eżami ta’ nofs is-sena year 5 malti orali l-ewwel taĦriĠ ... · eżami ta’ nofs is-sena year...

23
2 | Page Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ: IT-TĦEJJIJA MINUTA (MHUX ASSESSJATA) 1A Lil Student A Bonġu_________, fi x’ħin wasalt l-iskola dalgħodu? 1B Lil Student B Bonġu ___________, fi x’ħin tispiċċa l-iskola llum? 2A Lil Student A X’għamilt il-bieraħ filgħaxija? Għaliex? 2B Lil Student B X’biħsiebek tagħmel illum wara l-iskola? Għaliex? 3A Lil Student A Kif tasal l-iskola filgħodu? Bil-mixi? X’tara inti u ġej/ġejja? 3B Lil Student B Għandek kamra favorita fid-dar? Liema hi? Għaliex? X’hemm fiha? 4A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex? 4B Lil Student B Jogħġbok ir-raħal fejn tgħix jew tippreferi tgħix xi mkien ieħor? Għaliex? 5A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex? 5B Lil Student B Tippreferi x-xitwa jew is-sajf? Għaliex?

Upload: others

Post on 29-Aug-2019

32 views

Category:

Documents


2 download

TRANSCRIPT

Page 1: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

2 | P a g e

Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali

L-EWWEL TAĦRIĠ: IT-TĦEJJIJA MINUTA (MHUX

ASSESSJATA)

1A Lil Student A Bonġu_________, fi x’ħin wasalt l-iskola dalgħodu?

1B Lil Student B Bonġu ___________, fi x’ħin tispiċċa l-iskola llum?

2A Lil Student A X’għamilt il-bieraħ filgħaxija? Għaliex?

2B Lil Student B X’biħsiebek tagħmel illum wara l-iskola? Għaliex?

3A Lil Student A Kif tasal l-iskola filgħodu? Bil-mixi? X’tara inti u

ġej/ġejja?

3B Lil Student B Għandek kamra favorita fid-dar? Liema hi? Għaliex?

X’hemm fiha?

4A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex?

4B Lil Student B Jogħġbok ir-raħal fejn tgħix jew tippreferi tgħix xi

mkien ieħor? Għaliex?

5A Lil Student A Tippreferi l-iskola jew id-dar? Għaliex?

5B Lil Student B Tippreferi x-xitwa jew is-sajf? Għaliex?

Page 2: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

3 | P a g e

IT-TIENI TAĦRIĠ: L-INTERVISTA 3 minuti

L-interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru.

Lil student A: “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-ħbieb”

1. Għidli xi ħaġa dwar l-ikbar ħabib/a tiegħek.

2. (Jekk ma tkunx issemmiet diġa’) Kif tqattgħu l-ħin flimkien?

3. Semmili xi ħaġa li tħobbuha t-tnejn. Għaliex?

4. Spjegali għaliex tmur tajjeb ħafna miegħu/magħha.

Lil student B: “Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar kif tqatta’ l-ħin

liberu tiegħek barra l-iskola.”

1. Kellimni ftit fuq il-passatemp tiegħek.

2. Xi kemm jeħodlok ħin? Għaliex?

3. Għaliex għażilt dan il-passatemp?

4. Kieku kellek tibdlu, x’tagħżel u għaliex?

Page 3: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

4 | P a g e

TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA

Page 4: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

5 | P a g e

TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA

Page 5: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

6 | P a g e

TAĦRIĠ - STAMPA WAĦDA

L-interlokutur jgħid: “Ħarsu lejn din l-istampa. Se nistaqsikom xi

mistoqsijiet dwarha”.

L-interlokutur jistaqsi l-ewwel mistoqsija lil Student A u t-tieni lil Student B

u jibqa’ sejjer hekk b’mod li t-tnejn jieħdu sehem indaqs fit-test sakemm il-

ħin ta’ 3 minuti jiskadi.

1. X’qed tara fl-istampa?

2. Iddeskrivi lit-tifel tal-istampa.

3. Iddeskrivi lill-kelb.

4. X’jidhirlek minn din l-istampa? Togħġbok? X’jogħġbok fiha?

5. Hemm xi ħaġa li ma togħġbokx? Għaliex

6. Fejn taħseb li qegħdin?

7. F’liema staġun taħseb li ttieħed dan ir-ritratt?

8. F’liema ħin tal-ġurnata taħseb li ttieħed dan ir-ritratt?

9. Kemm tgħid li għandu żmien dan it-tifel?

10. Min taħseb li ħadu dan ir-ritratt?

11. Għalfejn taħseb li ħadet/ħadu dan ir-ritratt?

12. Tista’ tagħti titlu lil din l-istampa?

13. X’taħseb li għamel it-tifel wara li ttieħed dan ir-ritratt?

14. Dan ir-ritratt nistgħu npoġġuh ġo album tar-ritratti. Għalxiex taħseb li

jista’ jintuża wkoll?

