Ġ ejja x-xita mary meilak
DESCRIPTION
Ġ ejja x-Xita Mary Meilak. Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward. Il-qattusa ħ iemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’d u frejha. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Ġejja x-Xita
Mary Meilak
Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa,
Ħalla s-sema u ġie jbus l-art,
Ġewwa l-qliel in-naħal trekken,
Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.
Il-qattusa ħiemda f’rokna,
Togħrok, togħrok lil widnejha
U t-tiġieġa tgerfex tgerfex
Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.
Il-bebbux sejjer jistaħba
Ġewwa t-toqob qalb il-blat
U l-kelb tħaxken maġenb sidu,
Qalbu sewda, nofs skantat.
Ġej il-gawwi, riesaq liebet
Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet
U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi
Qed itellaq “in-nanniet”.
Il-balluta lil xuxitha
Nokkli nokkli qed tagħmilha,
F’dar in-nemel ma nafx x’ġara,
Fixla u għawġ donnu daħlilha.
Il-qażquż fit-trab jitmiegħek,
Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq
U kultant żrinġ kbir, imżattat,
Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.
In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni,
Il-mogħoż tgezzu ġol-widien,
Is-serduk jidden flgħaxija,
Kollu mgħaxxex id-dubbien.
L-isponsun: Witt! witt! witt! witt!
Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar…
Nies ta’ Malta, xita għandna!
Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.
Mary Meilak (1905 – 1975)