is-safar tal-maltin żdied b'20 fil-mija - futur fis-sod

8
Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Tneħħiet id-departure tax u kienu attirati lejn Malta aktar linji tal-ajru Tejjibna l-kwalità tat-toroq fil-pajjiż b’numru kbir ta’ proġetti Muscat immilita u pprotesta bil-qawwa kontra l-privatizzazzjoni tat-Tarzna ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Is-safar tal-Maltin żdied b’20 fil-mija Minn 280,000 persuna li siefru fl-2007, għal 330,000 li siefru matul is-sena l-oħra – qabża kbira fuq ħames snin li turi kwalità aqwa tal-ħajja Fattur mill-aktar importanti li juri qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin hu s-safar tal-Maltin li żdied sew. Sal-bidu tas-snin 2000, il-Maltin li jsiefru bilkemm kienu jaqbżu l-150,000. Tul l-aħħar ħames snin, jirriżulta li filwaqt li fl-2007 l-għadd tal-Maltin li ħadu vaganza barra l-pajjiż kien 280,000, is-sena l-oħra dan l-ammont żdied għal 330,000; qabża ta’ 50,000 ruħ. Dan ifisser li matul l-2012 kien hemm żieda ta’ kważi għoxrin fil-mija fis-safar tal- Maltin fuq ħames snin qabel. Hu fatt magħruf sew li ħafna Maltin iħobbu jsiefru għall-vaganzi tal-Għid, filwaqt li ħafna oħra jħobbu jieħdu vaganza matul ix-xhur tas- sajf u anki fi żmien il-festi fl-aħħar tas-sena. Ma’ dawn, żviluppaw swieq għalkollox ġodda tas- safar fosthom il-cruises li qed jibdew minn Malta u s-safar għal skopijiet oħra, fosthom biex wieħed imur xi kunċert jew jara xi logħba football. Li hu minnu hu li din iż- żieda hi b’riżultat tal-politika tal-Gvern li fl-aħħar mill- aħħar ħalliet aktar flus fil-but. Illum min isiefer jibbenefika mill-fatt li tneħħiet id- departure tax u għalhekk fiha nnifisha safra tiġi orħos. Fattur ieħor li kkontribwixxa għal aktar safar mill-Maltin u l-Għawdxin hu l-introduzzjoni tal-low cost airlines – deċiżjoni mill-aktar għaqlija tal-Gvern li mhux biss qed iżżid it-turiżmu lejn Malta, imma wkoll qed twassal biex aktar Maltin iżuru bliet fl- Ewropa u lil hinn. Kulħadd jaqbel li llum is- safar tal-Maltin sar industrija fiha nnifisha u qed jiżdiedu dawk il-kumpaniji li joffru servizz f’dan ir-rigward; fatt li jfisser ukoll ħolqien ta’ opportunitajiet tax-xogħol f’dan il-qasam li hu kejl tajjeb tal-kwalità tal-ħajja tal-Maltin li tawha għas-safar b’ħeġġa. Riabilitazzjoni tal-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qortin u dik f’Wied il-Għajn li qed jinbidlu f’parks għall-familja kollha Matul din il-leġiżlatura l-Gvern ħadem bla heda biex il-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qorti u dik f’Wied il- Għajn mhux biss ma jibqax jintefa’ skart fihom, imma jibdew ikunu riabilitati biex finalment ikunu żviluppati f’parks nazzjonali. Matul il-ħames snin li għaddew is-sostenibbiltà ambjentali kompliet titwettaq fil-prattika permezz tal-investiment li l-Gvern issokta jagħmel biex dawn il-miżbliet li kienu jkerrhu lil pajjiżna jinbidlu f’parks għat-tgawdija tal- familja kollha. Ix-xogħol fuq is-siti tal- Magħtab, tal-Qortin u ta’ dik li kienet il-miżbla f’Wied il-Għajn issokta bla waqfien u qed isir b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea b’investiment ta’ €28 miljun. Il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista ħadem kontinwament biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Għalhekk fl-2004 ngħalqet il-miżbla tal-Magħtab. L-impjant li jittratta l-gassijiet tossiċi tal-Magħtab qed jiffunzjona kif mistenni. Mill-Magħtab kienu trattati aktar minn 170 miljun metru kubu ta’ gass ħażin. Tajjeb li jingħad li kieku baqgħet tintuża l-miżbla tal-Magħtab u ma sarux l-investimenti f’engineered landfill u fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, kieku llum il- miżbla tal-Magħtab hi aktar minn 33 sular ogħla milli hi bħalissa.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 22-Mar-2016

233 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Suppliment 31 ta' Jannar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Tneħħiet id-departure tax u kienu attirati lejn Malta aktar linji tal-ajru

Tejjibna l-kwalità tat-toroq fil-pajjiż b’numru kbir ta’ proġetti

Muscat immilita u pprotesta bil-qawwa kontra l-privatizzazzjoni tat-Tarznaii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagħżEL ħażIN

Is-safar tal-Maltin żdied b’20 fil-mijaMinn 280,000 persuna li siefru fl-2007, għal 330,000 li siefru matul is-sena l-oħra – qabża kbira fuq ħames snin li turi kwalità aqwa tal-ħajja

Fattur mill-aktar importanti li juri qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin hu s-safar tal-Maltin li żdied sew. Sal-bidu tas-snin 2000, il-Maltin li jsiefru bilkemm kienu jaqbżu l-150,000. Tul l-aħħar ħames snin, jirriżulta li filwaqt li fl-2007 l-għadd tal-Maltin li ħadu vaganza barra l-pajjiż kien 280,000, is-sena l-oħra dan l-ammont żdied għal 330,000; qabża ta’ 50,000 ruħ.

Dan ifisser li matul l-2012 kien hemm żieda ta’ kważi għoxrin fil-mija fis-safar tal-Maltin fuq ħames snin qabel.

Hu fatt magħruf sew li ħafna Maltin iħobbu jsiefru

għall-vaganzi tal-Għid, filwaqt li ħafna oħra jħobbu jieħdu vaganza matul ix-xhur tas-sajf u anki fi żmien il-festi fl-aħħar tas-sena.

Ma’ dawn, żviluppaw swieq għalkollox ġodda tas-safar fosthom il-cruises li qed jibdew minn Malta u s-safar għal skopijiet oħra, fosthom biex wieħed imur xi kunċert jew jara xi logħba football.

Li hu minnu hu li din iż-żieda hi b’riżultat tal-politika tal-Gvern li fl-aħħar mill-aħħar ħalliet aktar flus fil-but. Illum min isiefer jibbenefika mill-fatt li tneħħiet id-departure tax u għalhekk fiha nnifisha safra tiġi orħos.

Fattur ieħor li kkontribwixxa għal aktar safar mill-Maltin u l-Għawdxin hu l-introduzzjoni tal-low cost airlines – deċiżjoni mill-aktar għaqlija tal-Gvern li mhux biss qed iżżid it-turiżmu lejn Malta, imma wkoll qed twassal biex aktar Maltin iżuru bliet fl-Ewropa u lil hinn.

Kulħadd jaqbel li llum is-safar tal-Maltin sar industrija fiha nnifisha u qed jiżdiedu dawk il-kumpaniji li joffru servizz f’dan ir-rigward; fatt li jfisser ukoll ħolqien ta’ opportunitajiet tax-xogħol f’dan il-qasam li hu kejl tajjeb tal-kwalità tal-ħajja tal-Maltin li tawha għas-safar b’ħeġġa.

riabilitazzjoni tal-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qortin u dik f’Wied il-għajn li qed jinbidlu f’parks għall-familja kollhaMatul din il-leġiżlatura l-Gvern ħadem bla heda biex il-miżbliet tal-Magħtab, tal-Qorti u dik f’Wied il-Għajn mhux biss ma jibqax jintefa’ skart fihom, imma jibdew ikunu riabilitati biex finalment ikunu żviluppati f’parks nazzjonali.

Matul il-ħames snin li għaddew is-sostenibbiltà ambjentali kompliet titwettaq fil-prattika permezz tal-investiment li l-Gvern issokta jagħmel biex dawn il-miżbliet li kienu jkerrhu lil pajjiżna jinbidlu f’parks għat-tgawdija tal-familja kollha.

Ix-xogħol fuq is-siti tal-Magħtab, tal-Qortin u ta’ dik li kienet il-miżbla f’Wied il-Għajn issokta bla waqfien u qed isir b’kofinanzjament

mill-Unjoni Ewropea b’investiment ta’ €28 miljun.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem kontinwament biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Għalhekk fl-2004 ngħalqet il-miżbla tal-Magħtab. L-impjant li jittratta l-gassijiet tossiċi tal-Magħtab qed jiffunzjona kif mistenni. Mill-Magħtab kienu trattati aktar minn 170 miljun metru kubu ta’ gass ħażin.

Tajjeb li jingħad li kieku baqgħet tintuża l-miżbla tal-Magħtab u ma sarux l-investimenti f’engineered landfill u fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, kieku llum il-miżbla tal-Magħtab hi aktar minn 33 sular ogħla milli hi bħalissa.

Page 2: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

330,000Malti u Maltija siefru matul

l-2012

20%Iż-żieda fl-għadd ta’ dawk

li siefru s-sena l-oħra fuq it-total ta’ Maltin

li siefru fl-2007 meta kienu siefru 280,000

Fatti u Ċifri

€23 Il-gvern neħħa d-departure tax

biex b’hekk dawk kollha li jsiefru

jiffrankaw din it-taxxa

5 snin ta’ rekords

impressjonanti fl-għadd ta’ passiġġieri li għaddew

mill-ajruport Internazzjonali

ta’ Malta

L-investiment tal-gvern biex attira lejn Malta linji tal-ajru ġodda li qed

iġibu turisti minn bliet Ewropej li huma d-doppju ta’ ħames snin

ilu ta benefiċċju wkoll lill-vjaġġatur Malti li f’dawn l-aħħar snin gawda

għażla akbar u prezzijiet orħos

3,649,979 passiġġier għaddew mill-ajruport

Internazzjonali ta’ Malta fl-2012 –

rekord assolut

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

Dinjità lil kull bniedemNaġġornaw il-Kostituzzjoni fil-50 sena tal-Indipendenza

Ġustizzja soċjali

Fil-qasam soċjali, il-PN iħares il-ġustizzja soċjali permezz ta’ politika ispirata mit-twemmin fid-dinjità ta’ kull persuna, fl-ugwaljanza u fis-solidarjetà biex ħadd ma jibqa’ lura.

Dan ifisser li l-istat jipprovdilek l-aqwa servizz fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa. U jibqa’ jipprovdihomlok b’xejn. Dan ifisser ukoll li nagħtu wens lill-aktar vulnerabbli, fosthom it-tfal, in-nisa f’diffikultà, il-persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni, in-nies li tilfu l-impjieg u l-anzjani.

F’pajjiżna għandna mudell soċjali ġust li għandna nkomplu nindukrawh u niżviluppawh. Gvern Nazzjonalista huwa kommess li jkompli jsaħħaħ il-mudell soċjali tagħna.

Inkomplu naħdmu wkoll favur soċjetà aktar inklużiva. Insaħħu aktar ir-rappreżentanza tan-nisa fis-soċjetà, speċjalment f’karigi pubbliċi, u nkomplu nintegraw lill-minoranzi bħala parti sħiħa u ugwali tas-soċjetà. Id-dinjità ta’ kull bniedem tisboq il-fatt jekk hux f’minoranza jew f’maġġoranza.

Politika

Fil-qasam politiku l-PN huwa kburi b’Malta u jrid ikompli jwettaq politika li tagħmlek kburi li inti Malti. Malta hi pajjiż bi storja antika. Iżda l-Istat Malti għadu żagħżugħ għax twieled fl-1964. Żgur li inti għandek membri tal-familja li għexu dak il-jum memorabbli li fih ħadna l-Indipendenza.

L-2014 trid tkun sena li fiha naħdmu anki aktar milli ħdimna sa issa biex infakkru kif jixraq għeluq il-ħamsin sena tagħna bħala poplu indipendenti. Għandha tkun sena storika, b’dawl qawwi speċjali mixħut fuq l-identità tagħna, fuq dak kollu li jorbot ġenerazzjonijiet differenti ta’ Maltin flimkien, u jgħaqqad dejjem aktar lilna l-Maltin f’Malta

mal-Maltin imxerrdin mad-dinja. Fiduċja dejjem akbar f’pajjiżna u fl-identità nobbli tiegħu tfisser li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom fiduċja dejjem akbar fihom infushom. B’dan l-impenn, li għandu jissaħħaħ fis-sena speċjali li ġejja, niggarantixxu li jkollna ġenerazzjonijiet li huma dejjem aktar kuntenti bħala persuni u bħala ċittadini.

Fl-2014 mhux biss għandna għaliex niċċelebraw flimkien l-identità tagħna iżda jeħtieġ li nużaw din l-okkażjoni biex inħarsu lejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta u hawn ukoll nagħmlu qabża ta’ kwalità billi naġġornawha għaż-żminijiet tal-lum fid-dawl tal-esperjenza. Jeħtieġ reviżjoni ta’ kif jaħdmu l-istrutturi tal-istat. Jeħtieġ li nirrikonoxxu u nsaħħu r-rwol tal-għaqdiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali fil-ħajja pubblika. Għandhom jiġu aġġornati wkoll il-liġi elettorali biex Maltin imsefrin li huma intitolati għall-vot ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom mingħajr ma joqogħdu jiġu Malta kif ukoll sabiex persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom skont il-bżonnijiet individwali partikolari tagħhom. Fuq kollox, jeħtieġ li nsaħħu d-demokrazija b’parteċipazzjoni aktar diretta tan-nies, inkluż permezz tat-teknoloġija tal-lum.

Il-Parlament m’għandux ikun biss ġdid fil-bini. Il-Parlament għandu jkun aktar viċin in-nies u se jkun aktar miftuħ għan-nies fejn ir-rappreżentanti politiċi tiegħek ikunu dejjem aktar viċin tiegħek. Għandhom jissaħħu wkoll il-poteri tal-Parlament sabiex il-Gvern jibqa’ dejjem taħt skrutinju. Id-dibattiti parlamentari għandhom ikunu mxandra kollha.

Meta mmissu fil-fond il-Kostituzzjoni, inkunu qed immissu l-qalba tal-istat Malti. Kull reviżjoni wiesgħa tal-Kostituzzjoni għandha tiġi suġġetta għal referendum. Il-PN jemmen li d-deċiżjoni dwar it-tibdiliet kostituzzjonali għandu jeħodha l-poplu Malti.

Page 3: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemMatul dawn il-ħames snin saru għadd kbir ta’ proġetti ta’ bini ta’ toroq ġodda, ta’ oħrajn li nbnew mill-ġdid u ta’ oħrajn li ttejbu konsiderevolment minn kif kienu. Proġetti mifruxa fl-ibliet u fl-irħula grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jkollna infrastruttura ta’ toroq moderna kif tixraq lil pajjiżna, lill-poplu Malti u Għawdxi u lit-turisti li jżuruna

Sigurtà akbar fit-toroq għal sewqan aktar sigurAktar investiment fit-toroq ifisser aktar sigurtà kemm għas-sewwieqa kif ukoll għal min jimxi fit toroq. Flok sewwieq ikun moħħu biex jevita xi ħofra b’periklu li jaħbat jew itajjar lil xi ħadd, ikun mija fil-mija ffukat fuq x’hemm quddiemu.

Mill-banda l-oħra, meta niġu biex naqsmu xi triq, speċjalment l-anzjani, ma jkunx hemm problemi bħal li persuna titfixkel u tispiċċa taqa’ fit-triq. Eżempju, waħda mill-isbaħ toroq li saru għalija hi dik tal-Kunsill tal-Ewropa.

Illum pajjiżna jgawdi għadd ġmielu ta’ toroq mill-aqwa u mill-isbaħ li huma wkoll toroq li joffru sigurtà lis-sewwieqa.

Investiment għaqli fl-aqwa infrastruttura possibbli tat-toroq L-investiment fit-toroq hu ta’ importanza kbira għalina l-Maltin u l-Għawdxin u dan għaliex aħna nagħmlu użu minnhom ta’ kuljum u wieħed jinduna kemm tinqala’ frustrazzjoni meta jkun hemm it-traffiku jew ikun hemm xi post magħluq.

Il-Gvern investa f’network aħjar ta’ toroq biex b’hekk jagħmilha aktar faċli biex ikun hemm moviment ta’ traffiku aħjar, filwaqt li dak li jkun jasal kmieni fid-destinazzjoni fejn ikun jixtieq imur.

L-investiment fit-toroq għandu rwol kruċjali ieħor, dak li jagħmel ħajja aħjar lill-bniedem. Jgħin biex ikompli jiġġenera x-xogħol fil-pajjiż għax il-kumpaniji li jirbħu l-kuntratti jkomplu jespandu u jimpjegaw numru ferm ikbar ta’ nies biex ir-rota tkompli ddur.

Tajjeb li s-sewwieqa kollha jagħrfu jużaw b’għaqal it-toroq f’pajjiżna u jsuqu b’moderazzjoni.

It-toroq tajbin jagħmlu l-kwalità tal-ħajja tagħna aħjarIt-toroq huma l-medium prinċipali tat-trasport f’Malta u b’hekk aktar ma jkun hawn toroq aktar wieħed jibbenefika għaliex wieħed ikollu diversi għażliet minn fejn jgħaddi u allura t-traffic jams fit-toroq Maltin jonqsu.

Dan iwassal mhux biss li persuna tnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar tagħha minn post għal ieħor iżda li b’inqas traffiku jonqos il-konsum tal-fuel u allura jonqsu d-dħaħen fl-arja u l-poplu jibbenefika minn saħħa aħjar.

Il-Gvern f’dawn il-ħames snin bena bosta toroq u wieħed jista’ jgħid li f’diversi zoni, il-konġestjonijiet tat-traffiku naqsu.

Sinjali tat-toroq sbieħ li jagħtu dehra isbaħ lill-ambjent ta’ madwarnaToroq aħjar b’aktar faċilitajiet jgħinu kemm lis-sewwieqa lokali kif ukoll lill-barranin. Meta jkollok diversi toroq jgħaddu minn diversi rħula u bliet, dak li jkun jista’ jagħżel triq u mhux oħra biex jevita t-traffiku.

Fl-istess ħin, it-turisti li jiġu jżuru Malta jkun ferm faċli għalihom biex jilħqu diversi lokalitajiet f’qasir żmien.

Is-sinjali tat-toroq jgħinu biex ikun hemm sigurtà akbar u dak li jkun isegwi t-triq aħjar meta jkun hemm is-sinjali viżibbli filwaqt li dawk li jżuruna jieħdu impressjoni tajba tas-sitwazzjoni infrastrutturali ta’ Malta.

Toroq tal-ogħla kwalità kif jixraq lilna l-Maltin u l-GħawdxinIt-toroq illum huma magħmulin b’ċerta reqqa u prinċipji sodi warajhom, fejn mhux biss issir it-triq imma wieħed jara li dik it-triq tkun preparata biex tilqa’ għal dawk l-elementi li tkun qed taffaċċja bħal ngħidu aħna, sistema ta’ culverts aħjar f’postijiet fejn ikun hemm ħafna ilmijiet waqt u wara x-xita.

Barra minn hekk għalkemm it-toroq minnhom infushom huma magħmulin mit-tarmak, ġebel, eċċ, xorta jkun hemm livell għoli ta’ rispett u ħarsien kemm lejn l-ambjent innifsu kif ukoll xi siti storiċi li jinstabu waqt l-istess xogħol għaliex fil-ħajja, kollox hu integrat ma’ xulxin u kollox hu bżonjuż speċjalment għal ħajja ta’ kwalità għolja u għat-turiżmu.

CETTINA M. ĦAż-żEbbUġ

DAMIAN CASSARĦ’ATTARD

WAyNE bONELLOPEMbROKE

yOSEf ZAhRAIż-żURRIEQ

PAULINE MUSCATL-IMġARR

Page 4: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

żieda fis-safar tal-Maltin grazzi għal investiment fl-aċċessibbiltà ta’ Malta u t-titjib fil-livell tal-għajxien b’aktar xogħol u flus fil-but

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien investiment ewlieni ta’ Gvern Nazzjonalista u issa qed ikompli jiżviuppa bl-iSkyParks li għadu kemm infetaħ

L-investiment li sar fil-vapuri t’Għawdex tejjeb it-trasport għall-gżira Għawdxija li gawdiet żieda fil-passiġġieri li qasmu lejha minn 3.8 miljuni għal 4.1 miljuni fl-aħħar ħames snin... l-anzjani jistgħu jaqsmu lejn Għawdex b’xejn

Malta tilqa’ tajjeb lit-turisti f’Ajruport li kiseb diversi premjijiet internazzjonali... u li jservi

tajjeb ukoll lill-Maltin li saru vjaġġaturi entużjasti

Il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin qed titjieb fl-opportunitajiet ta’ ħruġ f’Malta stess f’postijiet

ikkurati, kunċerti, attivitajiet kulturali u żjarat f’Għawdex... kif ukoll fis-safar barra

Page 5: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

L-investiment li sar fil-vapuri t’Għawdex tejjeb it-trasport għall-gżira Għawdxija li gawdiet żieda fil-passiġġieri li qasmu lejha minn 3.8 miljuni għal 4.1 miljuni fl-aħħar ħames snin... l-anzjani jistgħu jaqsmu lejn Għawdex b’xejn

Investiment biex l-Air Malta tfendi u taqdi aħjar lit-turist li jżur

Malta... u lill-vjaġġatur Malti

Malta tilqa’ tajjeb lit-turisti f’Ajruport li kiseb diversi premjijiet internazzjonali... u li jservi

tajjeb ukoll lill-Maltin li saru vjaġġaturi entużjasti

Barra li s-safar tal-Maltin żdied sew fl-aħħar ħames snin, żdied ukoll l-ammont

ta’ Maltin li qabdu cruise minn Malta

Page 6: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Muscat illum qed jgħid li lest jaħdem mal-privat u jintrabat li bilfors jixtri l-elettriku kollu li tipproduċi power station privata anke jekk dan ikun ferm ogħla mill-elettriku li Malta se tkun tista’ tixtri bi rħis bil-lejl mis-sena d-dieħla bl-interconnector cable minn Sqallija

Meta kellu l-prova tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna, li t-telf tagħha fil-passat hu kwart tad-dejn kollu li għandu l-pajjiż, Muscat u l-GWU għamlu dimostrazzjoni mimlija kliem iebes kontra l-Gvern u kontra l-privatizzazzjoni tat-Tarzna

Fid-dibattitu fil-Parlament dwar il-privatizzazzjoni tat-Tarzna, Muscat ħa pożizzjoni radikali kontra l-privatizzazzjoni tat-Tarzna f’idejn il-kumpanija Palumbo

Muscat jagħżel ħażin...

MUSCAT JIPPROVA JMERI S-SEWWA MAGĦRUf LI MALTA ĦOLQOT 20,000 IMPJIEG fL-AĦĦAR ĦAMES SNIN(dehret għall-ewwel darba: il-mument 09.12.12)

...u tbati int

Illum jgħid li lest jaħdem mal-privat...

dwar it-Tarzna, kontra l-privatizzazzjoni

Page 7: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Numru ta’ kelliema Laburisti dan l-aħħar marru għal diskussjonijiet fuq it-televiżjoni jippruvaw imeru l-fatt li l-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin ħoloq 20,000 impjieg. Dawn il-kelliema Laburisti ppruvaw iqarrqu b’ċifri li mhumiex fuq ħames snin imma fuq perjodu anqas biex jippruvaw iġibu l-boċċa qrib il-likk. Imma l-kelliema Nazzjonalisti wrew biċ-ċar u biċ-ċifri ppubblikati użati mill-UE li l-Gvern Nazzjonalista tassew ħoloq 20,000 impjieg fl-aħħar ħames snin.

Diversi statistiċi jikkonfermaw l-20,000 impjieg fl-aħħar ħames sninL-20,000 impjieg li l-Gvern Nazzjonalista ħoloq fl-aħħar ħames snin, f’kuntrast kbir ma’ pajjiżi oħrajn, jirriżultaw minn diversi statistiċi. Waħda minnhom hi l-Labour Force Survey, l-istatistika li tuża l-Unjoni Ewropea stess dwar l-impjiegi, il-persentaġġi tax-xogħol u l-pagi. Din l-istatistika tgħodd kemm

Iċ-ċifri li tuża l-UE jikkonfermaw li l-gvern Nazzjonalista ħoloq aktar minn 20,000 impjieg fl-aħħar ħames snin

hawn nies jaħdmu u kemm jaqilgħu f’pagi. Il-Labour Force Survey, bil-kontra ta’ ċifri oħrajn, jgħodd kemm hawn nies jaħdmu u, għalhekk, jekk ħaddiem ikollu żewġ impjiegi (pereżempju, impjieg full-time u ieħor part-time), il-Labour Force Survey xorta jgħoddu bħala wieħed.

żieda qawwija fin-nies jaħdmu fl-aħħar ħames snin...L-aħħar Labour Force Survey ġie ppubblikat l-għada li bdiet il-kampanja elettorali, fit-8 ta’ Jannar. Dan juri li fl-aħħar għadd li sar f’Malta llum hawn 174,126 ruħ jaħdmu, meta ħames snin eżatt qabel kien hawn 156,930 ruħ jaħdmu. Din waħedha diġà hi żieda ta’ aktar minn 17,000 ruħ jaħdmu fl-aħħar ħames snin, minn 157,000 għal 174,000.

… li tikkonferma li impjiegi ġodda nħolqu 20,000 jew aktarMa’ din iż-żieda, dejjem hemm ammont ta’ nies li l-impjieg tagħhom jispiċċa

u kellna f’Malta żgur dawk tat-Tarzna. Jekk tassumi mqar 3,000 impjieg li ntilfu fl-aħħar ħames snin (u din hi stima baxxa), diġà tasal għall-20,000 impjieg ġdid, u probabbilment ħafna aktar. Għax ladarba l-pajjiż diġà għamel tajjeb għal dawk it-3,000 li qed nassumu li ntilfu u ġie minn fuq bi 17,000, mela allura ħoloq żgur 20,000 impjieg ġdid; u probabbilment aktar.

Aħna nargumentaw kemm żidna, ħaddieħor jibki l-qgħadDawn l-20,000 impjieg ġdid maħluqin f’Malta fl-aħħar ħames snin huma f’kuntrast enormi ma’ pajjiżi oħrajn li jibku kemm naqsu f’dawk il-pajjiżi n-nies jaħdmu fl-aħħar ħames snin u kemm għandhom qgħad kbir. Aħna f’Malta, bil-maqlub, nargumentaw kemm żidna nies jaħdmu. Din hi l-grazzja ta’ Gvern Nazzjonalista li dejjem fisser xogħol, waqt li gvern tal-Labour dejjem fisser qgħad. Fl-Unjoni

Ewropea fl-aħħar ħames snin, Malta u tliet pajjiżi biss, fosthom il-Ġermanja, żiedu l-impjiegi fl-aħħar 5 snin.

fejn żdiedu l-20,000 impjiegIl-Labour Force Survey juri mhux biss li nħolqu fuq 20,000 impjieg fl-aħħar ħames snin imma wkoll juri f’liema oqsma żdiedu n-nies jaħdmu. U dawn żdiedu fl-oqsma kollha u speċjalment fejn hi l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista li jiżdiedu, jiġifieri f’oqsma bħall-manifattura speċjalizzata, fabbriki moderni, it-turiżmu, is-servizzi finanzjarji u oqsma oħrajn li jħallsu pagi tajbin u li l-Gvern Nazzjonalista ġibed lejn Malta.

Il-Labour Force Survey juri kemm żdiedu nies jaħdmu f’dawn it-tipi ta’ impjiegi:

n impjiegi professjonali e.g. nies jaħdmu b’warrant bħal għalliema, accountants fil-financial services, tobba, nurses u spiżjara fil-farmaċewtika: żieda ta’ 6,400 ruħ jaħdmu;

n impjiegi ta’ uffiċjali ta’ kumpaniji bħal executives u impjiegi maniġerjali: żieda ta’ 4,400 ruħ jaħdmu;

n jobs fis-servizzi li huma qasam kbir e.g. ħwienet, lukandi, ristoranti, garages: żieda ta’ 3,000 ruħ jaħdmu;

n impjiegi klerikali fid-diversi oqsma tas-servizzi e.g. gaming, servizzi finanzjari: żieda ta’ 2,800 ruħ jaħdmu;

n assistenti professjonali bħal supervisors u jobs tekniċi e.g. fil-fabbriki, avjazzjoni, farmaċewtika, informatika: żieda ta’ 3,700 ruħ jaħdmu.

Jekk tgħoddhom, dawn iż-żidiet jitilgħu għal żieda ta’ 20,300 impjieg.

Hemm ukoll żieda fis-self-employed ta’ 700.

Dawn huma ċ-ċifri tal-Labour Force Survey li għadu kemm kien ippubblikat dan ix-xahar u li juru mhux biss li nħolqu 20,000 impjieg fl-aħħar ħames snin imma wkoll f’liema oqsma nħolqu; oqsma ta’ impjiegi tajbin.

Iċ-ċifri tal-Labour Force Survey li kien ippubblikat fit-8 ta’ Jannar juru mhux biss li nħolqu 20,000 impjieg fl-aħħar ħames snin imma wkoll f’liema oqsma nħolqu

Page 8: Is-Safar tal-Maltin żdied b'20 fil-mija - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Illum pajjiżna jgawdi minn arja ħafna aktar nadifa milli kienet ħames snin ilu, igawdi minn baħar nadif – l-aktar baħar nadif fil-Mediterran – u minn aktar indafa grazzi għall-investimenti li għamel il-Gvern biex pajjiżna jkun isbaħ, aktar nadif u b’ambjent mill-aqwa li jgħinu biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi