year 4 malti reviżjoni · singular u plural . 2 ms. k. sammut 6. aġġettivi kliem li jiddeskrivu...

13
Name: ______________________ 1 Year 4 Malti Reviżjoni Grammatika Grammatika: 1. Alfabet Vokali – A, E, I, O, U, IE Konsonanti Xemxin (Ċ, D, N, R, S, T, X, Ż, Z) Konsonanti Qamrin (B, F, Ġ, G, GĦ, H, Ħ, K, L, M, P, Q, V, W) Ordni Alfabetika 2. L-artiklu il-: quddiem kliem li jibdew b’konsonanti qamrin eż. il-ħaxix, il-bezzun l-: quddiem kliem li jibdew b’vokali, h jew għ eż. l-arblu, l-għasfur, l-hena iċ-/id-/in-/ir-/is-/it-/ix-/iż-/is-: quddiem kliem li jibdew b’konsonanti xemxin eż. iċ-ċirasa, in-nanna, iz-zokkor l-i: quddiem kliem li jibdew b’żewġ konsonanti eż. l-iskola, l-istudent 3. Nomi Persuni, annimali, postijiet, oġġetti Komuni u Proprji Kollettiv eż. Bukkett fjuri, mazz karti 4. Maskil u Femminil 5. Singular u Plural

Upload: others

Post on 25-Jan-2021

8 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Name: ______________________

    1

    Year 4

    Malti Reviżjoni

    Grammatika

    Grammatika:

    1. Alfabet Vokali – A, E, I, O, U, IE Konsonanti Xemxin (Ċ, D, N, R, S, T, X, Ż, Z) Konsonanti Qamrin (B, F, Ġ, G, GĦ, H, Ħ, K, L, M, P, Q, V, W) Ordni Alfabetika

    2. L-artiklu il-: quddiem kliem li jibdew b’konsonanti qamrin eż. il-ħaxix, il-bezzun l-: quddiem kliem li jibdew b’vokali, h jew għ eż. l-arblu, l-għasfur, l-hena iċ-/id-/in-/ir-/is-/it-/ix-/iż-/is-: quddiem kliem li jibdew b’konsonanti xemxin eż. iċ-ċirasa, in-nanna, iz-zokkor l-i: quddiem kliem li jibdew b’żewġ konsonanti eż. l-iskola, l-istudent

    3. Nomi Persuni, annimali, postijiet, oġġetti Komuni u Proprji Kollettiv eż. Bukkett fjuri, mazz karti

    4. Maskil u Femminil 5. Singular u Plural

  • 2 Ms. K. Sammut

    6. Aġġettivi Kliem li jiddeskrivu 7. L-Oppost Eż. twil – qasir, kbir – zgħir 8. Pronomi Dimostrattivi

    Eż. Dan, din, dak, dik, dawn, dawk

    9. Verbi Kmand/ Imperattiv eż. Qum, ixrob, orqod Mamma (insaqsu “hu x’għamel ilbieraħ?”) eż. Raqad, xegħel, kiser Għerq (skeletru tal-mamma) eż. Raqad – R-Q-D

    10. Partiċelli Ma’, fi, ġo, bħal, sa, etċ... Għalhekk, għalxejn, mingħajr, minflok, etċ...

    11. Numri sa 100

  • 3 Ms. K. Sammut

    Agħmel ċirku man-nomi proprji.

    Jannar Barmil Pala Marzu Tabib Borg,

    Għalliema Il-Ħadd Kelb Iljun Il-Ġimgħa

    Bitħa Tifla In-Naxxar Ruma Ruth

    Larinġa Bezzina Londra Tuffieħa

    Agħti l-maskil jew il-femminil ta’ dawn il-kliem.

    Maskil Femminil

    Seftur seftura

    Kok koka

    Missier Omm

    Għalliem Għalliema

    Franċiż Franċiża

    Spiżjar Spiżjara

    Sinjur Sinjura

    Ġgant Ġganta

    Tabib Tabiba

    Kuġin Kuġina

    Neputi Neputija

  • 4 Ms. K. Sammut

    Imla bl-artiklu.

    1. Ħdejn il-baħar kien hemm ir-rizzi u l-bebbux.

    2. Toni mar il-festa u xtara l-qubbajd.

    3. Jien idejquni s-sħana u r-riħ isfel .

    4. Jien mort niekol għand il-ħbieb u l-kuġini fil-vaganzi.

    5. L-istudenti u l-għalliema daħlu fil-klassi.

    6. Marija marret tixtri l-libsa u ż-żarbun għall-festin.

    Uża dan, din, dawn, dak, dik, dawk skont kif meħtieġ.

    1. __Dan_ it-tifel t’hawn mar dawra bid-dgħajsa.

    2. Ilbieraħ, ___dawk__ t’hemm rebħu l-medalja tal-fidda.

    3. ___Dan__ il-ktieb interessanti imma __dak_ li urejtli qabel le.

