wordpress.com · web viewl-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. ninkuraġġixxu...

28
Kulleġġ Maria Regina Primarja A, il-Mosta Ktejjeb ta’ Tagħrif It-Tfal jiġu l- Ewwel 0

Upload: others

Post on 19-Jan-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Kulleġġ Maria Regina

Primarja A, il-Mosta

Ktejjeb ta’ Tagħrif

It-Tfal jiġu l-Ewwel

Skola Primarja Tel: 21432215 Kindergarten Annexe Tel: 21413196Email: [email protected]

0

Page 2: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Struttura Organizzattiva

Il-Kap tal-Iskola Ms J. FiottAssistenti Kapijiet Ms P. Cassar (tieħu ħsieb il-Y2 u Y3)Ms M.F. Borg (tieħu ħsieb il-Y1 and K2 fil-Primarja) Ms D. Cachia (tieħu ħsieb il-K2 fl-Annexe u K1.1-1.4, K1.17,K1.18)Ms B. Mercieca (tieħu ħsieb il K1.5 – K1.16)Ms R. Buttigieg (xogħol amministrativ fil-Primarja)L-Assistenti Kapijiet kollha għandhom xogħol fl-amministrazzjoni tal-iskola ma’ dawk imsemmija hawn fuq.

Il-Klassijiet u l-GħalliemaK1 – 8 gruppi ta’ madwar 21 tifel/tifla f’kull grupp

ma’ żewġ Kindergarten Assistants għal kull grupp (18 KAs) u żewg gruppi b’14-il tifel/tifla kull wieħed u Kindergarten Assistant waħda f’ kull grupp.

K2 – 3 gruppi ta’ 24 tifel/tifla f’kull grupp ma’ żewġ kindergarten assistants għall-kull grupp (6 KAs) u erba’ gruppi b’17- il tifel/tifla kull wieħed u Kindergarten Assistant waħda f’ kull grupp.

Y1 – 6 klassijiet ta’ madwar 20 tifel u tifla f’kull klassi

Y2 – 5 klassijiet ta’ madwar 22 tifel u tifla f’kull klassi

1

Page 3: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Y3 - 5 klassijiet ta’ madwar 21 tifel u tifla f’kull klassi

LSAs

Fil-biċċa l-kbira tal-klassijiet hemm Learning Support Assistants li jgħinu kemm tfal partikolari kif ukoll il-bqija tat-tfal tal-klassi. (madwar 40)

Membri oħra tal-istaff

L-iskola għandha żewġ għalliema li jipprovdu għajnuna kumplimentari lil-tfal li għandhom bżonn din l-għajnuna. Jiġu l-iskola wkoll numru ta’ għalliema li jagħtu lezzjonijiet f’suġġetti partikolari.

Fl-iskola għandna ukoll ‘nurture group’ li jgħin tfal bi problemi ta’ mġiba jew ta’ natura emozzjonali.

Numru ta’ għalliema speċjalizzati jagħtu ukoll lezzjonijiet partikolari lit-tfal.

Il-bżonnijiet psikosoċjali tat-tfal u l-familji tagħhom jieħdu ħsiebhom tim ta’ nies fil-

2

Page 4: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

kulleġġ kif ukoll nies fid-Dipartiment għas-servizzi lill-istudenti.

Staff klerikali

Tliet segretarji, tnejn fil-primarja u l-oħra fl-Annexe.

Staff Anċillari

3 purtinari full time u 2 part time.

Il-Kunsill tal-Iskola

President - Ms T. ApapSegretarja/Teżoriera - Ms J. FiottGħalliema membri - Ms M. Schembri

Ms M. Sammut Ms R. Pullicino

Ġenituri membri - Ms C. BorgMr S. Borg

Ms C. Vella

3

Page 5: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

L-Uniformi tal-Iskola

Dawn huma partijiet tal-uniformi tat-tfal tal-K1 u K2.

Tracksuit għax-xitwa T-shirt u xorts għas-sajf Kalzetti bojod Gymshoes bojod

Dawn huma partijiet tal-uniformi tat-tfal tal-Y1, Y2 u Y3.

Xorts għall-PE Qalziet bniet T-shirt Qalziet subien Beritta Polo shirt Bermuda- subien Tracksuit

Dublett Anorak Żarbun iswed Tights blu skur

– bniet ‘Gymshoes’

bojod għall-PE

Qmis Pullover Ingravata bil-velkro

Kalzetti suwed Kalzetti bojod

għall-PE Aċċessjorji tax-

xagħar blu jew ħodor għall-bniet.

4

Page 6: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Iż-żarbun u l-gymshoes għandhom ikunu jingħalqu bil-velcro u mhux bil-lazzijiet.

Jekk jogħġobkom iktbu bil-marker permanenti l-isem tat-tifel/tifla fuq kull oġġett tal-uniformi u l-oġġetti l-oħra li t-tfal iġibu l-iskola.

Basktijiet tal-Iskola iridu jkunu adatti għad-dahar tat-tfal. Basktijiet fuq roti jagħmlu aktar ħsara u allura mhumiex permessi.

L-uniformi tal-Iskola trid tintlibes mit-tfal kollha fil-jiem tal-iskola ħlief f’xi okkażjonijiet partikulari. F’dan il-kas l-amministrazzjoni tal-Iskola tavża lill-ġenituri.

L-istudenti jaqilbu mill-uniformi tas-sajf għal tax-xitwa jew viċi-versa meta jiġu avżati mill-Kap tal-Iskola.

L-unika ġojjellerija aċċettata hija par imsielet żgħar mal-widna (l-aħjar xi buttun).

5

Page 7: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Il-Kalendarju tal-Iskola

24/09/15 L-ewwel ġurnata għall-għalliema28/09/15 L-ewwel ġurnata għat-tfal tal Y2

u Y329/09/15 L-ewwel ġurnata għat-tfal tal Y11/10/15 L-ewwel ġurnata għat-tfal tal-K21/2/5 Ott 15L-ewwel ġurnata għat-tfal tal-K12/11/15 – 3/11/15 Vaganzi ta’ Novembru27/11/15 CHOGM 23/12/15– 6/1/16 Vaganzi tal-Milied8/2/16 – 9/2/16 Vaganzi tal-Karnival23/3/16 – 30/3/16 Vaganzi tal-Għid

Fil-bidu ta’ kull term jingħata kalendarju ddettaljat ta’ dak it-term.

Il-Jum tal-Iskola

Il-kanċell tal-Annexe jiftaħ fit-8:15am. Il-bieb tal-Iskola Primarja jinfetaħ fit-8:25 am.

Il-‘Breakfast Club’ huwa miftuħ għat-tfal ta’ ġenituri li jaħdmu fil-Primarja u fl-Annexe mis-7 am ‘il quddiem.

6

Page 8: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Fil-Primarja tfal li l-ġenituri tagħhom huma għalliema fil-Kulleġġ Maria Regina u dawk li jiġu bit-trasport jistgħu jidħlu l-Iskola fit-7.30 am mill-bieb tas-sala.

Tfal li jiġu l-iskola mal-ġenituri tagħhom jistennew barra l-bieb tal-iskola u jiġu mdaħħla fit-8.25 am.

Fl-Annexe it-tfal jistgħu jidħlu l-iskola bejn it- 8.15 u 8.30. Wara it-8.30 il-kanċell jingħalaq u t-tfal ma jkunux jistgħu jidħlu.

Il-ħruġ tat-tfal mill-Annexe jibda fis-2p.m. u mhux qabel sakemm ma tkunx xi emerġenza. Il-ħruġ mill-Primarja jibda fis-2.20pm. It-tfal li jmorru d-dar mal-ġenituri jew persuni oħra joħorġu mill-bieb ewlieni. Biex tfal jitħallew imorru ma’ persuni oħra, il-ġenitur trid tinforma lill-Iskola u tagħti bil-miktub ittra fejn tawtorizza lil dawn il-persuni u tniżżel l-isem u n-numru tal-identità tagħhom.

Tfal li jużaw it-trasport joħorġu mill-bieb tas-sala. Tfal li jibqgħu l-iskola biex jattendu Klabb 3-16 jinġabru fil-foyer l-antik tal-iskola.

7

Page 9: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Il-Ġenituri huma mistennija li jġibu l- uliedhom l-iskola fil-ħin. Dan huwa dritt tat-tfal. Jekk il-lezzjonijiet ikunu bdew, it-tfal ma jitħallewx imorru fil-klassi sa ma’ tispiċċa l-ewwel lezzjoni biex ma jtellfux lill-klassi. Dawn it-tfal jistennew fl-intrata tal-iskola.

Tfal li ma jiġux skola

Meta t-tfal ma jiġux skola m’hemmx għalfejn toqogħdu iċċemplu jew tinformaw l-iskola ħlief meta jkunu se jfallu fit-tul.

Il-homework tat-tfal li jkunu morda jingħata għad-dar jekk it-tifel/tifla tfalli aktar minn tlitt ijiem.

Meta t-tfal ifallu tridu tippreżentaw nota bil-miktub lill-Kap tal-Iskola fejn tridu tagħtu r-raġuni għaliex it-tfal tagħkom ma setgħux jattendu l-iskola.

Jekk it-tfal ikunu morda aktar minn tlett ijiem irid isir ċertifikat mediku. Huwa importanti li t-tabib li joħroġ iċ-ċertifikat jimla’ l-Medical Certificate Record Card li trid tingħata lill-iskola flimkien maċ-ċertifikat mediku.

8

Page 10: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Mhux se jibqa’ jingħata permess lill-istudenti biex imorru btala waqt il-jiem tal-iskola. Dawn ser jibdew jitniżżlu bħala assenti. F’każijiet fejn l-istudent jagħmel żjara b’għan edukattiv jew ikun hemm raġuni familjari għandha tiġi ppreżentata ġustifikazzjoni bil-miktub lill-Kap tal-Iskola li tinfurmakom jekk ir-raġuni mogħtija ġietx aċċettata jew le.

Kundizzjonijiet Mediċi

Huwa ta’ parir tagħna li tavżaw lill-iskola b’xi kundizzjoni medika tat-tfal (bħal ażżma, epilesija, allerġiji, dijabete u oħrajn) li tista’ taffettwa lit-tfal waqt li jkunu l-iskola. Li tkun ippreparat tnaqqas il-paniku u l-iskariġġ żejjed. Din l-informazzjoni tinżamm b’mod mill-aktar konfidenzjali.

Il-gvern jipprovdi servizz tas-St. James Nurses għal tfal li jkollhom bżonn jieħdu xi mediċini jew għandhom bżonn ta’ interventi medici oħra. L-applikazzjoni għal dan is-servizz tinġabar mill-iskola.

TFAL M’GĦANDHOMX JINTBAGĦTU L-ISKOLA META JKUNU MORDA. Jekk it-tfal qed jisogħlu, għandhom griżmejhom

9

Page 11: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

juġgħuhom, mneħirhom iniżżel u mhux ċar, għandhom id-deni, qed jirremmettu jew diarrhoea, xi raxx jew xi kundizzjoni oħra m’għandhomx jintbagħtu l-iskola qabel ma tabib jiċċertifika li jistgħu jiġu l-iskola.

L-Iġjene

It-tfal irid ikollhom il-pakketti tal-imkatar (tissues) tagħhom u mkatar tal-karti li jkun fihom likwidu kontra l-mikrobi.

It-tfal iridu jkunu jafu jaqdu l-bżonnijiet tagħhom mingħajr għajnuna (toilet trained) qabel ma jibdew jattendu l-iskola. Xagħar twil irid jiġi miġbur.

