qari mit-tieni ittra ta’ san pawl appostlu lill-korintin 2 kor 1 ,1-7
DESCRIPTION
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7. Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mit-Tieni Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin 2 Kor 1,1-7
Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm.
![Page 2: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/2.jpg)
Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu, flimkien mal-qaddisin kollha li qegħdin fl-Akaja: grazzja lilkom u sliem
![Page 3: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/3.jpg)
mingħand Alla l-Missier tagħna u l-Mulej Ġesù Kristu.Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ. Hu jfarraġna
![Page 4: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/4.jpg)
fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Bħalma joktru fina
![Page 5: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/5.jpg)
s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu, joktor fina l-faraġ.In-niket tagħna jservi għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; u jekk nitfarrġu, dan iservi għall-faraġ
![Page 6: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/6.jpg)
tagħkom, li jaħdem fikom biex ikollkom il-qawwa tissaportu s-sofferenzi li nissaportu aħna wkoll. B’hekk, it-tama tagħna fikom hi dejjem qawwija, għax aħna nafu li, kif
![Page 7: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/7.jpg)
intom taqsmu magħna s-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu l-faraġ tagħna.
![Page 8: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/8.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 9: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/9.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej
![Page 10: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/10.jpg)
Kull ħin inbierek il-Mulej;
tifħiru dejjem fuq fommi.Bil-Mulej tiftaħar
ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.
![Page 11: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/11.jpg)
R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej
![Page 12: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/12.jpg)
Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi;
ħa ngħollu ismu flimkien.Jien fittixt il-Mulej,
u weġibni, minn kull biża’ tiegħi ħelisni.
![Page 13: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/13.jpg)
R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej
![Page 14: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/14.jpg)
Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,
u ma jkollkomx għax tistħu.
![Page 15: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/15.jpg)
Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,
u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.
![Page 16: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/16.jpg)
R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej
![Page 17: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/17.jpg)
L-anġlu tal-Mulej jgħasses madwar dawk li jibżgħu
minnu, u jeħlishom.Ippruvaw u taraw kemm
hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn
fih.
![Page 18: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/18.jpg)
R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej
![Page 19: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/19.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir
fis-smewwiet.Hallelujah, Hallelujah
![Page 20: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/20.jpg)
Qari
mill-Evanġelju skont
San MattewMt 5, 1-12
R:/ Glorja lilek
Mulej
Henjin il-foqra fl-ispirtu.
![Page 21: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/21.jpg)
F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:
![Page 22: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/22.jpg)
“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom
![Page 23: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/23.jpg)
b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma
bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma
jkunu mxebbgħin.Henjin dawk li jħennu,
għax huma jsibu ħniena.
![Page 24: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/24.jpg)
Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma
jaraw ’l Alla.Henjin dawk li jġibu
l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.
Henjin dawk li huma
![Page 25: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/25.jpg)
ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom
hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin intom, meta
jgħajrukom u jippersegwitawkom u
jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen
![Page 26: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/26.jpg)
u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u
thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu
jippersegwitawhom lill- profeti li kienu
qabilkom.”
![Page 27: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/27.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 28: Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061503/5681454d550346895db21db5/html5/thumbnails/28.jpg)
ĦSIEB