    4. Newwilli ___dak__ il-flixkun tal-ilma.

    5. ___Dawk__ t’hemm qabdu lampuka.

    6. ____Dak__ t’hemm joqgħod l-Imsida.

    7. _Dak/Dan__ it-tifel kisser il-mikroskopju.

  • 5 Ms. K. Sammut

    Agħti l-plural ta’ dawn.

    Singular Plural

    Raġel fqir Rġiel foqra

    Mara sinjura Nisa sinjuri

    Barri kbir Barrin kbar

    Ġgant twil Ġganti twal

    Ktieb oħxon Kotba ħoxnin

    Nanna ħelwa Nanniet ħelwin

    Xogħol ħafif Xogħlijiet ħfief

    Nar jaħraq Nirien jaħarqu

    Sqaq dejjaq Sqaqien dojoq

    Imla bin-nom kollettiv.

    1. Missieri ta bukkett fjuri lil ommi.

    2. Ħija tilef mazz ċwievet.

    3. Inġabru folla nies fuq il-post tal-aċċident.

    4. Inti qatt rajt flotta vapuri?

    5. Fis-siġra hemm qatgħa għasafar.

    6. Ġanni tilef mazz karti tal-logħob.

    7. Illum rari tara merħla mogħoż.

    8. Hemm serbut nemel fil-bitħa.

  • 6 Ms. K. Sammut

    Qabbel in-numri. Uża riga.

    54 Għoxrin

    99 Ħamsa u erbgħin

    83 Tmienja u tletin

    17 Erbgħa u ħamsin

    20 Disgħa u disgħin

    45 Sbatax

    38 Tlieta u tmenin

    Ikteb il-kmand ta’ dawn il-verbi fis-singular (inti).

    1. Iġbed il-ħabel. (ġibed)

    2. Igdem it-tuffieħa. (gidem)

    3. Agħmel ix-xogħol. (għamel)

    4. Agħżel ktieb mil-librerija. (għażel)

    5. Aħsel wiċċek. (ħasel)

    6. Aħrab ’il bogħod. (ħarab)

    7. Aħseb x’se tikteb. (ħaseb)

    8. Aħsel il-karozza. (ħasel)

    9. Iknes il-bitħa. (kines)

    10. Inżel isfel. (niżel)

  • 7 Ms. K. Sammut

    Ikteb sentenzi b’dawn il-verbi.

    Ikteb

    Eżempju: Ikteb ix-xogħol tal-iskola fuq il-pitazz.

    aqbeż

    Eżempju: Mario, aqbeż il- ħabel għal għaxar darbiet.

    aqsam

    Eżempju: Sara, ejja aqsam il-kejk li għamiltlek għal għeluq sninek.

    irkeb

    Eżempju: Ejja, irkeb fil-karozza għax sar il-ħin biex mmorru għall-

    iskola.

    Ikteb il-mamma u l-għerq ta dawn il-verbi.

    Verb Mamma Għerq

    ħarbet ħarab ħ-r-b

    kisru kiser k-s-r

    jagħmel għamel għ-m-l

    jikteb kiteb k-t-b

    sraqna seraq s-r-q

    telqet telaq t-l-q

    ħaslu ħasel ħ-s-l

    wasalt wasal w-s-l

    rikbu rikeb r-k-b

  • 8 Ms. K. Sammut

    Aqra s-silta.

    L-iljuni huma annimali li jgħixu fil-kontinent tal-Afrika u fil-kontinent tal-Asja. Fiż-żminijiet imgħoddija dawn l-annimali kont issibhom anke fil-kontinent tal-Ewropa. L-iljuni tista’ tarahom ukoll fiż-żoos. (paragrafu 1)

    L-iljuni jagħmlu parti mill-familja tal-qtates. F’din il-familja fost l-oħrajn hemm il-qtates, it-tigri u l-leopardi. L-iljun hu t-tieni l-akbar qattus fid-dinja. Dawn l-annimali jistgħu jgħixu bejn wieħed u ieħor sa sittax-il sena fis-selvaġġ. Kif tagħraf iljun minn iljunessa? L-iljun ikun akbar u itqal filwaqt li jkollu ħafna pil madwar rasu li jibqa’ nieżel sa taħt wiċċu. Denb l-iljun ikollu ballun żgħir ta’ pil skur fit-tarf. (paragrafu 2)

    L-iljuni huma annimali veloċi għax jiġru ħafna. Barra minn hekk huma għawwiema tajba ħafna. Matul il-jum l-iljuni jagħmlu ħafna ħin reqdin. Fil-fatt jagħmlu bejn 16 u 21 siegħa reqdin. Il-kelb jinbaħ, il-qattus inewwaħ, l-għasfur ipespes u l-iljun x’jagħmel? L-iljun igargar. L-għajta tiegħu tant hi qawwija li tinstema’ minn madwar tmien kilometri ’l bogħod. Huma jagħmlu dan biex jikkomunikaw ma’ iljuni oħra tal-grupp tagħhom li jkunu ’l bogħod minnhom biex dawn jingħaqdu mal-grupp. L-iljuni jgargru biss meta jkunu fil-post fejn ikunu joqogħdu. (paragrafu 3)

  • 9 Ms. K. Sammut

    L-ikel ta’ dawn l-annimali hu l-laħam. Fil-fatt huma jikkaċċjaw annimali bħal żebri, ħnieżer u ċriev. Kultant jieklu wkoll ġrieden, għasafar u fniek selvaġġi. Mhux l-ewwel darba li tarahom jisirqu xi ikel mingħand annimali oħra li jieklu l-laħam. L-iljuni huma annimali li jgħixu fi grupp. F’dan il-grupp ikun hemm ħafna ljunessi u ż-żgħar tagħhom u madwar tliet iljuni. Huma l-iljunessi li jipprovdu l-ikla lill-grupp tagħhom. Dan għaliex huma eħfef mill-iljuni u allura jaqbdu l-annimali aktar malajr. Huma joħorġu għall-kaċċa fi gruppi. Dan jagħmluh meta jibda jidlam jew fis-satra tal-lejl. Dan għaliex matul il-ġurnata tkun wisq sħana għalihom biex jiġru wara xi annimal u jaqbduh. (paragrafu 4)

    Waqt li l-iljunessi jkunu għall-kaċċa, xogħol l-iljuni jkun li jipproteġu l-grupp tagħhom speċjalment l-iljuni ż-żgħar. Malli l-iljunessi jieħdu l-ikel lill-grupp tagħhom, huma

    jaqsmuh flimkien bħal familja. Madanakollu hemm ordni kif jittiekel l-ikel. Fil-fatt l-ewwel jieklu l-iljuni, imbagħad l-iljunessi u fl-aħħar jieklu ż-żgħar. L-iljuni jieklu aktar mill-iljunessi. (paragrafu 5)

    Sfortunatament dan l-annimal jinsab mhedded għax qed jiġi kkaċċjat min-nies bħala sport. Barra minn hekk qed jonqoslu l-post fejn jgħix. (paragrafu 6)

  • 10 Ms. K. Sammut

    Immarka Veru jew Falz

    Veru Falz 1. L-iljuni jgħixu fl-Ewropa. ✓ 2. L-iljuni ma jgħixux biss fis-selvaġġ. ✓ 3. L-iljun hu l-akbar qattus fid-dinja. ✓ 4. L-iljuni jorqdu ħafna matul il-jum. ✓ 5. Meta jinqabad xi annimal għall-ikel ikunu l-iljunessi

    li jibdew jieklu minnu l-ewwel. ✓

    Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel ✔ fil-kaxxa tal-lemin.

    1. L-iljuni huma

    2. Denb l-iljun ikollu

    iżgħar u eħfef mill-iljunessi.

    akbar u itqal mill-iljunessi. ✓

    akbar u eħfef mill-iljunessi.

    ballun kbir ta’ pil skur fit-tarf.

    ballun kbir ta’ pil ċar fit-tarf.

    ballun żgħir ta’ pil skur fit-tarf. ✓

  • 11 Ms. K. Sammut

    3. L-iljuni jieklu

    Wieġeb il-mistoqsijiet.

    1. Għaliex igargar l-iljun? (paragrafu 3)

    L-iljuni igargru biex jikkomunikaw ma’ iljuni oħra tal-grupp tagħhom li

    jkunu ’l bogħod minnhom biex dawn jingħaqdu mal-grupp.

    2. Għaliex l-iljunessa tikkaċċja l-annimali billejl? (paragrafu 4)

    L-iljunessi jikkaċċjaw l-annimali billejl għaliex matul il-ġurnata tkun

    wisq sħana għalihom biex jiġru wara xi annimal u jaqbduh.

    3. X’jagħmel l-iljun waqt li l-iljunessa tkun qed tikkaċċja l-annimali?

    (paragrafu 5)

    Waqt li l-iljunessi jkunu għall-kaċċa, xogħol l-iljuni jkun li jipproteġu

    l-grupp tagħhom speċjalment l-iljuni ż-żgħar.

    daqs l-iljunessi.

    inqas mill-iljunessi.

    aktar mill-iljunessi. ✓

  • 12 Ms. K. Sammut

    Agħżel bejn dawn iż-żewġ titli. Aqta’ linja taħt it-titlu li għażilt.

    1. Annimal li nħobb

    2. Jien żiemel.

    Ippjana l-kitba tiegħek hawn.

  • 13 Ms. K. Sammut

    Ikteb paragrafu ta’ bejn 70 u 100 kelma.

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________

    ___________________________________________________