qari mill- ittra ta’ san pawl appostlu lill-kolossin
DESCRIPTION
Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 1, 15 - 20. Kollox bih għalih kien maħluq. Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-KolossinKol 1,15-20
Kollox bih għalih kien maħluq.
![Page 2: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/2.jpg)
Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art, dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx, Troni u Ħakmiet,
![Page 3: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/3.jpg)
Prinċipati u Setgħat. Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm.Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu,
![Page 4: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/4.jpg)
il-kbir li qam mill-imwiet, sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox. Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha; bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu; bid-demm
![Page 5: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/5.jpg)
tiegħu, imxerred fuq is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.
![Page 6: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/6.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 7: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/7.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej
b’għana ferrieħi
![Page 8: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/8.jpg)
Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art,
aqdu bil-ferħ lill-Mulej, idħlu quddiemu b’għana
ferrieħi.
![Page 9: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/9.jpg)
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
![Page 10: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/10.jpg)
Kunu afu li Jaħweh hu Alla,
hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa
tiegħu.
![Page 11: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/11.jpg)
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
![Page 12: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/12.jpg)
Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu;
roddulu ħajr u bierku ismu!
![Page 13: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/13.jpg)
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
![Page 14: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/14.jpg)
Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tieba tiegħu;
minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu.
![Page 15: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/15.jpg)
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
![Page 16: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/16.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;
min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.
Hallelujah, Hallelujah
![Page 17: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/17.jpg)
QariMill-Evanġelju
ta’ San LuqaLq 5, 33-39
R:/ Glorja lilek Mulej
Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom,
imbagħad isumu dakinhar.
![Page 18: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/18.jpg)
F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù:
“Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu
jitolbu, u dawk tal-Farizej ukoll, imma tiegħek jieklu
![Page 19: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/19.jpg)
u jixorbu!”U Ġesù qalilhom:
“Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu
sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma
għad jasal iż-żmien
![Page 20: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/20.jpg)
meta l-għarus jeħduhulhom minn
magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.”
Qalilhom ukoll parabbola:“Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida
![Page 21: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/21.jpg)
biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux
biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas
il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel
mal-qadima. Anqas ma
![Page 22: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/22.jpg)
jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa’
d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani.
Iżda nbid ġdid iqegħduh
![Page 23: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/23.jpg)
f ’damiġġani ġodda. U ħadd ma jkun irid
mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim,
għax jgħidlek: “Il-qadim tajjeb!”
![Page 24: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/24.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 25: Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin](https://reader033.vdocuments.net/reader033/viewer/2022061602/56814963550346895db6b844/html5/thumbnails/25.jpg)
ĦSIEB