Page 6: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

7 | P a g e

TAĦRIĠ – STAMPA DWAR TEMA

L-interlokutur jgħid: “Ħarsu lejn l-istampa l-kbira. Turi familja li qegħdin

piknik fil-kampanja.

Ħarsu lejn l-istampi ż-żgħar ta’ taħt. Liema minn dawn għandhom x’jaqsmu

ma’ din l-istampa tal-familja li qegħdin piknik? U għaliex Liema minn dawn

m’għandhomx x’jaqsmu? U għaliex le?”

L-Interlokutur jistieden lil student A biex jagħżel stampa u jitkellem dwarha,

imbagħad idur fuq student B u jistaqsih/a j/tagħmel l-istess.

F’każ li l-istudenti jeżitaw, l-interlokutur għandha tipponta hi lejn stampi li l-

istudenti jkunu għadhom ma tkellmux dwarhom u tgħid, “U din għandha

x’taqsam?”

Page 7: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

8 | P a g e

TAĦRIĠ – STAMPA DWAR TEMA

Page 8: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

2 | P a ġ n a

Aqra din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Il-Karnival ta’ Malta

Il-karnival hu wieħed mill-festi tradizzjonali Maltin. Mill-kotba u l-

manuskritti nafu li l-karnival kien ilu jsir ħafna qabel ma ġew Malta l-

Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. Nafu wkoll li fi żmienhom il-karnival

kien isir fil-Birgu, iżda wara li nbniet il-Belt Valletta beda jsir fil-Belt.

Fl-1639 il-Granmastru Lascaris kien ordna li n-nies ma jilbsux maskri

fil-karnival jew imorru ballijiet. Min jinqabad jagħmel dan kien jingħata

s-swat. Il-poplu pprotesta u nqala’ l-inkwiet u l-Granmastru kellu

jħassar din l-ordni.

Fi żmien il-Granmastru Zondadori għall-ħabta

tal-1721 bdiet issir il-kukkanja. Fil-misraħ ta’

quddiem il-palazz il-Belt kienu jagħmlu arblu

kbir, midluk bix-xaħam biex jiżloq. Imbagħad

kienu jqiegħdu madwaru l-friegħi biex jidher

qisu siġra kbira. Fil-parti ta’ fuq kienu jdendlu fniek ħajjin, perżut,

tiġieġ, bxiekel bil-bajd, ġobon u ħwejjeġ oħra. Waqt il-kukkanja n-nies

tipprova titla’ mal-arblu u dak li jirnexxilha tieħu jkun tagħha. Illum il-

kukkanja m’għadhiex issir.

Illum il-karnival jibda mill-Ġimgħa f’nofsinhar, iżda l-qofol tiegħu jibda

s-Sibt filgħodu bil-karnival tat-tfal. F’nofs il-misraħ tinżifen il-parata –

iż-żifna bix-xwabel magħrufa madwar l-Ewropa kollha. Din iż-żifna

Page 9: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

3 | P a ġ n a

tfakkarna fir-rebħa tal-Maltin fuq it-Torok fit-8 ta’ Settembru 1565 –

jum il-Vitorja. Dak in-nhar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta kien wasal fit-

tmiem tiegħu.

L-isfilata tal-karnival b’dawk il-

karrijiet kollha kuluri tkun

immexxija mir-Re tal-karnival.

Ħafna nies imorru jaraw iż-żfin tal-

kumpaniji bil-kostum. Dawk li

jieħdu sehem fl-isfilata tal-Karnival

jibdew minn xhur qabel bix-xogħol tal-karrijiet u jonfqu ħafna flus

kemm biex iżejnu l-karru kif ukoll fuq il-kostumi li jilbsu ż-żgħażagħ li

jiffurmaw il-kumpanija fuq il-karru.

F’xi rħula Maltin isir karnival sempliċi, fejn in-nies speċjalment it-tfal

jilbsu ċ-ċraret u lbies mqatta’. Kulħadd jagħmel xi ċajta jew ħmerija,

iżda l-karnival tar-raħal għoddu spiċċa ħlief dak tan-Nadur Għawdex

fejn sar popolari mhux ftit.

Ħelu tradizzjonali marbut mal-karnival hu l-perlini u l-prinjolata. Wara

dawn il-ħamest ijiem ta’ xalar jibda r-Randan: erbgħin jum ta’ riflessjoni

li jwassluna għall-festa tal-Għid il-Kbir.

Page 10: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

4 | P a ġ n a

A. Wieġeb.

1. Liema hi waħda mill-festi tradizzjonali Maltin? (1)

______________________________________________________

2. Meta beda jsir il-karnival hawn Malta u minn fejn nafu dan? (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

______________________________________________________

3. X’kienet l-ordni tal-Granmastru Lascaris fl-1639? (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

4. Meta bdiet issir il-kukkanja? (1)

______________________________________________________

______________________________________________________

5. Fi kliemek għid x’inhi l-kukkanja. (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

______________________________________________________

______________________________________________________

Page 11: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

5 | P a ġ n a

6. Illum il-karnival idum _____________ ijiem. (1)

7. Il-karnival tat-tfal jiftaħ bil-Parata. Xi tkun din? (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

8. Imla l-vojt:

L-_________________ tal-karnival tkun immexxija mir-

_________ tal-karnival. Kull karru jkollu _______________ ta’

żeffiena miegħu. Dawn ikunu lebsin ilbies ta’ kull __________ u

minn xhur qabel jibda ____________ kemm fuq il-___________

kif ukoll fuq il-kostumi u ż-żifna ta’ dik il-kumpanija. (3)

9. Xi jsir f’xi rħula Maltin? (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

10. X’inhu dak il-ħelu tradizzjonali marbut mal-karnival? (2)

______________________________________________________

______________________________________________________

11. X’jibda hekk kif jispiċċa l-karnival? (2)

______________________________________________________

Page 12: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

6 | P a ġ n a

Grammatika.

B. Ikteb skont kif mitlub fil-parentesi. (10)

1. Ħafna nies imorru jaraw iż-żfin tal-kumpaniji bil-kostum. (Aqleb

għan-negattiv)

__________________________________________________________

2. F’nofs il-______________tinżifen il-parata. (Agħti kelma oħra flok

misraħ)

3. Il-kostumi li jilbsu ż-żgħażagħ. (Aqleb fis-singular)

__________________________________________________________

4. In-nies tipprova _____________ mal-arblu. (Oħroġ verb fis-singular

preżent min-nom telgħa)

5. Dawk li jieħdu sehem fl-isfilata tal-karnival jibdew minn xhur qabel

bix-xogħol tal-karrijiet. (Aqleb għall-passat)

__________________________________________________________

__________________________________________________________

Page 13: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

7 | P a ġ n a

Le, l-uġigħ fi

griżmejja

għadda.

C. Ikteb mistoqsija f’kull vojt. il-mistoqsija trid taqbel mat-

tweġiba.

1. ____________________________?

2. ________________________

_______________________?

3. ________________________

________________________?

4. ________________________

________________________?

Miniex ġej għax

għandi riħ.

Id-deni telagħli

għal 100 grad.

Għada ma

naħsibx li niġi?

Page 14: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

8 | P a ġ n a

Komponiment

D. Ikteb komponiment ta’ mhux anqas minn 120 kelma fuq wieħed

minn dawn. (30)

1. Lejl wieħed kellek stedina unika u straordinarja.

Kellek l-okkażjoni tmur ġita fl-ispazju. Irrakkonta ftit x’ġara.

2. L-isbaħ jum f’ħajti. Ikteb dwar il-jum li taħseb li hu l-isbaħ wieħed.

Għid x’ġara, x’għamilt u għaliex hu l-aqwa jum f’ħajtek.

3. Kompli din l-istorja: Konna lkoll qed naraw it-televixin filgħaxija,

meta f’daqqa waħda nqata’ d-dawl...

Ideat 5

Struttura tal-komponiment 2

Grammatika 5

Struttura tas-sentenza 3

Espressjonijiet u Vokabularju 3

Punteġġjatura 2

Total 20

Page 15: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

9 | P a ġ n a

Page 16: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

Malti Year 5 Eżami ta’ Nofs is-sena. 2011-12 Risposti

A. Komprensjoni

1. Il-karnival hu wieħed mill-festi tradizzjonali Maltin.

2. Il-karnival ilu jsir hawn Malta minn qabel ma ġew Malta l-

Kavallieri ta’ San Ġwann u dan nafuh mill-kotba u l-manuskritti.

3. Il-Granmastru Lascaris ordna li n-nies ma jilbsux maskri fil-

karnival u ma jmorrux ballijiet.

4. Il-kukkanja bdiet issir fl-1721.

5. Il-kukkanja huwa arblu midluk bix-xaħam u jkollu l-ikel imdendel

ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu l-ikel hu.

6. ħamest

7. Il-Parata hija ż-żifna bix-xwabel magħrufa madwar l-Ewropa

kollha.

8. isfilata, Re, grupp, kulur, x-xogħol, karru

9. F’xi rħula Maltin isir karnival sempliċi, fejn in-nies speċjalment it-

tfal jilbsu ċraret u lbies imqatta’.

10. Il-ħelu tradizzjonali marbut mal-karnival hu l-perlini u l-

prinjolata.

11. Hekk kif jispiċċa l-karnival jibda r-Randan.

B. Grammatika

1. Ħafna nies ma jmorrux jaraw iż-żfin tal-kumpaniji bil-

kostum.

2. pjazza

3. Il-kostum li jilbes iż-żagħżugħ.

4. titla’

5. Dawk li ħadu sehem fl-isfilata tal-karnival bdew minn xhur

qabel bix-xogħolijiet tal-karrijiet.

Page 17: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu
Page 18: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

Iċ-ċurkett tas-seħer

F’jum sħun ta’ Mejju, bidwi kien qiegħed jaħsad il-qamħ fl-għalqa tiegħu.

F’nofsinhar kien qed jitrejjaq b’loqma ħobż biż-żejt għad-dell tas-siġar.

F’daqqa waħda lemaħ mara xiħa għakka għaddejja mit-trejqa qrib l-għalqa.

Kienet isserraħ fuq bastun għax bilkemm felħet timxi. Bit-tlikki tlikki, waslet

quddiem bidwi. Waqfet tiċċassa lejh jiekol. Ġietu ħniena minnha u bi kliem

ħelu malajr stedinha: “Strieħ ftit hawn! Il-bukkun ikel li għandi naqsmuh bħal

aħwa.”

Qagħdet bilqiegħda ħdejh. Wara li kielet ħassitha aħjar. “Għall-erwieħ!”

qaltlu. “Int kont ħanin miegħi. Issa jmiss lili li nuri qalb tajba miegħek.”

Minn fejn kienu wrietu mogħdija sserrep qalb l-għelieqi. Ix-xwejħa tennietlu:

“Mur imxi għal jumejn tul dik it-triq qalb l-għelieqi. Fit-tarf tagħha ssib siġra

li hi l-ogħla fost l-oħrajn kollha. Jekk jirnexxielek tqaċċatha jiġu fuqek

żminijiet ta’ hena, ġid u barka.”

Bil-mannara fuq spalltu, il-bidwi telaq għal għonq it-triq. Wara jumejn wasal

f’masġar u malajr induna liema kienet is-siġra. Daqqa wara l-oħra qaċċatha

bil-mannara. Hija u tinstabat mal-art waqgħu żewġ bajdiet kbar minn ġo bejta.

Minn waħda taret ajkla u mill-oħra waqa’ ċurkett. L-ajkla taret lejn is-sema u

għajtet: “Ilbes dak iċ-ċurkett. Jekk trid il-fortuna, dawru dawra waħda ma’

sebgħek u stqarr xewqtek. Ftakar li xewqa waħda biss tista’ tagħmel!”

Il-bidwi libes iċ-ċurkett u beda l-vjaġġ lura lejn daru. Kif beda jroxx id-dlam

wasal f’raħal ċkejken. Hemm iltaqa’ ma’ bejjiegħ tal-ġojjelli. Kellu seba’ mitt

sena jkun jaf kemm jiswa dak iċ-ċurkett.

Hekk kif qabad iċ-ċurkett f’idejh, il-ġejjellier makakk malajr qal: “Dan ma

jiswa xejn.” Il-bidwi malajr ħatfu f’idejh: “Dan jiswa aktar miċ-ċrieket kollha

li għandek fil-ħanut. Meta ddawru dan iħallik tagħmel xewqa.”

Kien dalam ġmielu u l-bidwi għadda l-lejl għand il-ġojjellier. Malli l-ġojjellier

ra lil bidwi rieqed fil-fond, neħħielu ċ-ċurkett minn sebgħu u daħħallu ieħor

jixbhu. Kif sebaħ il-bidwi telaq lejn daru. Il-ġojjellier għorok idejh. Ferħan se

Page 19: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

jtir malajr ried juri xewqtu maċ-ċurkett. Għalaq il-bieb tal-ħanut. Kif kien

f’nofs il-kamra dawwar darba ċ-ċurkett u qal: “Kemm nixtieq li jkolli miljun

biċċa deheb!” Minnufih bdew niżlin blokki tad-deheb. Dawn waqgħu fuq

rasu, fuq dahru, fuq spallejh, fuq ġismu kollu. Ma kellux igawdih! Il-ġojjellier

spiċċa midfun fil-kantina taħt deheb, ġebel u trab.

Malli l-bidwi wasal id-dar qal l-istorja kollha lil martu. Xejn ma kien jobsor

x’għamillu l-ġojjellier. Għalkemm kien idawwar iċ-ċurkett ma’ sebgħu xi

għoxrin darba kuljum, qatt ma wera xewqtu. Dejjem kien jgħid: “Darb’oħra

naraw!”

Imma l-ġid li raw tul ħajjithom kien xi ħaġa tal-għaġeb.

Page 20: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

Aqta’ sing taħt it-tajba.

1. Din l-istorja ġrat

a) f’Mejju.

b) f’Ġunju.

ċ) f’Lulju.

d) f’April.

2. Il-bidwi kien qiegħed

a) jaħsad il-patata.

b) jiżra’ l-patata.

ċ) jaħsad il-qamħ.

d) jaqta’ l-frott.

3. F’nofsinhar il-bidwi qagħad bilqiegħda

a) taħt ħajt tas-sejjieħ.

b) taħt is-siġar.

ċ) fuq bank.

d) fuq siġġu.

4. F’daqqa waħda l-bidwi lemaħ

a) mara xiħa.

b) tfajla.

ċ) tifla mqarba.

d) mara żagħżugħa.

5. Il-mara qalet lill-bidwi biex imur

a) iqaċċat siġra.

b) joqtol ħamiema.

ċ) jaqbad ajkla.

d) jaqbad serp.

Page 21: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

6. Il-bidwi ħa miegħu

a) sikkina.

b) mannara.

ċ) xkubetta.

d) xibka.

7. Minn fuq din is-siġra

a) żewġ bajdiet.

b) tliet bajdiet.

ċ) erba’ bajdiet.

d) ħames bajdiet.

8. Il-bidwi mar biċ-ċurkett għand

a) martu.

b) ommu.

ċ) ġojjellier.

d) saħħar.

9. Iċ-ċurkett kien speċjali għax kien

a) tad-deheb.

b) maġiku.

ċ) tal-fidda.

d) tad-djamanti.

VERU Jew FALZ

10. Il-ġojjellier rnexxielu jieħu ċ-ċurkett. ______________

11. Meta l-ġojjellier dawwar iċ-ċurkett bdew niżlin blokk tal-injam. ________

12. Il-bidwi spiċċa midfun fil-kantina taħt deheb, ġebel u trab. ___________

Fisser dawn l-espressjonijiet:

13. Bit-tlikki tlikki tfisser _________________________________________

14. Xiħa għakka tfisser ___________________________________________

15. Jroxx id-dlam tfisser __________________________________________

Page 22: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

Agħmel sing taħt it-tifsira t-tajba.

16. jitrejjaq tfisser

a) iterraq.

b) jitfejjaq.

ċ) jiekol.

d) isajjar.

17. lemaħ tfisser

a) qabeż.

b) ra.

ċ) mellaħ.

d) immira.

18. makakk tfisser

a) moħħu jilħaqlu.

b) moħħu vojt.

ċ) moħħu maħmuġ.

d) moħħu jżomm.

19. loqma tfisser

a) togħma.

b) ikla.

ċ) sinna.

d) biċċa.

20. Aqta sing taħt l-aġġettiv li jiddeskrivi l-imġiba tal-bidwi max-xwejħa.

fidil, ħanin, baħnan, għajjur, miġnun.

Page 23: Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL TAĦRIĠ ... · Eżami ta’ Nofs is-Sena Year 5 Malti Orali L-EWWEL ... ma’ fuq nett u min jirnexxielu jitla’ mal-arblu jieħu

Taħriġ mis-Smigħ Malti Eżami ta’ nofs is-sena 2011-12

1a. f’Mejju.

2ċ. jaħsad il-qamħ.

3b. taħt is-siġar.

4a. mara xiħa.

5a. iqaċċat siġra.

6b. mannara.

7a. żewġ bajdiet.

8ċ. ġojjellier.

9b. maġiku.

10. Veru.

11. Falz.

12. Falz.

13. bil-mod.

14. xiħa ħafna.

15. riesaq il-lejl, qed jidlam.

16ċ. jiekol.

17b. ra.

18a. moħħu jilħaqlu.

19d. biċċa.

20. ħanin.