni soċjali u koeżjoni tal-Ewropa. Is-sistemi tas-saħħa fl-UE huma varjati u jirriflettu l-għażliet soċjetali differenti. Minkejja d-differenzi organizzazzjonali u finanzjarji, huma mibnija fuq il-valuri komuni rikonoxxuti mill-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa fl-2006 1 : l-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba, l-ekwità u s- solidarjetà. Hemm ukoll rikonoxximent wiesa’ tal- ħtieġa li s-sistemi tas-saħħa jsiru fiskalment sostenibbli b’mod li jissalvagwardja dawn il-valuri għall- ġejjieni 2 . 1 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C 146/01): http://eur- lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:14 6:0001:0003:EN:PDF. 2 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sistemi tas- saħħa u s-sostenibbiltà fiskali (8.11.2016): http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST- 14182-2016-INIT/mt/pdf. Matul l-aħħar għaxar snin, is-sistemi tas-saħħa Ewropej iffaċċjaw sfidi komuni simili li qegħdin jikbru: Il-popolazzjoni Ewropea qiegħda tixjieħ u qed issir aktar esposta għal bosta mard kroniku. Dan iwassal għal domanda ogħla għall-kura tas-saħħa u żieda fil-pressjoni fiskali; L-ispejjeż tat-teknoloġija innovattiva u tal-mediċini jiżdiedu u jpoġġu piż fuq il-finanzi pubbliċi; Il-professjonisti fil-kura medika huma mqassmin b’mod irregolari, b’nuqqasijiet f’ċerti oqsma tal-kura; u L-aċċess għall-kura tas-saħħa mhuwiex imqassam b’mod ugwali u jirriżulta f’inugwaljanzi fl-eżiti tas- saħħa fis-soċjetà kollha. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti 3 ddefinixxiet aġenda strateġika għas-sistemi tas-saħħa fl-UE. 3 COM(2014) 215 final: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_ performance_assessment/docs/com2014_215_final_mt. pdf. SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW IS-SISTEMI TAS-SAĦĦA

Upload: vucong

Post on 20-Jul-2019

224 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 1 |

1. INTRODUZZJONI

Is-sistemi tas-saħħa tal-Istati

Membri tal-UE huma parti kruċjali mil-livelli għolja ta’ protezzjoni

soċjali u koeżjoni tal-Ewropa.

Is-sistemi tas-saħħa fl-UE huma varjati u jirriflettu l-għażliet soċjetali differenti.

Minkejja d-differenzi organizzazzjonali u finanzjarji, huma mibnija fuq il-valuri

komuni rikonoxxuti mill-Kunsill tal-Ministri

tas-Saħħa fl-20061: l-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba, l-ekwità u s-

solidarjetà.

Hemm ukoll rikonoxximent wiesa’ tal-ħtieġa li s-sistemi tas-saħħa jsiru

fiskalment sostenibbli b’mod li

jissalvagwardja dawn il-valuri għall-ġejjieni2.

1 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C 146/01): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:146:0001:0003:EN:PDF. 2 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sistemi tas-

saħħa u s-sostenibbiltà fiskali (8.11.2016): http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14182-2016-INIT/mt/pdf.

Matul l-aħħar għaxar snin, is-sistemi tas-saħħa Ewropej iffaċċjaw sfidi

komuni simili li qegħdin jikbru:

Il-popolazzjoni Ewropea qiegħda tixjieħ

u qed issir aktar esposta għal bosta mard kroniku. Dan iwassal għal

domanda ogħla għall-kura tas-saħħa u żieda fil-pressjoni fiskali;

L-ispejjeż tat-teknoloġija innovattiva u tal-mediċini jiżdiedu u jpoġġu piż fuq

il-finanzi pubbliċi; Il-professjonisti fil-kura medika huma

mqassmin b’mod irregolari,

b’nuqqasijiet f’ċerti oqsma tal-kura; u L-aċċess għall-kura tas-saħħa

mhuwiex imqassam b’mod ugwali u jirriżulta f’inugwaljanzi fl-eżiti tas-

saħħa fis-soċjetà kollha.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar

sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti3 ddefinixxiet aġenda strateġika

għas-sistemi tas-saħħa fl-UE.

3 COM(2014) 215 final: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/docs/com2014_215_final_mt.pdf.

SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA

TAS-SEMESTRU EWROPEW

IS-SISTEMI TAS-SAĦĦA

Page 2: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 2 |

Kontribuzzjonijiet importanti għal din l-aġenda ġew mir-Rapport Konġunt dwar is-

sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul

u s-sostenibbiltà fiskali, li tħejja mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tal-

Politika Ekonomika4.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali adottat f’April 2017 jiddikjara fil-

Prinċipju 16 li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa

affordabbli, preventiva u kurattiva ta’

kwalità tajba.

Aċċess f’waqtu jfisser li kulħadd ikun jista’ jaċċessa l-kura tas-saħħa kull meta jkun

jeħtieġha. Dan jirrikjedi post ġeografiku bbilanċjat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa

u tal-professjonisti fil-kura medika, kif

ukoll politiki għall-minimizzazzjoni tal-perjodi twal ta’ stennija.

Kura tas-saħħa affordabbli tfisser li n-nies

ma għandhomx jitwaqqfu milli jużaw il-kura meħtieġa minħabba l-ispejjeż.

Kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba tfisser li jenħtieġ li din tkun rilevanti, xierqa, sikura

u effettiva.

Is-sistemi tas-saħħa tal-UE qegħdin

jinteraġixxu dejjem aktar ma’ xulxin. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-

Kura tas-Saħħa Transkonfinali5 kienet pass importanti fil-provvediment ta’ qafas legali

u għodod ta’ politika għal din il-kooperazzjoni. B’mod partikolari, id-

direttiva tipprovdi regoli ċari u informazzjoni affidabbli lill-pazjenti dwar l-

aċċess u r-rimborż għall-kura tas-saħħa

riċevuta f’pajjiż ieħor tal-UE.

2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI

2.1. Is-settur tas-saħħa huwa sors

ewlieni ta’ impjiegi

Is-settur tas-‘saħħa u l-ħidma soċjali’

huwa s-settur li ra l-akbar żieda fl-

4 L-Ekonomija Ewropea, Dokument Istituzzjonali 37, Ottubru 2016: https://ec.europa.eu/info/publications/economy-finance/joint-report-health-care-and-long-term-care-systems-fiscal-sustainability-0_en. 5 Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali; ĠU L 88, 4.4.2011.

impjiegi fis-snin riċenti b’aktar minn 2.6 miljun impjieg ġdid (bejn

Page 3: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 3 |

l-ewwel kwart tal-2009 u l-ewwel kwart tal-2017). Fis-settur tas-saħħa u

tal-ħidma soċjali, iż-żieda fl-impjiegi

tqassmet kif ġej:

fis-sub-settur tas-‘saħħa tal-bniedem’: 960 500 impjieg ġdid, li

jirrappreżentaw 36 % tal-impjiegi ġodda maħluqa fis-settur kollu;

fis-sub-settur tal-‘kura residenzjali’, 946 500 impjieg ġdid, li

jirrappreżentaw 35 % tat-total; u

fil-‘ħidma soċjali mhux residenzjali’: 776 700 impjieg ġdid, li

jirrappreżentaw 29 % tat-total.

Is-‘settur tas-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali’ kien jilqa’ fi ħdanu

24 014 500 impjegat fl-ewwel kwart tal-

2017. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn — 13 601 700 impjegat — kienu impjegati

fis-sub-settur tas-‘saħħa tal-bniedem’. Is-sub-settur tal-‘kura residenzjali’ kien

jammonta għal 5 066 800 impjegat, filwaqt li 5 346 000 ħaddiem kienu

impjegati f’attivitajiet ta’ ħidma soċjali

mingħajr akkomodazzjoni’.

Madankollu, mhux l-impjiegi ġodda kollha jikkorrespondu għad-domanda ġdida

għall-kura tas-saħħa: il-popolazzjoni li qed tixjieħ tal-Ewropa teħtieġ settijiet ta’ ħiliet

differenti u modi differenti ta’ ħidma fis-setturi u d-dixxiplini kollha sabiex tiġi

pprovduta kura effettiva.

Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura

kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

ġodda ta’ għoti tal-kura li jinvolvu ċaqliq ta’ kompiti (eż. minn tobba għal

infermiera) u integrazzjoni aħjar jistgħu

jipprovdu kura aktar sikura u effettiva bi spejjeż aktar baxxi.

Tabella 1 – L-evoluzzjoni tal-impjiegi fis-settur tas-saħħa u fis-setturi l-oħrajn kollha

Il-bidliet medji annwali fl-impjiegi bejn l-2009 (K1) u l-2017 (K1) fis-settur tas-saħħa tal-bniedem u fis-setturi l-

oħrajn kollha Sors: L-Eurostat, stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol.

Il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u tal-

ħidma soċjali għandhom livell ta’ edukazzjoni ferm ogħla mill-medja tas-

setturi kollha. Kif muri fl-Anness, l-għadd

ta’ ħaddiema b’edukazzjoni terzjarja (jiġifieri lawrja mill-università jew minn

istituzzjoni oħra ta’ edukazzjoni għolja) huwa konsistentement ogħla fis-settur tas-

saħħa u tal-ħidma soċjali milli fl-ekonomija kollha.

Fl-2016, 33.9 % tal-ħaddiema kollha fl-UE kellhom edukazzjoni terzjarja; fis-settur

tas-saħħa u tal-ħidma soċjali, dan il-valur

kien ta’ 43.4 %. Il-perċentwal ta’

ħaddiema b’edukazzjoni għolja jew post-sekondarja kien ta’ 48 % għall-ekonomija

kollha u 45 % fis-settur tas-saħħa u tal-

ħidma soċjali. Sabiex nagħlqu l-istampa kollha, 17.9 % tal-ħaddiema kollha

kellhom mhux aktar minn edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, filwaqt li dan

-4%

-2%

0%

2%

4%

6%

saħħa is-setturi l-oħra kollha medji tal-UE

Page 4: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 4 |

il-perċentwal kien biss ta’ 11.5 % fis-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali6.

Is-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali għadu settur ippreġudikat ħafna lejn forza

tax-xogħol femminili: erbgħa minn kull ħames ħaddiema f’dan is-settur huma nisa

u l-perċentwal baqa’ sostanzjalment l-istess fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

Settur tas-saħħa effettiv u aċċessibbli jikkontribwixxi wkoll indirettament għat-

tkabbir ekonomiku u l-prosperità: jgħin lin-nies jiksbu u jżommu stat tajjeb ta’

saħħa u, b’hekk, jiggarantixxi parteċipazzjoni usa’ fil-forza tax-xogħol u

produttività ogħla.

2.2. Is-sostenibbiltà fiskali tas-

sistemi tas-saħħa

Is-settur pubbliku għandu rwol ewlieni fil-finanzjament tas-servizzi

tas-saħħa: f’żewġ terzi tal-Istati

Membri, aktar minn 70 % tan-nefqa fuq is-saħħa hija ffinanzjata mis-

settur pubbliku. Din is-sitwazzjoni hija potenzjalment ta’ sfida għas-sostenibbiltà

tal-finanzi pubbliċi, speċjalment fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ.

It-Tabella 2 turi s-sehem tal-finanzjament pubbliku u privat għas-sistemi tal-kura

tas-saħħa fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-Istati Membri b’sehem relattivament għoli ta’

nefqa fuq is-saħħa privata huma l-Bulgarija (46 % tan-nefqa totali fuq is-

saħħa), il-Greċja (aktar minn 41 %), Ċipru (54 %), il-Latvja (44 %) u Malta (43 %)7.

L-Istati Membri bl-ogħla sehem ta’ nefqa fuq is-saħħa ffinanzjata mill-gvern huma

r-Repubblika Ċeka (83 %), id-Danimarka (84 %), il-Ġermanja (85 %), il-

Lussemburgu (83 %), il-Pajjiżi l-Baxxi (81 %) u l-Isvezja (84 %).

6 L-edukazzjoni terzjarja tikkorrespondi għal-livelli 5 u 6 tal-ISCED. L-edukazzjoni sekondarja tikkorrespondi għal-livelli 3 u 4 tal-ISCED. L-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (u inqas) hija rrappreżentata mil-livelli 0, 1 u 2 tal-ISCED. 7 Il-komponent privat jista’ jiġi xprunat mid-domanda kkawżata mill-provvista u minn kif din tinfluwenza l-għażliet tal-pazjenti. Għalhekk, dan jista’ jistima żżejjed il-ħtiġijiet ta’ finanzjament attwali.

Page 5: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 5 |

Tabella 2 – Il-finanzjament tas-saħħa

In-nefqa fuq is-saħħa mill-aġent tal-finanzjament (‘Health expenditure by financing agent’) — Sors: OECD, Eurostat,

WHO — data tal-2016 jew l-aktar riċenti

It-Tabella 3 turi l-livelli tan-nefqa pubblika

fuq is-saħħa fl-Istati Membri tal-UE, espressi kemm bħala perċentwal tal-PDG kif ukoll

bħala perċentwal tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika totali.

Fl-2015, in-nefqa pubblika fuq is-saħħa kienet tammonta għal 7.8 % tal-PDG fl-UE

b’mod ġenerali. Tmien Stati Membri għandhom proporzjon ta’ nefqa fuq is-saħħa

għall-PDG ugwali għal jew ogħla mill-medja ponderata tal-UE: Il-Belġju, id-Danimarka,

il-Ġermanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, l-Isvezja u r-Renju Unit. L-Istati

Membri bl-aktar sehem baxx ta’ nefqa fuq

is-saħħa pubblika kienu Ċipru u l-Latvja (3.5 %) u taħt

il-5 % kien hemm il-Bulgarija, l-

Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija.

Bħala medja, in-nefqa pubblika fuq is-

saħħa kienet tammonta għal 15 %

tan-nefqa totali tal-gvern fl-UE fl-2015. L-Istati Membri ’l fuq mill-valur tal-UE

kienu r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-

Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, is-Slovakkja u r-Renju Unit. L-Istati Membri bl-aktar

valuri baxxi kienu Ċipru (7.2 %) u r-Rumanija (8.4 %), segwiti mill-Greċja,

il-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja (kollha

taħt il-11 %) u l-Lussemburgu (11.5 %)8.

Tabella 3 – In-nefqa pubblika fuq is-saħħa

In-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tan-nefqa totali tal-gvern u tal-PDG

8 Madankollu, xi pajjiżi għandhom sistema ta’ rkupru fis-seħħ f’ħafna oqsma tan-nefqa fuq is-saħħa. Dan ifisser li l-livell irreġistrat ta’ nefqa pubblika jista’ jissottovaluta l-livell attwali.

0%

20%

40%

60%

80%

100%

CY BG LV MT EL PT LT HU PL IE ES SI FI IT AT EE BE FR UK HR SK RO NL LU CZ SE DK DE

settur pubbliku settur privat

0

5

10

15

20

25

EU DK NL AT SE IT SI EL HR PT SK EE BG RO CY

% fuq nefqa totali tal-gvern % fuq PDG

Page 6: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 6 |

Sors: Eurostat, Id-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti; data tal-2013 jew l-aktar riċenti — kalkoli tas-

servizzi tal-Kummissjoni

Page 7: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 7 |

Tabella 3 – In-nefqa pubblika fuq is-saħħa

In-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tan-nefqa totali tal-gvern u tal-PDG

Sors: Eurostat, Id-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti; data tal-2013 jew l-aktar riċenti — kalkoli tas-servizzi

tal-Kummissjoni

In-nefqa fuq is-saħħa pubblika hija

fost l-akbar u l-aktar partiti tal-infiq li qegħdin jikbru malajr għall-gvernijiet.

It-Tabella 4 turi ż-żieda fin-nefqa fuq is-saħħa pubblika bħala perċentwal tal-PDG

bejn l-2008 u l-2014 (f’pps). L-istess figura turi ż-żieda annwali medja tan-nefqa

pubblika reali per capita fuq is-saħħa matul l-istess snin, espressa permezz ta’ ċrieki.

Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri tagħti fehim aħjar tan-nefqa pubblika fuq

is-saħħa. Il-varjazzjonijiet fil-livelli tal-infiq tas-saħħa fuq il-PGD huma fil-fatt ir-riżultat

tax-xejriet ikkombinati tat-tnejn, jiġifieri n-nefqa pubblika fuq is-saħħa u l-PDG.

Żieda relattiva fin-nefqa fuq is-saħħa bħala

perċentwal tal-PDG tista’ effettivament tkun l-effett nett ta’ tnaqqis taż-żewġ

miżuri, bil-PDG jonqos aktar mill-infiq (u viċi versa). Għalhekk, il-valuri per capita

jipprovdu informazzjoni addizzjonali sabiex jiġu vvalutati x-xejriet: jekk in-nefqa fuq

is-saħħa tiżdied bħala sehem tal-PDG u tonqos f’termini per capita, x’aktarx li l-

PDG tal-pajjiż qed jonqos aktar malajr

min-nefqa fuq is-saħħa.

Jenħtieġ li l-perkorsi tat-tkabbir jiġu analizzati b’mod konġunt mal-valur għax-

xerrejja. Punt tat-tluq aktar baxx jew ogħla mill-medja jista’ jagħti interpretazzjoni

differenti liż-żidiet u t-tnaqqis fin-nefqa fuq

il-kura tas-saħħa.

0

5

10

15

20

25

EU DK NL AT SE IT SI EL HR PT SK EE BG RO CY

% fuq nefqa totali tal-gvern % fuq PDG

Page 8: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 8 |

Tabella 4 – Iż-żieda tan-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tal-PDG u per capita

Iż-żieda fin-nefqa pubblika fuq is-saħħa bħala % tal-PDG (2008-2014, p.p. skala tal-lemin) u ż-żieda annwali medja fuq

in-nefqa pubblika reali fuq is-saħħa per capita (ċirki, 2008-2014, skala tax-xellug)

Sors: Il-bażi ta’ data tal-WHO dwar is-Saħħa għal Kulħadd — Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Il-pressjoni għal nefqa ogħla fuq is-

saħħa ser tibqa’. Skont ir-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ, hija mistennija żieda

ulterjuri fis-sehem tan-nefqa fuq is-saħħa pubblika fuq il-PDG minn issa sal-2060.

L-ixprunaturi ewlenin għal din iż-żieda huma:

l-introjti dejjem jiżdiedu u l-aspettattivi li qegħdin jogħlew lejn

servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja;

popolazzjoni li qed tixjieħ; u l-avvanzi teknoloġiċi.

Fix-‘xenarju ta’ referenza tal-Grupp ta’

Ħidma dwar it-Tixjiħ (AWG)’, in-nefqa pubblika fuq is-saħħa fl-UE ser tiżdied

b’0.9 pp. tal-PDG sal-2060 (It-Tabella 5).

Ix-‘xenarju tar-riskji tal-AWG’ jistma żieda medja fin-nefqa ta’ 1.6 pp. tal-PDG

sal-2060 (l-Anness). Għan essenzjali tal-UE huwa li tiżgura s-

sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, inkluż fuq perspettiva ta’ terminu medju u twil.

Għal ħafna pajjiżi tal-UE, ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi huma

relatati b’mod sostanzjali mal-impatt

ipproġettat tan-nefqa pubblika relatata mal-età

fuq il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul.

Minbarra l-isfidi fiskali, il-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul ħafna drabi

jiffaċċjaw sfidi strutturali komuni li jirrigwardjaw distribuzzjoni u użu

ineffiċjenti tar-riżorsi bejn l-oqsma funzjonali tal-infiq. L-OECD tistma li

waħda minn kull ħamsa tan-nefqa fuq is-saħħa ftit li xejn tikkontribwixxi għat-titjib

tas-saħħa tan-nies. F’xi każijiet, din

saħansitra tirriżulta f’eżiti agħar għas-saħħa. Il-pajjiżi jistgħu potenzjalment

jonfqu ħafna inqas fuq il-kura tas-saħħa mingħajr ma jdgħajfu l-prestazzjoni tas-

sistema tas-saħħa jew l-eżiti tas-saħħa9. Sfidi addizzjonali huma:

l-aċċess inugwali għall-kura tas-saħħa;

l-eċċessi frekwenti tal-baġit;

il-pressjonijiet fiskali kompetittivi minn diversi ministeri;

il-prijoritajiet ta’ politika dejjem jinbidlu;

il-frodi jew il-korruzzjoni; u in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-valur

għall-flus tal-investiment fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul.

9 OECD; Tackling Wasteful Spending on Health; Jannar 2017 – http://www.oecd.org/health/tackling-wasteful-spending-on-health-9789264266414-en.htm.

Page 9: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 9 |

Tabella 5 – Is-sitwazzjoni bażi u n-nefqa pproġettata fil-kura tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE matul il-perjodu 2013-60, xenarju ta’ referenza tal-AWG

Sors: Abbażi tar-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ — Is-servizzi tal-Kummissjoni.

0

2

4

6

8

10

EU CY LT LV BG RO EE LU PL HU BE CZ IT SI ES IE SE HR SK MT EL DE NL AT FI PT FR DK UK

2013 bidla 2013-2060

Page 10: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 10 |

2.3. L-aċċess għal sistemi tas-saħħa effettivi jikkontribwixxi għall-

koeżjoni soċjali

L-aktar ostakoli komuni għall-aċċess għall-kura tas-saħħa rriżultaw mill-

inabbiltà u/jew in-nuqqas ta’ rieda tal-pazjenti li jħallsu għal oġġetti u servizzi

mediċi. F’xi pajjiżi, il-ħinijiet ta’ stennija jew id-distanza tal-ivvjaġġar kienu

problema. Il-ħinijiet ta’ stennija jistgħu jseħħu għal diversi raġunijiet, inklużi

raġunijiet relatati ma’ allokazzjoni insuffiċjenti jew inadegwata ta’ riżorsi jew

għal għażliet ta’ ġestjoni attiva magħmula

minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b’rabta mas-sistema tas-saħħa.

L-aċċess għall-kura tas-saħħa jista’ jiġi mfixkel ukoll

mid-disponibbiltà insuffiċjenti tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u tal-

forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa.

Indikatur li jintuża ta’ spiss sabiex juri l-ostakli fl-aċċess għall-kura tas-saħħa

huwa l-ħtiġijiet tal-pazjenti mhux issodisfati u rrapportati minnhom stess10.

Dan l-indikatur issa huwa adottat fit-tabella ta’ valutazzjoni soċjali li tifforma

parti mill-pilastru soċjali.

F’erbgħa minn kull ħames pajjiżi

Ewropej, inqas minn 5 % tal-popolazzjoni rrapportaw livelli ta’

ħtiġijiet mhux issodisfati għal eżami

mediku. Madankollu, f’xi pajjiżi, il-proporzjon ta’ nies li jirrapportaw ħtiġijiet

mhux issodisfati kien konsiderevolment ogħla11.

Tabella 6 – Il-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għal eżami mediku minħabba l-ispiża, il-ħin ta’ stennija u d-distanza tal-ivvjaġġar

Sors: EU-SILC (2015)

10 Il-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għall-kura medika jikkonċernaw il-valutazzjoni proprja minn persuna ta’ jekk teħtieġx eżaminazzjoni jew trattament għal tip speċifiku ta’ kura tas-saħħa, iżda li ma ngħatawlhiex jew ma fittxithomx minħabba t-tliet raġunijiet li ġejjin: ‘Raġunijiet finanzjarji’, ‘Lista ta’ stennija’ u ‘Vjaġġ twil wisq’. Il-problemi li jirrapportaw in-nies sabiex jiksbu l-kura meta jkunu morda ta’ spiss ikunu jirriflettu ostakoli sinifikanti għall-kura. 11 B’referenza speċifika għall-Greċja, it-tnaqqis drammatiku fis-salarji u ż-żieda fil-qgħad f’sistema frammentata tal-assigurazzjoni medika b’ridistribuzzjoni dgħajfa kkaġunaw tnaqqis konsiderevoli fil-kopertura u fl-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa pubblika. Filwaqt li hemm evidenza ta’ konsum eċċessiv ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa qabel il-kriżi fil-Greċja (kif rifless mil-livell għoli ta’ pagamenti mġarrba direttament), dan ma baqax affordabbli minħabba l-kriżi. Il-kopertura universali ġiet introdotta bis-saħħa ta’ riformi sussegwenti fl-2014 u fl-2016. L-impatt ta’ dawn ir-riformi fuq il-ħtiġijiet mhux issodisfati għadu mhuwiex kopert mid-data disponibbli.

0

2

4

6

8

10

12

14

EU EE EL RO LV PL IT BG FI PT IE LT HU UK BE SK HR CY DK FR SE LU CZ MT ES DE SI NL AT

Spiża għolja Distanza twila Ħin ta' stennija

Page 11: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 11 |

Id-diskrepanzi fl-aċċess awto-rrapportat għal kura tas-saħħa ta’

kwalità tajba jistgħu jinstabu fl-UE

kollha, minkejja l-Istati Membri li jaqblu mal-prinċipju komuni tal-ekwità tas-

sistemi tas-saħħa. L-ostakoli għall-ekwità fl-aċċess għall-kura tas-saħħa jistgħu

jkunu diversi, u jinkludu fatturi finanzjarji, amministrattivi, ġeografiċi, legali, kulturali

u organizzattivi.

Il-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati awto-

rrapportati għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond tal-miżuri oġġettivi tal-użu u n-

nefqa fuq il-kura tas-saħħa. Pereżempju, il-livell tal-infiq pubbliku, privat u mġarrba

direttament fuq il-kura tas-saħħa12, li jipprovdi wkoll informazzjoni relatata mal-

protezzjoni finanzjarja tal-popolazzjoni kontra r-riskji ta’ mard u l-użu attwali tas-

servizzi tas-saħħa.

L-għoti ta’ aċċess universali

sostenibbli għal kura ta’ kwalità għolja jirrikjedi aktar effiċjenza u

effettività fl-infiq fuq is-saħħa, fi sfond ta’ domanda li qed tiżdied u riżorsi limitati.

L-isfida hija li jiġu identifikati modi kost-

effettivi għall-finanzjament, l-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura, kif ukoll

għall-kisba ta’ eżiti tas-saħħa aħjar billi r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod aktar

razzjonali.

B’mod kumplessiv, it-tnaqqis fl-infiq

immirat għat-twassil ta’ tfaddil għal żmien qasir u li ma jimmirax għall-kosteffettività

tas-sistema jista’ jwassal għal nefqa ogħla

fuq perjodu ta’ żmien minn medju sa twil.

B’mod partikolari, ħafna Stati Membri

jqisuha bħala sfida li jtejbu l-aċċess għal mediċini affordabbli. Fil-fatt, huwa previst

li fis-snin li ġejjin ser jiġu varati għadd kbir ta’ mediċini ġodda, tant li joħolqu aktar

ħtiġijiet ta’ finanzjament meta mqabbel mal-aħħar għaxar snin.

12 L-infiq imġarrab direttament jirreferi għal pagamenti diretti għal oġġetti u servizzi mill-introjtu primarju jew mit-tfaddil tal-unitajiet domestiċi, meta l-pagament isir mill-utent fil-mument tax-xiri tal-oġġetti jew tal-użu tas-servizzi jew mingħajr ebda rimborż jew bħala kondiviżjoni tal-ispejjeż bi skema organizzata. Dan l-indikatur huwa potenzjalment influwenzat mill-għażliet tal-pazjenti. Il-komparabilità tad-data bejn il-pajjiżi bħalissa hija limitata minħabba l-livell ta’ preċiżjoni li bih ġiet implimentata l-SHA 2011 fil-pajjiżi tal-UE.

In-natura tal-mediċini ġodda qed tinbidel b’mod gradwali: l-innovazzjonijiet huma

bbażati fuq prodotti farmaċewtiċi bijoloġiċi

kumplessi u għaljin u qegħdin jimmiraw dejjem aktar lejn gruppi iżgħar tal-

popolazzjoni. L-entitajiet pubbliċi jew privati li jħallsu għall-kura tas-saħħa

kulma jmur qegħdin isibuha aktar bi tqila sabiex iħallsu għan-numru dejjem jikber

ta’ dawn il-mediċini.

Bosta mwiet fl-Ewropa għadhom

qegħdin iseħħu kmieni wisq. Fl-UE, matul l-2014 mietu 1.69 miljun persuna

taħt il-75 sena. Minn dawn, madwar

562 034 mewta jistgħu jitqiesu bħala prematuri. Dawk l-imwiet setgħu jiġu

evitati fid-dawl tal-għarfien mediku u t-teknoloġija attwali. L-attakki tal-qalb u l-

puplesiji flimkien kienu jammontaw għal kważi nofs dawn l-imwiet evitabbli totali.

Il-kunċett ta’ mortalità soġġetta għall-kura tas-saħħa huwa bbażat fuq l-idea li ċerti

mwiet (għal gruppi ta’ etajiet speċifiċi u

minn mard speċifiku) jistgħu jiġu ‘evitati’. Fi kliem ieħor, ċerti mwiet ma kinux

iseħħu f’dan l-istadju — kieku kien hemm kura tas-saħħa f’waqtha u effettiva fis-

seħħ.

Dan l-indikatur fuq il-mortalità evitabbli

permezz tal-kura tas-saħħa jintuża f’kuntest globali tal-valutazzjonijiet tal-

prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa sabiex

jipprovdi xi indikazzjoni tal-kwalità u l-prestazzjoni tal-politiki tal-kura tas-saħħa.

L-ishma ta’ mwiet li huma soġġetti għal kura tas-saħħa ottimali fost l-imwiet kollha

ta’ persuni taħt il-75 sena fl-2013 ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri

tal-UE.

Page 12: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 12 |

Tabella 7 – Il-mortalità soġġetta għall-kura tas-saħħa

Sors: Il-Bażi tad-Data tal-Eurostat (2014)

3. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-GĦODOD TA’ POLITIKA XIERQA LI

JINDIRIZZAW L-ISFIDI

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar

sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti tipproponi aġenda tal-UE b’għadd

ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni maħsuba biex jappoġġjaw ir-riformi nazzjonali. L-

għan huwa li tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa fl-UE. Il-mekkaniżmi

jinkludu l-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-

saħħa, is-Saħħa-e u s-saħħa diġitali, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistema

tas-saħħa, l-ippjanar tal-forza tax-xogħol, in-netwerks ta’ referenza Ewropej, eċċ13.

Din il-kooperazzjoni għandha l-ħsieb li

ttejjeb l-effiċjenza u l-effettività tas-

sistemi tas-saħħa sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà fiskali u l-aċċess għal servizzi

tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba għal kulħadd.

Ir-Rapport Konġunt tal-KE-EPC dwar is-

sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul

(2016) jidentifika għadd ta’ oqsma fejn it-titjib jista’ jżid il-kosteffettività tas-sistemi

tas-saħħa fit-terminu medju u twil u s-sostenibbiltà fit-tul tagħhom.

L-għodod ta’ politika xierqa jinkludu:

13 https://ec.europa.eu/health/home_mt.

It-titjib fil-governanza tas-sistemi.

1) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-

awtoritajiet tal-politika fiskali u tas-saħħa u l-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ għodod tal-

ippjanar baġitarju maħsuba biex jappoġġjaw l-effiċjenza, it-trasparenza u l-

kontabilità;

2) It-twaqqif ta’ strateġiji tat-teknoloġija

tal-informatika u l-ġestjoni tad-data sabiex jappoġġjaw il-monitoraġġ u l-governanza

u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi u l-użu ħażin tar-riżorsi pubbliċi;

3) Il-valutazzjoni tar-riformi ex ante u ex

post b’mod sistematiku u formalizzat

abbażi tal-evidenza u l-implimentazzjoni ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-

sistema tas-saħħa;

4) Id-definizzjoni b’mod ċar tar-rwoli tal-awtoritajiet pubbliċi għal servizzi ta’ kura

fit-tul, bil-għan li jiġu integrati s-servizzi

mediċi u soċjali permezz ta’ qafas legali u tittejjeb l-effiċjenza amministrattiva;

5) It-titjib tal-adegwatezza u l-kwalità tar-

riżorsi umani fis-settur tas-saħħa permezz tal-adattar tal-ippjanar għall-ħtiġijiet, l-

aġġustament tal-inċentivi, l-esplorazzjoni

tal-possibbiltà tar-reklutaġġ ta’ tobba bejn il-fruntieri u l-ippjanar fit-tul;

Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà u tal-

effiċjenza tal-finanzjament u n-nefqa

Page 13: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 13 |

6) L-iżgurar li l-pakketti ta’ benefiċċji rrimborżati mill-pubbliku jkunu bbażati fuq

il-kriterji tal-kosteffettività u l-ekwità, kif

ukoll li l-iskemi ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż jappoġġjaw it-trażżin tan-nefqa pubblika,

filwaqt li jippreservaw l-aċċess;

7) It-tfassil ta’ mekkaniżmi tal-pagi u tax-xiri għall-promozzjoni tal-effiċjenza u l-

ekwità;

8) Iċ-ċaqliq tas-sistemi tas-saħħa lil hinn

mill-mudell tradizzjonali ċċentrat fuq l-isptar, billi jingħata rwol aktar b’saħħtu

lill-kustodja u r-riferiment għall-kura primarja, il-promozzjoni tal-koordinazzjoni

u l-integrazzjoni tal-kura;

9) It-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-kura fl-

isptarijiet permezz tat-titjib tal-arranġamenti tal-finanzjament, it-tnaqqis

tal-ispejjeż operattivi u t-titjib tat-tqabbil tal-prestazzjoni tal-isptarijiet u l-

valutazzjoni komparattiva;

10) It-tisħiħ tal-użu kost-effettiv u l-

affordabbiltà tal-mediċini permezz tal-promozzjoni tal-akkwist pubbliku u r-rwol

tal-mediċini ġeneriċi u bijosimili14, politiki xierqa ta’ kontroll tal-prezzijiet u l-

promozzjoni tal-użu razzjonali tal-mediċini.

11) L-esplorazzjoni ulterjuri ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-

pajjiżi sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-

prodotti mediċinali fil-pajjiżi tal-UE. Jenħtieġ li dawn jinkludu mekkaniżmi

regolatorji xierqa fil-livell tal-UE u

ftehimiet ta’ akkwist konġunt;

12) L-iffaċilitar ta’ deċiżjonijiet ta’ kopertura kost-effettivi u infurmati skont

valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-

Istati Membri;

It-titjib fl-aċċess, il-kwalità u l-

effettività tal-kura

14 Mediċina ġenerika hija prodott farmaċewtiku li huwa l-istess bħal mediċina li diġà tkun ġiet awtorizzata (il-‘mediċina ta’ referenza’). Hija fiha l-istess sustanza/i attiva/i bħall-mediċina ta’ referenza. Mediċina bijosimili hija simili ħafna fl-aspetti essenzjali kollha għal mediċina bijoloġika diġà approvata.

13) It-tisħiħ tal-politiki għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard: il-

promozzjoni ta’ kampanji dwar il-fatturi ta’

riskju, l-iżvilupp ta’ inizjattivi integrati f’bosta setturi u ma’ bosta partijiet

ikkonċernati u l-allinjament tal-pjanijiet finanzjarji mal-iskedi ta’ żmien tal-politika;

14) Iż-żieda tal-aċċessibbiltà għal kura ta’

kwalità tajba billi jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija u l-piż finanzjarju tal-familji fir-

rigward tan-nefqa fuq is-saħħa, inklużi

pagamenti informali;

15) It-teħid f’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari

permezz ta’ politiki fiskali u ta’ protezzjoni soċjali rilevanti, kooperazzjoni

intersezzjonali fit-twassil tas-servizzi ta’

kura, servizzi kulturalment sensittivi;

16) Il-provvediment ta’ livelli adegwati ta’ kura lil dawk fil-bżonn permezz tal-

promozzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità u tal-effettività;

17) Il-promozzjoni tal-għajxien indipendenti u s-sostenn għall-għoti tas-

servizzi tas-saħħa u tal-kura fit-tul fid-djar u fil-komunità, minflok f’ambjenti

istituzzjonali, meta jkun xieraq;

18) Il-promozzjoni ta’ tixjiħ f’saħħtu u l-

prevenzjoni tad-deterjorament fiżiku u mentali tal-persuni b’kundizzjonijiet

kroniċi.

4. EŻAMI BIR-REQQA TAS-

SITWAZZJONI ATTWALI TAL-POLITIKA

Diversi Stati Membri introduċew u implimentaw miżuri sostanzjali sabiex

iżidu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li jinżammu l-kwalità u s-

sostenibbiltà tas-sistema.

Il-Bulgarija, l-Estonja, Malta, l-Awstrija u

l-Polonja indirizzaw ir-riformi sostanzjali

maħsuba biex isaħħu l-kura primarja u jikkoordinaw aħjar mal-kura fl-isptarijiet u

dik speċjalizzata. Barra minn hekk, l-Isvezja allokat ukoll aktar fondi bil-għan li

ttejjeb l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

Ċipru imbarka fuq tfassil mill-ġdid tas-sistema tas-saħħa tiegħu sabiex jagħti l-

Page 14: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 14 |

aċċess għall-kura tas-saħħa lill-popolazzjoni kollha u jnaqqas il-pagamenti

għoljin imġarrba direttament.

Fl-2016 u l-2017, il-Portugall implimenta riformi sinifikanti sabiex jiżgura kopertura

tas-saħħa universali.

Il-Bulgarija ħadet passi sabiex iżżid il-kura

għall-pazjenti ta’ barra meta l-kopertura pubblika baxxa tas-servizzi mediċi għall-

pazjenti ta’ barra tagħmilha diffiċli għal ċerti nies biex jaċċessaw il-kura tas-saħħa.

L-Awstrija introduċiet sistema ġdida ta’ DRG (gruppi relatati mad-dijanjosi) għall-

pagamenti fiż-żona tal-kura ambulatorja

tal-isptarijiet sabiex tittaffa l-pressjoni mis-settur tal-kura residenzjali u jiġi

inċentivat l-użu tas-servizzi ambulatorji u kliniċi ta’ matul il-jum.

Il-Latvja u l-Polonja bdew riformi sabiex iżidu d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol

fis-settur tas-saħħa.

L-Ungerija u r-Rumanija ħadu azzjonijiet

inizjali sabiex iżidu l-pagi għall-

professjonisti fil-kura medika.

Il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall u r-

Rumanija ħabbru miżuri bil-għan li jattiraw tobba u infermiera sabiex jaħdmu f’żoni

rurali jew peri-urbani.

Il-Latvja u Malta naqqsu l-ħinijiet ta’

stennija, filwaqt li r-Rumanija organizzat mill-ġdid partijiet mis-sistema tal-kura

ambulatorja.

L-Italja, Malta, il-Portugall u s-Slovenja żviluppaw u implimentaw soluzzjonijiet tal-

ICT sabiex inaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

Spanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovakkja qegħdin jimplimentaw riformi bħaċ-

ċentralizzazzjoni tal-akkwist, l-użu ta’ mediċina ġenerika u l-iżvilupp ta’ korpi

għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-

saħħa. L-għan aħħari huwa li jiżdied l-aċċess għall-mediċini u jiġi żgurat l-użu

kost-effettiv tagħhom.

Il-Latvja u r-Rumanija implimentaw

pjanijiet sabiex isaħħu l-mekkaniżmi ta’

kontabilità u trasparenza fis-sistema tas-saħħa.

Iċ-ċiklu tal-Istat tas-Saħħa fl-UE15

jippreżenta evidenza dwar il-politiki tas-saħħa fl-Ewropa. B’mod partikolari, il-

profili tas-saħħa tal-pajjiżi jagħtu analiżijiet aktar dettaljati tas-sitwazzjoni

attwali tal-politika f’kull Stat Membru.

Ir-rapport ta’ akkumpanjament jibni fuq

is-sejbiet tal-profili tal-pajjiżi u jenfasizza l-implikazzjonijiet ta’ politika trażversali.

Data: 26.9.2017

15 https://ec.europa.eu/health/state/summary_mt.

Page 15: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 15 |

5. RIŻORSI UTLI:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u

reżiljenti (COM(2014) 215 finali) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/doc

s/com2014_215_final_mt.pdf

Rapport konġunt dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u s-sostenibbiltà

fiskali (‘Joint report on health care and long-term care systems and fiscal sustainability’) — L-Ekonomija Ewropea, Dokument istituzzjonali 37, Ottubru 2016;

DĠ għall-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika https://ec.europa.eu/info/publications/economy-finance/joint-report-health-care-

and-long-term-care-systems-fiscal-sustainability-0_en

L-Istat tas-Saħħa fl-UE: Profili tas-saħħa tal-pajjiżi https://ec.europa.eu/health/state/country_profiles_mt

‘Health at a Glance: Europe 2016’ — Iċ-ċiklu tal-Istat tas-Saħħa fl-UE, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-OECD, Pariġi

https://ec.europa.eu/health/state/glance_mt

Skeda informattiva tematika tas-Semestru Ewropew dwar il-finanzi pubbliċi u s-

sostenibbiltà

Il-Bażi ta’ Data tal-WHO dwar is-Saħħa għal Kulħadd

Il-Bażi ta’ Data tal-OECD dwar is-Saħħa

Għodda tal-Kummissjoni Ewropea b’data tal-ECHI https://ec.europa.eu/health/indicators/indicators_mt

Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘It-Tipoloġija tar-riformi tal-politika tas-saħħa u l-qafas għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-

riformi’ (‘Typology of health policy reforms and framework for evaluating reform effects’)

https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/013_healthpolicyreforms_reformeffects_en.pdf

Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘L-

Aċċess għas-servizzi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea’ (‘Access to health services in the European Union’)

https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/015_access_healthservices_en.pdf

Opinjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa fuq ‘Id-definizzjoni ta’ qafas ta’ referenza fir-rigward tal-kura primarja b’enfasi speċjali fuq

is-sistemi ta’ finanzjament u s-sistemi ta’ riferiment’ (‘Definition of a frame of reference in relation to primary care with a special emphasis on financing systems

and referral systems’)

https://ec.europa.eu/health/expert_panel/sites/expertpanel/files/004_definitionprimarycare_en.pdf

Rapport mill-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa ‘So What? Strategies across Europe to assess quality of care’

https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/docs/sowhat_en.pdf

Rapport mill-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa ‘Blocks: Tools and methodologies to assess integrated care in Europe’

https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/systems_performance_assessment/doc

s/2017_blocks_en_0.pdf

Page 16: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 16 |

ANNESS

Tabella A: Id-diskrepanza kwintili tal-introjtu16

għall-ħtieġa mhux issodisfata awto-

rrapportata għall-kura medika, 2015

Sors: Eurostat, EU-SILC. Noti: ir-raġunijiet kollha; id-differenza espressa f’punti perċentwali.

Tabella B: In-nefqa mġarrba direttament mill-unitajiet domestiċi privati bħala % tan-nefqa kurrenti totali fuq is-saħħa, data tal-2014 jew l-aktar data riċenti disponibbli

Sors: WHO HfA-DB

16 Id-differenza (diskrepanza) bejn il-perċentwal tal-popolazzjoni mill-kwintil tal-introjtu fl-iżjed livell baxx (k1) u fl-ogħla livell (k5) u l-ħtiġijiet mhux issodisfati awto-rrapportati għal eżami mediku matul it-12-il xahar preċedenti. L-ewwel grupp kwintili jirrappreżenta l-20 % tal-popolazzjoni bl-aktar introjtu baxx u l-ħames grupp kwintili jirrappreżenta l-20 % tal-popolazzjoni bl-ogħla introjtu.

Page 17: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Hemm spariġġ fil-ħiliet kemm fin-natura kif ukoll fid-distribuzzjoni tal-ħiliet fil-professjonijiet kollha tas-saħħa. Forom

Paġna 17 |

Tabella Ċ: In-nefqa pproġettata fil-kura tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE matul il-perjodu 2013-60, xenarju ta’ riskju tal-AWG

Sors: Abbażi tar-Rapport tal-2015 dwar it-Tixjiħ — Is-servizzi tal-Kummissjoni.

Tabella D: Il-livell ta’ edukazzjoni tal-forza tax-xogħol

L-impjieg ta’ ħaddiema li għandhom edukazzjoni terzjarja bħala perċentwal tal-impjieg totali fis-settur tas-saħħa u tal-ħidma soċjali u fis-setturi kollha, 2016 — Sors: L-Eurostat

0

2

4

6

8

10

2013 bidla 2013-2060

0

20

40

60

80

EU CY BG ES EL IE LT UK EE PL BE LV FI SE IT DK SI PT MT NL FR HR CZ LU AT RO HU SK DE

Total - l-attivitajiet kollha NACE L-attivitajiet kollha ta' saħħa umana u ħidma soċjali