in-nisrani u s-setgĦa civili

36
IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI 29 Hadd matul is-sena

Upload: jenski

Post on 11-Jan-2016

69 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI. 29 Hadd matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. Is 45, 1, 4-6. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

29 Hadd matul is-sena

Page 2: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

L-1 QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta

Isaija.

Is 45, 1, 4-6

Page 3: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Dan jgħid il-Mulej lill-Midluk tiegħu, lil Ċiru, li jien wettaqtlu idu l-leminija biex imidd ma’ l-art il-ġnus quddiemu u jħoll il-ħżiem tas-slaten, biex jiftħu beraħ il-bibien quddiemu

Page 4: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

u l-bibien ma jsakkrulux:“Minħabba f’Ġakob il-qaddej tiegħi,u Iżrael il-maħtur tiegħi,jiena sejjaħtlek b’ismek,lilek għażilt, qabel ma int kont tafni.

Page 5: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Jien hu l-Mulej, u ħadd ma hemm għajri,m’hemmx Alla ieħor ħliefi. Jien ħażżimtek, qabel ma int kont tafni, biex minn tlugħ ix-xemx sa nżulhail-bnedmin ikunu jafu li barra minni ma hemm xejn.

Page 6: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Jiena hu l-Mulej,

ma hemm ħadd ħliefi!”

Page 7: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Il-Kelma tal-Mulej.

Inroddu ħajr lil Alla

Page 8: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

SALM RESPONSORJALISalm 95

Agħtu lill-Mulejsebħ u setgħa.

Page 9: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Għannu lill-Mulej għanja ġdida,għannu lill-Mulej fl-art kollha!

Xandru fost il-ġnus il-glorja tiegħu,fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu! R/.

Page 10: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Agħtu lill-Mulejsebħ u setgħa.

Page 11: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru bosta,ta’ min jibża’ minnu aktar mill-allat kollha!Għax l-allat tal-ġnus huma kollha frugħa,

iżda l-Mulej għamel is-smewwiet. R/.

Page 12: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Agħtu lill-Mulejsebħ u setgħa.

Page 13: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Agħtu lill-Mulej, familji tal-popli,agħtu lill-Mulej sebħ u setgħa,

agħtu lill-Mulej is-sebħ ta’ ismu!Ġibu l-offerti u idħlu fil-btieħi tiegħu.

R/.

Page 14: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Agħtu lill-Mulejsebħ u setgħa.

Page 15: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Inxteħtu quddiem il-Mulej

b’żina qaddis,triegħdu

quddiemu fl-art kollha!

Għidu fost il-ġnus: “Il-Mulej

isaltan!”Huwa jiġġudika l-popli bis-sewwa.” R/.

Page 16: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Agħtu lill-Mulejsebħ u setgħa.

Page 17: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Hallelujah. Halleluljah.Alla sejħilna permezz ta’ l-Evanġelju,biex niksbu l-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu.Hallelujah.

Page 18: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Bidu ta’ l-Ewwel

Ittra ta’ San Pawl

Appostlu lit-

Tessalonkin 1 Tess 1, 1-5b

Page 19: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Pawlu u Silvanu u

Timotju, lill-Knisja

ta’ Tessalonika

f’Alla l-Missier u

Sidna Ġesù Kristu: grazzja lilkom u sliem.

Page 20: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Aħna kull ħin niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom

ilkoll, u dejjem niftakru fikom fit-talb

tagħna;

Page 21: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

niftakru fil-ħidma li hi ġejja mill-fidi tagħkom u fit-taħbit li ħiereġ mill-imħabba tagħkom; niftakru, quddiem Alla

Missierna, fil-qawwa tat-tama tagħkom f’Sidna Ġesù Kristu.

Page 22: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Aħna nafu, ħuti maħbubin minn Alla,

li huwa sejħilkom;

Page 23: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

għax l-Evanġelju tagħna ma seħħx fostkom bil-kliem

biss,

Page 24: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

iżda wkoll b’għemil ta’ qawwa u bl-Ispirtu s-Santu u b’ħafna

persważjoni.

Page 25: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Il-Kelma tal-Mulej.

Inroddu ħajr lil Alla

Page 26: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Qari

mill-Evanġelju

ta’ San Mattew.

Mt 22, 15-21

Page 27: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

F’DAK IŻ-ŻMIEN:

Il-Fariżej marru u qabdu

jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbu

’l Ġesù b’xi kelma

Page 28: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u

qalulu:

Page 29: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

“Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla

tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn

wiċċ ħadd ma tħares.

Page 30: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Għidilina ħaġa,

mela, int x’jidhirlek? Sewwa jew

le li wieħed

iħallas it-taxxa lil Ċesari?

Page 31: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta’ moħħhom, u qalilhom:

Page 32: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

“Għaliex tridu

ġġarbuni, ja wċuh b’oħra?

Uruni l-munita tat-taxxa.”

Page 33: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Urewh dinar, u

Ġesù staqsiehom: “Ta’ min hu dan il-wiċċ u din il-kitba?”

Qalulu: “Ta

Ċesari!”

Page 34: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Imbagħad

qalilhom: “Mela agħtu lil Ċesari

dak li hu ta’

Ċesari,

Page 35: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

u lil Alla dak li hu ta’ Alla.”

Page 36: IN-NISRANI U S-SETGĦA CIVILI

Il-Kelma tal-Mulej.

Tifħir Lilek Kristu