e-spark 27
DESCRIPTION
Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about itTRANSCRIPT
E - spark 27 NOVEMBRU 2010
Vocations e-newsletter
E-S
par
k h
ija
new
slet
ter
elet
tro
nik
a m
ahru
ga
mic
-Centr
u t
al-V
okaz
zjo
nij
iet
tas-
Sem
inar
ju,
tal-
Vir
tu,R
abat
.
Tel
: 21
450
354
-
w
ww
.vo
ka
zzjo
ni.
com
ITTRI TAD-DEHEB
BIBLE READING SUGGESTIONS
NEW WEBSITES
THE TWO QUESTIONS
HELLO GOD
ITTRI TAD-DEHEB F’ittra li bagħat lis-Seminaristi kollha tad-dinja f’Ottubru li għadda, l-Papa Benedittu jirrakkonta fatt li seħħ meta kien għadu żgħażugħ. Kien żmien il-gwerra u bilfors kellu jidħol fl-armata Ġermaniża flimkien ma’ sħabu. Il-kmandant beda jistaqsihom wieħed wieħed xi pjani kellhom għall-futur. Meta Joseph wieġeb li xtaq isir qassis, il-kmandant qallu: “mela se jkollok issib xi ħaġa oħra... fil-Ġermanja l-ġdida l-qassisin mhux se jkun hemm bżonnhom aktar!”. Din il-ġrajja baqgħet f’qalb u f’moħħ Benedittu. Jara l-istess attitudni llum, fid-dinja tagħna. M’għandniex dittaturi kiefra jew gwerer imdemmija (almenu fejn ngħixu aħna) imma l-bniedem sar l-akbar għadu tiegħu innifsu. Illum fost tant progress xjentifiku u teknoloġiku, qalb il-bniedem hi vojta. Qisu qatt ma jista’ jkollna biżżejjed. Infittxu naħarbu mid-dwejjaq billi neżaġeraw f’kollox: fl-infiq, fix-xorb, fil-vjolenza, u billi nippretendu l-impossibbli mingħand xulxin. Huma kollha affarijiet li jqegħedu l-ħajja ta’ tant żgħażagħ f’periklu kbir. Imma din mhix l-istorja kollha. Hemm verità oħra: li Alla hu ħaj u li huwa
magħna. Hu ħalaq lil kulħadd u jħobbna lkoll, għax ilkoll uliedu. Tant Hu kbir li
għandu ħin biex jidħol fid-dettal: “jgħodd kull xagħra li hemm f’rasna”. Huwa fatt li l-bniedem
dejjem se jkollu bżonn lil Alla. Il-bniedem jipprova jfittex lil Alla (spiss ma jirnexxilux), imma Alla
wkoll jiġi jfittex lill-bniedem. Fil-persuna ta’ Ibnu Ġesù, Alla tassew ġie qrib tagħna - anzi qed jgħix
fostna. Lilna sejħilna biex nagħmlu parti mill-familja tiegħu - kbira u mifruxa mad-dinja kollha - li
tissejjaħ il-Knisja.
Ikompli/..............
Fr Michael Bellizzi
Fl-ittra tiegħu, il-Papa jsemmi xi affarijiet li huma essenzjali - mhux biss għas-Seminaristi imma għal kull bniedem li jixtieq jagħmel kontribut fid-dinja, speċjalment iż-żgħażagħ: :: Alla mhux xi stranġier li sparixxa wara li ħalaqna. L-anqas ma abbanduna l-ħolqien tiegħu. Il-ħolqien mhux biss l-effett tal-“Big Bang” imma wkoll tal-preżenza kontinwa ta’ Alla. Waqt li nimxu flimkien ma’ Alla u niftħu qalbna u moħħna biex nagħrfuh iżjed u nħalluh isegwina, aħna nitgħallmu t-tifsira vera tal-ħajja: jiġifieri li nkunu f’relazzjoni ma’ Alla. :: Il-vjaġġ tal-ħajja rridu nitgħallmu nagħmluh flimkien ma’ oħrajn: mhux biss sħabna imma wkoll ma’ nies li mxew iktar minna u li bdew mexjin qabilna. Il-Papa jħeġġiġna biex f’dan il-vjaġġ ma nfittxux biss x’se nieħdu imma wkoll kif se nkunu utli għal ta’ madwarna. B’hekk inkunu nixbħu lil Alla nnifsu. :: Illum aħna nippreferu nfittxu affarijiet ġodda li qatt ma nkunu smajna bihom qabel. Imma dak li rċevejna mingħand ta’ qabilna fih il-valur tiegħu. Hawn min jgħid li l-qadim kollu banali u tas-seklu l-ieħor. Jekk nirraġunaw hekk inkunu qisna qed nivvintaw ir-rota
mill-ġdid! Il-Papa jsemmi valuri li rċevejna mingħand ta’ qabilna: it-talb (li tkun viċin ta’ Alla); il-virtujiet (li bl-ebda mod ma tkun medjokri).
:: Iħeġġiġna biex napprezzaw iżjed is-sagramenti tal-Qrar u l-Ewkaristija. Dawn huma l-mezz prinċipali kif Alla jagħtina l-qawwa fil-vjaġġ tal-ħajja tagħna. Anke jekk qisna nibqgħu dejjem l-istess u nirrepetu l-istess żbalji. Jekk inċedu u nsiru indifferenti, ma nibqgħux napprezzaw il-ħafna sabiħ u t-tjubija li hemm fina u madwarna. U min ma japprezzax ma jistax jaqdi lil ħadddieħor.
:: Fl-aħħarnett isemmi l-istudju: huwa mod kif inkunu ppreparati għall-futur tagħna. Il-Papa jħeġġiġna biex ma nabbandunawx iż-
żmien tal-iskola imma napprofittaw ruħna minnu. Spiss nisimgħu min igerger li ħafna affarijiet nitgħallmuhom għal xerjn! Il-punt
fl-istudju mhux li titgħallem dak li huwa utli imma li tapprezza u tifhem ir-realtà kif inhi. Li ssib risposta għad-domandi personali
tiegħek. Li titgħallem tagħmel domandi profondi u mhux superfiċjali. Li tistaqsi anke dwar Alla u l-post tiegħu fil-ħolqien u fil-
ħajja tiegħek.
Dan kollu jservi biex insiru bnedmin maturi. Jekk Alla għandu l-ħsieb li jużana biex ngħinu lil ħaddieħor, jeħtieġ li aħna stess inkunu
persuni bilanċjati u b’saħħitna: mhux minn barra biss imma minn ġewwa wkoll. Ejjew inħallu dan il-messaġġ sabiħ jidħol fina u
naċċettawh bħala l-kliem ta’ bniedem li jixtiqilna l-ġid, u li qed jgħidilna dan kollu f’isem Ġesù.
Fr Michael Bellizzi
Fr Michael Bellizzi
New websites
SACRED SPACE
www.sacredspace.ie Din hija sit popolari ˙afna li toffri talba g˙al kuljum billi tqatta' 10 minuti quddiem il-kompjuter. Fil-fatt tista' tag˙milha bilqieghda quddiem kompjuter. L-idea hija li inti issib “spazju sagru” fil-gurnata. Bl-ghajnuna ta' gwida pprovduta fuq l-iskrin tieghek u silta mill-Bibbja, din is-sit tista' tkun ta’ ghajnuna ghal min jixtieq jibda jitlob u ma jafx kif. Offrut mill-Gizwiti tal-Irlanda.
PRAY AS YOU GO
www.pray-as-you-go.org
Din il-pagna toffri
(a) talb ghal kuljum ta'
madwar kwarta fuq MP3 player li jinkludi
kemm kliem kif ukoll muzika; kemm
tiddawnlowdjah u tisimghu
(b) riflessjoni
fuq il-gurnata ta' madwar 8 minuti wkoll
g˙al fuq l-MP3; fiha stedina biex iggib
quddiem ghajnejk il-grajjiet ewlenin tal-
gurnata flimkien ma' dak li hassejt; l-idea
hi li ssir aktar konxju ta' kif Alla kien
prezenti f’˙ajtek dakinhar; offrut mill-Gizwiti
tal-Ingilterra
DAILY PRAYER ON-LINE
www.churchresources.info/pray/index.shtml
Suggerimenti ghal talb fil-klassi ghalliema ta' klassijiet
sekondarja u primarja
HOW TO PRAY WITH ART
www.prayerwindows.com
Struzzjonijiet ghal kif titlob bit-tpingija, links
ghal tpingijiet, u riflessjonijiet fuq l-arti u
t-talb.
Ancient Egyptians believed that upon death they would be asked two questions and their answers would determine whether they could continue their journey in the afterlife. The first question was, "Did you bring joy?" The second was, "Did you find joy?" ~ Leo Buscaglia ~
Death is nothing else but going home to God, the bond of love will be unbroken for all eternity. ~ Mother Teresa ~
Hello God, I called tonight
To talk a little while I need a friend who'll listen To my anxiety and trial. You see, I can't quite make it Through a day just on my own... I need your love to guide me, So I'll never feel alone. I want to ask you please to keep, My family safe and sound. Come and fill their lives with confidence For whatever fate they're bound. Give me faith, dear God, to face Each hour throughout the day, And not to worry over things I can't change in any way. I thank you God, for being home And listening to my call, For giving me such good advice When I stumble and fall.. Your number, God, is the only one That answers every time. I never get a busy signal, Never had to pay a dime. So thank you, God, for listening To my troubles and my sorrow. Good night, God, I love You, too, And I'll call again tomorrow!
Contact Us
If you would like to contact Fr Michael and share your com-ments, suggestions, ideas or problems please send an email to:
[email protected] Or Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat
www.vokazzjoni.com