futur fis-sod - malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-ue

8
It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013 www.mychoice.pn Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata ta’ impjiegi fl-UE Iż-żieda fl-impjiegi wasslet biex pajjiżna għandu l-ħames l-anqas rata ta’ nies ifittxu xogħol fost is-27 pajjiż membru tal-UE Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur it-tkattir tal-impjiegi u l-opportunitajiet tax-xogħol wasslet biex f’pajjiżna kellna żieda fl-impjiegi u-tnaqqis fil-qgħad. Dan kollu hu riżultat tal- inċentivi li l-Gvern qed jagħti lill-industrija u lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji biex jinvestu aktar u jimpjegaw iżjed ħaddiema. Hu riżultat ukoll tal-iskemi ta’ tnaqqis fl-income tax għan-negozji żgħar u medji, l-iskemi għas-sidien tal-lukandi u ristoranti, l-investiment fl-ekonomija tal-kreattività u l-investiment fit-taħriġ u t-tisħiħ tal-edukazzjoni. Il-Gvern ħadem bis- sħiħ biex pajjiżna baqa’ kompetittiv. Dan kollu waqt li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex jattira aktar investiment minn barra u jinħoloq aktar xogħol għall- ħaddiema. Pajjiżna hu t-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ħoloq impjiegi. Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea f’rapport li ppubblikat f’Marzu 2012. Hu biss bi Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kulħadd jista’ jkollu rasu mistrieħa mit-tkattir tal-impjiegi u mill-ħolqien ta’ iżjed opportunitajiet tax-xogħol fid-diversi setturi tas-suq tax-xogħol. FATTI U ĊIFRI 41,004 attendew korsijiet ta’ taħriġ mill-ETC L-ambaxxati u l-konsolati ġibdu investiment lejn Malta Muscat kien favur iż-żieda fit-tariffi ta’ Sant meta ż-żejt kien bit-$12 TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN ii iii vi Rapport tal-ILO, l-Organizzazzjoni Dinjija tax- Xogħol, ħareġ is-suċċess ta’ Malta fil-qasam tal-impjiegi f’dawn l-aħħar ħames snin li matulhom ħafna pajjiżi kienu maħkumin minn kriżi finanzjarja, reċessjoni qawwija, awsterità u qgħad kbir. Ir-rapport dwar il- qagħda ekonomika ta’ ħafna pajjiżi madwar id-dinja jgħid li, fost is-27 pajjiż tal-Unjoni, kien biss fil-Ġermanja u f’Malta li, mill-bidu tal-kriżi li ħakmet lill-bqija tad-dinja, żdiedu l-ħaddiema li għandhom xogħol. Fil-fatt, Malta rnexxielha toħloq 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu, wasslu biex Malta llum għandha 14,000 ħaddiem aktar jaħdmu full- time mal-privat milli kellha ħames snin ilu. Malta u l-Ġermanja biss fl-UE jżidu l-impjiegi fl-aħħar ħames snin f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 24-Mar-2016

227 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

Suppliment in-Nazzjon 8 ta' Jannar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013 www.mychoice.pn

Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata ta’ impjiegi fl-UEIż-żieda fl-impjiegi wasslet biex pajjiżna għandu l-ħames l-anqas rata ta’ nies ifittxu xogħol fost is-27 pajjiż membru tal-UE

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur it-tkattir tal-impjiegi u l-opportunitajiet tax-xogħol wasslet biex f’pajjiżna kellna żieda fl-impjiegi u-tnaqqis fil-qgħad.

Dan kollu hu riżultat tal-inċentivi li l-Gvern qed jagħti

lill-industrija u lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji biex jinvestu aktar u jimpjegaw iżjed ħaddiema. Hu riżultat ukoll tal-iskemi ta’ tnaqqis fl-income tax għan-negozji żgħar u medji, l-iskemi għas-sidien tal-lukandi u ristoranti, l-investiment

fl-ekonomija tal-kreattività u l-investiment fit-taħriġ u t-tisħiħ tal-edukazzjoni.

Il-Gvern ħadem bis-sħiħ biex pajjiżna baqa’ kompetittiv. Dan kollu waqt li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex jattira aktar

investiment minn barra u jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.

Pajjiżna hu t-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ħoloq impjiegi. Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea f’rapport li ppubblikat f’Marzu 2012.

Hu biss bi Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kulħadd jista’ jkollu rasu mistrieħa mit-tkattir tal-impjiegi u mill-ħolqien ta’ iżjed opportunitajiet tax-xogħol fid-diversi setturi tas-suq tax-xogħol.

