fir razzett-maskil-u-femminil
DESCRIPTION
TRANSCRIPT
Fir-razzett ta’ Ġanni
Dan huwa Ġanni.
Ejja mmorru naraw l-annimali fir-razzett ta’ Ġanni.
Ġanni huwa bidwi.
Fir-razzett Ġanni għandu tiġieġa.
It-tiġieġa kannella bl-aħmar.Hija tbid il-bajd.
Dan huwa serduk.Is-serduk jidden kmieni kuljum.
Is-serduk huwa r-raġel tat-tiġieġa.
Fir-razzett Ġanni għandu qattus sabiħ.
Il-mara tal-qattus hija l-qattusa.
Hemm ukoll baqra…
… u barri bil-qrun kbir. Il-baqra
tagħtina l-ħalib.
Ġanni għandu żiemel u debba kannella.Dawn
jgħixu fl-istalla u jieklu s-silla.
Fir-razzett hemm ukoll kelb u kelba.
Dawn ikunu għassa mar-razzett.
F’dan ir-razzett hemm mogħżau bodbod.
Il-mogħża tagħtina l-ħalib.
Ġanni għandu nagħġa.Hi tagħtina s-suf u
anke l-ħalib.
Mill-ħalib nagħmlu l-ġobon.
Ir-raġel tan-nagħġa hu l-muntun.
Kemm għandu annimali sbieħ Ġanni.U kemm
iħobbhom l-annimali
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tal-kelba hu:
• żiemel• għasfur• kelb
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tal-qattusa hu:• qattus• bodbod• ħanżir
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tal-baqra hu:
• muntun• barri• ġurdien
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tad-debba hu:• żiemel• għasfur• barri
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tal-mogħża hu:• bodbod• qattus• kelb
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tat-tiġieġa hu:• żiemel• għasfur• serduk
Tistgħu tgħinuni ftit?Ir-raġel tan-nagħġa hu:• ħmar• papru• muntun
Saħħa tfal!
Għożżuhom l-
annimali.