Assistenti mqabbda mid-DES xi drabi jiġu l-iskola biex jaraw xagħar it-tfal. Lill-ġenituri tat-tfal li f’xagħarhom jinstabilhom il-qamel tintbagħatilhom ittra d-dar mill-iskola biex tinforma lill-ġenituri. It-tifel/tifla ma jistax/tistax jattendi/tattendi l-iskola qabel ma jingħata ċertifikat mil-istess assistenti li t-tfal huma nodfa.

10

Page 12: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

L-Ikel

L-Iskola għandha r-regolamenti tagħha tas-saħħa. L-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu l-ilma. Mhux permess li t-tfal iġibu ħelu, pakketti, xorb mimli zokkor jew xi ilma bil-kulur. Dawn l-affarijiet jiġu konfiskati.

It-tfal jistgħu jġibu biss kaxxi tal-ikel u flixken tal-plastik.

L-Iskola tipprovdi l-ħalib kuljum. It-tfal li jieħdu l-ħalib għandhom iġibu tazza tal-plastik bl-għatu bl-isem tagħhom fuqha u din titpoġġa f’borża tal-plastik.

L-Iskola hija mdaħħla wkoll fl-Iskema tal-Frott u Ħaxix u t-tfal jingħataw porzjon żgħir kull ġimgħa. Il-ġenituri huma mitluba jimlew il-formola li tingħatalhom u jirritornawha lura l-iskola fl-ewwel ġurnata. Huwa importanti ħafna li jissemmew xi allerġiji.

11

Page 13: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Birthdays

Il-‘birthday’ hija ġurnata speċjali għat-tfal. Il-kejk t’għeluq sninhom jista’ jinġieb l-iskola imma ma jridx ikun bil-krema li jkun iħammeġ ħafna. Pasti żgħar jew affarijiet oħra ippakkjati waħdiet huma aktar prattiċi.

Inviti

Jistgħu jitqassmu inviti fil-klassi għall-‘parties’ biss jekk jingħataw lit-tfal tal-klassi kollha mingħajr l-isem tat-tfal fuq l-envelop.

Komunikazzjoni

Ċirkularijiet spiss jintbagħtu biex jinfurmaw lill-ġenituri dwar xi avvenimenti li jkunu se jiġru l-Iskola. Nitolbukom taqrawhom sew u tħalluhom fejn tarawhom.

L-għalliema u l-Kindergarten Assistants se jikkomunikaw mal-ġenituri b’xi noti jew bid-djarju. LSAs jużaw il-‘Communication Book’.

12

Page 14: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Ta’ kuljum, il-ġenituri għandhom ifittxu fil-basktijiet ta’ wliedhom u fil-folders u jaraw hemmx xi ċirkulari jew xi noti.

Il-ġenituri huma mħeġġin li jiddiskutu xi problemi mal-amministrazzjoni tal-Iskola. Jekk hemm problema l-ewwel li għandhom jkellmu huma lill-Asst. Kapijiet. Dawn jagħmlu appuntamenti mal-għalliema, mal-Kap tal-iskola jew ma’ professjonisti oħra skont il-kas.

Il-ġenituri m’għandhomx jitkellmu mal-għalliema fil-bieb jew barra mill-Iskola. Ma jistgħux jingħaddu telefonati lill-għalliema.

Il-ġenituri jiġu infurmati b’ċirkulari dwar il-ħarġiet tal-iskola. It-tfal jibqgħu l-iskola jekk ma jkollhomx l-ittra tal-kunsens tal-ġenituri. Il-flus u l-karta tal-kunsens iridu jaslu fil-ħin. It-tfal li ma jmorrux għall-ħarġa għax ikunu morda jingħataw lura l-flus tal-ħarġa imma mhux tat-trasport.

Ġbir ta’ Flus

Minn żmien għall-ieħor l-iskola tagħmel ġbir ta’ flus għal raġunijiet varji. Il-flus iridu

13

Page 15: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

jinġabru f’envelop (possibilment diġà użat) magħluq, bl-isem u l-klassi tat-tifel/tifla u ta’ xhiex inhuma l-flus (eż: Ħarġa Ta’ Qali). Jekk jogħġobkom ibagħtu flus eżatt. Enveloppi siġillati ( jew xi noti oħra) iridu jiġu mdaħħlin fil-folder tal-plastik u poġġuti fil-but iż-żgħir ta’ quddiem tal-basket biex l-għalliema jew il-KAs isibuhom malajr.

