id-dar tan-nanna - kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/30_lehha.pdfleħħ il-malti...

1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] ID-DAR TAN-NANNA kanzunea ta’ Corazon Mizzi Kif dħol tapit aħmar twil, tħossok dħalt ġo palazz. Fl-intrata ssib gradenza kbira msakkra bil-katnazz u fuqha gwarniċ maħdum bid-deheb u l-iskultura u l-mara ta’ ġo fih stħajjilha ħierġa mill-piura. Fid-dar tan-nanna... Hemm xafunier tal-kawba mgħo b’doiler irrakkmat, u għadd kbir ta’ ritra li jfakkruha fil-passat ta’ meta laħqu t-al, meta hi qagħdet parrina, meta ommi qagħdet bridesmaid fit-eġ tal-kuġina. Fid-dar tan-nanna... Salo ank mgħo bil-plask borma ektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tle ial jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-pureri li ħitulha z-zijiet. Fid-dar tan-nanna... Fit-taraġ raġel bit-turban, f’idu bozza tal-kamin. u taħtu senduq fond fejn isakkru t-al imqarbin. Mal-ħajt hemm kurċifiss li bħalu ma tantx issib “Meta tgħaddi minn quddiemu qis li troddlu s-salib.” Fid-dar tan-nanna... Fil-kċina t-televixin żgħir minn dawk ta’ bla kulur xegħlu hi u twi l-ħwejjeġ ta’ ġol-friskatur. “U isa, Corazon, issa ħallik minn dak il-keb għaliex dalwaqt se jidlam, ejja b’siġġu wara l-bieb.” Fid-dar tan-nanna... Salo ank mgħo bil-plask borma ektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tle ial jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-pureri li ħitulha z-zijiet. Mid-dar tan-nanna xtara sehem l-aqwa kuntraur u tella’ blokk flejiet arma fuq l-ultramodern u b’ħafna kumditajiet u dawk it-tle ial imqarba, wara l-pureri moħbijin illum ifixu fejn jilagħbu ’żda qed jaħbtu ma’ xulxin! Il-kliem li jkollu s fl-ilsien barrani, meta jidħol fil-Mal, daqqiet jieħu l-ħoss ta’ s u daqqiet ta’ ż. Skont ir-regoli uffiċjali tal-kitba tal-Mal tal-1984 dan il-ħoss għandu jinkiteb s jew ż skont il-ħoss li jkun qed jieħu fil-kelma parkolari (eż. diżarm, deċiżi, żvilupp, l-Iżvezja, komuniżmu, ħafna każi imma fantasija, spjega, komunist, ta kasi). Bl-istess mod, għandna niktbu pożi, pożizzjoni, oppożizzjoni u dispożizzjoni, u leġiżlav, illeġiżla u leġiżlazzjoni, avolja fit-Taljan jinkitbu bl-s, għax it-Taljan Taljan u l-Mal Mal. Kull kitba differen minn din fil-Mal hija żbaljata. Fl-imgħoddi, il-kitba tal-liġijiet u l-kuntra aktarx kienet issir minn persuni midħla iktar tat-Taljan milli tal-Mal, u għalhekk ma nistagħġbux li kienu — u kultant għadhom — isiru dawn l-iżbalji, imqar f’tes tal-liġi. M’għandniex xi ngħidu, dil-kitba bqa’ tqies żbaljata f’kull qasam tal-Mal, għax il-kitba tal-Mal hija waħda u uffiċjali. dispozizzjoni jew dizpozizzjoni , legislattiv jew legizlattiv . . . . . . .

Upload: others

Post on 31-Dec-2020

33 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ID-DAR TAN-NANNA - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/30_lehha.pdfleħħ il-Malti Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

ID-DAR TAN-NANNA kanzunetta ta’ Corazon Mizzi

Kif tidħol tapit aħmar twil, tħossok dħalt ġo palazz. Fl-intrata ssib gradenza kbira msakkra bil-katnazz u fuqha gwarniċ maħdum bid-deheb u l-iskultura u l-mara ta’ ġo fih tistħajjilha ħierġa mill-pittura.

Fid-dar tan-nanna...

Hemm xafunier tal-kawba mgħotti b’doiler irrakkmat, u għadd kbir ta’ ritratti li jfakkruha fil-passat ta’ meta laħqu t-tfal, meta hi qagħdet parrina, meta ommi qagħdet bridesmaid fit-tieġ tal-kuġina.

Fid-dar tan-nanna...

Salott antik mgħotti bil-plastik borma ttektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tlett itfal jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-purtieri li ħitulha z-zijiet.

Fid-dar tan-nanna...

Fit-taraġ raġel bit-turban, f’idu bozza tal-kamin. u taħtu senduq fond fejn isakkru t-tfal imqarbin. Mal-ħajt hemm kurċifiss li bħalu ma tantx issib “Meta tgħaddi minn quddiemu qis li troddlu s-salib.”

Fid-dar tan-nanna...

Fil-kċina t-televixin żgħir minn dawk ta’ bla kulur tixegħlu hi u titwi l-ħwejjeġ ta’ ġol-friskatur. “U isa, Corazon, issa ħallik minn dak il-ktieb għaliex dalwaqt se jidlam, ejja b’siġġu wara l-bieb.”

Fid-dar tan-nanna...

Salott antik mgħotti bil-plastik borma ttektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tlett itfal jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-purtieri li ħitulha z-zijiet.

Mid-dar tan-nanna xtara sehem l-aqwa kuntrattur u tella’ blokk flettijiet armati fuq l-ultramodern u b’ħafna kumditajiet u dawk it-tlett itfal imqarba, wara l-purtieri moħbijin illum ifittxu fejn jilagħbu ’żda qed jaħbtu ma’ xulxin!

Il-kliem li jkollu s fl-ilsien barrani, meta jidħol fil-Malti, daqqiet jieħu l-ħoss ta’ s u daqqiet ta’ ż. Skont ir-regoli uffiċjali tal-kitba tal-Malti tal-1984 dan il-ħoss għandu jinkiteb s jew ż skont il-ħoss li jkun qed jieħu fil-kelma partikolari (eż. diżarm, deċiżi, żvilupp, l-Iżvezja, komuniżmu, ħafna każi imma fantasija, spjega, komunist, ta kasi).

Bl-istess mod, għandna niktbu pożi, pożizzjoni, oppożizzjoni u dispożizzjoni, u leġiżlattiv, illeġiżla u leġiżlazzjoni, avolja fit-Taljan jinkitbu bl-s, għax it-Taljan Taljan u l-Malti Malti. Kull kitba differenti minn din fil-Malti hija żbaljata. Fl-imgħoddi, il-kitba tal-liġijiet u l-kuntratti aktarx kienet issir minn persuni midħla iktar tat-Taljan milli tal-Malti, u għalhekk ma nistagħġbux li kienu — u kultant għadhom — isiru dawn l-iżbalji, imqar f’testi tal-liġi. M’għandniex xi ngħidu, dil-kitba tibqa’ titqies żbaljata f’kull qasam tal-Malti, għax il-kitba tal-Malti hija waħda u uffiċjali.

dispozizzjoni jew dizpozizzjoni ,

legislattiv jew legizlattiv.

. . .

. . .