Fatti U ĊiFri41,004 attendew korsijiet ta’ taħriġ mill-EtC

L-ambaxxati u l-konsolati ġibdu investiment lejn Malta

Muscat kien favur iż-żieda fit-tariffi ta’ Sant meta ż-żejt kien bit-$12

titkELLEM int MUSCat jagħżEL ħażinii iii vi

Rapport tal-ILO, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, ħareġ is-suċċess ta’ Malta fil-qasam tal-impjiegi f’dawn l-aħħar ħames snin li matulhom ħafna pajjiżi kienu maħkumin minn kriżi finanzjarja, reċessjoni qawwija, awsterità u qgħad kbir.

Ir-rapport dwar il-qagħda ekonomika ta’ ħafna pajjiżi madwar id-dinja jgħid li, fost is-27

pajjiż tal-Unjoni, kien biss fil-Ġermanja u f’Malta li, mill-bidu tal-kriżi li ħakmet lill-bqija tad-dinja, żdiedu l-ħaddiema li għandhom xogħol.

Fil-fatt, Malta rnexxielha toħloq 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu, wasslu biex Malta llum għandha 14,000 ħaddiem aktar jaħdmu full-time mal-privat milli kellha ħames snin ilu.

Malta u l-Ġermanja biss fl-UE jżidu l-impjiegi fl-aħħar ħames snin

f’din l-ElezzjoniSUPPLiMEnt

2013

Page 2: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

14,000 aktar jaħdmu full-time

mal-privat milli kien hemm ħames snin ilu

3,791 persuna kisbu ħiliet ġodda

b’korsijiet mill-korporazzjoni għax-Xogħol u t-taħriġ f’għawdex

17,212tħarrġu fil-post

tax-xogħol bi skema tal-EtC

Fatti u Ċifri

3,636kors ta’ taħriġ mill-EtC

fiċ-Ċentru ta’ taħriġ il-ġdid f’ħal Far

€1.1 miljun

f’investiment biex inbena ċ-Ċentru ta’ taħriġ

il-ġdid f’ħal Far

Il-ħidma li wettaq il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tat-taħriġ tal-ħaddiema ħalli jkunu ppreparati għas-suq tax-xogħol kienet waħda mill-aktar dinamika u effettiva.

41,004 attendew korsijiet ta’ taħriġ mill-EtC

Fil-fatt bejn l-2008 u l-2011, 41,004 persuni pparteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li saru fiċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-ETC f’Ħal Far.

Dawn il-korsijiet kienu intiżi biex ħaddiema li

jkunu qed ifittxu impjieg jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Kienu maħsuba wkoll biex ħaddiema li huma diġà f’impjieg ikomplu javvanzaw u jkollhom xogħol aħjar u biex ħaddiema jiksbu ħiliet ġodda u jkunu aktar flessibbli.

il-gvern wettaq impenn qawwi għal taħriġ f’diversi

oqsma tax-xogħol biex il-ħaddiema jkunu

mħarrġa aktar u ppreparati aktar għas-suq tax-xogħol

Bl-enfasi fuq it-taħriġ tal-ħaddiema, Gvern Nazzjonalista ġibed lejn Malta investiment

f’industriji ġodda li ħolqu eluf ta’ impjiegi speċjalizzati li jħallsu pagi tajbin

Page 3: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

It-Tlieta, 8 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

titkellem

Hu importanti ħafna li jkun hawn dawn it-tip ta’ strutturi kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna għax dawn jistgħu jservu ta’ funzjoni kruċjali bħal, ngħidu aħna, jgħinu fil-promozzjoni ta’ Malta f’pajjiżi oħra u jikkonvinċu numru ta’ nies barranin biex jagħżlu lil Malta bħala destinazzjoni ta’ vaganza għalihom.

Mill-banda l-oħra dawn jgħinu wkoll fil-qasam tal-investiment għax kemm l-ambaxxati kif ukoll il-konsolati jistgħu jkunu fattur importanti għall-investitur Malti speċjalment fil-qasam ta’ konsulenza u kuntatti.

L-ebda investitur mhu se jagħmel investiment sostanzjali mingħajr assigurazzjoni li dan se jirnexxi jew mingħajr ma jagħmel għall-inqas riċerka sura. Naħseb dawn l-istituzzjonijiet jgħinuhom bil-pariri tagħhom u bil-kuntatti li għandhom biex l-investitur Malti jitfa’ saqajh fis-sod.