Traffiku u Trasport

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-ġenituri huma ġentilment mitluba biex jimxu mas-sinjali tat-traffiku ta’ ħdejn l-iskola. L-ipparkjar ħdejn l-iskola huwa ristrett skont il-ħinijiet imniżżla fis-sinjali tat-triq.

Trasport lejn u minn l-iskola huwa provdut b’xejn għal dawk it-tfal li joqogħdu mil il-bogħod mill-iskola. Dan huwa provdut kemm għall-Annexe kif ukoll għall-Primarja. Dan it-trasport jiġi ibbukjat fil-ġurnata tal-ewwel laqgħa l-iskola.

Trasport privat ukoll huwa provdut għal min jixtieq jużah. Dan ikun bil-ħlas u

14

Page 16: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

jorganizzawh il-ġenituri u huma responsabbli għalih huma.

Tikketta bil-kulur skont ir-rotta tingħata lill-ġenituri li wliedhom se jużaw it-trasport tal-iskola u dak privat. Hija r-responsabiltà tal-ġenituri li jimlewha, jagħmluha f’tabella żgħira u jwaħħluha fuq l-uniformi qabel ma t-tifel/tifla jiġi/tiġi l-iskola kuljum.

Oġġetti li t-tfal ma jistgħux iġibu l-Iskola

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, it-tfal ma jistgħux iġibu l-iskola oġġetti bħal umbrelel, nuċċalijiet tax-xemx, flus, ġugarelli, ornamenti u affarijiet oħra li ma jkunux se jintużaw l-iskola.

Materji legali

Għal ġid ta’ kulħadd ikun għaqli jekk l-iskola tiġi infurmata b’sitwazzjonijiet fil-familja bħal:

separazzjoni jew divorzju.

ommijiet/missirijiet li huma singoli.

15

Page 17: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

meta t-tfal joqogħdu ma’ u jieħdu ħsiebhom nies li mhumiex il-ġenituri tagħhom.

F’kull każ iridu jiġu provduti dokumenti legali biex l-iskola taġixxi skont il-kundizjonijiet stipulati f’dawn id-dokumenti. Din l-informazzjoni tinżamm b’mod mill-aktar konfidenzjali.

Dmirijiet tal-Ġenituri

Huwa importanti ħafna li l-Iskola timxi id f’id mal-ġenituri għall-ġid tat-tfal li qegħdin taħt il-ħarsien tagħna. Għal dan il-għan il-ġenituri huma mistennija li:

Jaraw li wliedhom jorqdu kmieni u li jkunu nodfa.

Jaraw il-basket tal-iskola kuljum u jimxu skont l-istruzjonijiet minnufih.

Jgħinu u juru interess fl-edukazzjoni ta’ wliedhom billi jaraw ix-xogħol tal-iskola għad-dar, l-istudju, ir-reviżjoni u l-qari.

16

Page 18: WordPress.com · Web viewL-ikel tat-tfal irid ikun mill-aktar sustanzjuż. Ninkuraġġixxu lill-istudenti biex jieklu ħobż, frott u ħaxix (karrotti, tadam, ħjar u oħrajn) u jixorbu

Jaqraw lit-tfal kuljum jew ta’ spiss.

Jattendu l-attivitajiet tal-iskola.

Jaraw li t-tfal jiġu l-iskola bl-uniformi sħiħa u nadifa.

Jaraw li jiġu l-iskola fil-ħin.

Jiġu għat-tfal fil-ħin proprju u f’każ biss ta’ emerġenza jew xi raġuni valida oħra jiġu għat-tfal qabel il-ħin.

Jifhmu li għas-sigurtà tat-tfal stess u l-għalliema, ħadd ma jista’ jidħol fil-klassijiet bla permess.

Ikunu disponibbli li jinqabdu bit-telefown.

17