id-drittijiet tas-sigurtà soċjali...

34
fil-Bulgarija Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek

Upload: others

Post on 18-Mar-2020

11 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

fil-Bulgarija

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek

Page 2: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 2

It-tagħrif ipprovdut f’din il-gwida tfassal u ġie aġġornat f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-

korrispondenti nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni Reċiproka dwar il-Protezzjoni

Soċjali (MISSOC). Aktar tagħrif dwar in-Netwerk MISSOC huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=815

Din il-gwida tagħti deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti tas-sigurtà soċjali fil-pajjiżi

rispettivi. Aktar tagħrif jista' jinkiseb permezz ta' pubblikazzjonijiet oħra tal-MISSOC, li

huma kollha disponibbli fil-link imsemmija hawn fuq. Tista’ tikkuntattja wkoll lill-

awtoritajiet u lill-istituzzjonijiet kompetenti elenkati fl-Anness I ta’ din il-gwida.

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna li taġixxi f’isem il-

Kummissjoni ma jistgħu jinżammu responsabbli għall-użu li jista’ jsir mit-tagħrif li

jinsab f’din il-pubblikazzjoni.

© Unjoni Ewropea, 2012

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata sakemm is-sors jiġi rikonoxxut.

Page 3: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 3

Werrej

Kapitolu I: Introduzzjoni, organizzazzjoni u finanzjament ....................................... 5 Introduzzjoni .................................................................................................. 5 Organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali ............................................................... 5 Finanzjament ................................................................................................. 6

Kapitolu II: Il-kura tas-saħħa .............................................................................. 8 Meta tkun intitolat għall-kura tas-saħħa? ........................................................... 8 X’inhu kopert? ................................................................................................ 9 Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura tas-saħħa? ....................................................11

Kapitolu III: Benefiċċji fi flus kontanti għall-mard .................................................12 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard? ..........................12 X’inhu kopert? ...............................................................................................12 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard? .......................12

Kapitolu IV: Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità ..............................................14 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-maternità jew tal-paternità? ...................14 X’inhu kopert? ...............................................................................................14 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-maternità u tal-paternità? ....................15

Kapitolu V: Benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità .....................................................16 Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-invalidità? .............................................16 X’inhu kopert? ...............................................................................................16 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-invalidità? ..........................................17

Kapitolu VI: Pensjonijiet u benefiċċji tax-xjuħija ...................................................18 Meta tkun intitolat għall-pensjonijiet tax-xjuħija? ...............................................18 X’inhu kopert? ...............................................................................................19 Kif jista’ jkollok aċċess għall-pensjonijiet tax-xjuħija? .........................................19

Kapitolu VII: Benefiċċji tas-superstiti ..................................................................21 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tas-superstiti?...............................................21 X’inhu kopert? ...............................................................................................22 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tas-superstiti? .........................................22

Kapitolu VIII: Benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard

marbut max-xogħol ..........................................................................................23 Meta inti ntitolat għall-benefiċċji fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u

mard okkupazzjonali? .....................................................................................23 X’inhu kopert? ...............................................................................................23 Kif inhu l-aċċess għall-benefiċċji fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u

mard okkupazzjonali? .....................................................................................23 Kapitolu IX: Benefiċċji marbutin mal-familja ........................................................25

Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-familja? ................................................25 X’inhu kopert? ...............................................................................................25 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-familja? .............................................26

Kapitolu X: Il-qgħad ..........................................................................................27 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad?....................................................27 X’inhu kopert? ...............................................................................................27 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad? ..............................................28

Kapitolu XI: Riżorsi minimi .................................................................................29 Meta tkun intitolat għall-benefiċċji li jirrigwardaw ir-riżorsi minimi? ......................29 X’inhu kopert? ...............................................................................................29 Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tar-riżorsi minimi? ...................................29

Kapitolu XII: Kura fit-tul ....................................................................................31 Meta tkun intitolat għall-kura fit-tul? ................................................................31 X’inhu kopert? ...............................................................................................31

Page 4: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 4

Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura fit-tul? ..........................................................32 Anness: Id-dettalji tal-istituzzjonijiet u s-siti tal-internet utli ..................................34

Page 5: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 5

Kapitolu I: Introduzzjoni, organizzazzjoni u finanzjament

Introduzzjoni

Il-firxa tal-ħarsien soċjali fil-Bulgarija tinkludi kemm l-iskemi klassiċi tal-assigurazzjoni

soċjali bbażata fuq il-kontribuzzjonijiet, tas-sigurtà soċjali mhux kontributorja u l-

għajnuna soċjali, inkluża s-sistema tas-servizzi soċjali. Hija fiha programmi mmirati

lejn l-għajnuna soċjali u l-wens, il-ħolqien tal-impjiegi għall-gruppi żvantaġġati, il-

benefiċċji tal-familja għat-tfal, eċċ. L-iskemi tas-sigurtà soċjali mhux kontributorji u l-

iskema tal-għajnuna soċjali huma ffinanzjati mill-baġit tal-istat. Sett ta’ kriterji, inklużi

t-testijiet tal-mezzi, huwa applikat għal dawn l-iskemi sabiex ikun evalwat id-dritt

għalihom. L-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali huma ffinanzjati permezz ta’ baġits

speċjali tal-fondi tal-assigurazzjoni soċjali.

L-assigurazzjoni soċjali pubblika amministrata mill-Istitut tal-Assigurazzjoni Nazzjonali

tipprovdi l-kumpens fi flus, il-benefiċċji, u l-pensjonijiet għal:

inkapaċità temporanja għax-xogħol;

maternità;

l-abilità mnaqqsa temporanjament għax-xogħol (assenjar mill-ġdid);

il-qgħad;

id-diżabilità;

l-età:

il-mewt.

L-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, kif ukoll il-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-

baġit, jipprovdu pakkett bażiku ta’ attivitajiet tal-kura tas-saħħa, iffinanzjat jew mill-

baġit tal-Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa jew mill-baġit tal-istat skont l-

iskema.

L-għajnuna soċjali, kif iddefinita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tkopri l-benefiċċji fi flus

jew mhux fi flus, li jissupplimentaw jew jissostitwixxu d-dħul sal-ħtiġijiet bażiċi tal-

għajxien jew jissodisfaw xi ħtieġa inċidentali tal-persuni u l-familji appoġġjati.

Organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali

Il-mudell tas-saħħa Bulgaru jikkonsisti kemm fi skemi bbażati fuq l-assigurazzjoni kif

ukoll iffinanzjati mit-taxxi.

L-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali pubblika jipprovdu benefiċċji fi flus u pensjonijiet

kontru r-riskji ta’: mard; invalidità; maternità; mard relatat mal-post tax-xogħol u

aċċidenti fuq il-post tax-xogħol; l-anzjanità; u l-mewt. Minbarra l-iskemi tas-sigurtà

soċjali, is-sistema tal-għajnuna soċjali tipprevedi ħarsien kontra r-riskju tal-faqar, li

jkopri wkoll il-benefiċċji tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni Bulgara.

Il-mudell tal-pensjonijiet Bulgaru jikkonsisti fi tliet pilastri. Mill-2000, minbarra l-

iskema pay-as-you-go, bdiet titħaddem skema tal-anzjanità supplimentari obbligatorja

– it-tieni pilastru. Hija tkopri l-persuni assigurati b’mod obbligatorju kollha taħt l-

assigurazzjoni pubblika tal-istat, li twieldu wara l-31 ta’ Diċembru 1959 (skema

universali) u l-ħaddiema f’kundizzjonijiet tax-xogħol perikolużi (fondi tal-pensjoni

professjonali). It-tielet pilastru fih l-assigurazzjoni tal-pensjonijiet volontarji, li fi

ħdanhom kienu introdotti wkoll l-iskemi tax-xogħol irregolati mid-direttiva IORP. L-

Page 6: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 6

iskemi tat-tieni u t-tielet pilastri huma amministrati minn kumpaniji tal-assigurazzjoni

privati taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni Finanzjarja (Комисия за

финансов надзор).

L-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tas-sigurtà soċjali huma suġġetti għal regolazzjoni

statutorja, li hija implimentata mill-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri f’koperazzjoni

mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u

organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, pereżempju l-organizzazzjonijiet għall-

ħarsien tal-pazjenti, u huma ssorveljati mill-Ġudikatura.

Il-Ministru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali jelabora u jiddekreta l-politika fil-qasam tal-

assigurazzjoni soċjali pubblika, l-iskemi tal-pensjoni obbligatorji u supplimentari u l-

għajnuna soċjali.

Il-Ministru tas-Saħħa jelabora u jiddekreta l-politika fil-qasam tal-kura tas-saħħa fis-

sistema bbażata fuq l-assigurazzjoni u s-sistema ffinanzjata mit-taxxi.

L-Aġenzija tad-Dħul Nazzjonali (Националната агенция по приходите), stabbilita fl-

2005, hija responsabbli għall-ħolqien u l-kontroll kemm tat-taxxi kif ukoll tal-obbligi

tal-assigurazzjoni soċjali u l-ġbir tagħhom.

L-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (Национален осигурителен институт),

stabbilit fl-1995 jorganizza s-sħubija tal-iskemi tal-assigurazzjoni pubblika għall-

benefiċċji fi flus.

Il-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali (Националната здравноосигурителна

каса) ilu jopera mill-1999 u beda jikkontratta s-servizzi tas-saħħa lill-fornituri fl-1 ta’

Lulju, 2000.

L-Aġenzija tal-Impjiegi (Агенцията по заетостта), stabbilita fl-1990, timplimenta

miżuri proattivi għall-impjieg ta’ dawk li jfitttxu x-xogħol tkun xi tkun l-affiljazzjoni tal-

assigurazzjoni tagħhom.

L-Aġenzija tal-Għajnuna Soċjali (Агенцията за социално подпомагане) tiġġestixxi l-

attivitajiet irrelatati mal-provvediment ta’ fondi, wens soċjali u benefiċċji tal-familja

b’mod suffiċjenti.

Fl-2005 nħolqot l-Aġenzija għall-persuni b’diżabilità (Агенция за хората с

увреждания) u din timplimenta attivitajiet differenti fil-qasam tal-integrazzjoni tan-

nies b’diżabilità.

Finanzjament

Is-sistema tas-sigurtà soċjali hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni

nazzjonali mħallsa minn dawk li jħaddmu, l-impjegati, il-persuni li jaħdmu għal

rashom u b’mod parzjali mill-baġit tal-Istat. Is-sistema tal-għajnuna soċjali hija

ffinanzjata biss mill-baġit tal-Istat.

Il-kontribuzzjonjiet

Il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni huma perċentwal tad-dħul kontributorju. Huma

jinqasmu bejn l-assiguratur u l-assigurat fil-proporzjon ta’ 60:40 (il-fondi tal-“Mard

Ġenerali u Maternità” u “Qgħad" biss). Il-kontribuzzjoni totali għall-assigurazzjoni tal-

Page 7: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 7

pensjoni għat-telet kategorija tax-xogħol hija 17.8% (9.9% għall-assiguratur u 8.0%

għall-assigurat). Jekk l-assigurat twieled wara l-31.12.1959, il-kontribuzzjoni għall-

assigurazzjoni tal-pensjoni hija 12.8% (7.1% għall-assiguratur u 5.7% għall-

assigurat). Mill-01.01.2009, il-baġit tal-istat tagħmel trasferimenti għall-fond tal-

“Pensjonijiet”, li jammontaw għal 12% tas-somma tad-dħul kontributorju kollu tal-

persuni assigurati kollha għas-sena kalendarja.

Il-kontribuzzjonijiet personali għall-impjegati tas-servizz pubbliku, l-imħallfin, l-

investigaturi, l-uffiċjali ġudizzjarji, l-uffiċjali tal-qorti, u l-persunal militari huma

koperti mill-baġit tal-istat.

Il-persuni li jaħdmu għal rashom iħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet dovuti bi

spejjez tagħhom stess.

Il-kontribuzzjonijiet għall-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol

ivarjaw, skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol, minn 0.4 sa 1.1% u huma intierament

imħallsa minn min iħaddem/assiguratur.

Il-kontribuzzjoni għat-Talbiet Iggarantiti tal-Fond tal-Impjegati hija intierament

imħallsa minn min iħaddem (0.1% fl-2010). Fl-2012, il-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet

lill-Fond kienu sospiżi temporanjament.

Il-ħaddiema fl-ewwel u t-tieni kategorija tax-xogħol huma assigurati b'mod

obbligatorju mal-fond tal-pensjoni professjonali għal assigurazzjoni tal-pensjoni

supplimentari mandatorja (SMPS). L-ammont tal-kontribuzzjoni għall-ewwel kategorija

tax-xogħol huwa 12% u għat-tieni kategorija huwa 7%. Il-kontribuzzjonijiet huma

koperti b’mod sħiħ minn min iħaddem. Min iħaddem huwa obbligat jissottometti 3%

oħra tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond tal-“Pensjonijiet” bi spejjeż tiegħu stess. 4.3%

addizzjonali jitħallsu f’isem l-għalliema lill-fond tal-pensjoni tal-għalliema bi spejjeż

għall-assiguratur. Għall-persuni li twieldu wara l-01.01.1960, il-kontribuzzjoni għall-

Fond tal-“Pesnjonijiet” hija anqas. Id-differenza ta’ 5% hija kkreditata lill-kont tal-

individwu f’fond ta’ pensjoni universali għal assigurazzjoni tal-pensjoni supplimentari

mandatorja.

L-ammont massimu ta’ kull xahar tad-dħul kontributorju huwa BGN 2,000 (€ 1,023).

Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali huma dovuti fuq il-paġi grossi ta’ kull xahar li

jirċievu, inklużi dawk miżjuda u mhux imħallsa. Il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux ikunu

inqas mid-dħul kontributorju minimu kif iddefinit mill-attivitajiet ekonomiċi ewlenin u l-

gruppi tax-xogħol kwalifikattivi?

Għall-individwi li għalihom ma kienx iddefinit id-dħul kontributorju minimu, il-

kontribuzzjonijiet huma dovuti fuq il-paga minima nazzjonali ta’ kull xahar.

Id-dħul kontributorju minimu għall-persuni li jaħdmu għal rashom ivarja minn BGN

420 (€ 215) għal BGN 550 (€ 282) skont id-dħul annwali taxxabbli tagħhom għall-

2010. Għall-persuni li ma wettqux attività bi qligħ fl-2010 u għall-persuni li jaħdmu

għal rashom li bdew l-attività ekonomika tagħhom fl-2011 u fl-2012, l-ammont

minimu tad-dħul kontributorju huwa BGN 420 (€ 215).

Page 8: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 8

Kapitolu II: Il-kura tas-saħħa

Meta tkun intitolat għall-kura tas-saħħa?

Fi ħdan il-firxa tal-iskemi tal-kura tas-saħħa ffinanzjati mit-taxxi

1. Ċittadini Bulgari;

2. Barranin b’residenza permanenti fil-Bulgarija;

NB – ċittadini oħra tal-UE mhumiex barranin fi ħdan it-tifsira tal-leġiżlazzjoni BG,

ċittadini tal-UE għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini Bulgari fuq il-bażi

tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Fi ħdan il-firxa tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja

L-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fil-Bulgarija hija ġestita mill-Fond

tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali (NHIF). L-NHIF jipprovdi pakkett ta’ servizzi

ta’ kura tas-saħħa bażiċi, fuq il-bażi tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet lill-assigurazzjoni

tas-saħħa obbligatorja.

Dawn li ġejjin huma suġġetti għas-sistema ta’ assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja:

1. iċ-ċittadini Bulgari kollha li mhumiex ukoll ċittadini ta’ pajjiż ieħor;

2. iċ-ċittadini Bulgari li huma wkoll ċittadini ta’ pajjiż ieħor u huma residenti

permanenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija;

3. ċittadini barranin jew persuni mingħajr ċittadinanza li għandhom permess biex

jibqgħu permanentement jew fit-tul fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija,

sakemm mhuwiex stipulat mod ieħor minn xi ftehim internazzjonali li r-

Repubblika tal-Bulgarija hija parti minnu;

4. persuni bl-istatus ta’ rifuġjati, status umanitarju jew li ngħataw id-dritt tal-asil.

5. studenti barranin u studenti tad-dottorat imdaħħla fl-universitajiet jew

organizzazzjonijiet xjentifiċi fil-pajjiż bl-ordni tad-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri

Nru 103 tal-1993 għall-Implimentazzjoni tal-Attivitajiet Edukattivi Fost il-

Bulgari ta’ Barra l-Pajjiż u d-Digriet tal-Kunsill tal-Ministri Nru 228 tal-1997

għad-Dħul ta’ Ċittadini tar-Repubblika tal-Maċedonja fl-universitajiet tal-istat

tar-Repubblika tal-Bulgarija;

6. persuni, li jinsabu barra mill-firxa ta’ dawk imsemmija fil-punti 1 sa 5, li fir-

rigward tagħhom il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija hija applikata

f’konformità mar-regoli għall-kordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

Il-persuni li huma suġġetti għall-assigurazzjoni tas-saħħa fi Stat Membru ieħor

m’għandhomx ikunu assigurati b’mod obbligatorju mill-Fond tal-Assigurazzjoni tas-

Saħħa Nazzjonali, skont ir-regoli għall-kordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

Id-drittijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa ta’ persuni li huma rrekwiżiti li jħallsu l-

kontribuzzjonijiet tas-assigurazzjoni tas-saħħa bi spejjeż tagħhom għandhom ikunu

sospiżi jekk huma jonqsu milli jħallsu aktar minn 3 kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar

dovuti f’perjodu ta’ 36 xahar, sax-xahar li jippreċedi x-xahar li fih kienu ngħataw is-

servizzi tal-kura tas-saħħa. Il-persuni kkonċernati jistgħu jirkupraw l-assigurazzjoni

tagħhom billi jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-saħħa pendenti għall-aħħar 36 xahar. Id-

drittijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa tagħhom għandhom imbagħad ikunu mdaħħla

mill-ġdid mid-data tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet dovuti. L-ammonti mħallsa għall-kura

Page 9: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 9

tas-saħħa pprovduta m’għandhomx ikunu rrimbursati. Meta jkun l-obbligu ta’ min

iħaddem jew ta’ persuna oħra li jħallas il-kontribuzzjoni, in-nuqqas ta’ ħlas tal-

kontribuzzjonijiet ma jċaħħadx lill-persuna mid-dritt għall-assigurazzjoni tas-saħħa

tagħha.

X’inhu kopert?

Il-firxa tal-iskema tal-kura tas-saħħa ffinanzjata mit-taxxi

It-trattament li ġej huwa pprovdut mill-iskema ffinanzjata mit-taxxi għaċ-ċittadini

Bulgari u xi kategoriji ta’ ċittadini barranin bil-permess tar-residenza fuq perjodu ta’

żmien twil:

għajnuna medika f’każijiet ta’ emerġenza;

għajnuna ostetrika għan-nisa kollha mingħajr assigurazzjoni tas-saħħa, ikun x’ikun

il-mod tat-twelid, fi ħdan il-firxa stabbilita minn ordinanza tal-Ministeru tas-Saħħa

li għandha tistabbilixxi wkoll il-proċedura;

għajnuna fi sptar psikjatriku;

forniment tad-demm u prodotti tad-demm;

it-transplantazzjoni ta’ organi, tessuti u ċelloli;

trattament obbligatorju u/jew iżolament obbligatorju;

opinjonijiet ta’ esperti u rapporti dwar il-grad ta’ diżabilità u telf fuq perjodu twil ta’

żmien tal-abilità għax-xogħol;

ħlas għat-trattament ta’ mard taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-

Ministru tas-Saħħa;

trasport mediku taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Ministru tas-Saħħa.

Il-firxa tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja

L-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja għandha tiggarantixxi lill-persuni assigurati

kollha aċċess bla ħlas għall-kura medika permezz ta’ pakkett ta' attivitajiet ta' kura

tas-saħħa ta' tip, firxa u ammont speċifiku, kif ukoll l-għażla ħielsa ta' fornitur tal-

kura, li jkun ikkonkluda kuntratt mal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Reġjonali.

Id-dritt tal-għażla għandu japplika għat-territorju kollu tal-Bulgarija u ma jistax ikun

ristrett minħabba raġunijiet ġeografiċi u/jew amministrattivi.

Il-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali għandu jħallas għas-servizzi mediċi li

ġejjin:

1. servizzi mediċi u dentali għall-prevenzjoni tal-mard;

2. servizzi mediċi u dentali għall-għarfien kmieni tal-mard;

3. kura medika ta’ pazjenti barra l-isptar u fl-isptar għal dijanjostiċi u t-trattament

tal-mard;

4. aktar tarttament, trattament fuq perjodu twil ta’ żmien u rijabilitazzjoni

medika;

5. kura medika ta’ emerġenza;

6. kura medika għat-tqala, il-ħlas u t-trobbija tal-ulied;

7. kura medika taħt l-Artikolu 82, Paragrafu 1, Punt 2 tal-Liġi tas-Saħħa.

8. l-aborti mwettqa għal raġunijiet mediċi u għal tqala kkaġunata minn stupru;

9. sevizzi dentali;

10. kura medika f'każijiet ta’ trattament fid-dar;

11. preskrizzjoni u provvediment ta’ mediċini permessi għal trattament fid-dar fit-

territorju tal-pajjiż;

12. preskrizzjoni u provvediment ta’ prodotti mediċi u ikel tad-dieta għal raġunijiet

mediċi speċjali;

Page 10: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 10

13. tagħrif espert mediku għall-kapaċita għax-xogħol;

14. servizzi ta’ trasport għal raġunijiet mediċi.

15. attivitajet tas-saħħa taħt l-Art. 82, Para 2, entrata 3 tal-Liġi tas-Saħħa (kura

psikjatrika tal-pazjenti residenti).

Il-kura medika koperta taħt il-paragrafu preċedenti, bl-eċċezzjoni tal-Punti 11, 12 u 15

għandha tkun iddefinita bħala pakkett bażiku ggarantit mill-baġit tal-Fond tal-

Assigurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali. Il-pakkett bażiku għandu jkun stabbilit

b’ordinanza tal-Ministeru tas-Saħħa.

Biex iwettqu l-attivitajiet previsti f’din il-liġi, l-NHIF u l-Assoċjazzjoni Medika Bulgara

għandhom jadottaw u jiffirmaw il-Kuntratt Qafas Nazzjonali għall-attivitajiet mediċi, u

l-NHIF u l-Assoċjazzjoni Dentali Bulgara għandhom jadottaw u jiffirmaw il-Kuntratt

Qafas Nazzjonali għall-attivitajiet dentali. Il-Kuntratti Qafas Nazzjonali għandhom

ikunu fihom:

1. ir-rekwiżiti li jridu jkunu ssodisfati mill-fornituri tal-kura medika, kif ukoll il-

proċedura għall-konklużjoni ta’ kuntratti magħhom;

2. it-tipi partikulari ta’ kura medika skont il-pakkett bażiku;

3. il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-provvediment tal-kura fil-pakkett bażiku;

4. il-kwalità u l-aċċessibilità tal-kura;

5. id-dokumentazzjoni u l-fluss tad-dokumenti;

6. l-obbligi tal-partijiet li jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni u l-iskambju tal-

informazzjoni;

7. kwistjonijiet oħra ta’ importanza għall-assigurazzjoni tas-saħħa.

Il-Ministru tas-Saħħa għandu joħroġ ordinanza li tistabbilixxi lista ta’ mard li għaliha d-

drogi mediċinali, il-prodotti mediċi u l-ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali għal

trattament fid-dar għandhom ikunu b’mod sħiħ jew parzjalment irrimborsati mill-Fond

tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali. L-NHIF iħallas komplement jew parzjalment

sa 3 prodotti farmaċewtiċi elenkati għal kull marda elenkata. L-NHIF flimkien mal-

assoċjazzjonijiet tat-tobba u d-dentisiti jistabbilixxi l-prezzijiet tal-prodotti mal-

produtturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa. Id-daqs tal-ħlas mill-Fond tal-Assigurazzjoni tas-

Saħħa Nazzjonali għall-prodotti elenkati huwa inkluż fil-Kuntratt Qafas Nazzjonali

annwali.

Ma’ kull żjara għand it-tabib tal-familja, speċjalista fil-kura tal-pazjenti barra mill-

isptar, jew dentist, il-persuna assigurata għandha tħallas tariffa ta’ utent ta’ 1% tal-

paga minima.

Jekk persuna assigurata tirrikjedi rikoveru fl-isptar, hija trid tħallas 2% tal-paga

mnima nazzjonali għal kull jum ta’ rikoveru fl-isptar fejn dan jammonta għal anqas

minn 10 ijiem kull sena. Wara l-għaxar jum, il-pazjent mhuwiex irrekwiżit li jħallas it-

tariffa ta’ utent.

It-tariffa ta’ utent għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa barra mill-isptar u ġewwa l-

isptar u kura dentali m’għandhiex titħallas minn:

persuni b’mard speċifikat fl-anness għall-Kuntratt Qafas Nazzjonali;

il-minuri u membri tal-familja qiegħda;

vittmi ta’, jew konnessi ma’, id-difiża tal-pajjiż;

veterani tal-gwerra u invalidi tal-gwerra;

detenuti u priġunieri;

nies foqra li jirċievu l-għajnuna tal-istat;

nies mingħajr dħul, li jgħixu fid-djar tal-wens;

professjonisti tas-saħħa;

ommijiet tqal u żgħażagħ, sa 45 jum wara t-twelid;

Page 11: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 11

persuni assigurati b’invalidità gravi li barra minn hekk jsofru minn mard speċifiku;

pazjenti b’neoplażma malinja.

Persuni bi drittijiet ta’ assigurazzjoni tas-saħħa mhux kontinwi għandhom iħallsu għas-

servizzi tal-kura tas-saħħa mogħtija.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura tas-saħħa?

Għażla tat-tabib tal-familja

Il-persuni asigurati għandhom dritt li jgħażlu liberament tabib tal-familja għall-kura

primarja barra mill-isptar, u prattikanti dentali (dentisti) fil-pajjiż kollu. Il-persuni

asigurati jistgħu jibdlu t-tabib tal-familja tagħhom kull sena kalendarja, matul il-

perjodi mill-1 sat-30 ta’ Ġunju u mill-1 sal-31 ta’ Diċembru. Fil-każ ta’ bidla fir-

residenza, il-persuna assigurata għandha d-dritt li tagħżel tabib tal-familja ġdid fi

kwalunkwe żmien tas-sena.

Il-kura tas-snien

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt li jirċievu kura dentali mal-preżentazzjoni tar-

rekord tal-assigurazzjoni tas-saħħa tagħhom lid-dentist tal-għażla tagħhom, fil-pajjiż

kollu.

Kura ta’ pazjenti barra mill-isptar

Kura speċjalizzata ta’ pazjenti barra mill-isptar tista’ tkun ipprovduta lil persuni

assigurati li nħarġitilhom “Referenza medika għal-konsultazzjoni jew trattament

konġunt” mit-tabib tal-familja tagħhom. Din ir-referenza tista’ tintuża fi żmien 30 jum

kalendarju mill-ħruġ tagħha. Il-persuna assigurata tista’ tagħżel speċjalista fi

kwalunkwe sptar li ffirma kuntratt mal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Reġjonali

mal-preżentazzjoni tar-referenza.

Aċċess għall-istabbilimenti ta’ kura ta’ pazjenti fl-isptar

Tobba u dentisti jistgħu jirreferu l-pazjenti lil stabbiliment tas-saħħa magħżul għal

kura ta’ pazjenti ġewwa l-isptar fil-pajjiż kollu. L-isptar (jew dispenserija) huwa

rrekwiżit li jkun iffirma kuntratt mal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Reġjonali. Mill-

2011 hemm il-possibilità għall-pazjenti li jagħżlu tim ta’ tobba u nersijiet fi ħdan l-

istabbiliment tas-saħħa.

Page 12: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 12

Kapitolu III: Benefiċċji fi flus kontanti għall-mard

Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard?

L-assigurazzjoni soċjali pubblika tipprovdi benefiċċji ta’ assigurazzjoni soċjali u

benefiċċji fi flus lil impjegati assigurati għal perjodu ta’ inkapaċità temporanja, meta

jkunu fil-proċess ta’ rkupru ta’ saħħithom u ma jkollhomx dħul minn impjieg.

X’inhu kopert?

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt għall-benefiċċji għal inkapaċità temporanja

għax-xogħol fil-każ ta':

mard;

aċċidenti – bl-eżenzjoni ta’ aċċidenti rrelatati max-xogħol;

eżamijiet minħabba mard;

tqegħid taħt kwaratina;

tqala;

maternità;

assenjar mill-ġdid – mard;

assenjar mill-ġdid - tqala;

trattament f’sanatorju għall-mard;

akkumpanjament ta’ wild sa’ 3 snin fl-isptar;

kura ta’ wild taħt it-18-il sena;

kura ta’ persuna marida ta’ aktar minn 18-il sena.

Il-benefiċċju fi flus ta’ kuljum għal inkapaċità temporanja għax-xogħol minħabba mard

ġenerali għandu jkun ikkalkolat bir-rata ta’ 80%, u għal invalidità temporanja

minħabba l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol - sa 90% tal-

tal-paga grossa medja ta’ kuljum jew id-dħul kontributorju medju ta’ kuljum għall-

aħħar 18-il xahar, li fuqhom kienu tħallsu jew huma dovuti l-kontribuzzjonijiet.

Benefiċċji fi flus għal inkapaċità temporanja għax-xogħol minħabba mard ġenerali,

aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol jitħallsu mill-ewwel jum

tal-avveniment sal-irkupru jew l-istabbiliment tal-invalidità permanenti.

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, min iħaddem għandu jħallas il-benefiċċju tal-mard fi flus

għall-ewwel, it-tieni u t-tielet jum tan-nuqqas temporanju ta’ attività f’ammont ugwali

għal 70% tal-paga grossa medja tal-impjegat. Wara, il-benefiċċju għandu jkun ta’

80% tad-dħul kontributorju u jitħallas mill-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji fi flus kontanti għall-mard?

Il-lif għal inkapaċità temporanja għax-xogħol huwa awtorizzat permezz ta’ karta tal-lif

tal-mard maħruġa mill-awtoritajiet responsabbli għall-evalwazzjoni tal-kapaċità għax-

xogħol. Il-karta tal-lif tal-mard tinħareġ fil-jum tal-istabbiliment tal-inkapaċità, fil-waqt

li l-lif jista’ jibda mill-jum preċedenti, l-istess jum, jew il-jum ta’ wara l-eżami mediku.

Il-karta tal-lif tal-mard għandha tindika t-tip ta’ inkapaċità, il-ħtieġa, u t-tip tat-

trattament u t-tul tal-lif. Il-karta tal-lif tal-mard għandha tkun ssottomessa lil min

iħaddem jew dan tal-aħħar għandu jkun informat dwarha immedjatament wara li

tinħareġ, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn jumejn tan-negozju wara dan.

Page 13: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 13

Min iħaddem għandu jagħti l-lif, mingħajr dritt għal diskrezzjoni, mal-preżentazzjoni

tal-karta tal-lif tal-mard. Għall-ewwel jum tan-negozju tal-invalidità temporanja, min

iħaddem għandu jħallas lill-persuna assigurata paga grossa medja ta’ kuljum għax-

xahar li fih tkun seħħet l-invalidità temporanja.

Benefiċċji fi flus għat-tieni jum u l-jiem sussegwenti tal-invalidità temporanja huma

kkalkolati u mħallsa mill-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali lill-kont bankarju

ddikjarat tal-persuna assigurata.

Page 14: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 14

Kapitolu IV: Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità

Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-maternità jew tal-paternità?

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt għall-benefiċċju fi flus għal tqala u twelid

f’sostituzzjoni tal-paga tagħhom jekk huma lestew 12-il xahar ta’ assigurazzjoni għal

dan ir-riskju.

Benefiċċju tal-maternità (MB)

Ommijiet assigurati għall-mard ġenerali u maternità għandhom id-dritt għal kumpens

fi flus għat-tqala u t-twelid għal perjodu ta’ 410 jum kalendarju, li jibdew 45 jum qabel

id-data stabbilita għat-twelid tal-wild. Jekk it-twelid iseħħ qabel jispiċċaw il-45 jum

mill-bidu tal-użu tal-kumpens, il-bqija tal-45 jum jistgħu jintużaw wara t-twelid.

Missier li kien assigurat fil-“Fond għall-mard Ġenerali u Maternità” għal mill-inqas 12-il

xahar, għandu d-dritt għal ħlas tal-paternità statutorju għal perjodu ta’ 15-il jum

kalendarju wara t-twelid tal-wild tiegħu. L-ammont tal-benefiċċju huwa 90% tad-dħul

kontributorju tal-missier għall-aħħar 24 xahar. Bil-kunsens tal-omm (jew omm

adottiva), meta l-wild ikollu 6 xhur, il-missier (jew missier adottiv) jista’ juża l-bqija

tal-410 jum minflok l-omm, u jirċievi l-benefiċċju relevanti minflok l-omm.

Wara li jispiċċa l-lif tat-tqala u t-twelid, l-ommijiet li kienu assigurati għall-mard

ġenerali u maternità għal mill-inqas 12-il xahar għandhom id-dritt li jirċievu benefiċċju

għat-trobbija tat-tfal żgħar li huma taħt is-sentejn.

Benefiċċju tal-maternità għal ommijiet mhux assigurati

Nisa tqal, li d-dħul medju ta’ kull xahar tagħhom għal kull membru tal-familja huwa

inqas jew ugwali għal ċertu livell, għandhom ikollhom id-dritt għall-benefiċċju ta’

darba matul it-tqala jekk m’għandhomx id-dritt għall-benefiċċju tat-tqala u t-twelid

taħt il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali u jekk ikunu residenti permanentement f’dan il-

pajjiż. Dan il-benefiċċju se jkun stabbilit kull sena bl-Att tal-Baġit tal-Istat tar-

Repubblika tal-Bulgarija għas-sena rispettiva, imma ma jkunx inqas mill-ammont

stabbilit is-sena preċedenti.

Meta mara tqila hija assigurata fir-rigward ta’ mard ġenerali u maternità, imma

m’għandhiex dritt għall-benefiċċju tat-tqala u t-twelid minħabba li tkun naqset milli

tlesti t-tul irrekwiżit ta’ parteċipazzjoni fl-assigurazzjoni taħt il-Kodiċi tal-

Assigurazzjoni Soċjali, il-benefiċċju ta’ darba għandu jitħallas f’ammont fi proporzjon

man-numru ta’ jiem mill-bidu tal-lif tal-maternità u t-twelid tal-wild u ż-żmien biex

tilħaq it-tul irrekwiżit ta’ parteċipazzjoni fl-assigurazzjoni taħt il-Kodiċi tal-

Assigurazzjoni Soċjali, imma li ma jaqbiżx il-45 jum.

Il-benefiċċju tat-tqala ta’ darba għandu jitħallas 45 jum qabel id-data mistennija

stabbilita għat-twelid tal-wild.

X’inhu kopert?

Il-benefiċċju fi flus ta’ kuljum waqt it-tqala u t-twelid tal-wild huwa stipulat li jkun

90% tal-paga grossa medja ta’ kuljum jew id-dħul kontributorju medju għall-aħħar 24

Page 15: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 15

xahar, li fuqhom kienu tħallsu jew huma dovuti l-kontribuzzjonijiet. L-ammont tal-

benefiċċju ma jistax ikun inqas mill-paga minima statutorja u ma jistax jaqbeż ir-

rimunerazzjoni netta medja.

L-ammont tal-benefiċċju għat-trobbija tat-tfal żgħar sal-età ta’ sentejn huwa stabbilit

mill-Att tal-Baġit tal-Assigurazzjoni Soċjali Pubblika u jammonta għal BGN 240 (€

123).

Jekk il-wild jingħata għall-adozzjoni, jew jitpoġġa fi skola tan-nuna b’benefiċċju ta’

manteniment sħiħ mill-istat, il-benefiċċju għandu jkun itterminat mill-għada.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-maternità u tal-paternità?

Biex tikkwalifika għal dan il-benefiċċju, għandu jkun awtorizzat il-lif. L-awtoritajiet tas-

saħħa għandhom joħorġu karta tal-lif tal-mard. Min iħaddem għandu jagħti l-lif

mingħajr dritt għal diskrezzjoni, mal-preżentazzjoni tal-karta tal-lif tal-mard.

Page 16: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 16

Kapitolu V: Benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità

Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-invalidità?

Il-pensjoni tal-inkapaċità

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt għal pensjoni tal-invalidità meta huma jitilfu

kompletament jew parzjalment il-kapaċità li jaħdmu għal perjodu twil ta' żmien jew

permanentement.

Il-persuni assigurati jiksbu d-dritt għal pensjoni tal-invalidità skont ir-rekwiżiti tal-

kontribuzzjoni li ġejjin:

sa l-età ta’ 20 sena jew, mhu meħtieġ l-ebda perjodu ta’ assigurazzjoni;

sa l-età ta’ 25 sena: mhu meħtieġ l-ebda perjodu ta’ assigurazzjoni;

sa l-età ta’ 30 sena: mhu meħtieġ l-ebda perjodu ta’ assigurazzjoni;

aktar minn 30 sena: meħtieġa 5 snin assigurazzjoni;

dawk li huma diżabbli mit-twelid jew li jsiru diżabbli qabel jibdew jaħdmu jiksbu d-

dritt għal pensjoni tal-invalidità wara perjodu ta’ sena ta’ assigurazzjoni.

Pensjoni tal-invalidità tingħata lil persuni bi tnaqqis permanenti fil-kapaċità għax-

xogħol ta’ 50% jew aktar. Id-dritt għall-pensjoni jitnissel mid-data meta sseħħ l-

invalidità.

Għall-persuni għomja mit-twelid u għomja qabel jidħlu fis-suq tax-xogħol - il-pensjoni

tal-invalidità titħallas mid-data tal-applikazzjoni. Il-pensjoni tingħata għat-tul tal-

invalidità.

Benefiċċju ta’ invalidità

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt għall-benefiċċju ta’ invalidità minħabba mard

ġenerali, meta huma ma jkunux kisbu l-perjodu meħtieġ ta’ assigurazzjoni għall-għoti

ta’ pensjoni tal-invalidità.

X’inhu kopert?

Il-pensjoni tal-inkapaċità

L-ammont tal-pensjoni ta’ invalidità tal-mard ġenerali huwa stabbilit bil-

multiplikazzjoni tad-dħul li fuq il-bażi tiegħu hija kkalkolata l-pensjoni bis-somma ta’

1.1% għal kull sena tal-perjodu tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, iż-żmien li jgħodd

bħala perjodu ta’ assigurazzjoni huwa mmultiplikat ma’ koeffiċjent li jiddependi mill-

grad tal-invalidità kif ġej:

grad ta’ invalidità aktar minn 90%: 0.9;

grad ta’ invalidità bejn 71% u 90%: 0.7;

grad ta’ invalidità bejn 50% u 70.99%: 0.5.

Pensjonanti li tilfu aktar minn 90% tal-kapaċità tagħhom li jaħdmu u li huma

kontinwament fil-bżonn ta' għajnuna esterna, jirċievu supplimenti tal-pensjoni ta’ 75%

fuq il-pensjoni soċjali tal-anzjanità. Is-supplimenti huma miżjuda ma’ kull pensjoni

Page 17: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 17

ikun x’ikun it-tip tagħha. Is-supplimenti jitħallsu lill-persuna rtirata u mhux lill-persuna

li tipprovdi l-għajnuna.

Pensjoni Soċjali tal-Invalidità

Id-dritt għal pensjoni soċjali għal diżabilità jingħata lil persuni li għandhom 16-il sena

u għandhom tnaqqis permanenti fil-kapaċità tax-xogħol/tip u grad ta’ nuqqas ta’

abilità ta’ aktar minn 71%.

L-ammont ta’ pensjoni soċjali għal diżabilità għal persuni li għandhom tnaqqis

permanenti fl-abilità għax-xogħol/tip u grad ta’ nuqqas ta’ abilità ta’ aktar minn 90%

huwa 120%. Persuni li għandhom tnaqqis permanenti fl-abilità għax-xogħol ta’ bejn

71 sa 90% jirċievu 110% tal-pensjoni soċjali għall-anzjanità.

Benefiċċju ta’ invalidità

L-ammont tal-benefiċċju għal invalidità minħabba mard ġenerali meta l-persuna

assigurata ma jkollux il-perjodi tal-assigurazzjoni meħtieġa biex jingħata pensjoni ta’

invalidità minħabba mard ġenerali, huma kkalkolat bil-multilikazzjoni tal-ammont ta’

kuljum tal-benefiċċju għal invalidità temporanja b’60.

B'mod simili għall-pensjoni ta’ invalidità, suppliment ta’ għajnuna esterna jingħata

għat-tul tal-inkapaċità, kif evalwata mill-Bord Mediku Espert Territorjali (TEMB) jew

mill-Bord Mediku Espert Nazzjonali (NEMB), jekk il-persuna ma tkunx laħqet l-età tal-

irtirar dik is-sena. Meta, fil-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni tal-espert, il-persuna tilħaq

l-età tal-irtirar, is-suppliment tal-għajnuna esterna jitħallas għal għomorha.

Il-ħlas tas-suppliment tal-għajnuna esterna jintemm meta r-raġunijiet għad-dritt ma

jibqgħux jeżistu, pereżempju l-mewt tal-pensjonant, bidla fil-grupp tal-invalidità, eċċ.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-invalidità?

Il-pensjoni tal-inkapaċità

Il-pensjoni ta’ invalidità tingħata meta ssir applikazzjoni lill-NSII. L-applikazzjoni

għandha tkun akkumpanjata minn deċiżjoni ta’ espert mill-TEMB (NEMB), li

tistabbilixxi l-grad tal-inkapaċità.

Benefiċċju ta’ invalidità

Meta l-persuna assigurata ma jkollhiex il-perjodi tal-assigurazzjoni rrekwiżiti biex

tingħata pensjoni ta’ invalidità minħabba mard ġenerali, il-benefiċċju tal-invalidità

għandu jingħata fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għand l-unità teritorjali tal-Istitut

Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (NSII). Mal-applikazzjoni għandhom jingħataw id-

dokumenti li ġejjin:

dokumenti għas-servizz (impjieg) kontributorju sad-data tal-invalidità;

dokumenti rigward il-paga grossa jew id-dħul gross li fuqu tħallsu l-

kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni;

deċiżjoni minn espert tal-Bord Mediku Espert Territorjali (TEMB) jew il-Bord Mediku

Espert Nazzjonali (NEMB).

Page 18: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 18

Kapitolu VI: Pensjonijiet u benefiċċji tax-xjuħija

Meta tkun intitolat għall-pensjonijiet tax-xjuħija?

Il-pensjoni tal-anzjanità tal-istat tista’ tintalab meta inti tilħaq l-età pensjonabbli u

tkun akkumulajt ċertu numru ta’ snin ta’ perjodi tal-assigurazzjoni:

l-irġiel għandhom dritt għal pensjoni tal-anzjanità fl-età ta’ 63 sena u 4 xhur u

b’37 sena u 4 xhur ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni;

in-nisa għandhom dritt għal pensjoni tal-anzjanità fl-età ta’ 60 sena u 4 xhur u

b’34 sena u 4 xhur ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni;

persuni li ma kisbux perjodi ta’ assigurazzjoni suffiċjenti għandhom dritt għal

pensjoni fl-età ta’ 65 sena u 4 xhur, fuq l-eżistenza ta’ 15-il sena ta’ perjodi ta’

assigurazzjoni.

Mill-31/12/2011, it-tul irrekwiżit tal-assigurazzjoni se jibda jiżdied b’4 xhur kull sena

kalendarja sakemm jilħaq 40 sena għall-irġiel u 37 sena għan-nisa. Mill-31/12/2011, l-

età tal-irtirar se tibda tiżdied b’4 xhur kull sena kalendarja sakemm tilħaq 63 sena

għan-nisa u 65 sena għall-irġiel. Ukoll mill-31/12/2011, l-età tal-irtirar għall-persuni li

ma kisbux it-tul meħtieġ ta’ assigurazzjoni se tibda tiżdied b’4 xhur kull sena

kalendarja sakemm tilħaq 67 sena.

Għall-ħaddiema u l-impjegati, il-perjodu tal-assigurazzjoni huwa ż-żmien li matulu

huma ħadmu full-time skont il-ħinijiet tax-xogħol statutorji, jekk il-kontribuzzjonijiet

tħallsu jew huma dovuti fuq ir-rimunerazzjoni li rċevew, li ma jistgħux ikunu inqas

mid-dħul kontributorju minimu. Il-perjodu tal-assigurazzjoni huwa kkalkolat f'sigħat,

jiem, xhur u snin. Għall-ħaddiema u impjegati part-time, il-perjodu ta’ assigurazzjoni

huwa kkalkolat bid-diviżjoni tas-sigħat maħduma bis-sigħat tax-xogħol statutorji.

Il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni tagħti l-opportunità li xi perjodi jkunu rrikonoxxuti

bħala perjodu ta’ assigurazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jitħallsu kontribuzzjonijiet. Perjodi

ta’ assigurazzjoni mingħajr kontribuzzjonijiet ikopru perjodi ta’ lif imħallas u mhux

imħallas għat-trobbija tat-tfal żgħar, lif imħallas u mhux imħallas għal inkapaċità

temporanja għax-xogħol, lif imħallas u mhux imħallas għat-tqala u t-twelid ta’ wild, u

lif mhux imħallas sa 30 jum tax-xogħol f’sena kalendarja u ż-żmien li matulu l-persuna

rċeviet benefiċċju tal-qgħad.

Il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni tipprovdi l-opportunità, taħt kundizzjonijiet speċifiċi,

li jinxtraw il-perjodi tal-assigurazzjoni.

Pensjoni soċjali tal-anzjanità

Pensjoni soċjali tal-anzjanità tista’ tingħata fl-età ta’ 70, lil persuni li għalihom id-dħul

annwali għal kull membru tal-familja huwa inqas mid-dħul minimu ggarantit (BGN 65

(€ 33)). Il-pensjoni soċjali tal-anzjanità hija tip speċjali ta’ pensjoni li mhijiex marbuta

mal-impjieg. Id-dritt għal tali benefiċċju jingħata lil persuni li m’għandhomx dritt għal

pensjoni tal-anzjanità minħabba li l-perjodu tal-assigurazzjoni tagħhom mhuwiex

suffiċjenti. Din il-pensjoni ma titħallasx mill-fondi tal-assigurazzjoni imma mill-baġit

tal-istat. Il-pensjoni soċjali tal-anzjanità hija tip ta’ appoġġ soċjali, li huwa iddefinit

bħala ħlas ta’ pensjoni minħabba r-regolarità tagħha (kull xahar) u l-ġestjoni tagħha

mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Għajnuna Soċjali.

Page 19: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 19

X’inhu kopert?

Il-bażi tal-kalkolazzjoni għall-pensjoni tal-anzjanità statutorja hija stabbilita bil-

multiplikazzjoni tad-dħul kontributorju medju nazzjonali ta’ kull xahar (fuq it-12-il

xahar kalendarju li jippreċedu l-għoti tal-pensjoni) bil-koeffiċjenti individwali tal-

persua assigurata. Il-koeffiċjenti individwali huwa stabbilit fuq il-bażi tad-dħul

kontributorju medju ta’ kull xahar tal-persuna assigurata.

Imbagħad il-bażi tal-kalkolazzjoni hija mmultiplikata b’1.1% għal kull sena ta’

assigurazzjoni u ammont proporzjonali għal kull xahar addizzjonali ta’ assigurazzjoni.

Barra minn hekk, il-bażi tal-kalkolazzjoni hija mmultiplikata bi 4% għal kull sena ta’

assigurazzjoni għal persuni li kisbu perjodu ta’ assigurazzjoni ta’ 37 sena u 4 xhur

għall-irġiel u 34 sena u 4 xhur għan-nisa imma jibqgħu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-

irtirar u għadhom mhumiex qed jirċievu l-pensjoni tagħhom.

L-ammont tal-pensjoni tal-anzjanità ma jistax ikun inqas minn ammont fiss u ma

jistax ikun aktar minn limitu massimu. L-ammont minimu tal-pensjoni tal-anzjanità

huwa stabbilit mill-Att tal-Baġit tal-Assigurazzjoni Soċjali Pubblika u jammonta għal

BGN 145 (€ 74) . L-ammont tal-pensjoni massimu (għall-pensjonijiet kollha) huwa

stabbilit bħala 35% tad-dħul kontributorju massimu għas-sena preċedenti. Fl-2011, id-

dħul kontributorju massimu kien BGN 2,000 (€ 1,023), u fl-2012, l-ammont tal-

pensjoni massimu huwa BGN 700 (€ 358).

Kwalunkwe pensjoni mogħtija sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti għandha tiġi

aġġornata kull sena mill-1 ta’ Lulju b’deċiżjoni tal-Bord Superviżorju tal-Isitut

Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ aġġustament b’persentaġġ daqs l-indiċi tal-

prezz tal-konsumatur tal-aħħar sena kalendarja preċedenti. Minħabba restrizzjonijiet

baġitarji, il-pensjonijiet ma ġewx aġġustati mill-1 ta’ Lulju 2009.

L-iskema tal-anzjanità supplimentari hija bbażata fuq l-ammont imfaddal fuq il-kont

personali ta’ kull individwu.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-pensjonijiet tax-xjuħija?

Sabiex tirċievi pensjoni, il-persuna assigurata għandha tirreġistra applikazzjoni mal-

unità reġjonali tal-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (NSII). Għandhom

jingħataw id-dokumenti li ġejjin:

ktieb tax-xogħol u/jew ktieb tal-assigurazzjoni u/jew ċertifikat tat-tul tas-servizz;

jew

il-paga grossa jew id-dħul gross li fuqha saru l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni

għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi mill-aħħar 15-il sena ta’ perjodi ta’

assigurazzjoni sal-01.01.1997 kif magħżula mill-persuna jew id-dħul li fuqu saru l-

kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għall-perjodu wara dik id-data sal-irtirar tal-

persuna.

Jekk l-applikazzjoni għand l-NSII tkun ġiet issottomessa sa 6 xhur qabel id-data tat-

terminazzjoni tal-assigurazzjoni, il-pensjoni tingħata minn dik id-data. Jekk l-

applikazzjoni tkun ġiet issottomessa sitt xhur wara d-data tat-terminazzjoni tal-

assigurazzjoni, il-pensjoni tingħata mid-data tal-applikazzjoni.

Wara l-applikazzjoni, il-pensjoni minima tingħata fi żmien xahar, u l-pensjoni attwali

hija kkalkolata u mogħtija fi stadju aktar tard.

Page 20: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 20

Pensjoni soċjali tal-anzjanità

Id-dokumenti li jridu jkunu ssottomessi għall-għoti ta’ pensjoni soċjali tal-anzjanità:

applikazzjoni għall-għoti ta’ pensjoni soċjali tal-anzjanità, fuq il-bażi ta’ mudell

approval mill-NSII;

dikjarazzjoni tal-istatus tal-familja u l-proprjetà;

dikjarazzjoni tad-dħul annwali tal-membri tal-familja għat-12-il xahar li jiipreċedu

l-applikazzjoni.

Meta jiddefinixxu d-dħul annwali tal-membri tal-familja, il-membri tal-familja jinkludu

l-irġiel miżżewġa, in-nisa miżżewġa, u t-tfal sa 18-il sena jekk mhumiex miżżewġin, kif

ukoll l-ulied li huma akbar minn dik l-età jekk huma diżabbli, u li mhumiex jirċievu xi

dħul ieħor u li mhumiex miżżewġa.

Il-pensjoni soċjali tal-anzjanità hija għall-għomor tal-persuna. Id-dritt jintemm mal-

mewt tal-persuna bid-dritt.

Page 21: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 21

Kapitolu VII: Benefiċċji tas-superstiti

Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tas-superstiti?

Id-dritt għal pensjoni tas-superstit tingħata lit-tfal, il-konjugi superstit u l-ġenituri tal-

persuna assigurata mejta.

It-tfal għandhom ikollhom id-dritt għal pensjoni ta’ superstit sakemm ikollhom 18-il

sena. Meta jkollhom 18-il sena, jekk ikunu qed jistudjaw, it-tfal tal-assigurat li miet

għandhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni ta’ superstit għat-terminu tal-istudju sakemm

ikollhom 26 sena. L-ulied superstiti tal-persuna assigurata li mietet Ii saru diżabbli

taħt l-età ta’ 18-il sena wkoll għandhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni ta’ superstit

sakemm ikollhom 26 sena.

Il-konjuġi superstiti għandu jkollu d-dritt għal pensjoni tas-superstiti 5 snin qabel l-età

ta’ intitolament għal pensjoni tax-xjuħija (63 sena u 4 xhur għall-irġiel u 60 sena u 4

xhur għan-nisa) jew qabel dik l-età, jekk hu jew hi jkunu tilfu l-kapaċità tagħhom

għax-xogħol.

Il-ġenituri għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tas-superstiti mal-mewt t’uliedhom

jekk ikunu laħqu l-età ta’ intitolament għal pensjoni tax-xjuħija.

Pensjoni ta’ superstit għall-anzjanità u l-invalidità

Mal-mewt ta’ persuna assigurata, il-werrieta għandhom jingħataw pensjoni ekwivalenti

għat-tip tal-pensjoni personali (jiġifieri pensjonijiet għall-mard ġenerali, aċċidenti tax-

xogħol, jew mard relatat max-xogħol) li l-mejjet kien jirċievi bħala persuna diżabbli li

tilfet aktar minn 90% tal-abilità tagħha li taħdem.

Meta l-mejjet ikun kiseb id-dritt ta’ pensjoni minħabba li lesta l-perjodi tal-

assigurazzjoni, il-werrieta għandhom jingħataw pensjoni ta’ superstit kif ikkalkolata

mill-pensjoni dovuta bħala riżultat tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti u l-età jekk

dan huwa aktar favorevoli għalihom.

Fil-każ tal-mewt ta’ pensjonant li kien qed jirċievi pensjoni għal diżabilità minħabba

mard ġenerali jew pensjoni personali kkalkolata fuq il-perjodi tal-assigurazzjoni

kompluti u l-età, il-pensjoni ta’ superstit għandha tkun irrilaxxata fil-perċentwal

imsemmi hawn taħt, skont it-tip tal-pensjoni li jkun irċieva.

Benefiċċju ta’ superstit

Persuni rtirati li l-konjugi tagħhom hija mejta għandhom id-dritt li jirċievu suppliment

tal-pensjoni, l-hekk imsejjaħ benefiċċju tas-superstit. Is-supplimenti tas-superstit

jitħallsu biss bħala żieda ma’ pensjoni mogħtija oħra: persuni li m’għandhomx diġà d-

dritt għal pensjoni għal raġunijiet oħra m’għandhomx id-dritt għal dan is-suppliment.

Għaldaqstant, is-superstit irid jissodisfa diversi kundizzjonijiet sabiex jirċievi s-

suppliment tal-pensjoni:

is-superstit irid ikun qed jirċievi pensjoni personali jew ta’ superstit, ikun x’ikun it-

tip tagħha;

is-superstit ma jridx ikun reġa’ żżewweġ wara l-mewt tal-konjugi; meta jerġa’

jiżżewweġ is-suppliment ikun itterminat mid-data taż-żwieġ;

is-superstit ma jridx ikun qed jirċievi pensjoni ta’ superstit mill-persuna mejta.

Page 22: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 22

Dan il-benefiċċju huwa ddefinit bħala perċentwal tal-pensjoni tal-konjugi mejjet u

jitħallas bħala għajnuna għall-konjugi superstit. Il-pensjonant għandu d-dritt għal

suppliment ta’ 20% tal-pensjoni jew pensjonijiet, li kien jirċievi l-konjugi mejjet (biex

jilħaq 40% sas-sena 2015). Għall-kalkolazzjoni ta’ dan is-suppliment, ma jitqiesux is-

supplimenti għall-pensjoni tal-konjugi mejjet. Jekk il-konjugi mejjet qatt ma rċieva

pensjoni, is-suppliment huwa stabbilit fuq il-pensjoni, jew is-somma tal-pensjonijiet, li

kien se jkollu dritt għaliha l-mejjet.

X’inhu kopert?

Il-pensjoni ta’ superstitu għandha tkun stabbilita bħala perċentwal tal-pensjoni

personali dovuta tal-persuna assigurata mejta kif ġej:

1. werriet wieħed – 50%;

2. żewġ werrieta – 75%;

3. tliet werrieta jew aktar – 100%.

Mal-mewt taż-żewġ ġenituri (jew persuni li adottaw), it-tfal għandhom id-dritt għal

pensjoni tas-superstiti kif stabbilit mis-somma tal-pensjonijiet tal-mejta.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tas-superstiti?

Il-pensjoni tas-superstiti tingħata mal-applikazzjoni lill-unità reġjonali relevanti tal-

Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (NSII). Għandhom jingħataw id-dokumenti

li ġejjin:

ċertifikat ta’ werriet;

dikjarazzjoni mill-iskola li t-tfal ikomplu jistudjaw;

deċiżjoni esperta għal tfal li jsiru diżabbli qabel l-età ta’ 18-il sena, jew qabel l-età

ta’ 26 sena jekk id-diżabbiltà seħħet matul taħriġ jew servizz militari;

deċiżjoni esperta għal konjuġi superstiti li ma laħqux l-età rikjesta u mhumiex

kapaċi jaħdmu;

dikjarazzjoni li t-tfal mhumiex adottati u ċertifikat li jagħti prova li l-konjugi

superstiti ma reġax iżżewweġ;

dikjarazzjoni għall-ġenituri, li tiċċertifika li ma jirċevux pensjoni personali u li

mhumiex miċħudin mid-drittijiet tal-ġenituri u dokument li jiċċertifika li huma

ġenituri;

dokument maħruġ jew iċċertifikat mid-dipartiment militari rispettiv li jikkonferma li

l-mewt seħħet matul is-servizz militari – għall-ġenituri tal-persuna li mietet matul

is-servizz militari;

dokumenti li jagħtu prova li l-perjodi tal-assigurazzjoni tal-persuna mejta – il-ktieb

tax-xogħol, il-ktieb tal-assigurazzjoni, u ċertifikat tal-perjodi tal-assigurazzjoni jekk

il-persuna mejta ma kinitx pensjonanta.

Page 23: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 23

Kapitolu VIII: Benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard marbut max-xogħol

Meta inti ntitolat għall-benefiċċji fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali?

Il-persuni kollha li jaħdmu taħt kuntratt ta’ xogħol, kuntratt ta’ servizz, pożizzjonijiet

elettivi, koperattivi jew kuntratti ta’ ġestjoni huma aasigurati b’mod obbligatorju taħt

il-Fond tal-Aċċidenti tax-Xogħol u Mard Relatat max-Xogħol għal aċċidenti fuq il-post

tax-xogħol u mard relatat mal-post tax-xogħol. Dan ikopri invalidità, mewt, inkapaċità

temporanja għax-xogħol, u inkapaċità temporanja minħabba l-aċċidenti fuq il-post

tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol.

L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali mħallsa mill-assiguraturi

huwa stabbilit bħala perċentwal tad-dħul kontributorju ta’ kull xahar tal-persuna

assigurata.

X’inhu kopert?

Ikun xi jkun it-tul tal-perjodu tal-assigurazzjoni, il-persuni assigurati għandhom dritt

għal:

benefiċċju fi flus fil-każ ta’ eżamijiet, testijiet u trattamenti mediċi urġenti;

kura f’sanatorju;

benefiċċji fi flus għal invalidità temporanja minħabba aċċident fuq il-post tax-

xogħol u mard relatat max-xogħol;

benefiċċji fi flus għal prevenzjoni u rijabilitazzjoni;

pensjonijiet tal-invalidità minħabba aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat

max-xogħol;

benefiċċji fi flus għal għajnuniet tekniċi rrelatati mal-invalidità.

Il-benefiċċju fi flus ta’ kuljum għal invalidità temporanja minħabba l-aċċidenti fuq il-

post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol huma kkalkolati bir-rata ta’ 90% tal-paga

grossa medja ta’ kuljum jew id-dħul kontributorju medju ta’ kuljum għall-aħħar 18-il

xahar, li fuqhom kienu tħallsu jew huma dovuti l-kontribuzzjonijiet. Huwa pagabbli

mill-jum li seħħ l-avveniment sal-irkupru jew l-istabbiliment ta’ pensjoni tal-invalidità.

Jekk l-invalidità temporanja seħħet fi żmien 30 jum kalendarju mit-terminazzjoni tal-

kuntratt tax-xogħol jew tal-assigurazzjoni, il-benefiċċju fi flus jitħallas għall-perjodu

tal-inkapaċità imma għal mhux aktar minn 30 jum kalendarju.

Kif inhu l-aċċess għall-benefiċċji fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali?

Sabiex ikollok id-dritt għall-benefiċċji, il-lif tal-invalidità temporanja jrid ikun

awtorizzat permezz ta’ karta tal-lif tal-mard. Il-karta tal-lif tal-mard għandha tinħareġ

fil-jum tal-istabbiliment tal-invalidità: madankollu d-data tal-bidu tal-lif tista’ tkun il-

jum preċedenti, l-istess jum, jew il-jum ta’ wara l-eżami mediku. Il-karta tal-lif tal-

mard għandha tindika t-tip ta’ inkapaċità, il-ħtieġa, u t-tip tat-trattament u t-tul tal-lif.

Page 24: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 24

Il-karta tal-lif tal-mard għandha tkun issottomessa lil min iħaddem jew dan tal-aħħar

għandu jkun informat dwarha immedjatament wara li tinħareġ, sa mhux aktar tard

minn jumejn tax-xogħol wara dan. Min iħaddem m’għandux diskrezzjoni rigward

jagħtix jew le tali lif u għandu jħallas lill-persuna assigurata paga grossa medja ta’

kuljum għall-ewwel jum tax-xogħol tal-invalidità temporanja.

Benefiċċji fi flus għat-tieni jum u l-jiem sussegwenti tal-invalidità temporanja huma

kkalkolati u mħallsa mill-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali lill-kont iddikjarat

mill-assigurat.

Sa tmiem l-2012, l-ewwel, it-tieni u t-tielet jum tal-inkapaċità temporanja għax-

xogħol jitħallsu minn min iħaddem b’70% tal-paga grossa medja. Mir-raba’ jum ‘il

quddiem, l-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (NSII) ikopri l-ħlas tal-benefiċċji

fi flus bi 90% tal-paga grossa medja.

Page 25: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 25

Kapitolu IX: Benefiċċji marbutin mal-familja

Meta tkun intitolat/a għall-benefiċċji tal-familja?

Il-benefiċċji tal-familja u xi benefiċċji tal-maternità jitqiesu bħala benefiċċji tal-familja

għall-finijiet tar-regolamenti ta’ kordinazzjoni tal-UE.

Il-benefiċċji tal-familja huma benefiċċji fi flus jew mhux fi flus, maħsuba biex

jipprovdu appoġġ finanzjarju għat-tqala, it-twelid u t-trobbija tat-tfal. Huma ħlasijiet

ta’ darba jew ta’ kull xahar.

Il-kategoriji li ġejjin għandhom id-dritt għall-benefiċċji tal-familja:

nisa tqal – ċittadini Bulgari;

familji ta’ ċittadini Bulgari – għal tfal li jrabbu fil-pajjiż;

familji li fihom ġenitur wieħed huwa ċittadin Bulgaru – għal tfal b’ċittadinanza

Bulgara, imrobbija fil-pajjiż;

familji tal-qraba jew familji foster – għal tfal impoġġija fi ħdan dawn il-familji taħt

il-Liġi għall-Protezzjoni tat-Tfal;

nisa tqal – barranin u familji ta’ ċittadini barranin li permanentament jgħixu u

jrabbu lit-tfal tagħhom fil-pajjiż, jekk id-dritt għal tali benefiċċji huwa pprovdut

f’liġi oħra jew trattat internazzjonali ieħor li l-Bulgarija hija parti fihom.

Biex ikollok dritt għall-benefiċċji tal-familja, id-dħul medju kull xahar għal kull membru

tal-familja għat-tnax-il xahar preċedenti, irid ikun inqas jew ugwali għad-dħul indikat

għal dak il-għan fil-liġi għall-baġit tal-istat tar-Repubblika tal-Bulgarija għas-sena

relevanti (BGN 350 (€ 179)). It-test tal-mezzi huwa applikat biss għall-benefiċċju ta’

kull xahar għat-tfal sakemm ilestu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, imma mhux

wara li jagħlqu 20 sena; il-benefiċċju mmirat għat-trobbija tat-tfal taħt is-sena u l-

benefiċċju mmirat għat-tfal miktuba fl-1 grad skolastiku.

X’inhu kopert?

Benefiċċji tal-familja jinkludu:

benefiċċji f’somma flus għat-tqala;

benefiċċji f’somma flus fit-twelid;

benefiċċji f’somma flus għat-trobbija ta’ tewmin taħt is-sena;

benefiċċji f’somma flus għat-trobbija ta’ wild taħt is-sena għall-ommijiet li huma

studenti universitarji full-time;

benefiċċju ta’ kull xahar għat-tfal sakemm ilestu l-edukazzjoni sekondarja

tagħhom, imma mhux wara li jagħlqu 20 sena;

benefiċċju ta’ kull xahar għat-trobbija tat-tfal taħt is-sena;

benefiċċji mmirati għat-tfal miktuba fl-1 grad skolastiku;

għajnuna mmirata għal ivvjaġġar nazzjonali bla ħlas għal trasport bil-ferroviji u l-

karozzi tal-linja għal ommijiet b’ħafna tfal;

benefiċċju ta’ kull xahar għal tfal b’invalidità permanenti taħt it-18-il sena u

sakemm ilestu l-edukazzjoni sekondarja, imma mhux wara li jagħlqu 20 sena.

Page 26: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 26

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-familja?

II-benefiċċji tal-familja għat-tfal jingħataw mid-Direttorati tal-Għajnuna Soċjali (SAD),

fuq il-bażi ta’ applikazzjoni permezz ta’ formola, approvata mill-Ministru tax-Xogħol u

l-Politika Soċjali. L-applikazzjoni għandha timtela mill-omm jew rappreżentant legali

ieħor tat-tfal.

Applikazzjonijet għall-benefiċċju ta’ somma flus għat-twelid iridu jinkludu d-dokumenti

li ġejjin:

iċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali tat-tfal li għalihom intalbet l-għajnuna;

kopji taċ-ċertfikati tat-twelid tat-tfal kollha mwielda lill-omm.

Id-dritt jitnissel fid-data tat-twelid tal-wild, sakemm ma tħalliex għall-kura

f’istituzzjoni speċjalizzata għat-tfal. Dan il-benefiċċju jista’ jintalab fi żmien tliet snin

mill-aħħar tax-xahar li fih twieled il-wild.

Applikazzjonijet għall-benefiċċji ta’ kull xahar għal tfal taħt it-18- il sena jridu jinkludu:

ċertifikat tad-dħul gross kull xahar tal-familja għas-sitt xhur kalendarji li jippreċedu

x-xahar tal-applikazzjoni (għal ħaddiema fl-impjieg jew f’relazzjoni ta’ servizz

ċivili). Irid jispeċifika d-dħul mill-pensjonijiet, il-benefiċċji u l-boroż ta’ studju.

ċertifikat uffiċjali mill-iskola li fiha huwa miktub il-wild li jiddikjara li l-wild huwa

student u li jattendi l-iskola regolarment.

Applikazzjonijet għall-benefiċċji ta’ kull xahar għal tfal taħt is-sena jridu jinkludu:

ċertifikat għad-dħul gross kull xahar tal-familja għas-6 xhur kalendarji li jippreċedu

x-xahar tal-applikazzjoni;

kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-wild.

Page 27: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 27

Kapitolu X: Il-qgħad

Meta tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad?

Kwalunkwe persuna li għaliha min iħaddem iħallas il-kontribuzzjonijiet tal-

assigurazzjoni għall-qgħad hija assigurata kontra r-riskju tal-qgħad. Min iħaddem

huwa obbligat iħallas kontribuzzjonijiet mid-data li jirċievi l-kuntratt tal-impjieg, tal-

ġestjoni jew tas-sorveljanza.

Persuni li ħallsu kontribuzzjonijiet lill-Fond tal-Qgħad għal mill-inqas 9 xhur matul il-

15-il xahar li jippreċedu t-tmiem tal-assigurazzjoni għandhom dritt għall-benefiċċji tal-

qgħad bil-kundizzjoni li huma:

ikunu rreġistrati bħala qiegħda mal-Aġenzija tal-Impjiegi;

ma ngħatawx perjodu ta’ assigurazzjoni u pensjoni tal-anzjanità jew pensjoni tax-

xogħol għal irtirar kmieni;

m'humiex impjegati.

X’inhu kopert?

Persuni assigurati għandhom dritt għal:

informazzjoni dwar vakanzi ta’ xogħol;

għajnuna biex isibu impjieg xieraq;

benefiċċji tal-qgħad.

Il-benefiċċji tal-qgħad jitħallsu minn 4 sa 12-il xahar, skont it-tul tal-perjodu totali tal-

assigurazzjoni tal-persuna kif ġej:

għal dħul kontributorju sa 3 snin, il-benefiċċji jitħallsu għal 4 xhur;

minn 3 sa 5 sena, il-benefiċċji jitħallsu għal 6 xhur;

minn 5 sa 10 sena, il-benefiċċji jitħallsu għal 8 xhur;

minn 10 sa 15 sena, il-benefiċċji jitħallsu għal 9 xhur;

minn 15 sa 20 sena, il-benefiċċji jitħallsu għal 11-xahar;

aktar minn 25 sena, il-benefiċċji jiħallsu għal 12-il xahar.

Il-benefiċċju tal-qgħad ta’ kuljum jammonta għal 60% tal-paga medja jew dħul

kontributorju medju li fuqhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-qgħad jew

huma dovuti għall-24 xahar li jippreċedu x-xahar tat-twaqqif tal-assigurazzjoni.

M’għandux ikun inqas minn ammont minimu fiss. L-ammont minimu ta’ kuljum tal-

benefiċċju tal-qgħad huwa stabbilit kull sena mill-Att tal-Baġit tal-Assigurazzjoni

Soċjali Pubblika (BGN 7.2 (€ 3.68)).

Persuni qiegħda li telqu mill-impjieg tagħhom fuq talba tagħhom stess, bil-kunsens

tagħhom jew minħabba l-imġiba mhux xierqa tagħhom, jirċievu l-ammont minimu tal-

benefiċċju tal-qgħad għal perjodu ta’ 4 xhur.

Page 28: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 28

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad?

Il-benefiċċju tal-qgħad għandu jingħata wara applikazzjoni lill-unità reġjonali tal-Istitut

Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali (NSII). L-applikazzjoni għandha tkun

issottomessa personalment fuq il-bażi tal-indirizz permanenti jew preżenti. Il-

benefiċċju tal-qgħad jitħallas mid-data tat-terminazzjoni tal-assigurazzjoni, jekk l-

applikazzjoni tiddaħħal fi żmien 3 xhur minn dik id-data. Jekk l-applikazzjoni tkun

issottomessa wara dik id-data minħabba raġunijiet mhux aċċettabbli, il-benefiċċju

f’somma flus jitħallas għall-perjodu speċifikat, imnaqqas mill-perjodu tad-dewmien.

Il-benefiċċji tal-qgħad fi flus jitħallsu mill-Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali

fil-kont bankarju ddikjarat mill-persuna.

Page 29: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 29

Kapitolu XI: Riżorsi minimi

Meta tkun intitolat għall-benefiċċji li jirrigwardaw ir-riżorsi minimi?

Il-benefiċċji soċjali fi flus jew mhux fi flus jissupplimentaw jew jipprovdu dħul biex

jiggarantixxu l-ħtiġijiet tal-għajxien bażiċi jew jissodisfaw il-ħtiġijiet inċidentali tal-

individwi u l-familji. Il-benefiċċji soċjali huma pprovduti lil persuni li spiċċawlhom il-

possibiltajiet l-oħra kollha ta’ awto-appoġġ u appoġġ mill-qraba tagħhom.

Il-persuni jew il-familji li d-dħul tagħhom għax-xahar preċedenti huwa inqas minn dħul

minimu ddifferenzjat iddefinit minn qabel, għandhom dritt għall-benefiċċju ta’ kull

xahar.

X’inhu kopert?

Il-Kunsill tal-Ministri jiddefinixxi l-ammont ta’ kull xahar tad-dħul minimu ggarantit

(GMI), li jservi bħala bażi biex ikunu stabbiliti l-ammonti tal-għajnuna soċjali. Il-GMI

ammonta għal BGN 65 (€ 33).

L-individwi u l-familji bi dħul baxx għandhom id-dritt għal għajnuna soċjali kull xahar,

benefiċċji ta’ għajnuna soċjali mmirati sabiex ikopru ħtiġijiet speċifiċi assoċjati mal-

ivvjaġġar, il-mard, il-kura medika barra mill-pajjiż, id-djar, eċċ., jew benefiċċji ta’

għajnuna soċjali f’somma flus għat-twettiq ta’ ħtiġijiet straordinarji.

Barra minn hekk, l-individwi u l-familji li d-dħul tagħhom huwa inqas minn ċertu livell,

jistgħu jirċievu benefiċċju għat-tisħin għal perjodu ta’ 5 xhur konsekuttivi (Novembru

– Marzu). L-ammont tal-benefiċċju għat-tisħin ta’ kull xahar huwa stabbilit mill-

Ministru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-benefiċċji tar-riżorsi minimi?

Il-benefiċċji soċjali jingħataw wara applikazzjoni sottomessa minn dawk fil-bżonn jew

ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom. L-għajnuna tingħata wara li jitqiesu l-aspetti li

ġejjin:

id-dħul tal-persuna jew tal-familja;

l-istatus tal-proprjetà tal-persuna;

l-istatus tal-familja tal-persuna;

l-istatus tas-saħħa tal-persuna;

kwalunkwe impenji ta’ xogħol u/jew edukattivi;

l-età;

ċirkustanzi oħrajn.

Il-benefiċċji soċjali huma eżentati mit-taxxi u t-tariffi.

Page 30: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 30

Persuni qiegħda ta’ età tax-xogħol li jirċievu benefiċċju ta’ kull xahar u mhumiex

inklużi fil-programmi tal-impjiegi, għandhom ikunu obbligati jwettqu xogħol

komunitarju għal perjodu ta’ 14-il jum, b’4 sigħat kuljum, fuq il-bażi ta’ programmi

organizzati mill-amministrazzjoni muniċipali għall-provvediment ta’ servizzi soċjali,

programmi ambjentali, l-iżvilupp u s-sanitazzjoni tal-oqsma tad-djar u programmi

oħra ta’ attivitajiet komunitarji.

Page 31: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 31

Kapitolu XII: Kura fit-tul

Meta tkun intitolat għall-kura fit-tul?

Kura fit-tul hija meħtieġa meta persuna timrad jew tbati minn invalidità li minħabba

f’hekk ma tkunx tista’ twettaq l-attivitajiet normali ta’ kuljum tagħha, bil-probabilità li

din l-invalidità tkompli fit-tul. Fil-każ ta’ persuni anzjani, dan huwa normalment

ikkawżat minn żieda fil-fraġilità minħabba x-xjuħija jew il-konsegwenza kronika ta’

kundizzjonijiet akuti bħal puplesija jew waqgħa, jew artrite severa. Il-kura fit-tul tista’

tkun meħtieġa wkoll jekk persuna għandha diżabilità mentali. L-aktar forma komuni

ta’ diffikultà għall-anzjani hija l-marda ta’ Alzheimer.

Fil-Bulgarija, il-kura fit-tul taqa’ taħt is-settur tal-għajnuna soċjali. Is-settur tas-

sigurtà soċjali, ibbażat fuq il-prinċipju kontributorju tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għal

sett ta’ riskji soċjali, attwalment ma jipprovdix ħarsien soċjali għal kura fit-tul.

X’inhu kopert?

Il-kura fit-tul hija pprovduta skont wieħed mill-programmi tal-istat li ġejjin:

supplimenti tal-pensjoni għal għajnuna esterna huma pprovduti lill-pensjonati li

tilfu aktar minn 90% tal-kapaċità tagħhom għax-xogħol u li huma kontinwament

fil-bżonn ta' għajnuna esterna. Huma jirċievu suppliment tal-pensjoni ta’ 75% tal-

pensjoni soċjali tal-anzjanità.

Il-Programm Nazzjonali "Assistenti għall-persuni diżabbli” jipprovdi kura f’ambjent

familjari lil persuni b’diżabilità jew li huma morda serjament. Il-programm jimmira

li jipprovdi lill-persuni qiegħda b’impjieg bħala assistenti personali jew assistenti

soċjali. L-assistenti personali jgħinu lill-familji fejn hemm persuna b'diżabiltà li

teħtieġ kura kontinwa. L-assistenti soċjali jgħinu lil persuni diżabbli, morda

serjament, morda jew waħedhom fl-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom,

jorganizzawlhom il-ħin liberu tagħhom u jwettqu attivitajiet għall-inkjlużjoni soċjali

tagħhom. Il-programm huwa ffinanzjat permezz tal-Baġit tal-Istat.

il-programm “assistenza personali”, li ġie implimentat mill-Aġenzija għall-

Assistenza Soċjali u l-muniċipalitajiet, jinkoraġġixxi l-inklużjoni soċjali tat-tfal

b’diżabilità u ta’ persuni li jsofru minn mard serju billi jipprovdi kura permanenti u

b’hekk jippermettilhom iwettqu l-ħtiġijiet ta’ kuljum tagħhom. Il-programm huwa

ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

il-programm għall-attivitajiet ta’ “assistent soċjali” u “assistent domiċiljari”

jiffinanzja proġetti tal-muniċipalitajiet u l-NGOs, li jkunu applikaw biex iwettqu

dawn l-attivitajiet. Il-programm huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

istituzzjonijiet speċjalizzati tas-servizzi soċjali taħt l-Aġenzija tal-Għajnuna Soċjali

jipprovdu servizzi soċjali fid-djar li joffru akkomodazzjoni fejn in-nies huma

sseparati mill-ambjent tad-dar tagħhom. Dawn jinkludu djar għat-tfal, għall-adulti

b’diżabilitajiet, stabbilimenti professjonali ta’ edukazzjoni soċjali, djar tal-irtirar u

djar għal akkomodazzjoni temporanja.

Page 32: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 32

L-assistenti personali jieħdu ħsieb l-anzjani u t-tfal b’diżabiltajiet gravi, li jeħtieġu kura

matul il-jum. Benefiċjarji potenzjali huma:

l-individwi li jeħtieġu kura kontinwa, għaliex għandhom 90 jew aktar minn 90%

invalidità permanenti, li għandhom dritt għal għajnuna esterna;

tfal b’50 jew aktar minn 50% tnaqqis fil-kapaċità għal adattament soċjali, li

għandhom dritt għal għajnuna esterna;

individwi jew tfal li nħarġu minn istituzzjonijiet speċjalizzati għal persuni

b’diżabilità.

L-assistent soċjali jista’ jaħdem part-time u s-servizz jista’ jintuża biss għal każijiet ta’

gravità medja, fejn il-persuna kkurata għandha tinħareġ biex tissoċjalizza, tittieħed

għal rijabilitazzjoni jew fil-post tax-xogħol, jekk tkun twettaq attivitajiet ekonomiċi.

Benefiċjarji potenzjali huma:

l-individwi li għandhom 90 jew aktar minn 90% invalidità permanenti, li kienu

preskritti l-għajnuna esterna;

tfal b’50 jew aktar minn 50% tnaqqis fil-kapaċità għal adattament soċjali, li

għandhom dritt għal għajnuna esterna;

persuni morda serjament jew waħedhom li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom

infushom;

individwi/tfal li nħarġu minn istituzzjonijiet speċjalizzati għal persuni b’diżabilità.

Persuni li huma eliġibbli li jirċievu kemm is-servizz ta’ assistent personali kif ukoll is-

servizz ta’ assistent soċjali jridu jagħżlu wieħed minnhom.

Assistent domiċiljarju m’għandu l-ebda kwalifika speċjali u jwettaq kompiti ta’ kura ta’

rutina.

Kif jista’ jkollok aċċess għall-kura fit-tul?

Suppliment ta’ għajnuna esterna

Id-dritt għal suppliment ta’ għajnuna esterna huwa evalwat mill-Bord Mediku Espert

Territorjali (TEMB) jew il-Bord Mediku Espert Nazzjonali (NEMB). Huma joħorġu

deċiżjoni li tispeċifika li persuna mhijiex kapaċi tieħu ħsieb tagħha nnifisha u teħtieġ l-

għajnuna ta’ persuna oħra. Meta ssir talba għal suppliment ta’ pensjoni għal għajnuna

esterna, iridu jingħataw id-dokumenti li ġejjin:

il-formola tal-applikazzjoni;

id-deċiżjoni tat-TEMB li fiha d-dejta kollha meħtieġa rigward il-kundizzjoni medika

tal-pensjonant, il-grad tal-kapaċità għax-xogħol mitlufa u d-dejta rigward il-

perjodu tad-dritt għal suppliment;

id-deċiżjoni tal-kumitat mediku tal-unità reġjonali tal-Istitut Nazzjonali tal-

Assigurazzjoni Soċjali (NSII).

Servizzi soċjali, ipprovduti fil-komunità

Persuni, li jixtiequ jużaw is-servizzi soċjali għandhom japplikaw bil-miktub

rispettivament għand:

id-Direttur tad-Direttorat tal-Għajnuna Soċjali – għal servizzi soċjali li huma

ddelegati mill-istat;

is-Sindku tal-muniċipalità – għal servizzi soċjali li jingħataw mill-muniċipalità;

Page 33: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 33

il-korp tal-ġestjoni – jekk il-fornitur tas-servizz huwa individwu rreġistrat taħt il-

Liġi tal-Kumpaniji jew entità legali.

Page 34: Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħekec.europa.eu/employment_social/empl_portal/SSRinEU/Your... · 2013-04-09 · Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon Id-drittijiet tas-sigurtà

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjon

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-Bulgarija

Lulju 2012 34

Anness: Id-dettalji tal-istituzzjonijiet u s-siti tal-internet utli

Tabella ddettaljata dwar l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali fil-Bulgarija u fi Stati

Membri oħra tinstab fil-webpejġ tan-netwerk MISSOC:

Għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali li jikkonċernaw aktar minn pajjiż wieħed tal-UE,

għandek tfittex istituzzjoni tal-kuntatt fl-Ewropa fid-direttorju tal-Istituzzjonijiet

miżmum mill-Kummissjoni Ewropea u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/social-

security-directory

Aġenzija tad-Dħul Nazzjonali

52, Kniaz Dondukov, Blvd.

1000 Sofija, il-Bulgarija

telefown: (+359 2) 9859 3037

e-mail: [email protected]

http://www.nra.bg

Istitut Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali

1303 Sofija

62-64 Alexander Stamboliiski Blvd.

tel.: (+359 2) 926 10 10

E-mail: [email protected]

http://www.noi.bg

Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

1303 Sofija

1 Krichim Street

Informazzjoni għaċ-ċittadini: tel.: (+359) (0) 800 14 800 - il-linja tat-telefown

nazzjonali

http://www.nhif.bg

Ministeru Tax-Xogħol U l-Politika Soċjali

Sofija 1051

2 Triaditsa Street

tel.: (+359 2) 8119 443; faks: (+359 2) 988 44 05; 986 13 18

Posta elettronika: [email protected]

http://www.mlsp.government.bg

Kummissjoni Għas-Superviżjoni Finanzjarja

1303 Sofija

33 Shar Planina Street

operatur: (+359 2) 94 04 999

ċentru tal-istampa: (+359 2) 94 04 582; faks: (+359 2) 829 43 24

e-mail: [email protected]

http://www.fsc.bg