Naħseb li biex il-kriżi ġiet megħluba f’pajjiżna, dawn l-istituzzjonijiet kellhom rwol importanti u kruċjali biex jgħaqqdu lill-pajjiżi flimkien u jgħinu fil-ġenerazzjoni tal-impjiegi.

L-ambaxxati u l-konsolati magħhom huma bżonn vitali għal pajjiżna għal numru ta’ raġunijiet fosthom insibu li meta jinqala’ xi inkwiet f’pajjiż partikulari bħalma ġara fil-Libja, dawn l-ambaxxati jidħlu u jintervjenu għal dawk iċ-ċittadini Maltin li jkunu jinsabu f’diffikultà u jġibuhom lura Malta.

Nemmen li l-ambaxxati flimkien mal-konsolati kellhom rwol importanti fil-mod kif Malta għaddiet mill-kriżi ekonomika mingħajr ħafna skossi. Bit-taħditiet diplomatiċi tagħhom u bil-ħbiberija li teżisti bejn pajjiż u ieħor, l-ambaxxati kapaċi jikkonvinċu li pajjiż jinvesti f’pajjiżna u mhux f’pajjiż ieħor fejn hemm inkwiet jew instabbiltà ekonomika.

Dan iwassal biex barra li jsir investiment ġdid fi gżiritna, ikun hemm kummerċ intern speċjalment fejn jidħol il-bini u xiri ta’ materjal u art.

Iżda fuq kollox l-aktar ħaġa importanti hi li bis-saħħa ta’ dan kollu jinħolqu numru ta’ impjiegi ġodda għal dawk li deħlin fid-dinja tax-xogħol jew li qegħdin ifittxu impjieg.

L-ambaxxati u l-konsolati huma mezz ta’ kif il-pajjiżi jkattru l-ħbiberija tagħhom u b’hekk jiġġeneraw koperazzjoni bejniethom.

Huma wkoll mezz ta’ diplomazija u ta’ solidarjetà internazzjonali bejn pajjiż u ieħor.

Grazzi għal dawn l-ambaxxati, pajjiżna bbenefika ħafna fuq numru ta’ aspetti differenti, fosthom dak relatat mas-saħħa, mal-kummerċ, turiżmu u anki investiment b’mod ġenerali u fuq numru ta’ livelli.

Nemmen li għandhom jinfetħu aktar ambaxxati u konsolati f’pajjiżna u f’pajjiżi barranin, speċjalment f’pajjiżi fejn hemm potenzjal kbir fil-qasam ekonomiku kemm għall-Maltin u kif ukoll għal imprendituri barranin f’pajjiżna.

Eżempju ċar hu dak li pajjiżi eks Komunisti jistgħu jkunu ta’ vantaġġ kbir fil-qasam soċjali għax dawn jistgħu jiġu jinvestu f’Malta u jkomplu jsaħħu l-ġenerazzjoni tal-impjiegi.

MarIE ClaIrE Zammit birkirkara

anthony Griffinstas-slIEMa

EManUEl BonEllo Ħal qorMI

Jien naqbel li għandu jkollna ambaxxati kemm ta’ pajjiżi barranin f’Malta kif ukoll il-preżenza tagħna f’tagħhom. Dan naħseb li hu tajjeb għax ikunu ta’ vantaġġ għal pajjiżna.

Eżempju li jiġini f’moħħi hu li l-ambaxxati u konsolati jkunu jistgħu anki jgħinuna fi kriżijiet jew f’sitwazzjonijiet bħal teħid ta’ immigranti lejn pajjiżi oħra u b’hekk jgħinu lil Malta żżomm kontroll fuq il-popolazzjoni tagħha li kulma tmur qiegħda dejjem tikber.

Jgħinu wkoll fil-promozzjoni ta’ pajjiżna f’pajjiżhom stess u b’hekk iressqu aktar turisti lejn pajjiżna biex b’hekk jitkattar il-ġid.

Dan l-investiment għen lil Malta tkompli taqdef ’il quddiem u tkompli toħloq aktar postijiet tax-xogħol f’oqsma differenti. B’hekk Malta spiċċat wieħed mill-iktar pajjiżi li baqgħu ekonomikament sodi f’dan il-maltemp ekonomiku.

aManda saIdIn-naxxar

Personalment naħseb li l-ambaxxati kemm ta’ Malta f’pajjiżi barranin u kemm ta’ pajjiżi oħra f’Malta, jgħinnu billi jressqu lill-pajjiżi flimkien, ikun hemm aktar ħbiberija diplomatika, u fuq kollox ikun hemm assistenza bejn pajjiż u ieħor kemm f’mumenti tajbin iżda b’mod speċjali fi żmien ta’ tensjoni jew kriżi.

Nemmen li fi żmien ta’ kriżi bħal dak li esperjenzajna naħseb li żgur li l-ambaxxati u l-konsolati magħhom kellhom fattur importanti fil-qasam tal-ekonomija għax nimmaġina li dawn ingħaqdu flimkien mal-Gvern u raw kif u minn fejn l-aħjar li jinġieb l-investiment li fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż ikun jaqbillu li jġib.

Naħseb ukoll li meta jkun hemm rabta tajba bejn l-ambaxxati lokali u dawk barranin ir-rispett li jkun hemm ikun tant kbir li jkunu huma mbagħad li jaslu biex joffrulna trattati u servizzi f’pajjiżhom bi qbil bilaterali.

Ta’ min jinnota li bis-saħħa ta’ dan il-ftehim bilaterali l-pajjiż kapaċi jiffranka miljuni kbar kemm bħala negozju u kummerċ għax jitneħħew taxxi doppji li jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-profitt lill-imprenditur jew negozjant.

Mary farrUgIaBIrżEBBUġa

Ix-xogħol u l-investiment f’pajjiżna ma żdidux b’kumbinazzjoni, iżda dan sar bl-impenn qawwi tal-gvern biex jattira l-kumpaniji lejn Malta u jkollu ambaxxati u konsolati attivi li jiġbdu investiment lejn Malta

Page 4: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Xogħol ta’ kwalità bi dħul aħjar għall-ħaddiema

Il-politika li mexa biha l-Gvern f’din il-leġiżlatura wasslet biex inħolqu setturi ġodda ta’ impjiegi li qed jirrendu dħul akbar

għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom

Page 5: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

It-Tlieta, 8 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Illum il-ġurnata twaqqaf servizz ta’ one-stop-shop għas-sidien tal-SMEs u l-investituri li jgħinhom jiffrankaw ħafna ħin u jkabbru l-effiċjenza tal-ħidma tagħhom

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kisbet suċċessi kbar fis-settur tat-turiżmu fejn żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol fid-diversi setturi relatati

mal-industrija tal-ospitalità

Page 6: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

GĦoMrU U żMIEnU jIlgĦaB gĦall-gallarIja(dehret għall-ewwel darba: il-mument 19.06.11)

Muscat jagħżel ħażin...Muscat faħħar il-kontijiet ta’ Alfred

Sant li kienu splodew meta ż-żejt kien bit-$12-il Dollaru l-barmil

Il-Labour fil-gvern, meta ż-żejt kien biss $12 kull barmil fl-1998, kien għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’mod tant qawwi li qala’ kritika kbira minn organizzazzjonijiet soċjali u esponenti ewlenin Laburisti

...u tbati int

Fl-14 ta’ Ġunju 1998, Muscat kiteb hekk fil-gazzetta tal-Labour Party: “Naħseb li d-deċiżjoni dwar dawn it-tariffi kienet waħda, kollox ma’ kollox, ġusta”

Page 7: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

It-Tlieta, 8 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Għaliex f’Malta fl-aħħar ħames snin gawdejna żieda qawwija fix-xogħol u tnaqqis fil-qgħad, meta ħafna pajjiżi oħrajn raw splużjoni fil-qgħad u reċessjoni kbira?

Din hi mistoqsija importanti għax ix-xogħol f’Malta f’atmosfera dinjija tant imqallba ma ġiex b’kumbinazzjoni. U dalwaqt se jkollna quddiemna għażla importanti ħafna: kif, f’atmosfera dinjija li se tibqa’ mqallba, nistgħu nkomplu noħolqu x-xogħol.

titjib fil-kwalità tan-nefqa tal-gvernEssenzjalment, il-Gvern Nazzjonalista ħoloq ix-xogħol għax tejjeb il-kwalità tan-nefqa tal-Gvern u xaqlibha minn sussidji antikwati li qabel ftit li xejn kienu jirrendu għal investiment li ġab ix-xogħol u li tejjeb il-kapital

L-impjiegi żdiedu għax il-gvern tejjeb il-kwalità tan-nefqa tiegħu

li għandna, l-aktar in-nies stess, għax dawn huma l-aqwa kapital li għandha Malta.

Investiment għall-futurBniedem, familja, pajjiż jimxu ’l quddiem bl-investiment. L-eżempju famuż hu l-bidwi li wara l-ħsad għandu għażla: jiekol dak kollu li ħasad inkella jżomm ftit biex ikollu x’jiżra’ għal ħsad ieħor sena oħra. Il-konsum hu x’se niekol issa; l-investiment hu x’qed nerfa’ ħalli niżra’ biex ikolli x’niekol sena oħra.

Il-kwalità tan-nefqa hi għażla li għandna quddiemna l-ħin kollu. Inpejjep pakkett sigaretti kuljum? Jew naqta’ s-sigaretti u dak li niffranka fuq ftit xhur ninvestih f’kors li bih nitgħallem ħila ġdida, jew ninvesti f’biċċa apparat

tal-isport li ttejjibli saħħti jew attrezzatura li tagħmilni aktar produttiv u effiċjenti?

għażliet li l-gvern nazzjonalista għamel tajjebAnke l-Gvern għandu dawn l-għażliet il-ħin kollu quddiemu. Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi dawn l-għażliet ma ħarabhomx u, għalkemm numru ta’ nies ħassewhom diffiċli, kienu għażliet li fissru investiment li ta r-riżultati fl-ekonomija tagħna f’kuntrast kbir ma’ ekonomiji barra minn Malta.

Il-Gvern bidel sussidji li qabel kien jagħti lill-industrija antika tat-tarzna u sussidji li kien jagħti fuq l-enerġija. Dawn tal-aħħar kienu flejjes li jitilqu barra l-pajjiż f’xiri iżjed ta’ żjut u fuels minn barra. Dawn is-sussidji, il-Gvern bidilhom għal investiment f’ħafna oqsma:

għen fabbriki jibqgħu hawn minkejja l-burraxka dinjija, ikabbru u jħaddmu aktar nies,

ta għajnuniet lil lukandi biex jinvestu f’enerġija alternattiva, irħisa u nadifa,

għamel numru ta’ skemi favur in-negozji ż-żgħar li din is-sena jkomplu jitwessgħu jekk jitwettaq il-baġit ta’ Gvern Nazzjonalista,

investa fil-linji tal-ajru ġodda li bdew itiru lejn Malta u fir-reklamar turistiku għal Malta li fissru rekord ta’ miljun u nofs turist fl-2012,

wettaq numru qawwi ta’ proġetti fl-infrastruttura, fit-toroq, fl-ambjent u fir-restawr ta’ attrazzjonijiet turistiċi,

investa fl-istudenti biex ikollna ż-żgħażagħ u l-ħaddiema mħarrġin għax-xogħol ġdid li ġej lejn Malta,

ta boroż ta’ studju lil studenti li qed jistudjaw ma’ universitajiet barranin jew privati f’oqsma bħall-informatika u s-servizzi finanzjarji fejn Malta għandha bżonn ħafna aktar ħaddiema għax-xogħol li qed jinħoloq,

ġibed lejn Malta fabbriki f’oqsma ġodda bħall-avjazzjoni u l-farmaċewtika.

U r-riżultati ta’ dan l-investiment jidhru fix-xogħol li gawdejna f’Malta fl-aħħar ħames snin: 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu jew li tbattlu, fissru li llum hawn 13,500 ħaddiem aktar jaħdmu full-time mal-privat. U dan f’kuntrast ma’ pajjiżi oħra li kellhom kriżi ta’ qgħad. Din hi r-raġuni għax-xogħol li gawdejna f’dal-ħames snin u s-sies tal-għażla għall-ħamsa li ġejjin.

Il-gvern immexxi mill-Prim Ministru lawrence gonzi f’din il-leġiżlatura investa fit-taħriġ

taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema biex ikollhom opportunitajiet

aħjar ta’ xogħol

LEnti FUQ...

Page 8: Futur fis-Sod - Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata tal-impjiegi fl-UE

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“tul din il-leġiżlatura l-gvern nieda diversi skemi biex saħħaħ l-industriji żgħar u medji. Permezz ta’ dawn l-iskemi n-negozji kabbru l-ħidma tagħhom u qed jinvestu aktar. dawn in-negozji qed jirnexxilhom jesportaw aktar u qed joħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar. għadd sabiħ ta’ sidien ta’ negozju gawdew minn dawn l-iskemi u ħadu għajnuna finanzjarja li tammonta għal €35 miljun. B’kollox dawn is-sidien qed jinvestu mat-€78 miljun.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi