is-sustanzi perikolużi u l- e valwazzjoni tar- r iskju

24
Is-Sustanzi Perikolużi u l-evalwazzjoni tar-riskju Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

Upload: cody

Post on 09-Jan-2016

43 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Is-Sustanzi Perikolużi u l- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. X’inhuma s-s u s tan zi perikolużi ?. Is-sustanzi perikolużi (DA): Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Is-Sustanzi Perikolużi u

l-evalwazzjoni tar-riskju

Kampanja Ewropea

dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

Page 2: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

X’inhuma s-sustanzi perikolużi?

Is-sustanzi perikolużi (DA):• Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju

għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema • Jistgħu jinstabu fi kważi l-postijiet tax-xogħol kollha, inkluż fl-

SMEs (irziezet, ħwienet tal-parrukkiera, ħwienet li jagħmlu tiswijiet tal-muturi, sptarijiet, skejjel…)

• Jinkludu kimika kif ukoll aġenti bijoloġiċi (batterji, virusijiet, fungi u moffa, parassiti...)

• Jinkludu sustanzi prodotti bħala prodott sekondarju tax-xogħol, kif ukoll materji primi (dħaħen tal-welding, egżost tad-diesel, trab ta’ l-injam, dqiq użat fil-fran fejn jinħema l-ħobż…).

Page 3: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Is-sustanzi perikolużi u l-ħsara li jġibu magħhom

Jekk ir-riskji li jġib miegħu l-użu tas-SP ma jiġux ġestiti sewwa, is-saħħa tal-ħaddiema tista’ tiġi pperikolata b’diversi modi:

• Permezz ta’ espożizzjoni qasira waħdanija• Permezz ta’ aktar minn espożizzjoni waħda • Permezz ta’ akkumulazzjoni fit-tul ta’ sustanzi fil-

ġisem.

Page 4: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-effetti fuq is-saħħa

Is-SP jista’ jkollhom effetti differenti fuq is-saħħa, inklużi:• Effetti akuti: ivvelenar, qtugħ ta’ nifs, splużjoni u nirien• Effetti fit-tul, per eżempju:

► Mard respiratorju (reazzjonijiet fil-passaġġi ta’ l-arja u l-pulmuni) bħall-ażma, ir-rinite, l-asbestożi u s-silikożi

► Kanċers relatati mal-post tax-xogħol (lewkimja, kanċer fil-pulmun, mesoteljoma, kanċer tal-kavità nażali)

• Effetti tas-saħħa li jistgħu jkunu kemm akuti u wkoll fit-tul:► Mard tal-ġilda, problemi riproduttivi u difetti fit-twelid, allerġiji

• Xi sustanzi jistgħu jakkumulaw fil-ġisem • Xi sustanzi jista’ jkollhom effett kumulattiv• Xi sustanzi jistgħu jippenetraw fil-ġilda

Page 5: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Is-sustanzi perikolużi - il-liġi• Il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tinkludi regolamenti dwar

il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’:►Aġenti kimiċi ►Aġenti bijoloġiċi ►Karċinoġeni u mutaġeni (inkluż l-asbestos u t-trab ta’ l-injam)

• Ir-regolamenti dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettjar huma importanti indaqs, iżda ma japplikawx għas-sustanzi perikolużi kollha (eż. sustanzi kimiċi li jintużaw fil-hairdressing, farmaċewtiċi)

• Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu u t-tqegħid fis-suq huma imposti fuq xi sustanzi u proċeduri tax-xogħol.

• Inti għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, li tkun relatata ma’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol.

Page 6: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Leġiżlazzjoni rilevanti oħra

• REACHIr-Regolament tal-Komunità Ewropea KE/1907/2006 joħloq sistema waħdanija ġdida għar-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni u l-Awtorizzazzjoni tas-Sustanzi Kimiċi: ► Huwa maħsub biex jagħmel aktar sabiex iħares l-ambjent u s-saħħa ta’ l-

utenti

► Jagħmel l-industrija aktar responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji mis-sustanzi kimiċi u jipprovdi informazzjoni ta’ sigurtà dwar is-sustanzi għal dawk kollha li jipproduċu jew jużaw sustanza.

► Għal aktar tagħrif dwar REACH: http://echa.europa.eu

• GHS – is-Sistema Armonizzata b’Mod Globali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettjar tas-Sustanzi Kimiċi - hija wkoll ser ikollha impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema► Għal aktar tagħrif dwar il-GHS:

http://ec.europa.eu/enterprise/reach/ghs_en.htm

Page 7: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

• Skond il-liġi, dawk li jħaddmu fl-UE għandhom iħarsu lill-ħaddiema tagħhom milli jsofru ħsara mis-SP fuq il-post tax-xogħol.

• Sabiex iħarsu lill-ħaddiema mis-SP, dawk li jħaddmu huma mitluba mil-liġi biex iwettqu Evalwazzjoni tar-Riskju (RA). Il-ħaddiema għandhom jiġu involuti f’dan il-kompitu.

Fil-qosor…

Page 8: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

X’inhi l-Evalwazzjoni tar-Riskju?

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mill-perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:►X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara

►Jekk il-perikli jistgħux jitneħħew u, jekk le,

►X’miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ protezzjoni għandu jkun hemm biex ir-riskji jkunu kkontrollati.

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-bażi għal ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ suċċess, iċ-ċavetta għat-tnaqqis ta’ l-aċċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol

Page 9: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP tinvolvi l-istess proċessi u prinċipji bażiċi bħal dawk għal riskji oħrajn relatati max-xogħol

• Ikun min ikun dak li jwettaq l-Evalwazzjoni tar-Riskju, huwa essenzjali li ssir konsultazzjoni ma’ l-impjegati u li dawn jiġu involuti fil-proċess. L-impjegati:►Jafu l-post tax-xogħol tagħhom►Huma dawk li jridu jimplimentaw kwalunkwe bidla fil-

prattiċi/kondizzjonijiet tax-xogħol.• Hemm diversi metodi disponibbli. Iżda għal bosta

negozji, approċċ sempliċi f’ħames stadji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għandu jaħdem tajjeb u jkun biżżejjed.

Page 10: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (1)

• Fittex is-sustanzi li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara, u identifika l-ħaddiema li jistgħu jkunu esposti għas-sustanzi

• Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju miżjud eż.:►Ħaddiema żgħażagħ►Nisa tqal u ommijiet li jreddgħu ►Ħaddiema emigranti ►Persunal mhux imħarreġ jew mingħajr esperjenza►Nies li jnaddfu, kuntratturi u membri tal-pubbliku.

Nota ta’ tfakkira: periklu jista’ jkun kwalunkwe ħaġa — materjal tax-xogħol, tagħmir, prattiċi jew metodi tax-xogħol — li jkollha l-potenzjal li tikkawża ħsara.

Page 11: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (2)

Sabiex tgħin ħalli jiġu identifikati l-perikli:• Agħmel inventarju tas-sustanzi użati u ġġenerati fuq il-post

tax-xogħol • Iġbor l-informazzjoni dwar dawn is-sustanzi eż. il-ħsara li

jistgħu jagħmlu u kif din tista’ ssir ► It-tikketti tas-sigurtà standardizzati, is-simboli tar-riskju, u l-folji ta’

dejta dwar is-sigurtà (SDS), li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur ta’ sustanza kimika, huma sors importanti ta’ informazzjoni

• Iċċekkja l-Limiti ta’ Espożizzjoni fuq il-Post tax-Xogħol (OELs) għas-sustanzi►L-OELs jgħinu biex tiġi kkontrollata l-espożizzjoni għas-SP fuq il-post

tax-xogħol, billi jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ konċentrazzjoni (ta’ arja) ta’ sustanza

• Evalwa jekk intix qed tuża karċinoġeni jew mutaġeni, li għalihom japplikaw regoli aktar stretti

• Għal aktar tagħrif ara Fatti 33 u Fatti 35

Page 12: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 2: Evalwa u agħti prijorità lir-riskji

• Evalwa l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP li ġew identifikati, billi tħares lejn it-tip, l-intensità, it-tul u l-frekwenza ta’ l-espożizzjoni għall-ħaddiema

• Ikkunsidra liema proċeduri tax-xogħol qegħdin jintużaw • Ikkunsidra l-espożizzjonijiet ikkombinati mas-sustanzi• Ikkunsidra l-effetti kkombinati ma’ riskji oħrajn, per eżempju:

► Ir-riskji ta’ nirien qrib sustanzi li jieħdu n-nar malajr

► Xogħol fiżiku iebes li jista’ jżid l-użu tas-sustanzi kimiċi

► Wet work li jista’ jżid l-effett tas-sustanzi kimiċi fuq il-ġilda

• Il-lista tista’ mbagħad tintuża biex jitfassal pjan ta’ azzjoni.

Nota ta’ tfakkira: riskju huwa ċ-ċans, kbir jew żgħir, li xi ħadd jista’ jsofri ħsara minn periklu.

Page 13: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Segwi l-ġerarkija tal-miżuri biex tipprevjeni jew tnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP:

• Eliminazzjoni – l-aqwa mod biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mas-SP►Neħħi l-ħtieġa li tuża s-SP billi tbiddel il-proċess jew il-

prodott li fih tintuża s-sustanza

• Sostituzzjoni – jekk l-eliminazzjoni m’hijiex possibbli►Issostitwixxi jew ibdel is-SP b’alternattivi mhux perikolużi

jew inqas perikolużi

Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (1)

Page 14: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

• Kontroll - jekk sustanza jew proċess ma jistax jiġi eliminat jew sostitwit►Ipprevjeni jew naqqas l-espożizzjoni permezz ta’:

• Għeluq tal-proċess li jirriżulta fl-emissjoni tas-SP• Kontroll ta’ l-emissjoni fis-sors • Ġestjoni aħjar tal-proċessi • Soluzzjonijiet tekniċi biex titnaqqas l-espożizzjoni • Tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema esposti għas-sustanza

perikoluża, u t-tul u l-intensità ta’ l-espożizzjoni • Fejn l-espożizzjoni ma tistax tiġi evitata b’mezzi oħrajn,

assigura li l-individwi jkollhom tagħmir protettiv personali addattat u li jkunu mħarrġa fl-użu tiegħu.

Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (2)

Page 15: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Sostituzzjoni – proċessi tax-xogħol

• Ibda b’sustanzi u proċessi tax-xogħol li:►Diġà kkawżaw problemi fl-intrapriża tiegħek (problemi ta’

saħħa, aċċidenti jew inċidenti oħrajn)►Jagħmlu l-monitoraġġ tas-saħħa regolari (bħal

eżaminazzjoni medika tal-ħaddiema) bħala ħaġa neċessarja ►Huma koperti minn regolamenti nazzjonali speċifiċi li

jimponu restrizzjonijiet ta’ l-użu fuq il-post tax-xogħol►Iwasslu għal livelli għolja ta’ espożizzjoni fost il-ħaddiema,

jew li jirriżultaw f’espożizzjoni għal ħafna ħaddiema.• Il-proċessi tax-xogħol li għandek tikkunsidra jinkludu:

►Proċessi miftuħa, eż. l-għoti taż-żebgħa fuq uċuh kbar, taħlit f’kontenituri/reċipjenti miftuħa

►Proċessi li jiġġeneraw trabijiet, fwawar jew dħaħen, jew li jxerrdu likwidi fl-arja, eż. welding, sprejjar taż-żebgħa.

Page 16: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Sostituzzjoni – sustanzi

• Is-sustanzi li għandek tikkunsidra jinkludu dawk li:► Iżidu r-riskju ta’ nirien u splużjoni►Huma volatili, eż. solventi organiċi, jew li jiġu mxerrda fl-arja

(ajrusoli, trab)►Jikkawżaw riskji akuti għas-saħħa, eż. veleni, sustanzi

korrużivi u sustanzi irritanti ►Jikkawżaw riskji kroniċi għas-saħħa, eż. allerġeni, sustanzi

li jaffettwaw ir-riproduzzjoni ►Jikkawżaw mard relatat max-xogħol►Jistgħu jiġu assorbiti mill-ġilda►Jagħmlu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali (eż. għal

protezzjoni mill-ġbid ta’ l-arja ‘l ġewwa) neċessarju.

• Għal aktar tagħrif ara Fatti 34

Page 17: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Karċinoġeni u mutaġeni

• Ir-regolamenti għall-karċinoġeni u l-mutaġeni jimponu rekwiżiti aktar stretti:►Is-sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi għandhom jiġu

sostitwiti kemm jista’ jkun possibbli teknikament►L-għeluq tal-proċess tal-ħruġ huwa obbligatorju jekk ikun

teknikament fattibbli►L-aċċess tal-ħaddiema għandu jkun ristrett ►Għandhom jinżammu rekords aktar dettaljati dwar l-

espożizzjoni tal-ħaddiema, u dawn għandhom jinżammu għal żmien itwal

►Għandu jingħata aktar tagħrif lill-ħaddiema dwar l-espożizzjoni u l-monitoraġġ tas-saħħa.

• Għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, fir-rigward ta’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol

Page 18: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 4: Ħu azzjoni

• Implimenta miżuri preventivi u protettivi• L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’

pjan li jispeċifika: ►Min jagħmel x’hiex

►Sa meta għandha titlesta biċċa xogħol

►Il-mezzi allokati sabiex jiġu implimentati l-miżuri

►Meta ser tiġi riveduta l-evalwazzjoni u minn min

• Huwa essenzjali li kwalunkwe ħidma biex jiġu eliminati, sostitwiti jew ikkontrollati r-riskji tingħata prijorità.

Page 19: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 5: Immonitorja u irrevedi

• L-effettività tal-miżuri preventivi għandha tiġi mmonitorjata

• L-evalwazzjoni għandha tiġi riveduta kull meta jokkorru bidliet sinjifikanti fl-organizzazzjoni:►Meta jkun hemm bidliet fil-proċedura tax-xogħol►Meta jiġu introdotti sustanzi kimiċi u proċeduri

tax-xogħol ġodda►Meta jseħħu aċċidenti jew problemi tas-saħħa►Fuq bażi perjodika, sabiex jiġi assigurat li r-

riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju jkunu għadhom validi.

Page 20: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Irreġistra l-evalwazzjoni

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju għandha tiġi ddokumentata, b’tali rekord ikun jista’ jintuża biex:►L-informazzjoni tingħadda lill-persuni konċernati

►Jiġi evalwat jekk il-miżuri meħtieġa ġewx introdotti

►Tiġi prodotta evidenza għall-awtoritajiet superviżorji

►Jiġu riveduti l-miżuri f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

Page 21: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Pariri għall-ħaddiema

• Sabiex iżommu ruħhom sikuri fir-rigward tas-SP, il-ħaddiema għandhom jinżammu infurmati dwar:► Ir-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju► Il-perikli li huma esposti għalihom►Kif jistgħu jiġu affettwati►Xi jridu jagħmlu biex iżommu lilhom infushom u lill-oħrajn sikuri►X’għandhom jagħmlu f’każ ta’ aċċident jew meta l-affarijiet imorru

ħażin►Kif isiru jafu meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin ►Lil min għandhom jirrappurtaw kwalunkwe problemi li jistgħu

jiltaqgħu magħhom ►X’għandhom jagħmlu meta jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni► Ir-riżultati ta’ kwalunkwe monitoraġġ ta’ espożizzjoni jew

sorveljanza tas-saħħa.

Page 22: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Pariri lil dawk li jħaddmu: komunikazzjoni

• Komunikazzjoni tajba bejn dak li jħaddem u l-ħaddiem tinkludi:►Li dak li jħaddem ikollu lista ta’ sustanzi perikolużi li jintużaw jew

li jiġu ġġenerati mill-proċess tax-xogħol►Li jkollu Folji ta’ Dejta tas-Sigurtà (SDS) u dokumenti simili

disponibbli għal kull SP użata ►Li jiġu prodotti struzzjonijiet tax-xogħol ibbażati fuq tagħrif dwar

is-SP►Li jagħmel ċert li l-kontenituri għas-SP jiġu ttikkettjati b’mod ċar►Li jikkomunika r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju►Li b’mod regolari jistaqsi lill-ħaddiema dwar il-problemi tas-

saħħa u s-sigurtà potenzjali►Li jipprovdi lill-ħaddiema bit-tagħrif, l-istruzzjonijiet u t-taħriġ

kollha rilevanti dwar is-SP preżenti fuq il-post tax-xogħol.

Page 23: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Minn fejn tista’ tikseb l-għajnuna

Fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli li jistgħu jservu ta’ għajnuna:

►Sezzjoni fuq l-internet ta’ SP, inklużi eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-UE u l-Fatti 33, 34 u 35: http://osha.europa.eu/topics/ds

►Sezzjoni fuq l-internet ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskji, inklużi għodda u listi ta’ kontroll ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskji:http://osha.europa.eu/topics/riskassessment

►Tagħrif dwar is-SP speċifikament għall-SMEs:http://sme.osha.europa.eu/products/dangerous_substances/

►Tagħrif dwar il-kampanja ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju:http://hw.osha.europa.eu

Page 24: Is-Sustanzi Perikolużi  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

http://hw.osha.europa.eu

Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija

Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju