europe’s two trillion euro dividend: mapping the cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti...

32
ESTRATT TAL-ISTUDJU EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew Unità tal-Valur Miżjud Ewropew PE 631.745 - April 2019 MT Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa L- Immappjar tal - Kost tan - Non - Ewropa, 2019 - 24

Upload: others

Post on 12-Sep-2019

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

ESTRATT TAL-ISTUDJU EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

Unità tal-Valur Miżjud Ewropew PE 631.745 - April 2019 MT

Id-dividend ta' żewġ triljun

euro tal-Ewropa

L-Immappjar tal-Kost tan-Non-

Ewropa, 2019-24

Page 2: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien
Page 3: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa

L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa,

2019-24

ESTRATT TAL-ISTUDJU

Dan l-estratt joħroġ minn studju li jiġbor flimkien xogħol li għadu għaddej dwar proġett fit-tul għall-identifikazzjoni u l-analiżi tal-"kost tan-non-Ewropa" f'għadd ta' oqsma ta' politika. Dan il-kunċett, li ġie introdott għall-ewwel darba mill-Parlament Ewropew fis-snin 80, hawnhekk qed jintuża biex jikkwantifika l-gwadanji potenzjali fl-effiċjenza fl-ekonomija Ewropea tal-lum permezz ta' sensiela ta' inizjattivi ta' politika li dan l-aħħar ġew irrakkomandati mill-Parlament – minn suq uniku diġitali usa' u aktar profond għal koordinazzjoni aktar sistematika tal-politiki ta' difiża nazzjonali u Ewropej jew żieda fil-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa korporattiva. Il-benefiċċji huma mkejla prinċipalment f'PDG addizzjonali ġġenerat jew użu aktar razzjonali tar-riżorsi pubbliċi.

L-aħħar analiżi tissuġġerixxi li hemm gwadanji potenzjali lill-ekonomija Ewropea (UE-28) ta' aktar minn 2,200 biljun euro li jistgħu jinkisbu, jekk il-politiki rrakkomandati mill-Parlament f'serje ta' oqsma speċifiċi kellhom jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mbagħad implimentati bis-sħiħ matul il-perjodu ta' għaxar snin mill-2019 sal-2029. Dan ikun, fil-fatt, "dividend ta' żewġ triljun euro", li jirrappreżenta spinta ta' madwar 14% tal-PDG totali tal-UE (li fl-2017 kien 15.3 triljun euro). L-istudju huwa maħsub biex jikkontribwixxi għad-diskussjoni li għaddejja dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċiklu istituzzjonali tal-ħames snin li ġejjin, mill-2019 sal-2024.

Page 4: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

EDITUR:

Anthony Teasdale Kuntatt bl-email: [email protected]

DOKUMENT IKKOMPILAT MINN:

Micaela Del Monte, Tatjana Evas, Aleksandra Heflich, Niombo Lomba, Klaus Müller, Cecilia Navarra, Jerome Saulnier, Elodie Thirion u Wouter Van Ballegooij, Unità tal-Valur Miżjud Ewropew; u Tania Latici u Laura Pucio, Servizz ta' Riċerka għall-Membri. L-awturi jixtiequ jirringrazzjaw lil Charalampos Avlakiotis u lil Federico Brovelli, trainees fl-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew, għall-assistenza fir-riċerka tagħhom. Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari (EPRS), Parlament Ewropew. bl-appoġġ ta':

Tim ta' Innovazzjoni tal-PE, Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, Parlament Ewropew. VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI:

Oriġinal: EN Il-manuskritt tlesta f'April 2019 Brussell, © L-Unjoni Ewropea, 2019 ĊAĦDA TA' RESPONSABBILTÀ

Dan id-dokument tħejja għall-Membri u għall-persunal tal-Parlament Ewropew u huwa indirizzat lilhom bħala materjal ta' sfond biex ikunilhom ta' għajnuna fil-ħidma parlamentari tagħhom. Il-kontenut tad-dokument huwa r-responsabbiltà esklużiva tal-awtur(i) tiegħu u kwalunkwe opinjoni espressa fih m'għandhiex titqies li tirrappreżenta pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament. Ir-riproduzzjoni u t-traduzzjoni għal raġunijiet mhux kummerċjali huma awtorizzati, dment li s-sors jiġi rikonoxxut u l-Parlament Ewropew ikun mgħarraf minn qabel u mibgħut kopja. PE 631.745 ISBN: 978-92-846-5003-3 DOI: 10.2861/612462 CAT: QA-02-19-215-MT-N

Page 5: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

5

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

Introduzzjoni

Sommarju

Azzjoni komuni mill-Unjoni Ewropea tista' ġġib benefiċċji ekonomiċi sinifikanti għaċ-ċittadini. Is-suq uniku eżistenti, pereżempju, mibni fuq bosta għexieren ta' snin, diġà ta spinta lill-ekonomija Ewropea (UE-28) b'aktar minn 5%, billi joffri għażla usa' lill-konsumaturi u ekonomiji ta' skala akbar għall-produtturi, u b'hekk jiżdiedu l-kummerċ, l-investiment u l-impjiegi. F'ħafna oqsma ta' politika – mit-trasport sar-riċerka, jew l-ekonomija diġitali għall-ġustizzja u l-affarijiet interni – azzjoni komuni eżistenti tista' tiġi approfondita jew tista' tittieħed azzjoni ġdida b'modi li tiġġenera effetti ekonomiċi pożittivi.

Sa mill-2012, l-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament Ewropew qed tipprova tistima l-gwadann ekonomiku potenzjali minn inizjattivi ta' politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-prestazzjoni ekonomika tal-Ewropa matul iż-żmien. Dawn il-gwadanji – jew il-"valur miżjud Ewropew" – jiġu prinċipalment jew minn PDG addizzjonali ġġenerat jew minn allokazzjoni aktar razzjonali tar-riżorsi pubbliċi eżistenti, permezz ta' koordinazzjoni aħjar tal-infiq pubbliku fil-livelli nazzjonali u Ewropej. L-aħħar analiżi tissuġġerixxi li hemm gwadanji potenzjali lill-ekonomija Ewropea (UE-28) ta' aktar minn 2,200 biljun euro li għandhom jinkisbu, jekk il-politiki rrakkomandati mill-Parlament f'serje ta' oqsma speċifiċi kellhom jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mbagħad implimentati bis-sħiħ matul il-perjodu ta' għaxar snin mill-2019 sal-2029. Dan ikun, fil-fatt, dividend ta' "żewġ triljun euro", li jirrappreżenta spinta ta' madwar 14% tal-PDG totali tal-UE (2.2 triljun minn 15.3 triljun euro fl-2017).

L-għaxar raggruppamenti ta' politika wiesgħa fejn azzjoni komuni akbar tista' tagħti spinta lill-ekonomija Ewropea – li jammontaw għal 2,213-il biljun euro – huma elenkati hawn taħt u miġbura f'forma grafika fil-"Kost tan-Non-Ewropa", li jidhru fil-paġna li jmiss:

• Is-suq uniku klassiku (713-il biljun euro) • Ekonomija diġitali (178 biljun euro) • L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) (322 biljun euro) • Ambjent, enerġija u riċerka (502 biljun euro) • Trasport u turiżmu (51 biljun euro) • Ewropa Soċjali, impjiegi u saħħa (142 biljun euro) • L-Ewropa għaċ-Ċittadini (58 biljun euro) • Ġustizzja u Affarijiet Interni – Migrazzjoni u fruntieri (55 biljun euro) • Ġustizzja u Affarijiet Interni – Sigurtà u drittijiet fundamentali (125 biljun euro) • Politika esterna tal-UE (67 biljun euro)

Page 6: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

6

Dawn l-għaxar raggruppamenti ta' politika min-naħa tagħhom jistgħu jinqasmu f'ħamsin qasam politiku speċifiku li jiffurmaw is-sisien ta' din l-analiżi. Dawn huma stabbiliti f'forma sinottika taħt l-intestatura "L-aħħar analiżi" hawn taħt. Fit-taqsima li ġejja, il-qarrejja se jsibu sommarju qasir tal-gwadanji ekonomiċi potenzjali f'kull wieħed minn dawk il-50 qasam. Imbagħad, fil-200 paġna li jsegwu u aktar, il-50 qasam ta' politika jiġu spjegati f'aktar dettall, b'links għar-riċerka rilevanti, kemm jekk issir mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) kif ukoll jekk isir minn korpi esterni. Fl-aħħar nett, hemm tabella li turi l-evoluzzjoni tal-ammonti identifikati bħala valur miżjud Ewropew potenzjali, skont il-qasam ta' politika, fl-edizzjonijiet suċċessivi ta' dan id-dokument mill-2014.

L-isfond

Il-kunċett ta' "non-Ewropa" ngħata bidu u ġie żviluppat għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fil-bidu tas-snin 80, permezz ta' rapport ikkummissjonat (mill-Kumitat Speċjali dwar l-Irkupru Ekonomiku Ewropew) minn żewġ ekonomisti ewlenin, Michel Albert u James Ball. Ir-Rapport Albert-Ball, Towards European Economic Recovery in the 1980s, ippubblikat f'Awwissu 1983, argumenta li "l-assenza ta' suq komuni ġenwin", flimkien ma' ostakli oħra għall-kummerċ intra-Komunitarju, imponew żvantaġġ sistematiku fuq l-ekonomija Ewropea, li kellha prestazzjoni dgħajfa (meta mqabbla mal-potenzjal tagħha) permezz tal-ekwivalenti ta' madwar "ġimgħa xogħol kull sena bħala medja" għal kull ħaddiem, li jirrappreżenta "spiża tal-ordni ta' 2% tal-PDG".

Page 7: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

7

Dan il-"kost tan-non-Ewropa" sar loġika b'saħħitha biex iniedi programm leġiżlattiv dettaljat biex jitlesta s-suq uniku matul l-ewwel tmien snin tal-Kummissjoni Delors, li bdiet f'Jannar 1985. L-ispiża li tista' tiġi evitata permezz tat-tlestija b'suċċess tas-suq uniku ġiet ikkwantifikata f'aktar dettall fir-Rapport prominenti Cecchini, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea f'April 1988. The Cost of Non-Europe in the Single Market issuġġerixxa l-gwadann potenzjali għall-ekonomija Ewropea biex tkun ta' 4.5% (u potenzjalment 6.5) tal-PDG. Analiżi sussegwenti tal-impatt ekonomiku ta' aktar minn 3,500 miżura individwali adottati fil-livell tal-UE biex jitlesta s-suq uniku, fil-perjodu minn nofs is-snin 80, tindika spinta lil PDG kollettiv ta' aktar minn 5.0% – jew madwar 1 500 euro għal kull ċittadin kull sena – b'kalkoli tat-tnaqqis tal-PDG li jvarjaw bejn 1.7 u 8.5%.

L-idea li jkun hemm "kost tan-non-Ewropa" tista' tiġi applikata b'mod ħafna aktar wiesa' milli fir-rigward tas-suq uniku, għalkemm huwa forsi aktar faċli li jiġi kkwantifikat f'dan il-qasam ta' politika speċifiku milli f'xi setturi oħra. L-idea ċentrali hi li n-nuqqas ta' azzjoni komuni fil-livell Ewropew jista' jfisser li, f'qasam ta' politika definit, ikun hemm telf ta' effiċjenza fl-ekonomija b'mod ġenerali u/jew li ġid pubbliku kollettiv li seta' jeżisti mhux qed jiġi mwettaq. Il-kunċett tal-kost tan-non-Ewropa huwa relatat mill-qrib ma' dak ta' "valur miżjud Ewropew", fis-sens li tal-aħħar jipprova jidentifika l-benefiċċju kollettiv li tittieħed azzjoni politika fil-livell Ewropew f'qasam partikolari, filwaqt li tal-ewwel jidentifika l-kisba kollettiva mitlufa jekk ma tittiħidtx l-azzjoni msemmija.

Il-proċess tal-Immappjar sa issa

L-effett multiplikatur potenzjali tal-approfondiment tal-azzjoni Ewropea eżistenti jew tat-twettiq ta' azzjoni ġdida jibqa' b'saħħtu. Sa mill-2012, l-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) kienet qed tistima l-gwadann ekonomiku potenzjali minn inizjattivi tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien. Dawn il-gwadanji jiġu prinċipalment jew minn PDG addizzjonali ġġenerat jew minn allokazzjoni aktar razzjonali tar-riżorsi pubbliċi, permezz ta' koordinazzjoni aħjar tal-infiq pubbliku fil-livelli nazzjonali u Ewropej. Dan l-approċċ mhuwiex ibbażat fuq is-suppożizzjoni ta' nfiq pubbliku ogħla (sakemm ma jkollux effett multiplikatur għoli), iżda pjuttost fuq l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet li jistgħu jew iżidu l-potenzjal ta' tkabbir fit-tul tal-ekonomija mingħajr nefqa addizzjonali – bħal fil-bini ta' suq uniku diġitali usa' u aktar profond biex jikkomplementa s-suq uniku klassiku – jew jiżguraw l-infiq aħjar tar-riżorsi pubbliċi eżistenti – bħal f'koordinazzjoni aktar sistematika tal-politiki ta' difiża u żvilupp nazzjonali u Ewropej. Il-filosofija hija għalhekk waħda ta' "tkabbir mingħajr dejn", adattata għar-realtà tal-possibilitajiet ta' nfiq pubbliku limitati li qed jiffaċċjaw il-gvernijiet sa mill-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008.

Il-valutazzjonijiet kontinwi, u regolarment aġġornati, tal-gwadanji ekonomiċi li għandhom jitwettqu permezz ta' inizjattivi bħal dawn, kollha sostnuti mill-Parlament Ewropew f'diversi okkażjonijiet, diġà nġabru flimkien f'erba' edizzjonijiet ta' pubblikazzjoni intitolata L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2014-19, ippubblikata mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew bejn Marzu 2014 u Diċembru 2017. Din l-analiżi saret fuq taħlita ta' riċerka interna tal-PE, riċerka kkummissjonata minn esperti esterni mill-PE, u analiżi esterna ppubblikata minn korpi pubbliċi oħrajn, think tanks u akkademiċi.

Il-valutazzjoni inizjali li saret fir-rebbiegħa tal-2014 kopriet 24 qasam ta' politika u indikat gwadann ekonomiku potenzjali ta' madwar 800 biljun euro fis-sena – jew madwar 6% tal-PDG tal-UE – wara running-in sħiħ fuq perjodu sa għaxar snin. Dan jirrappreżenta ċaqliqa permanenti 'l fuq fil-PDG, bl-

Page 8: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

8

akbar gwadanji jkunu permezz tas-suq uniku diġitali (260 biljun euro) u s-suq uniku klassiku (235 biljun euro), b'diversi oqsma oħra li jvarjaw sa 60 biljun kull wieħed.

Sa meta ssir ir-raba' edizzjoni ta' L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2014-19, ippubblikata fi tmiem l-2017, analiżi aktar dettaljata u aġġornata madwar 34 qasam ta' politika indikat gwadann potenzjali għall-ekonomija Ewropea sa 1,750 biljun euro (1.75 triljun euro) – jew madwar 12% tal-PDG tal-UE. L-akbar gwadanji ġew identifikati fl-oqsma li ġejjin: miżuri ulterjuri biex jitlesta s-suq uniku klassiku (615-il biljun euro), l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali (415-il biljun euro), passi lejn swieq tal-enerġija aktar integrati u aktar effiċjenza enerġetika (250 biljun euro), il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (169 biljun euro), u ħidma ulterjuri biex titlesta l-unjoni ekonomika u monetarja (129 biljun euro).

L-aħħar analiżi ta' gwadann ekonomiku potenzjali: 2.2 triljun euro

Minn Jannar 2018, l-eżerċizzju L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa ġie estiż biex ikopri 50 qasam ta' politika, inklużi aspetti multipli tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, u oqsma ġodda bħall-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà. Fejn possibbli, saret ukoll valutazzjoni inizjali ta' kwalunkwe qligħ li diġà seta' ġie realizzat f'dawn l-oqsma – bħal fl-aspetti tas-swieq uniċi klassiċi u diġitali – bir-riżultat li xi politiki rrakkomandati mill-Parlament Ewropew jiġu proposti (kollha kemm huma jew parti minnhom) mill-Kummissjoni Ewropea u mbagħad promulgati mill-Kunsill u l-Parlament, matul iċ-ċiklu politiku attwali tal-UE ta' ħames snin (2014-19).

L-aħħar ħidma, hekk kif stabbilita f'dan l-istudju, tistenna bil-ħerqa l-opportunitajiet taċ-ċiklu ta' ħames snin li ġejjin fit-tfassil tal-politika tal-UE, billi tibda bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-ġdid, li se jiltaqa' f'Lulju 2019. Din l-analiżi tissuġġerixxi li l-gwadanji ekonomiċi potenzjali għall-ekonomija Ewropea (UE-28) ta' aktar minn 2,200 biljun euro (2.2 triljun euro) jistgħu jinkisbu sa tmiem il-perjodu ta' għaxar snin mill-2019 sal-2029, jekk il-politiki promossi mill-Parlament fil-50 qasam studjati hawnhekk kellhom jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u implimentati bis-sħiħ. Dan se joffri, fil-fatt, "dividend ta' żewġ triljun euro" minn azzjoni komuni tal-UE, li jirrappreżenta madwar 14% tal-PDG totali tal-UE (li fl-2017 kien 15.3 triljun euro). Jekk tingħata spinta potenzjali fit-tul lill-ekonomija tal-UE, dan ikun sinifikanti ħafna: fi kwalunkwe sena, dan jista' jkun kbir daqs il-programm sħiħ ta' tnaqqis kwantitattiv li qed jagħmel il-Bank Ċentrali Ewropew fid-deċennju ta' wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008.

Ħamsin qasam ta' politika

Il-ħamsin qasam taħt rieżami speċifika hawnhekk, miġbura fl-għaxar raggruppamenti wiesgħa ta' politika tagħhom, huma elenkati hawn taħt, segwiti mill-aħħar kalkolu tal-qligħ potenzjali annwali, mogħti f'biljuni ta' euro, wara perjodu ta' running-in sħiħ ta' mhux aktar minn għaxar snin, b'dan tal-aħħar iżid sa 2,213 biljun euro:

1) Is-suq uniku klassiku (713-il biljun euro)

• Tlestija tas-suq uniku għall-prodotti (183 biljun euro) • Tlestija tas-suq uniku għas-servizzi (297 biljun euro) • Garanzija għad-drittijiet tal-konsumatur (58 biljun euro) • Promozzjoni tal-ekonomija kollaborattiva jew kondiviża (50 biljun euro) • Indirizzar tal-evitar tat-taxxa korporattiva (85 biljun euro)

Page 9: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

9

• Ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (40 biljun euro)

2) L-ekonomija diġitali (178 biljun euro)

• Tlestija tas-suq uniku klassiku (110-il biljun euro) • Promozzjoni tal-konnettività tal-internet (58 biljun euro) • Ċibersigurtà (10 biljun euro)

3) L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) (322 biljun euro)

• Koordinazzjoni aħjar tal-politika fiskali (30 biljun euro) • Tlestija tal-Unjoni Bankarja (75 biljun euro) • Skema komuni ta' garanzija tad-depożiti (5 biljun euro) • Skema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad (17-il biljun euro) • Bini ta' swieq kapitali aktar integrati (137 biljun euro) • Prodott tal-pensjoni pan-Ewropew (58 biljun euro)

4) Ambjent, enerġija u riċerka (502 biljun euro)

• Tibdil fil-klima (qed issir valutazzjoni) • Leġiżlazzjoni msaħħa dwar l-ilma (25 biljun euro) • Suq tal-enerġija aktar integrat b'aktar effiċjenza enerġetika (231 biljun euro) • Promozzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni (40 biljun euro) • Robotika u intelliġenza artifiċjali (206 biljun euro)

5) Trasport u turiżmu (51 biljun euro)

• Żona Unika Ewropea tat-Trasport (6 biljun euro) • Żvilupp ta' politika tat-turiżmu (6 biljun euro) • Drittijiet tal-passiġġieri aktar b'saħħithom (0.4 biljun euro) • Manipulazzjoni tal-odometri fil-vetturi bil-mutur (9 biljun euro) • Regoli dwar ir-responsabbiltà u assigurazzjoni għall-vetturi awtonomi (30 biljun euro)

6) Ewropa Soċjali, impjiegi u saħħa (142 biljun euro)

• Tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (43 biljun euro) • Informazzjoni aħjar għall-ħaddiema u aktar konsultazzjoni magħhom (12-il biljun euro) • Intrapriżi soċjali u soċjetajiet mutwi (15-il biljun euro) • Indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa (72 biljun euro)

Page 10: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

10

7) L-Ewropa għaċ-Ċittadini (58 biljun euro)

• Moviment liberu ta' ċittadini tal-UE attivi ekonomikament (53 biljun euro) • Kreattività u diversità kulturali (0.5 biljun euro) • Attività volontarja transfruntiera (0.06 biljun euro) • Protezzjoni tat-tfal, relazzjonijiet bejn il-familja u l-proprjetà (0.6 biljun euro) • Stabbiliment u mobbiltà tal-kumpaniji (0.26 biljun euro) • Kooperazzjoni legali u litigazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (4 biljun euro) • Dritt tal-UE dwar il-proċedura amministrattiva (0.02 biljun euro)

8) Ġustizzja u Affarijiet Interni – Migrazzjoni u fruntieri (55 biljun euro)

• Migrazzjoni legali (22 biljun euro) • Politika dwar l-asil (23 biljun euro) • Kontroll fil-fruntieri u politika dwar il-viżi (10 biljun euro) • Skemi ta' ċittadinanza u residenza b'investiment (qed jiġu vvalutati)

9) Ġustizzja u Affarijiet Interni – Sigurtà u drittijiet fundamentali (125 biljun euro)

• Ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (23 biljun euro) • Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni (0.5 biljun euro) • Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u ċ-ċiberkriminalità (82 biljun euro) • Azzjoni kkoordinata kontra t-terroriżmu (16-il biljun euro) • Drittijiet proċedurali u kundizzjonijiet ta' detenzjoni (0.2 biljun euro) • Protezzjoni tad-data (3 biljun euro)

10) Politika esterna tal-UE (67 biljun euro)

• Inqas duplikazzjoni fil-politika ta' sigurtà u difiża (22 biljun euro) • Koordinazzjoni mtejba tal-politika ta' żvilupp (9 biljun euro) • Protezzjoni konsulari komuni mtejba għaċ-ċittadini tal-UE (0.9 biljun euro) • Promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali (35 biljun euro)

Analiżi ekonomika

Il-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tad-diversi inizjattivi politiki tal-UE analizzati hawnhekk jistgħu jitkejlu f'termini ta' PDG iġġenerat addizzjonali jew iffrankar fin-nefqa pubblika jew nefqa oħra, permezz ta' allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi fi ħdan l-ekonomija. Eżempju ta' PDG addizzjonali jista' jkun l-effett multiplikatur potenzjali tul iż-żmien tat-twessigħ u l-approfondiment tas-suq uniku diġitali fuq skala kontinentali, jew ċertament tat-tlestija ulterjuri tas-suq uniku eżistenti tal-beni u s-servizzi. Eżempju ta' effiċjenza akbar fin-nefqa pubblika jkun koordinazzjoni aktar sistematika tal-infiq fil-qasam tal-politika tad-difiża, inkluż l-akkwist pubbliku tad-difiża, fejn hemm duplikazzjonijiet jew disfunzjonalitajiet konsiderevoli fl-arranġamenti preżenti. Eżempju ta' kostijiet futuri potenzjali evitati jkun il-benefiċċju ta' azzjoni effettiva li tiżgura r-reżiljenza tal-Unjoni Bankarja

Page 11: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

11

biex jiġi evitat kwalunkwe kriżi bankarja jew ta' dejn sovran fil-futur, jew żieda fil-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa.

L-analiżi f'dan id-dokument tibni fil-biċċa l-kbira fuq serje ta' biċċiet ta' xogħol aktar dettaljati mwettqa fis-snin reċenti għal kumitati parlamentari Ewropej individwali mill-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tal-EPRS. Din il-ħidma ħafna drabi tieħu l-forma ta' Valutazzjonijiet tal-Valur Miżjud Ewropew – biex jakkumpanjaw l-inizjattivi leġiżlattivi formali proposti mill-Parlament Ewropew – u Rapporti tal-Kost tan-Non-Ewropa f'setturi ta' politika speċifiċi. L-għażla tal-oqsma ta' riċerka hija għalhekk relatata mill-qrib ma' xogħol speċifiku jew talbiet tal-pożizzjonijiet ta' politika espressi mill-kumitati parlamentari. L-analiżi hija bbażata wkoll fuq riċerka oħra, imwettqa b'mod indipendenti minn gruppi ta' riflessjoni u korpi akkademiċi esterni, tirreferi għal talbiet magħmula mill-Parlament fid-diversi rapporti leġiżlattivi u fuq inizjattiva proprja f'din il-leġiżlatura u dawk preċedenti.

L-analiżi dettaljata stabbilita f'L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24 tfittex li tipprovdi stima affidabbli tad-daqs ta' gwadann potenzjalment miżurabbli għall-ekonomija tal-UE mill-inizjattivi ta' politika varji elenkati. Hi ma tallegax li tagħmel previżjonijiet eżatti, abbażi ta' mudell ekonomiku wieħed, iżda minflok tfittex li turi l-ordni potenzjali tal-kobor tal-gwadanji possibbli fl-effiċjenza li jistgħu jimmaterjalizzaw minn azzjoni komuni fil-50 qasam ta' politika. L-analiżi hija bbażata fuq ħidma minn varjetà ta' sorsi, li ssir referenza għalihom fin-noti ta' qiegħ il-paġna, ta' spiss bil-hyperlinks, u tiġi aġġornata b'mod kostanti u rfinuta hekk kif issir disponibbli evidenza ġdida. Hija kkaratterizzata mill-prudenza fil-kawtela fl-istima tal-gwadanji potenzjali. Meta studju sottostanti joffri firxa ta' gwadanji potenzjali, ta' spiss jintgħażel il-valur baxx, anki jekk ikun hemm potenzjal pożittiv sostanzjali għal din l-istima fuq terminu medju sa twil, minn effetti dinamiċi li ma jistgħux jiġu kwantifikati faċilment. Bl-istess mod, meta ċ-ċifri jkunu speċifiċi għas-sena li fiha jkun sar l-istudju, dawn mhux bilfors ikunu aġġustati skont l-inflazzjoni, u f'xi każijiet iwasslu għal stima baxxa ta' qligħ potenzjali.

L-approċċ tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-kost tan-non-Ewropa jaqbel ma' riċerka ekonomika parallela mwettqa fil-komunità akkademika u tat-think-tank b'mod aktar wiesa', kemm fir-rigward ta' politiki partikolari tal-UE kif ukoll fir-rigward tal-benefiċċji usa' tas-sħubija tal-UE nnifisha. Pereżempju, studju prodott minn tliet ekonomisti (Campos, Coricelli u Moretti) fl-20141, li jattira ammont konsiderevoli ta' attenzjoni pubblika, ifittex li jikkwantifika l-benefiċċji ekonomiċi ta' sħubija fl-UE għal 19-il Stat Membru li ngħaqdu mal-Unjoni fi tkabbir suċċessiv mill-1973 sal-2004. Għalkemm id-daqs u n-natura tal-gwadann ekonomiku jista' jvarja skont l-Istat Membru, u b'mod predominanti jkun ir-riżultat ta' fatturi differenti f'kull każ – kemm jekk jiġi minn liberalizzazzjoni kummerċjali intra-UE (għall-10 Stati Membri li ngħaqdu fl-2004), mis-suq uniku (għar-Renju Unit), mill-munita unika (għall-Irlanda) jew mill-produttività tax-xogħol (għall-Finlandja, l-Iżvezja u l-Awstrija) – il-konklużjoni ġenerali kienet li l-introjti nazzjonali diġà kienu 12% ogħla f'dawn il-pajjiżi milli setgħu jkunu, dan bis-saħħa tas-sħubija u għall-integrazzjoni ekonomika assoċjata magħha. L-istudju tagħhom sab ukoll li tali gwadanji huma ġeneralment permanenti u tendenzjalment jiżdiedu mal-mogħdija taż-żmien.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), min-naħa tiegħu, kien qed iwettaq analiżi sistematika tal-impatt tal-attività tiegħu ta' għoti u teħid b'self fuq il-PDG tal-UE, li jikkalkola li sal-2020 se tkun 2.3%

1 N Campos, F Coricelli u L Moretti, "Economic Growth and Political Integration: Estimating the Benefits from Membership in the European Union using the Synthetic Counterfactuals Method", Dokument għad-Diskussjoni tal-IZA Nru 8162, Mejju 2014.

Page 12: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

12

ogħla milli kieku kienet kieku ma seħħitx din l-attività, bl-attività tal-FEIS tirrappreżenta 0.7 minn dik iċ-ċifra ta' 2.3%. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea bl-istess mod stima li l-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE matul il-perjodu 2007-15 żiedet il-PDG globali tal-Unjoni b'0.7%, b'impatt fuq medja ta' 2.7% f'reġjuni inqas żviluppati tal-Unjoni.

Anthony Teasdale

Direttur Ġenerali, Is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS). April 2019.

Page 13: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

13

Sommarju tal-gwadanji ekonomiċi potenzjali f'50 qasam ta' politika tal-UE

1) Is-suq uniku klassiku (713-il biljun euro)

• Tlestija tas-suq uniku għall-prodotti (183 biljun euro) • Tlestija tas-suq uniku għas-servizzi (297 biljun euro) • Garanzija għad-drittijiet tal-konsumatur (58 biljun euro) • Promozzjoni tal-ekonomija kollaborattiva (50 biljun euro) • Indirizzar tal-evitar tat-taxxa korporattiva (85 biljun euro) • Ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (40 biljun euro)

Tlestija tas-suq uniku għall-prodotti: Is-suq uniku tal-prodotti jinsab fil-qalba tas-suq uniku

Ewropew u kien kruċjali għal dan tal-aħħar diġà biex jagħti spinta lill-PDG tal-UE b'mod sinifikanti – bl-estimi reċenti jissuġġerixxu b'madwar 6 sa 8% – aktar minn terz ta' seklu sa minn meta tnieda l-programm tas-suq uniku fl-1985. Il-kummerċ fil-merkanzija bħalissa jiġġenera madwar kwart tal-PDG tal-UE u tliet kwarti tal-kummerċ intra-UE: l-OECD tikkalkula li huwa madwar 60% ogħla milli kieku s-suq uniku u l-unjoni doganali ma kinux jeżistu. Skont riċerka tal-PE, aktar azzjoni f'dan il-qasam speċifiku – kemm jekk permezz ta' adozzjoni kontinwa ta' regoli armonizzati tal-prodott, applikazzjoni usa' tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku (kull fejn dawn ir-regoli ma jeżistux), traspożizzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-liġi eżistenti tal-UE, u/jew rimedji aktar mgħaġġla għan-nuqqas ta' infurzar ta' dawn tal-aħħar – jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija tal-UE bejn 1.2 u 1.7% tal-PDG tal-UE, jew bejn 183 u 269 biljun euro. Studji minn organizzazzjonijiet oħra poġġew iċ-ċifra bejn 0.2 u 4.7% tal-PDG tal-UE. Il-potenzjal għal aktar progress huwa kkonfermat mill-fatt li l-kummerċ intra-UE ta' prodotti, ta' madwar 25% tal-PDG, għadu b'mod sinifikanti taħt dak li jinstab f'post tas-suq kontinentali integrat komparabbli, jiġifieri l-Istati Uniti, fejn jirrappreżenta madwar 40% tal-ekonomija.

Tlestija tas-suq uniku għas-servizzi: Is-servizzi jirrappreżentaw tliet kwarti tal-PDG tal-UE u disgħa minn kull għaxar impjiegi ġodda maħluqa fl-ekonomija. Madankollu, is-sehem tas-servizzi fil-kummerċ intra-UE għadu madwar 20% biss, ċifra sorprendentement baxxa. Sar progress permezz tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-UE fl-2006, li stabbiliet il-qafas għal suq uniku biex ikopri madwar żewġ terzi tal-attività tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Madankollu, ir-regolamenti nazzjonali għadhom jippersistu f'ħafna setturi, u l-livell ta' ftuħ fil-professjonijiet regolati jvarja ħafna, filwaqt li jillimitaw l-għażla tal-konsumatur u jżommu xi prezzijiet ogħla milli setgħu jkunu. Analiżi mill-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi li żewġ terzi tal-qligħ potenzjali fit-tul mit-twettiq tas-suq uniku fis-servizzi għad irid jiġi rrealizzat. Skont riċerka tal-PE, il-qligħ potenzjali mhux irrealizzat jista' jkun ta' madwar 297 biljun euro jew kważi 2% tal-PDG tal-UE. Ir-riċerka parallela tindika gwadann ta' bejn 0.6 u 5.6% tal-PDG tal-UE, skont x'tinkludi d-definizzjoni tas-servizzi.

Garanzija tad-drittijiet tal-konsumatur: Iċ-ċittadini Ewropej igawdu minn ċerti drittijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur li fil-prattika mhumiex dejjem ċari jew infurzabbli. Il-konsumaturi jeħtieġ li jkunu jafu li huma protetti b'mod adegwat qabel, matul u wara l-konklużjoni ta' kuntratti bejn negozju u konsumatur jekk is-suq uniku għandu jopera b'mod ġust u effettiv. It-twessigħ u l-applikazzjoni aħjar tal-liġi eżistenti tal-UE, bħad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-

Page 14: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

14

Konsumatur, inkluż l-eliminazzjoni ta' ċerti prattiki ħżiena – pereżempju, nies li jixtru garanziji kummerċjali li huma diġà intitolati għalihom fil-liġi – għandha twassal għal aktar ċertezza, kompetizzjoni aktar ġusta u inqas spejjeż ta' konformità u litigazzjoni. Ir-riċerka tal-PE stmat gwadann potenzjali fl-effiċjenza ta' madwar 58 biljun euro fis-sena minn serje limitata ta' miżuri f'dan il-qasam, filwaqt li studju reċenti tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li t-telf għall-konsumaturi f'sitt swieq, kemm jekk fi spejjeż diretti u kemm jekk f'ħela ta' ħin, huwa bejn 20 u 58 biljun euro fis-sena.

Promozzjoni tal-ekonomija kollaborattiva: L-ekonomija kollaborattiva jew kondiviża qed tiżviluppa b'mod rapidu u tisfida l-mudelli ta' negozju f'diversi partijiet tal-ekonomija. Hija bbażata fuq pjattaformi kollaborattivi li joħolqu suq miftuħ għall-użu temporanju ta' prodotti u servizzi, spiss ipprovduti minn individwi privati. Ir-riċerka tal-PE tidentifika li l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali fit-tul minn politiki fiskali u regolatorji aħjar fil-livell tal-UE f'dan is-settur jammontaw għal 50 biljun euro fis-sena, abbażi tal-applikazzjoni aktar ċara u konsistenti tal-politika tal-kompetizzjoni, il-liġi tat-taxxa, u r-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, pereżempju.

Indirizzar tal-evitar tat-taxxa korporattiva: Ir-rivelazzjonijiet reċenti tal-Panama Papers u l-Lux Leaks enfasizzaw il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħtu prijorità ogħla lill-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u li jiżviluppaw aktar kooperazzjoni u trasparenza f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari billi jiżguraw li t-taxxi korporattivi jitħallsu fejn jinħoloq il-valur. It-telf tad-dħul mit-taxxa għall-UE bħala riżultat ta' trasferiment tal-profitt, ippjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva u regolamentazzjoni mhux effettiva f'termini ta' spejjeż jista' jammonta għal bejn 223 biljun u 293 biljun euro, jew medja ta' 258 biljun euro, fis-sena, u jgħawweġ l-allokazzjoni tar-riżorsi fl-ekonomija. Jekk jitqiesu l-miżuri li diġà qed jittieħdu, anki jekk terz biss tat-telf potenzjali medju jista' jiġi rkuprat permezz ta' aktar inizjattivi promossi mill-Parlament, dan xorta jiġġenera 85 biljun euro fis-sena fi dħul addizzjonali għall-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.

Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT: Id-dħul mitluf għall-finanzi pubbliċi minħabba n-nuqqas ta' konformità jew in-nuqqas ta' ġbir ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) fl-UE – l-hekk imsejħa "diskrepanza tal-VAT" – jammonta għal kważi 150 biljun euro. Il-kummerċ transfruntier huwa eżentat mill-VAT u b'hekk jipprovdi lakuna għal operaturi bla skrupli li jiġbru l-VAT u mbagħad jirtiraw mingħajr ma jroddu lura l-flus lill-awtoritajiet tat-taxxa. Huwa stmat li 40-60 biljun euro ta' telf tad-dħul annwali tal-VAT tal-Istati Membri huwa kkawżat minn gruppi ta' kriminalità organizzata u li 2% ta' dawk il-gruppi huma wara 80% tal-frodi intra-komunitarja b'negozjant nieqes (MTIC). Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, appoġġjati mill-PE, jgħinu biex titnaqqas il-frodi transfruntiera sa 80%, jew madwar 40 biljun euro fis-sena, kif ukoll iwasslu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b'inqas intoppi u spejjeż aktar baxxi għan-negozji u l-pubbliku.

Page 15: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

15

2) L-ekonomija diġitali (178 biljun euro)

• Tlestija tas-suq uniku klassiku (110 biljun euro) • Promozzjoni tal-konnettività tal-internet (58 biljun euro) • Ċibersigurtà (10 biljun euro)

Tlestija tas-suq uniku diġitali: L-istimi jvarjaw dwar l-impatt potenzjali fit-tul tal-PDG tal-UE

tat-tlestija b'suċċess tas-suq uniku diġitali fl-Ewropa, iżda l-analiżi kollha jissuġġerixxu li dan ikun sostanzjali. Bl-użu ta' mudelli differenti, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea u d-DĠ ECFIN, fi żminijiet diversi, stima l-benefiċċju potenzjali għal bejn 85 biljun u 256 biljun euro fis-sena – jew rispettivament 0.6 u 1.9% tal-PDG tal-UE – filwaqt li McKinsey Global Institute poġġa ċ-ċifra ta' madwar 375 biljun euro fis-sena u fl-2014 ir-riċerka tal-PE ssuġġeriet ċifra ta' 415 biljun euro fis-sena. Id-definizzjoni u l-ambitu tas-suq uniku diġitali jvarjaw bejn dawn l-istudji, kif ukoll il-metodoloġija adottata. Fost l-oqsma li huma inklużi ta' sikwit hemm il-kummerċ elettroniku, l-akkwist elettroniku, il-pagamenti elettroniċi, il-fatturat elettroniku, il-gvern elettroniku, il-cloud computing u s-sistemi online u alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim. (Il-konnettività tal-internet hija inkluża f'xi studju u mhux f'oħrajn: ara hawn taħt). F'bosta minn dawn l-oqsma, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti leġiżlattivi, li xi wħud minnhom issa ġew adottati minn dawk li jfasslu l-liġijiet tal-UE. Għaldaqstant, iċ-ċifra realizzabbli tul l-għaxar snin li ġejjin, għall-fini ta' din l-analiżi, bħalissa hija maħsuba li hija madwar 110 biljun euro, iżda faċilment tista' tkun ogħla.

Promozzjoni tal-konnettività tal-internet: L-istimi jallokaw spinta potenzjali fit-tul għall-PDG tal-UE minn politiki fil-livell Ewropew biex tiġi promossa konnettività mtejba tal-internet – b'mod partikolari permezz tal-użu ta' broadband bla fili b'veloċità għolja u l-introduzzjoni aktar mgħaġġla tal-broadband b'veloċità għolja – ta' madwar 0.8% tal-PDG wara r-running-in sħiħ fuq 30 sena. Jekk wieħed jassumi impatt pożittiv ta' 0.4% tal-PDG matul l-għaxar snin li ġejjin, l-ispinta lill-ekonomija Ewropea se tkun ta' madwar 58 biljun euro fis-sena.

Ċibersigurtà: Li jiġi pprovdut ambjent ċibernetiku sigur huwa importanti biex jiggarantixxi l-parteċipazzjoni bla xkiel u sikura taċ-ċittadini f'ħafna aspetti tal-era diġitali: l-istħarriġ tal-opinjoni jissuġġerixxi li madwar 87% tal-Ewropej iqisu ċ-ċiberkriminalità bħala sfida importanti u (fl-2016) 80% tal-kumpaniji Ewropej intlaqtu minn tal-inqas inċident wieħed taċ-ċibersigurtà. L-aġġornament tal-qafas legali u ta' politika dwar iċ-ċibersigurtà fil-mod kif rakkomandat mill-istituzzjonijiet tal-UE jista' jiġġenera gwadann fl-effiċjenza għall-ekonomija Ewropea ta' mill-inqas 10 biljun euro, fuq il-bażi ta' kalkoli mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea.

Page 16: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

16

3) L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (322 biljun euro)

• Koordinazzjoni aħjar tal-politika fiskali (30 biljun euro) • Tlestija tal-Unjoni Bankarja (75 biljun euro) • Skema komuni ta' garanzija tad-depożiti (5 biljun euro) • Skema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad (17-il biljun euro) • Swieq kapitali aktar integrati (137 biljun euro) • Prodott tal-pensjoni pan-Ewropew (58 biljun euro)

Koordinazzjoni aħjar tal-politiki fiskali: Sakemm il-politiki fiskali nazzjonali ma jkunux

ikkoordinati b'mod effettiv, jista' jkun hemm "effetti sekondarji" negattivi sinifikanti bejn l-Istati Membri tal-UE li jipparteċipaw fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), u madwar l-ekonomija Ewropea b'mod aktar wiesa', f'każ ta' kriżi serja. Koordinazzjoni fiskali aħjar iżżid is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-Istati Membri u l-fiduċja u s-solidarjetà bejniethom, u jeħtieġ li teżerċita effett kontroċikliku, li tippermetti aktar marġni ta' manuvra għall-pajjiżi milquta minn telf sinifikanti ta' produzzjoni fi kwalunkwe tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Skont riċerka tal-PE, il-gwadann potenzjali annwali ta' koordinazzjoni mtejba tal-politika fiskali fi ħdan l-Unjoni Ewropea jista' jammonta għal madwar 30 biljun euro fuq bażi annwali.

Tlestija tal-Unjoni bankarja: L-għan tal-Unjoni Bankarja tal-UE huwa li tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa, u b'mod partikolari tkisser iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-kostijiet tas-self sovran. Tikkontribwixxi wkoll biex titnaqqas il-frammentazzjoni attwali tas-swieq finanzjarji Ewropej, billi tippromwovi qafas uniku għas-superviżjoni, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni. Imserrħa fuq il-pedamenti tal-ġabra unika tar-regoli, issa hemm fis-seħħ żewġ elementi fundamentali ta' Unjoni Bankarja effettiva, jiġifieri l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni u l-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni. Fid-dawl tal-progress li sar, skont riċerka tal-PE, madwar 75 biljun euro ta' qligħ potenzjali (jew kważi 0.5% tal-PDG tal-UE) xorta jistgħu jiġu rrealizzati f'dan il-qasam. Riċerka oħra tissuġġerixxi li t-tlestija tal-Unjoni Bankarja twassal għal gwadanji makroekonomiċi netti ta' bejn 35 u 130 biljun euro fis-sena.

Skema komuni ta' garanzija tad-depożiti: Filwaqt li l-iskemi nazzjonali ta' garanzija tad-depożiti (SGD) diġà huma stabbiliti u jipprovdu protezzjoni għal depożiti koperti sa 100,000 euro, dawn mhumiex appoġġjati minn skema Ewropea komuni. Skema ta' garanzija tad-depożiti komuni, li tieħu l-forma ta' Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), tipprovdi livell aktar b'saħħtu u aktar uniformi ta' kopertura tal-assigurazzjoni madwar iż-żona tal-euro u tnaqqas il-vulnerabbiltà ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti nazzjonali għal xokkijiet lokali kbar. Skont riċerka tal-PE, l-ispiża medja annwali meta ma jkunx hemm EDIS, b'kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta' titjira mnaqqsa ta' depożiti minn banek tal-UE f'każ ta' kriżi gravi ta' dejn sovran jew kriżi finanzjarja, hija ta' madwar 5 biljun euro fuq bażi annwali.

Swieq kapitali aktar integrati: L-UE miexja lejn il-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali aktar integrata, bl-għan li żżid l-alternattivi ta' self għal kumpaniji, b'mod partikolari negozji ġodda u SMEs. Madankollu, madwar 75% tad-ditti għadhom jiddependu fuq il-banek għal finanzjament estern. Suq kapitali aktar integrat jippermetti aċċess aħjar għas-swieq tal-ishma, bl-investituri li qed jiffaċċjaw inqas ostakli meta jinvestu f'pajjiżi oħra tal-UE. L-unitajiet domestiċi tal-UE jagħmlu wkoll l-aħjar użu mill-iffrankar tagħhom u jkollhom opportunitajiet akbar biex jinvestu. B'riżultat ta' dan, l-UE tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' tkabbir potenzjali u l-kapital jista' jiġi indirizzat b'mod aktar faċli lejn investimenti aktar produttivi u innovattivi. Integrazzjoni u żvilupp imtejba tas-swieq kapitali wkoll jikkomplementaw b'mod siewi l-Unjoni Bankarja, peress li t-tnejn li huma jiffaċilitaw l-aġġustament ekonomiku u jikkontribwixxu biex tiżdied ir-reżiljenza ekonomika. Ir-riċerka tal-PE tistma li l-benefiċċji potenzjali ta' swieq kapitali tal-UE aktar integrati u aktar regolati b'mod sħiħ jistgħu jkunu ta' madwar 137 biljun euro fis-sena .

Page 17: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

17

Skema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad: Il-ħolqien ta' skema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad għaż-żona tal-euro tista' taġixxi bħala stabbilizzatur awtomatiku waqt kwalunkwe perjodu futur ta' kriżi serja. Kieku skema bħal din kienet fis-seħħ matul il-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008, riċerka tal-PE tgħid li din setgħet tistabbilizza d-dħul tal-unitajiet domestiċi billi twassal stimolu mmirat tajjeb, u tnaqqas it-telf tal-PDG fl-agħar Stati Membri taż-żona tal-euro b'madwar 71 biljun euro fuq erba' snin, ekwivalenti għal madwar 17-il biljun euro fis-sena.

Prodott tal-pensjoni pan-Ewropew: Is-sistemi tal-pensjoni, u b'mod partikolari l-iskemi tal-pensjonijiet pubbliċi, żguraw li l-biċċa l-kbira tal-anzjani fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE huma protetti kontra r-riskju tal-faqar. Illum il-ġurnata, fl-età ta' 65 sena, in-nies jistgħu jistennew li jgħixu 20 sena oħra. Għal din ir-raġuni u għal raġunijiet oħra, l-Istati Membri jħeġġu l-akkumulazzjoni ta' tfaddil għall-pensjoni privata bħala mod biex jittaffa l-piż ta' popolazzjonijiet li qed jixjieħu fuq l-iskemi tas-sigurtà soċjali u biex jiġu kkomplementati l-benefiċċji tal-pensjoni pubblika. Prodott tal-pensjoni pan-Ewropew (PEPP) jista' jkun komplement attraenti, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu għal rashom, u speċjalment fl-Istati Membri b'sistemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali u/jew privati sottożviluppati. L-istimi jissuġġerixxu li l-introduzzjoni ta' PEPP jista' jikkontribwixxi madwar nofs it-tkabbir tas-suq tal-pensjonijiet personali fl-UE bejn issa u l-2030, li jirrappreżenta ċifra ta' madwar 700 biljun euro jew medja ta' 58 biljun euro fis-sena.

4) Ambjent, enerġija u riċerka (502 biljun euro)

• Tibdil fil-klima (qed issir valutazzjoni) • Leġiżlazzjoni msaħħa dwar l-ilma (25 biljun euro) • Suq tal-enerġija aktar integrat b'aktar effiċjenza enerġetika (231 biljun euro) • Promozzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni (40 biljun euro) • Robotika u intelliġenza artifiċjali (206 biljun euro)

Tibdil fil-klima: Fl-Ewropa biss, huwa maħsub li, mill-1980 'l hawn, it-telf ekonomiku totali

rrapportat ikkawżat minn kundizzjonijiet meteoroloġiċi estremi u żviluppi oħra relatati mal-klima ammonta għal aktar minn 436 biljun euro. Riċerka riċenti, iżda mhux eżawrjenti, dwar il-kost tat-tibdil fil-klima tindika li l-benefiċċji potenzjali għall-ekonomija tal-UE mill-politiki ta' mitigazzjoni ppjanati bħalissa se jammontaw għal madwar 160 biljun euro fis-sena. Dan jikkorrispondi għat-telf addizzjonali, f'termini ta' benessri tal-konsumatur, li jiġġarrab jekk it-temperatura tad-dinja tiżdied b'aktar minn żewġ gradi Celsius sa tmiem is-seklu, filwaqt li ma jintlaħqux il-miri tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, appoġġjati mill-PE u minn istituzzjonijiet oħra. Din iċ-ċifra mhijiex inkluża fl-eżerċizzju kurrenti L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, peress li tirrigwarda l-kost tan-nuqqas ta' kisba ta' politika stabbilita tal-UE u hija mkejla fuq perjodu ta' żmien ferm itwal minn kwalunkwe politika oħra li qed tiġi kkunsidrata. Madankollu, qed tiġi vvalutata b'mod attiv u tenfasizza bil-qawwa l-valur miżjud għaċ-ċittadini Ewropej ta' azzjoni koerenti fil-livell tal-UE f'dan il-qasma ta' politika.

Leġiżlazzjoni msaħħa dwar l-ilma: L-użu u l-ġestjoni effikaċi tal-ilma huma parti importanti minn ekonomija effiċjenti u ambjentalment sostenibbli. Madankollu, investiment mhux adegwat fis-settur u reġim regolatorju mhux komplet qed jirriżultaw f'riskji għaċ-ċittadini u fi problemi kontinwi fl-infrastruttura tal-ilma, fl-indafa tal-ilma u fil-ġestjoni tar-riskju ta' għargħar. Skont riċerka tal-PE, azzjoni mmirata tal-UE f'erba' oqsma speċifiċi - biex jiġu rrestawrati l-pjanuri tal-għargħar, jitnaqqsu r-residwi farmaċewtiċi fl-ilma mormi urban, jitħeġġeġ l-użu ta' tagħmir

Page 18: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

18

aktar effiċjenti għall-ilma mormi, u jiżdied l-użu ta' sistemi ta' kejl tal-konsum tal-ilma - tista' twassal għal żieda fl-effiċjenza ta' madwar 25 biljun euro fis-sena għall-ekonomija Ewropea.

Suq tal-enerġija aktar integrat b'effiċjenza enerġetika akbar: Minkejja l-progress sinifikanti li sar f'dawn l-aħħar snin, għad hemm lok għat-twettiq ta' suq tal-enerġija tal-UE integrat bis-sħiħ, billi nuqqas ta' koordinazzjoni u ostakli regolatorji għadhom qed jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Minħabba f'hekk, ħafna konsumaturi għad għandhom għażliet limitati ta' fornituri u huma mċaħħda mill-benefiċċji ta' prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi. Id-djar u n-negozji għandhom ikunu jistgħu wkoll jipparteċipaw bis-sħiħ fit-tranżizzjoni tal-enerġija, billi jimmaniġġjaw il-konsum tagħhom filwaqt li jibbenefikaw mill-introduzzjoni ta' teknoloġija intelliġenti ta' ġestjoni tad-domanda u minn informazzjoni trasparenti. Fl-aħħar nett, investimenti favur l-użu tal-enerġija b'mod aktar effiċjenti jagħtu spinta lill-PDG tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxu għal kontijiet tal-enerġija orħos fl-Ewropa u għal żieda fis-sigurtà tal-provvista, u jgħinu fil-ħarsien tal-ambjent. Abbażi ta' riċerka tal-PE u ta' riċerka oħra, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li suq tal-enerġija aktar integrat jista' jżid il-PDG potenzjali b'massimu ta' 29 biljun euro fis-sena filwaqt li implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika tista' twassal għal gwadanji addizzjonali ta' madwar 202 biljun euro fis-sena. B'kollox, suq aktar integrat b'effiċjenza enerġetika akbar jista' għaldaqstant jiġġenera benefiċċji potenzjali sa massimu ta' 231 biljun euro fis-sena.

Promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni: Riċerka u innovazzjoni (R&I) li jirnexxu huma fundamentali għall-prosperità ekonomika u l-iżvilupp sostenibbli. Għalkemm l-UE tirrappreżenta 20% tal-investiment dinji fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), il-kompetituri u s-sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni proporzjonatament qed jinvestu aktar: fl-2015, l-attività ta' R&Ż taċ-Ċina qabżet lil dik tal-UE28, b'nefqa ta' aktar minn 2% tal-PDG, filwaqt li ċ-ċifri għall-Istati Uniti u l-Ġappun huma kemm kemm anqas u aktar minn 3% rispettivament. Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal programm tal-UE ferm aktar żviluppat għar-riċerka u l-innovazzjoni. Abbażi ta' konstatazzjonijiet eżistenti u bl-użu ta' diversi simulazzjonijiet makroekonomiċi, il-programm propost jista' jikseb gwadanji potenzjali fl-effiċjenza sa massimu ta' 40 biljun euro fis-sena.

Robotika u intelliġenza artifiċjali: It-tkabbir tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali (IA) għandu potenzjal ekonomiku enormi għall-UE. Meta jiġu rregolati sew, jista' jkollhom implikazzjonijiet pożittivi għall-individwi u għas-soċjetà inġenerali, billi jtejbu l-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-ambjent, u billi jipprovdu liċ-ċittadini opportunitajiet ġodda ta' negozju li jistgħu jsejsu t-tkabbir ekonomiku. Huwa stmat li l-impatt ekonomiku dinji tal-iżvilupp tar-robotika u tal-IA jista' jkun bejn 2 triljun u 12-il triljun euro sal-2030. Politiki xierqa tal-UE biex jippromwovu u jirregolaw dawn it-teknoloġiji ġodda jistgħu jgħinu biex jinkiseb gwadann potenzjali fl-effiċjenza fl-ekonomija Ewropea ta' 206 biljun euro fis-sena.

5) Trasport u turiżmu (51 biljun euro)

• Żona Unika Ewropea tat-Trasport (6 biljun euro) • Żvilupp ta' politika tat-turiżmu (6 biljun euro) • Drittijiet tal-passiġġieri aktar b'saħħithom (0.4 biljun euro) • Manipulazzjoni tal-odometri fil-vetturi bil-mutur (9 biljun euro) • Regoli dwar ir-responsabbiltà u assigurazzjoni għall-vetturi awtonomi (30 biljun euro)

Żona Unika Ewropea tat-Trasport: Minkejja l-progress sinifikanti li sar tul dawn l-aħħar 20 sena

fil-ħolqien ta' suq uniku għat-trasport, is-settur għadu jbati minħabba bosta ostakli li jiġġeneraw kostijiet addizzjonali sostanzjali li jaffettwaw l-ambjent, is-sikurezza, is-saħħa tal-bniedem u l-kompetittività tal-ekonomija. Skont riċerka tal-PE, it-tneħħija tal-ineffiċjenzi fis-settur tat-

Page 19: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

19

trasport għandha l-potenzjal li twassal għal gwadanji annwali ta' mill-inqas 5.7 biljun euro għall-ekonomija Ewropea. B'dan il-mod, tittejjeb il-mobbiltà għaċ-ċittadini, tissaħħaħ is-sostenibbiltà ambjentali, u jiġu żgurati konnettività intra-UE aħjar u kompetittività internazzjonali akbar.

Żvilupp ta' politika tat-turiżmu: Għalkemm l-UE hija d-destinazzjoni ewlenija fid-dinja fir-rigward tat-turiżmu - billi tirrappreżenta madwar 40% taż-żjarat internazzjonali totali - l-industrija tat-turiżmu tagħha għadha tiffaċċja ħafna sfidi u għadha mxekkla minn ineffiċjenzi tas-suq ta' diversi tip. Skont riċerka tal-PE, jistgħu jinkisbu benefiċċji addizzjonali billi jiġu indirizzati s-setturi bl-ogħla potenzjal ta' gwadanji fl-effiċjenza minn azzjoni addizzjonali tal-UE, bħall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-SMEs fis-settur relatat mal-ikel, bl-appoġġ ta' strutturi ta' akkomodazzjoni ta' kwalità, li jistgħu jwasslu għal benefiċċji potenzjali ta' bejn 5.7 biljun u 6.8 biljun euro fis-sena.

Drittijiet tal-passiġġieri aktar b'saħħithom: Il-passiġġieri tal-UE li jivvjaġġaw bl-ajru, bit-triq (karozzi tal-linja), bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma (marittimi u interni) huma protetti minn qafas leġiżlattiv speċifiku, li huwa prattikament uniku fid-dinja. Madankollu, għad iridu jiġu indirizzati sfidi sinifikanti kemm mil-lat legali kif ukoll minn dak prattiku fir-rigward tar-rispett u tat-twettiq ta' dawn id-drittijiet. Dawn jinkludu differenzi fil-livell ta' protezzjoni minn mod ta' trasport għal ieħor, każijiet ta' nonapplikazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, u livell ta' għarfien baxx ta' dawn id-drittijiet. Skont riċerka tal-PE, il-kost għaċ-ċittadini u għan-negozji li jirriżulta min-nuqqas ta' qafas konsolidat għad-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE huwa ta' mill-inqas 355 miljun euro fis-sena.

Manipulazzjoni tal-odometri fil-vetturi bil-mutur: Sa 50% tal-vetturi użati nnegozjati bejn l-Istati Membri tal-UE għandhom odometri (l-istrument li jkejjel id-distanza vvjaġġata minn tali vettura) immanipulati illegalment bil-għan li l-valur tas-suq tal-vettura jiżdied. Għall-karozzi impurtati, ir-rata ta' odometri mmanipulati hija ferm ogħla, bin-numru ta' kilometri rreġistrati jkun ukoll ogħla minn dak tal-karozzi mibjugħa fis-swieq nazzjonali. Skont riċerka tal-PE, il-kost ekonomiku totali tal-frodi tal-odometri fil-karozzi użati nnegozjati bejn il-fruntieri fl-UE huwa ta' mill-inqas 1.3 biljun euro fis-sena, u x-xenarju l-aktar probabbli f'termini tar-rata ta' frodi jwassal għal telf ekonomiku ta' 8.8 biljun euro.

Regoli dwar ir-responsabbiltà u assigurazzjoni għall-vetturi awtonomi: Il-bidla li qed tikber lejn vetturi konnessi u awtonomi (AVs) se jkollha impatt kbir ħafna fuq is-settur awtomobilistiku u potenzjalment tista' ġġib magħha benefiċċji soċjoekonomiċi sostanzjali. Sal-2050, il-vetturi awtonomi jistgħu potenzjalment jikkontribwixxu 17-il triljun euro għall-ekonomija Ewropea. Huwa meqjus b'mod wiesa' li l-AVs ikollhom il-potenzjal isalvaw il-ħajjiet, jimminimizzaw il-kost finanzjarju tal-inċidenti tal-karozza, itejbu l-mobbiltà urbana, inaqqsu l-konġestjoni u l-impatti ambjentali negattivi, jipprovdu forom aktar inklużivi ta' mobbiltà għall-anzjani u għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, u jżidu l-produttività. Ir-riċerka tal-UE tistma li l-aċċelerazzjoni tal-"kurva ta' adozzjoni" għall-AVs b'ħames snin, permezz tal-kjarifika tar-regoli dwar ir-responsabbiltà fil-livell Ewropew, tagħti spinta lill-ekonomija b'29.6 biljun euro fis-sena.

6) Ewropa Soċjali, impjiegi u saħħa (142 biljun euro)

• Tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (43 biljun euro) • Informazzjoni aħjar għall-ħaddiema u aktar konsultazzjoni magħhom (12-il biljun

euro) • Intrapriżi soċjali u soċjetajiet mutwi (15-il biljun euro) • Indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa (72 biljun euro)

Page 20: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

20

Tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa: Minkejja l-isforzi li saru f'dawn l-aħħar snin biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, il-paga gross fis-siegħa tan-nisa fl-ekonomija tal-UE għadha 16% anqas minn dik tal-irġiel. Dan huwa kemm minħabba "effetti ta' segregazzjoni" kif ukoll minħabba diskriminazzjoni fil-paga, iżda l-inugwaljanzi ġenerali fid-dħul jinkludu wkoll id-differenza fl-impjieg u fin-numru ta' sigħat maħduma, u huwa stmat li t-telf fid-dħul huwa bejn 241 biljun u 379 biljun euro fis-sena. It-tnaqqis ulterjuri tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa mhuwiex biss mixtieq minn nnifsu, iżda jkollu effett pożittiv fuq l-ekonomija Ewropea, peress li tali differenza tnaqqas l-effiċjenza ekonomika, inter alia, billi ma tippermettix li l-ħaddiema jitqassmu bl-aħjar mod possibbli. Iżid il-produttività u s-sodisfazzjon fl-impjieg, u jnaqqas it-tibdil fil-persunal u t-tilwim. Skont riċerka tal-PE, tnaqqis ta' 1% fid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jżid id-daqs tal-ekonomija b'0.14%. Konsegwentement, anki jekk azzjoni tal-UE rigward it-trasparenza tal-pagi u aċċess mtejjeb għal forom differenti ta' leave u arranġament tax-xogħol flessibbli kellhom inaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa bi 2% biss, il-PDG tal-UE jiżdied b'0.28%, jew 43 biljun euro fis-sena.

Informazzjoni aħjar għall-ħaddiema u aktar konsultazzjoni magħhom: Minbarra li l-impjegati jgawdu d-dritt għal livelli xierqa ta' informazzjoni skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-proċess jista' jkollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija, speċjalment fi żminijiet ta' ssensjar, meta ntwera li notifika minn qabel tħeġġeġ ir-riallokazzjoni b'suċċess, speċjalment meta tkun akkumpanjata minn assistenza u taħriġ għat-tiftix ta' impjieg. Riċerka tal-PE dwar il-kostijiet u l-benefiċċji ta' titjib possibbli fil-qafas leġiżlattiv kurrenti tal-UE tistma li jista' jiġġenera gwadanji fl-effiċjenza ta' madwar 12-il biljun euro fis-sena, b'mod partikolari bit-tnaqqis tan-numru ta' sensji (b'madwar 22%), kif ukoll bit-tnaqqis tal-inċidenza u l-gravità tal-kunflitti industrijali, ir-"rati ta' tluq mix-xogħol" tal-impjegati u l-ispejjeż tas-saħħa, u biż-żieda ta-probabbiltà li l-ħaddiema jsibu impjiegi ġodda.

Indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa: Il-fatt li persuna tkun f'saħħitha u/jew il-possibbiltà li tgħix ħajja tajba meta tkun marida huma waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti għal kull bniedem. Għalkemm l-UE għandha biss kompetenza ta' sostenn fil-politika tas-saħħa, l-aċċess għall-kura tas-saħħa transfruntiera u l-koordinazzjoni u l-promozzjoni aħjar tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri jistgħu jagħtu benefiċċji konsiderevoli. Abbażi ta' analiżi mill-Kummissjoni Ewropea u oħrajn tal-kostijiet ta' inugwaljanzi kbar ħafna fis-settur tas-saħħa, kemm bejn l-Istati Membri tal-UE kif ukoll fi ħdanhom, li jwasslu għal livelli agħar ta' saħħa fost diversi gruppi soċjali jew f'ċerti lokalitajiet, azzjoni aktar effikaċi f'dan il-qasam tista' twassal għal gwadann potenzjali għall-ekonomija Ewropea ta' massimu ta' 72 biljun euro fis-sena. Dimensjoni tas-saħħa tista' tiddaħħal f'politiki oħra tal-UE - bħal użu akbar tal-fondi strutturali eżistenti biex jappoġġjaw il-proġetti u li jtejbu l-infrastruttura tas-saħħa, iżidu r-riċerka u t-taħriġ fil-qasam tas-saħħa, jikkontribwixxu għal stil ta' ħajja aktar san u jippromwovu t-"tixjiħ attiv".

Intrapriżi soċjali u soċjetajiet mutwi: Jeżistu żewġ miljun intrapriża soċjali fl-UE, li jimpjegaw aktar minn 14-il miljun ruħ. Għandhom varjetà wiesgħa ta' forom legali - jiġifieri fondazzjonijiet, kooperattivi, soċjetajiet mutwi, assoċjazzjonijiet jew kumpaniji - u bħalissa m'hemm l-ebda qafas legali Ewropew biex jgħinhom jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku. Approċċ aktar koordinat tal-UE jiġġenera valur miżjud ekonomiku u soċjali, inklużi ekonomiji ta' skala akbar permezz ta' aċċess għal suq akbar, tnaqqis fil-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u tal-infurzar, aċċess akbar għall-fondi u għall-kuntratti pubbliċi, u viżibbiltà u fiduċja tal-konsumatur potenzjalment ogħla. In-nozzjonijiet ta' fondazzjonijiet mutwi Ewropej jew fondazzjonijiet Ewropej jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tagħhom, kif tiffaċilitahom ukoll sistema ta' ċertifikazzjoni tal-UE. Fil-każ tal-aħħar, "marka Ewropea tal-ekonomija soċjali" tista' toffrilhom l-opportunità li jiddistingwu ruħhom minn negozji oħra, mingħajr ma jkollhom jirreġistraw separatament f'kull Stat Membru, filwaqt li tippermettilhom jagħżlu l-forma legali li taħtha jippreferu jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom. Skont riċerka tal-PE, anke kieku tali azzjoni kellha tagħti spinta lis-settur bi 2% biss, dan ikun jirrappreżenta gwadann ta' madwar 15-il biljun euro fis-sena.

Page 21: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

21

7) L-Ewropa għaċ-Ċittadini (58 biljun euro)

• Moviment liberu ta' ċittadini tal-UE attivi ekonomikament (53 biljun euro) • Kreattività u diversità kulturali (0.5 biljun euro) • Attività volontarja transfruntiera (0.06 biljun euro) • Protezzjoni tat-tfal u tar-relazzjonijiet familjari u patrimonjali (0.6 biljun euro) • Stabbiliment u mobbiltà tal-kumpaniji (0.26 biljun euro) • Kooperazzjoni legali u litigazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (4 biljun euro) • Liġi tal-UE dwar il-proċedura amministrattiva (0.02 biljun euro)

Moviment liberu ta' ċittadini tal-UE attivi ekonomikament: Iċ-ċittadini għandhom id-dritt

ifittxu impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE, jgħixu f'dak il-pajjiż u jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol tiegħu. Iridu jħallsu t-taxxi u jikkontribwixxu għas-sigurtà soċjali, iżda jgawdu l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Huwa stmat li fl-2017 inkiseb gwadann fil-PDG ta' 106 biljun euro bis-saħħa tal-moviment liberu lejn pajjiżi ta' destinazzjoni ewlenin. Jekk ix-xejriet jibqgħu għaddejjin bir-rata kurrenti - fejn in-numru ta' ċittadini tal-UE fl-età tax-xogħol li huma impjegati u li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor żdied minn 2.5% għal 3.8% fid-deċennju 2007-17 - il-moviment liberu kontinwu jkun ifisser li, sal-2027, 5.4% ta' persuni bħal dawn, jew 12-il miljun ruħ, jaqgħu f'din il-kategorija. Skont riċerka tal-PE, tali żieda tkun tiswa madwar 53 biljun euro fis-sena għall-ekonomija tal-UE, fi prezzijiet kostanti. L-ammont ikun ogħla b'mod sinifikanti kieku jitqiesu l-ħaddiema transfruntieri, il-ħaddiema stazzjonati, ir-rimessi u l-impatt fuq id-dħul pubbliku.

Kreattività u diversità kulturali: Il-kultura hija waħda mill-akbar beni tal-Ewropa, u 80% taċ-ċittadini tagħha jqisu li d-diversità kulturali tal-kontinent tqiegħed lill-Ewropa f'kategorija għaliha u tagħtiha valur speċjali. Is-setturi tal-kultura u tal-kreattività jixprunaw ukoll l-innovazzjoni, filwaqt li jiġġeneraw aktar minn 500 biljun euro f'PDG fis-sena u jimpjegaw 7.5% tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa. Fost l-isfidi li jiffaċċjaw, insibu d-diġitalizzazzjoni, il-frammentazzjoni tas-swieq, iċ-ċirkolazzjoni limitata ta' xogħlijiet u l-ostakli għall-aċċess għas-self u l-ekwità, speċjalment minħabba d-diffikultà tal-valutazzjoni tal-assi intanġibbli u l-prevalenza ta' mikrointrapriżi fis-settur. Ir-riċerka turi li jekk, bl-introduzzjoni ta' faċilitajiet ta' finanzjament ġodda u bl-iżvilupp ulterjuri ta' dawk eżistenti - b'aċċess aktar faċli għall-ekwità u l-kofinanzjament, inkluż l-użu ta' investituri informali ("business angels") u ta' crowdfunding - id-differenza fil-finanzjament fis-settur tista' titnaqqas bi kwart, il-gwadann potenzjali fil-PDG jista' jkun sa massimu ta' 494 miljun euro fis-sena.

Attività volontarja transfruntiera: Il-volontarjat - li jsir bir-rieda ħielsa ta' persuna, primarjament f'organizzazzjoni mhux governattiva, mingħajr skop ta' qligħ - joffri ħafna benefiċċji, kemm għall-voluntiera kif ukoll għas-setturi u għall-komunitajiet lokali li jgħinu. Madankollu, sensiela ta' piżijiet regolatorji u finanzjarji tradizzjonalment illimitaw l-aċċess għall-volontarjat, speċjalment għaż-żgħażagħ. Dawn jinkludu nuqqas ta' rikonoxximent legali bejn il-fruntieri, l-imblukkar tal-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, pereżempju, u l-fatt li l-ħiliet miksuba matul il-volontarjat ma jiġux rikonoxxuti b'mod konsistenti. Ir-riċerka tal-PE stmat li l-kost ta' tali ostakli huwa madwar 65 miljun euro fis-sena, il-Kummissjoni Ewropea temmen li, b'effett multiplikatur ta' madwar erba' darbiet, il-50,000 parteċipant fis-sena fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà l-ġdid jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija ta' 810 miljun euro fis-sena.

Protezzjoni tat-tfal u tar-relazzjonijiet familjari u patrimonjali: In-numru ta' koppji u familji internazzjonali fl-UE qed ikompli jiżdied, hekk kif iktar individwi jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu. Skont riċerka tal-PE, differenzi u inkonsistenzi kurrenti fil-qafas legali tal-UE li jindirizza l-protezzjoni tat-tfal u r-relazzjonijiet familjari u patrimonjali f'sitwazzjonijiet

Page 22: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

22

transfruntieri jiġġeneraw kostijiet annwali ta' madwar 619-il miljun euro. Dawn il-kostijiet jirriżultaw primarjament minħabba d-diverġenzi fir-regoli tal-Istati Membri, fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE, u n-nuqqas ta' rikonoxximent reċiproku ta' status legali speċifiku jew ta' deċiżjoni amministrattiva. Tenħtieġ azzjoni fir-rigward tal-adozzjoni transfruntiera tat-tfal, ir-rappreżentanza f'każ ta' inkapaċità, ir-rikonoxximent tal-istatus ċivili u d-drittijiet tal-proprjetà, u r-rimborż tad-danni minn inċidenti tat-traffiku.

Stabbiliment u mobbiltà tal-kumpaniji: Il-liġi Ewropea tal-kumpaniji hija pedament importanti tas-suq uniku. Tiffaċilita l-libertà tal-istabbiliment, tnaqqas il-piżijiet operattivi fuq il-kumpaniji, issaħħaħ il-kompetittività tagħhom u tippromwovi t-trasparenza. Skont data tal-Eurostat, 17-il miljun kumpanija b'responsabbiltà limitata fl-UE jiġġeneraw valur miżjud annwali ta' madwar 4.9 triljun euro. Madankollu, il-kumpaniji li jixtiequ jmorru fi Stat Membru ieħor għadhom jiffaċċjaw ostakli, spejjeż u inċertezzi tad-dritt sinifikanti, li jillimitaw il-livell ta' integrazzjoni fis-suq. Skont riċerka tal-PE, it-titjib tal-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-mergers, id-diviżjonijiet u l-konverżjonijiet u l-aġenzija tal-kumpaniji għandu l-potenzjal jiġġenera gwadann fl-effiċjenza ta' 264 miljun euro fis-sena.

Kooperazzjoni legali u litigazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali: In-numru ta' persuni u kumpaniji involuti fi tranżazzjonijiet transfruntieri kulma jmur qed jiżdied. Madankollu, l-infurzar tad-drittijiet fi Stat Membru ieħor għadu diffiċli. Differenzi fir-regoli proċedurali ċivili fost l-Istati Membri joħolqu diffikultajiet u spejjeż għall-partijiet involuti u jistgħu jkunu sors ta' nuqqas ta' fiduċja fost il-ġudikaturi fir-rigward tar-rikonoxximent jew tal-infurzar ta' sentenzi barranin. Skont riċerka tal-PE, azzjoni leġiżlattiva li tintroduċi standards minimi komuni tal-UE għall-proċedura ċivili tista' tnaqqas l-ispejjeż annwali għaċ-ċittadini u għan-negozji b'bejn 258 miljun u 773 miljun euro fis-sena. Barra minn hekk, azzjoni tal-UE biex tħaffef is-soluzzjoni ta' tilwim kummerċjali tista' tiġġenera valur miżjud Ewropew ulterjuri ta' mill-inqas 3.7 biljun euro u, potenzjalment, ta' 5.7 biljun euro fis-sena.

Liġi tal-UE dwar il-proċedura amministrattiva; Kull ċittadin għandu d-dritt infurzabbli bil-liġi għal amministrazzjoni tajba fir-relazzjonijiet tiegħu mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Kif inhi bħalissa, il-liġi amministrattiva tal-UE hija frammentata ferm, u dan iwassal għal inċertezza, spejjeż u dewmien. Ir-riċerka tal-PE turi li approċċ aktar ċar u aktar konsistenti, kodifikat fil-forma ta' liġi tal-UE dwar il-proċedura amministrattiva, inaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u ż-żmien ta' stennija għall-individwi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-amministrazzjoni tal-UE, b'mill-inqas 20 miljun euro.

8) Ġustizzja u Affarijiet Interni - Migrazzjoni u fruntieri (55 biljun euro)

• Migrazzjoni legali (22 biljun euro) • Politika dwar l-asil (22 biljun euro) • Kontroll fil-fruntieri u politika dwar il-viżi (10 biljun euro) • Skemi ta' ċittadinanza u residenza b'investiment (qed jiġu vvalutati)

Migrazzjoni legali: L-UE għandha l-għan li tibni politika tal-immigrazzjoni komprensiva li fiha

ċittadini ta' pajjiżi terzi (TCNs) li jirrisjedu legalment għandhom jiġu ttrattati b'mod ġust u mhux diskriminatorju. Madankollu, għad fadal numru ta' differenzi u ostakli minħabba n-nuqqas ta' inkorporazzjoni u implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards tax-xogħol internazzjonali u tal-UE, u l-approċċ settorjali meħud fil-qafas legali tal-UE, li ma jkoprix it-TCNs kollha. Dan min-naħa tiegħu jikkontribwixxi biex it-TCNs jesperjenzaw differenzi fir-rata tal-impjieg u jkollhom kwalifiki għoljin wisq għal ċerti impjiegi, kif ukoll kwalità aktar baxxa tal-impjiegi, dħul aktar baxx u riżultati fit-tul agħar fir-rigward tal-integrazzjoni. Ir-riċerka tal-PE tistma li azzjoni addizzjonali tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni legali tista' tirriżulta f'massimu ta'

Page 23: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

23

22 biljun euro fis-sena f'benefiċċji għall-ekonomija. Jistgħu jsiru gwadanji addizzjonali billi jiġu indirizzati l-politiki nazzjonali frammentati f'dan il-qasam, li bħalissa qed jikkompromettu l-abbiltà tal-UE inġenerali li tattira l-ħaddiema u r-riċerkaturi li teħtieġ.

Politika dwar l-asil: Bħalissa hemm dgħufijiet u nuqqasijiet strutturali sinifikanti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u tal-miżuri relatati. Dawn jindikaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati kwistjonijiet bħal konformità aħjar man-normi u l-valuri internazzjonali u tal-UE, livelli aktar baxxi ta' migrazzjoni irregolari lejn l-UE u ta' kostijiet tas-sigurtà u s-sorveljanza tal-fruntieri, żieda fl-effikaċja u fl-effiċjenza tal-proċess tal-asil, integrazzjoni soċjoekonomika aktar mgħaġġla tal-persuni li jfittxu asil, żieda fl-impjiegi u fid-dħul mit-taxxi, u protezzjoni msaħħa tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi tar-ritorn. Skont riċerka tal-PE, il-benefiċċju ekonomiku tal-adozzjoni ta' għażliet politiċi f'dawn l-oqsma jkun mill-inqas 22.5 biljun euro fis-sena.

Kontroll fil-fruntieri u politika dwar il-viżi: In-numru għoli mhux mistenni ta' migranti li waslu fil-fruntieri esterni tal-UE fl-2015 u fl-2016 espona nuqqasijiet strutturali fil-politiki tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b'mod partikolari f'termini ta' kontrolli tal-migranti u tal-persuni li jfittxu asil. Dawn in-nuqqasijiet, flimkien mat-tħassib dwar is-sigurtà interna, wasslu biex diversi stati taż-żona Schengen jerġgħu jdaħħlu l-fruntieri interni b'mod temporanju. Minbarra telf ekonomiku mill-għeluq tal-fruntieri - "kost tan-non-Schengen" li huwa maħsub li huwa ta' 10 biljun euro fis-sena - din is-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq il-migranti, is-soċjetajiet ospitanti, ir-residenti tagħhom, u l-fiduċja fl-UE bħala tali. Ir-riċerka tal-PE stmat li l-kost tal-arranġamenti eżistenti fir-rigward tal-ekonomija Ewropea jammonta għal madwar 27.5 biljun euro fis-sena. Il-benefiċċji netti tal-adozzjoni ta' numru ta' għażliet politiċi biex l-UE tindirizza d-differenzi u l-ostakli identifikati jkunu mill-inqas 10 biljun euro fis-sena (4 biljun euro għall-kontroll tal-fruntieri u 6 biljun euro għall-politika dwar il-viża).

Skemi ta' ċittadinanza u residenza b'investiment: Diversi Stati Membri għandhom skemi ta' ċittadinanza b'investiment (CBI) u skemi ta' residenza b'investiment (RBI) fis-seħħ - magħrufa wkoll bħala "golden passports" u "golden visas" - li jagħtu aċċess għar-residenza jew għaċ-ċittadinanza dment li jsiru investimenti fil-pajjiżi kkonċernati. F'xi każijiet, tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' korruzzjoni, ħasil tal-flus, u/jew evażjoni u evitar tat-taxxa, kif ukoll il-potenzjal ta' distorsjoni tas-suq uniku u li tiddgħajjef l-integrità taċ-ċittadinanza Ewropea. Qed jiġu kkunsidrati attivament sensiela ta' inizjattivi tal-UE mfassla biex iżidu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u d-diliġenza dovuta ta' skemi bħal dawn, u qed jiġi vvalutat ukoll il-benefiċċju ekonomiku potenzjali għall-ekonomija tal-UE ta' azzjonijiet bħal dawn.

9) Ġustizzja u Affarijiet Interni - Sigurtà u drittijiet fundamentali (125 biljun euro)

• Ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (23 biljun euro) • Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni 0.5 biljun euro) • Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u ċ-ċiberkriminalità (82 biljun

euro) • Azzjoni koordinata kontra t-terroriżmu (16-il biljun euro) • Drittijiet proċedurali u kundizzjonijiet ta' detenzjoni (0.2 biljun euro) • Protezzjoni tad-data (3 biljun euro)

Ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa: Bejn kwart u terz tan-nisa kollha fl-Ewropa esperjenzaw

vjolenza fiżika u/jew sesswali mill-età ta' 15-il sena. M'hemm ebda strument vinkolanti

Page 24: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

24

legalment li jindirizza l-vittmi nisa tal-vjolenza fil-livell tal-UE. Għaldaqstant, il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-għajnuna jvarjaw madwar l-Unjoni. L-UE ffirmat il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, li, jekk tiġi ratifikata, tkun vinkolanti kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-Istati Membri tagħha. Ir-riċerka tal-PE tistma li l-kost globali soċjali u individwali tal-vjolenza fuq in-nisa huwa madwar 230 biljun euro fis-sena, inklużi telf dirett tal-PDG ta' madwar 30 biljun euro u l-kost taż-żieda fl-użu tas-sistemi ġudizzjarji penali u ċivili ta' 34 biljun euro. Jekk il-vjolenza titnaqqas b'10% permezz ta' miżuri politiċi mħaddna mill-Parlament, il-gwadann għall-ekonomija jkun ta' madwar 23 biljun euro fis-sena.

Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni: In-nozzjonijiet tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni huma fundamentali għall-valuri li l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuqhom. Madankollu, persuna minn kull ħamsa fl-UE jesperjenzaw diskriminazzjoni ta' xi tip kull sena. Lil hinn mid-diskriminazzjoni u mill-vjolenza kontra n-nisa (analizzati hawn fuq), id-diskriminazzjoni razzjali hija mifruxa, il-persuni b'diżabilità jsibuha diffiċli jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom għal għajxien indipendenti, filwaqt li persuni LGBTI jħabbtu wiċċhom ma' mewġiet ġodda ta' diskriminazzjoni u reati ta' mibegħda. Minkejja l-leġiżlazzjoni u l-azzjoni eżistenti tal-UE, fl-Unjoni għad hemm differenzi u ostakli sinifikanti għat-trattament ugwali u għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati ta' mibegħda, u għall-kumpens għal dawn ir-reati. Skont riċerka tal-PE, azzjoni addizzjonali fil-livell tal-UE rigward ċerti kwistjonijiet - b'mod partikolari billi tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni, bl-adozzjoni ta' protezzjonijiet ġodda fir-rigward tad-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon u t-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabilità u l-età, u l-estensjoni tas-salvagwardji kontra r-reati ta' mibegħda għall-persuni LGBTI - tista' tiġġenera gwadann ekonomiku sa massimu ta' 527 miljun euro fis-sena.

Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u ċ-ċiberkriminalità: Il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni joperaw f'relazzjoni ta' tisħiħ reċiproku. Il-gruppi tal-kriminalità organizzata (OGCs) jippruvaw jgħawġu r-regoli favurihom billi jxaħħmu lill-uffiċjali. Il-korruzzjoni tikkomprometti l-istat tad-dritt, u dan mbagħad jipprovdi aktar opportunitajiet għall-kriminali organizzati. Bl-iżvilupp ta' teknoloġiji moderni, l-OCGs espandew l-attivitajiet tagħhom għaċ-ċiberkriminalità bħall-frodi tal-pagamenti u l-estorsjoni online bl-użu ta' software malizzjuż. In-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' normi internazzjonali u tal-UE huwa wieħed mill-ostakli ewlenin għall-effikaċja ta' din il-ġlieda mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Skont riċerka tal-PE, approċċ aktar koordinat jista' jiffranka mill-inqas 82 biljun euro fis-sena lill-ekonomija Ewropea.

Azzjoni koordinata kontra t-terroriżmu: It-terroriżmu għadu waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti li l-UE qed tiffaċċja bħalissa. L-UE tiġġieled it-terroriżmu billi tappoġġja diversi miżuri u skambji nazzjonali, fosthom dawk li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, miżuri li jindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu u li jirregolaw il-pussess u l-akkwist ta' armi u splussivi, kif ukoll strumenti bil-għan li jsaħħu s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Dan jinkludi kooperazzjoni attiva ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, il-kostijiet tal-attività terroristika fl-UE għadhom madwar 15.9 biljun euro fis-sena. L-indirizzar ta' numru ta' differenzi u ostakli fil-politika tal-UE kontra t-terroriżmu jista' jwassal għal prevenzjoni u prosekuzzjoni aħjar tal-attività terroristika.

Drittijiet proċedurali u kundizzjonijiet ta' detenzjoni: Minkejja azzjoni u kooperazzjoni sinifikanti fil-livell tal-UE, id-drittijiet u l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni ta' dawk issuspettati li wettqu reat u li qed jiskontaw sentenza fl-Istati Membri għadhom mhumiex konformi mal-istandards internazzjonali u tal-UE. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni ssuspettati hija limitata għall-istabbiliment ta' standards minimi komuni. Barra minn hekk, ċerti oqsma għadhom ma ġewx indirizzati b'mod komprensiv, bħad-detenzjoni qabel il-proċess, u dan ikkontribwixxa għal numru eċċessiv ta' priġunieri fil-ħabsijiet f'għadd ta' Stati Membri tal-UE. Din

Page 25: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

25

is-sitwazzjoni għandha impatt fuq l-individwi kkonċernati u fuq il-familji tagħhom, kif ukoll fuq is-soċjetà b'mod aktar ġenerali. Ir-riċerka tal-PE stmat li l-kost għall-ekonomija Ewropea ta' applikazzjoni eċċessiva ta' miżuri ta' detenzjoni qabel il-proċess huwa ta' 162 miljun euro fis-sena, u li l-użu sproporzjonat tal-Mandat ta' Arrest Ewropew iżid 43 miljun euro, jew total ta' 205 miljun euro fis-sena.

Protezzjoni tad-data: Il-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u r-Regolament Ġenerali riċenti dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li jkopri s-settur pubbliku u dak privat, u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-qasam tal-Infurzar tal-Liġi, li tkopri l-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, aġġornaw l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data għaċ-ċittadini b'mod koerenti u pożittiv. Madankollu, għad hemm il-potenzjali li jiġu ċċarati u ssimplifikati l-arranġamenti fir-rigward tal-privatezza elettronika fil-komunikazzjoni elettronika, permezz tal-aġġornament tal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam. Minbarra s-salvagwardja tad-drittijiet taċ-ċittadini, jista' jkun previst iffrankar potenzjali ta' madwar 3.25 biljun euro fis-sena għall-ekonomija tal-UE.

10) Politika esterna tal-UE (67 biljun euro)

• Anqas duplikazzjoni fil-politika ta' sigurtà u difiża (22 biljun euro) • Koordinazzjoni mtejba tad-donaturi fil-politika tal-iżvilupp (9 biljun euro) • Protezzjoni konsulari komuni mtejba għaċ-ċittadini tal-UE (0.9 biljun euro) • Promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali (35 biljun euro)

Anqas duplikazzjoni fil-politika ta' sigurtà u difiża Għalkemm l-Istati Membri tal-UE

kollettivament huma dawk li jonfqu l-aktar fuq id-difiża fid-dinja, b'baġit ta' aktar minn 220 biljun euro fis-sena (li qed jiżdied), il-frammentazzjoni tradizzjonali tal-forzi armati u tax-xiri militari, xi drabi riflessa fin-noninteroperabbiltà tat-tagħmir, twassal għal trikkib u duplikazzjoni mhux meħtieġa - filwaqt li żieda fil-kooperazzjoni tista' twassal għal aktar effiċjenza, speċjalment jekk tkun appoġġjata minn standardizzazzjoni akbar tat-tagħmir u minn speċjalizzazzjoni tal-kompiti. Skont riċerka tal-PE, minkejja progress riċenti kbir f'dan il-qasam, immexxi kemm mill-UE kif ukoll min-NATO, għad jistgħu jsiru gwadanji fl-effiċjenza ta' mill-inqas 22 biljun euro fis-sena, riċerka li taqbel ma' riċerka ta' korpi oħra, bħall-Fondazzjoni Bertelsmann, McKinsey u l-Istitut Taljan għall-Affarijiet Internazzjonali.

Koordinazzjoni mtejba tad-donaturi fil-politika tal-iżvilupp: L-UE u l-Istati Membri tagħha kollettivament huma l-akbar atturi fl-għajnuna għall-iżvilupp globali, u jonfqu 76 biljun euro fuq għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp. Għalkemm l-UE kienet involuta mill-qrib fid-definizzjoni ta' kriterji u għodod ta' effikaċja tal-għajnuna globali, l-eżistenza ta' tliet tipi differenti ta' għajnuna tal-UE - ipprovduta direttament mill-Kummissjoni Ewropea, indirettament permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) intergovernattiv, anki jekk amministrat mill-Kummissjoni, u bilateralment mill-Istati Membri - tista' xxekkel l-effikaċja u twassal għal xi duplikazzjoni u trikkib. Skont riċerka tal-PE, gwadanji fl-effiċjenza ta' madwar 9 biljun euro fis-sena, inklużi kemm l-iffrankar dirett kif ukoll ir-riżultati fil-pajjiżi benefiċjarji, jistgħu jinkisbu permezz ta' koordinazzjoni aħjar f'dan il-qasam, b'mod partikolari permezz ta' koordinazzjoni aħjar tal-allokazzjonijiet tal-pajjiżi.

Protezzjoni konsulari komuni mtejba għaċ-ċittadini tal-UE: Numru jikber ta' ċittadini tal-UE jiċċaqilqu, jivvjaġġaw u jaħdmu barra l-fruntieri tal-UE. It-Trattati jagħtuhom id-dritt għal protezzjoni diplomatika u konsulari f'pajjiż fejn l-Istat Membru tagħhom stess ma jkunx rappreżentat. Għajnuna diplomatika mtejba għal dawk iċ-ċittadini tista' tkun ta' benefiċċju mhux biss għalihom iżda anke biex jitnaqqsu l-kostijiet mhux meħtieġa minħabba d-

Page 26: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

26

duplikazzjoni tal-appoġġ. Ġie stmat li jistgħu jiġu ffrankati madwar 860 miljun euro fis-sena billi fil-livell tal-UE jiġu pprovduti numru ta' servizzi diplomatiċi li llum huma operati minn missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri.

Promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali: Meta jitqiesu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi, l-UE hija l-akbar setgħa kummerċjali fid-dinja. Il-kummerċ internazzjonali għandu jġib gwadanji fil-welfare permezz tal-ispeċjalizzazzjoni u ta' żieda fil-produttività u għandu jippermetti l-aċċess għal riżorsi li jkunu skarsi lokalment u għal teknoloġija u innovazzjoni prodotti barra l-pajjiż. Fl-istess ħin, l-UE tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-politika kummerċjali tagħha tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards u l-prinċipji ambjentali, tax-xogħol u tas-saħħa u s-sikurezza. Filwaqt li l-oqfsa kummerċjali multilaterali (WTO) u bilaterali t-tnejn huma importanti ferm għall-Unjoni, il-progress riċenti pjuttost sar fil-qasam tal-kummerċ bilaterali. Il-Kummissjoni Ewropea vvalutat li l-benefiċċju ekonomiku potenzjali għall-ekonomija tal-UE ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles konklużi dan l-aħħar ma' New Zealand, mal-Awstralja u mal-Ġappun huwa bejn 2.1 biljun u 35 biljun euro fis-sena, u pprevediet li Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) tiġġenera madwar 68 biljun euro fis-sena. Fuq bażi simili, il-gwadann potenzjali fit-tul minn ftehim ta' kummerċ ħieles ieħor tal-UE ma' pajjiż terz ewlieni jew ma' grupp ta' pajjiżi jista' b'mod raġonevoli jkun madwar 35 biljun euro fis-sena.

Page 27: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

27

Mappa tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

Page 28: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

28

Page 29: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

29

Lista ta' analiżi dettaljata ta' gwadanji ekonomiċi potenzjali f'50 qasam ta' politika, li tinsab fl-istudju sħiħ

SUQ UNIKU KLASSIKU 29 1. Ikkompletar tas-suq uniku għall-oġġetti 29

2. Ikkompletar tas-suq uniku għas-servizzi 34

3. Garanzija tad-drittijiet tal-konsumatur: 40

4. Promozzjoni tal-ekonomija kollaborattiva jew kondiviża 44

5. Indirizzar tal-evitar tat-taxxa korporattiva 48

6. Ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud 52

EKONOMIJA DIĠITALI 55 7. Ikkompletar tas-suq uniku diġitali 55

8. Promozzjoni tal-konnettività tal-internet 60

9. Ċibersigurtà 66

UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA 70 10. Koordinazzjoni aħjar tal-politiki fiskali 70

11. Ikkompletar tal-Unjoni Bankarja 74

12. Skema komuni ta' garanzija tad-depożiti 78

13. Skema komuni ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad 82

14. Bini ta' swieq kapitali aktar integrati 86

15. Prodott tal-pensjoni pan-Ewropew 91

Page 30: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

30

AMBJENT, ENERĠIJA U RIĊERKA 95 16. Tibdil fil-klima 95

17. Leġiżlazzjoni msaħħa dwar l-ilma 102

18. Suq tal-enerġija aktar integrat b'effiċjenza enerġetika akbar 106

19. Promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni 112

20. Robotika u Intelliġenza Artifiċjali 116

TRASPORT U TURIŻMU 120 21. Żona Unika Ewropea tat-Trasport 120

22. Żvilupp ta' politika tat-turiżmu 125

23. Drittijiet tal-passiġġieri aktar b'saħħithom 128

24. Manipulazzjoni tal-odometri fil-vetturi bil-mutur 131

25. Regoli dwar ir-responsabbiltà u assigurazzjoni għall-vetturi awtonomi 134

EWROPA SOĊJALI, IMPJIEGI U SAĦĦA 137 26. Tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa 137

27. Informazzjoni aħjar għall-ħaddiema u aktar konsultazzjoni magħhom 142

28. Indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa 146

29. Intrapriżi soċjali u soċjetajiet mutwi 149

L-EWROPA TAĊ-ĊITTADINI 152 30. Moviment liberu ta' ċittadini tal-UE attivi ekonomikament 152

31. Kreattività u diversità kulturali 157

32. Attività volontarja transfruntiera 161

33. Protezzjoni tat-tfal u tar-relazzjonijiet familjari u patrimonjali 164

34. Stabbiliment u mobbiltà tal-kumpaniji 169

35. Kooperazzjoni legali u litigazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali 173

36. Liġi tal-UE dwar il-proċedura amministrattiva 176

Page 31: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Id-dividend ta' żewġ triljun euro tal-Ewropa: L-Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24

31

ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI MIGRAZZJONI U FRUNTIERI 179 37. Migrazzjoni legali 179

38. Politika dwar l-asil 183

39. Kontroll fil-fruntieri u politika dwar il-viżi 186

40. Skemi ta' ċittadinanza b'investiment u residenza b'investiment 190

ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI SIGURTÀ U DRITTIJIET FUNDAMENTALI 194

41. Ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa 194

42. Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni 198

43. Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u ċ-ċiberkriminalità 202

44. Azzjoni koordinata kontra t-terroriżmu 206

45. Drittijiet proċedurali u kundizzjonijiet ta' detenzjoni 210

46. Protezzjoni tad-data 214

POLITIKA ESTERNA TAL-UE 218 47. Anqas duplikazzjoni fil-politika ta' sigurtà u difiża 218

48. Koordinazzjoni mtejba tad-donaturi fil-politika tal-iżvilupp 225

49. Protezzjoni konsulari komuni mtejba għaċ-ċittadini tal-UE 229

50. Promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali 233

Page 32: Europe’s two trillion euro dividend: Mapping the Cost of ...2019... · tal-politika ppreferuti mill-Parlament li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea matul iż-żmien

Dan huwa estratt ta' studju li jiġbor flimkien xogħol li għadu għaddej dwar proġett fit-tul għall-identifikazzjoni u l-analiżi tal-"kost tan-non-Ewropa" f'għadd ta' oqsma ta' politika. Dan il-kunċett, li ġie introdott għall-ewwel darba mill-Parlament Ewropew fis-snin 80, hawnhekk qed jintuża biex jikkwantifika l-gwadanji potenzjali fl-effiċjenza fl-ekonomija Ewropea tal-lum permezz ta' sensiela ta' inizjattivi ta' politika li dan l-aħħar ġew rakkomandati mill-Parlament – minn suq uniku diġitali usa' u aktar profond għal koordinazzjoni aktar sistematika tal-politiki ta' difiża nazzjonali u Ewropej jew żieda fil-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa korporattiva. Il-benefiċċji huma mkejla prinċipalment f'PDG addizzjonali ġġenerat jew użu aktar razzjonali tar-riżorsi pubbliċi.

L-aħħar analiżi tissuġġerixxi li hemm gwadanji potenzjali lill-ekonomija Ewropea (UE-28) ta' aktar minn 2,200 biljun euro li jistgħu jinkisbu, jekk il-politiki rrakkomandati mill-Parlament f'serje ta' oqsma speċifiċi kellhom jiġu adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mbagħad implimentati bis-sħiħ matul il-perjodu ta' għaxar snin mill-2019 sal-2029. Dan ikun, fil-fatt, dividend ta' "żewġ triljun euro", li jirrappreżenta żieda qawwija ta' madwar 14% tal-PDG totali tal-UE (li fl-2017 kien 15.3 triljun euro). L-istudju huwa maħsub biex jikkontribwixxi għad-diskussjoni li għaddejja dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċiklu istituzzjonali tal-ħames snin li ġejjin, mill-2019 sal-2029.

Din hija pubblikazzjoni tal-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew EPRS | Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

Dan id-dokument tħejja għall-Membri u għall-persunal tal-Parlament Ewropew u huwa indirizzat lilhom bħala materjal ta' sfond biex ikunilhom ta' għajnuna fil-ħidma parlamentari tagħhom. Il-kontenut tad-dokument huwa r-responsabbiltà esklużiva tal-awtur(i) tiegħu u

kwalunkwe opinjoni espressa fih m'għandhiex titqies li tirrappreżenta pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament.

PE 631.745 ISBN: 978-92-846-5003-3 DOI: 10.2861/612462 CAT : QA-02-19-215-MT-N

QA

-02-19-215-MT-N