it-tagħlim bl-etwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf ·...

112
It-Tagħlim bl-eTwinning Manwal għall-għalliema

Upload: dokhue

Post on 02-Apr-2018

274 views

Category:

Documents


11 download

TRANSCRIPT

Page 1: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

It-Tagħlim bl-eTwinningManwal għall-għalliema

MT-Cover_6mm_K TISKU.indd 1MT-Cover_6mm_K TISKU.indd 1 31.5.2007 12:11:2531.5.2007 12:11:25

Page 2: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Published in April 2007 by:

Central Support Service for eTwinning

European Schoolnet

Rue de Trèves 61

B-1040 Brussels Belgium

Layout: Hofi Studio

Print run: 413

Editors: Christina Crawley, Petru Dumitru & Anne Gilleran

Contributors: Katerina Barorova, Sylvia Binger, Cees Brederveld, Anne Gilleran, Birke Kjaer Peulicke

Extracts from this booklet may be re-used with explicit mention of the publisher.

Copyright © eTwinning Central Support Service, rue de Trèves 61, 1040, Brussels, Belgium

Photo: Gérard Launet, Laurence Mouton / PhotoAlto

MT-Cover_6mm_K TISKU.indd 2MT-Cover_6mm_K TISKU.indd 2 31.5.2007 12:11:3331.5.2007 12:11:33

Page 3: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Manwal ta’ l-eTwinning

Werrej

Introduzzjoni . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .2

Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 4 Anne Gilleran

Kapitlu 2 Kif tibda taħdem fuq Proġett Kollaborattiv . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .6 Birte Kjær Peulicke u Cees Brederveld

Kapitlu 3 Ideat għall-Proġetti . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .12 Sylvia Binger, Katerina Bavorova

Kapitlu 4 Eżempji ta’ Proġetti u Intervisti ma’ l-Għalliema . . . . . . . . . . . . . . . .24 Miġbura minn: Christina Crawley, Anne Gilleran u Petru Dumitru

Kapitlu 5 Konklużjonijiet . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .104 Anne Gilleran

Dettalji ta’ Kuntatt tas-CSS . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .106Dettalji ta’ Kuntatt ta’ l-NSS

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:1MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:1 6.6.2007 16:14:006.6.2007 16:14:00

Page 4: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Introduzzjoni

Diġà involvejt ruħek fl-eTwinning, li llum hija waħda mill-aktar inizzjattivi dinamiċi u ta’ suċċess għall-attivitajiet bejn skejjel Ewropej?

Kemm jekk it-tweġiba hija iva kif ukoll jekk le, dan il-ktieb jgħodd għalik. Minnu ser titgħallem xi ħaġa dwar l-istruttura unika ta’ l-eTwinning, dwar kif beda u dwar il-progress li għamel. Issir taf aktar dwar il-possibbiltajiet li joffri u dwar kif tħares lejn proġett mil-lenti tal-kurrikulu u titgħallem minn għalliema oħra li huma involuti.

Jista’ jkun li diġà taf li l-eTwinning hija inizzjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tħeġġeġ lill-sikejjel kollha fl-Ewropa biex jiffurmaw sħubijiet kollaborattivi bejniethom billi jużaw id-diversi għamliet ta’ teknoloġiji tal-kommunikazzjoni. L-eTwinning, iżda, huwa ferm aktar minn hekk. L-oriġini u l-istruttura ta’ l-eTwinning ser ikunu trattati f’Kapitlu 1.

L-eTwinninng jitratta wkoll it-tagħlim, l-esperimentar b’għamliet ġodda ta’ tagħlim, teknoloġiji ġodda u modi ġodda ta’ kif inwettqu xogħlijiet tradizzjonali. Wieħed mill-akbar xkiel li jżommu lill-għalliema milli jidħlu għal proġetti ġodda, speċjalment dawk li jinvolvu t-teknoloġija, huwa l-isfida ta’ kif jistgħu jintegrawhom fit-tagħlim ta’ kuljum. Kapitlu 2 jagħti pariri prattiċi dwar ix-xogħol fuq proġetti flimkien ma’ sett ta’ regoli tad-deheb li għandhom jiġu segwiti biex jagħtu suċċess.

Barra minn hekk, l-esperjenza ta’ l-għalliema li diġà wettqu proġetti ta’ l-eTwinning tista’ tkun applikata għal kwalinkwe qasam jew suġġett li tkun qed tgħallem. F’Kapitlu 3 hemm għażla ta’ proġetti minn skejjel primarji u sekondarji li juru kif tista’ twettaq proġett f’kuntest ta’ suġġett u ta’ kurrikulu.

Kapitlu 4 jagħti eżempji ta’ firxa kbira ta’ proġetti siewja li diġà twettqu minn skejjel minn madwar l-Ewropa. Dawn jinkludu proġetti sempliċi u oħrajn aktar avvanzati , proġetti għal tfal żgħar ħafna u għal tfal akbar. Xi wħud minnhom rebħu premjijiet fuq skala nazzjonali; u oħrajn kisbu l-Label ta’ Kwalità. Kollha għandhom xi ħaġa x’joffrulek! Għadek m’intix konvint/a? Allura f’dan il-Kapitlu tista’ taqra intervisti ma’ l-għalliema involuti u tara kif inbidlu l-metodi tagħhom, kif l-istudenti tant kienu motivati li bdew jaħdmu waħedhom fil-ħin liberu tagħhom, kif għamlu ħbieb minn madwar l-Ewropa u kif l-eTwinning jgħin biex iddaħħal l-element tad-divertiment fit-tagħlim. Ser taraw direttament mingħandhom kif ħadmu u x’kisbu l-istudenti bl-

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:2MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:2 6.6.2007 16:14:016.6.2007 16:14:01

Page 5: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

3

involviment tagħhom fl-eTwinning.

L-eTwinning issa huwa qawwa ewlenija fl-edukazzjoni fl-Ewropa għaliex huwa faċli. Minħabba l-eTwinning l-għalliema qegħdin dejjem aktar jagħżlu li jgħamlu xogħol ibbażat fuq proġetti. Il-proċess huwa sempliċi: tirreġistra fil-Portal Ewropew www.etwinning.net biex tieħu sehem. Hemm issib partner, tiżviluppa idea għall-proġett, jew tuża kit ta’ proġett u tibda taħdem minnufiħ. Tkun tista’ tuża l-pjattaforma kollaborattiva li hija offruta bla ħlas fil-Portal (it-TwinSpace) biex twettaq ix-xogħol. Jista’ jkollok l-opportunità li tattendi l-Konferenza Annwali ta’ l-eTwinning jew Workshop għall-Iżvilupp Professjonali m’għalliema oħra Ewropej. Tista’ wkoll iddaħħal il-proġett għall-Premjijiet Ewropej jew biex jiġi ikkunsidrat għall-Label ta’ l-eTwinning li tagħti l-għarfien li x-xogħol li tkunu wettaqtu huwa ta’ l-ogħla livell professjonali. Kull xahar tirċievi newsletter bl-aħħar aħbarijiet tal-komunità ta’ l-eTwinning. Jista’ jkun aktar faċli minn hekk?

Issa li taf aktar, aqra l-ktieb u irreġistra għall-eTwinning – il-komunità t’edukaturi dedikati li llum għandha l-akbar tkabbir fl-Ewropa.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:3MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:3 6.6.2007 16:14:036.6.2007 16:14:03

Page 6: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kapitlu 1

L-eTwinning għal min għadu jibdaAnne Gilleran

Jekk għadek ġdid għall-eTwinning jista’ jkun li xi waqtiet taraħ ftit ikkumplikat iżda meta tibda tifhem kif inhu mibni kollox jibda jagħmel sens. Ejja nibdew b’ħarsa ħafifa lejn kif evolva l-eTwinning.

L-eTwinning inbeda fl-2005 b’inizzjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-għan speċifiku li jgħaqqad flimkien skejjel Ewropej b’mod informali u jippermetti lill-għalliema jaħdmu flimkien mingħajr l-irbit li normalment huwa assoċjat max-xogħol imwettaq fil-kuntest ta’ proġetti Ewropej oħrajn.1 Huwa iddisinjat biex joffri metodu ta’ xogħol tassew flessibbli għall-kollaborazzjoni bejn skejjel u għandu qafas uniku f’dak li hu l-kwalità u l-ammont ta’ sapport li huwa offrut lill-għalliema fil-livelli kollha.

L-eTwinning huwa uniku minħabba l-eżistenza tas-servizzi t’appoġġ, fuq livell nazzjonali u dak Ewropew. Is-Servizzi Nazzjonali t’Appoġġ, jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala l-NSSs, jippromwovu u jissapportjaw l-Azzjoni ta’ l-eTwinning fil-pajjiż tagħhom. Joffru taħriġ, għajnuna, sapport u pariri lill-għalliema f’pajjiżhom u jħarsu lejn il-progress ta’ l-iskejjel ta’ pajjiżhom billi jaraw il-Progress Cards li l-għalliema jimlew dwar il-proġett tagħhom. L-NSSs jorganiżżaw ukoll konferenzi nazzjonali u kompetizzjonijiet relatati ma’ l-eTwinning, jippubblikaw newsletters u materjal promozzjonali u jieħdu ħsieb il-websajt ta’ l-eTwinning tal-pajjiż tagħhom.

Fuq livell Ewropew, hemm is-Servizz Ċentrali t’Appoġġ (CSS) li huwa mħaddem mill-European Schoolnet għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea, dan għandu numru ta’ rwoli. L-ewwel, huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-aġġornar tal-Portal Ewropew, www.etwinning.net, fejn l-iskejjel kollha jirreġistraw u jaħdmu flimkiien ma’ l-imsieħba tagħhom. Il-Portal huwa pjattaforma ta’ kommunikazzjoni u kollaborazzjoni sofistikata ħafna li toffri lill-għalliema firxa wiesa’ ta’ għodod li jħaffulhom ix-xogħol fuq il-proġetti tagħhom, dawn jinkludu l-funzjoni tat-tiftix għall-partners, ambjent ta’ xogħol sigur għall-għalliema, kif ukoll firxa ta’ kits ta’ proġetti li jistgħu jgħinu lill-għalliema jibdew proġett. Bara mill-aspett funzjonali tal-Portal hemm ukoll ħafna tagħrif u aħbarijiet dwar l-eTwinning biex jgħinu lill-għalliema fix-xogħol tagħhom. Is-CSS jippubblika newsletter

4

1 bħal m’huma sħubijiet tal-Comenius.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:4MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:4 6.6.2007 16:14:046.6.2007 16:14:04

Page 7: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

ta’ kull xahar u jopera helpdesk li l-għan tiegħu huwa li jsolvi l-problemi prattiċi li jistgħu jitaqgħu magħhom l-għalliema meta jużaw il-Portal. Aspett ieħor tax-xogħol tas-CSS huwa l-organizzazzjoni ta’ sensiela ta’ workshops Ewropej għall-iżvilupp professjonali flimkien ma’ l-NSSs. F’dawn il-workshops, numru t’għalliema minn madwar l-Ewropa jiltaqgħu flimkien u jitgħallmu aktar dwar kif jitwettaq proġett kollaborattiv bl-użu tat-teknoloġija. Ikun hemm bosta sħubijiet li jiġu ffurmati waqt dawn il-workshops. Is-CSS taħdem fil-qrib mat-tmienja u għoxrin NSS għall-promozzjoni ta’ l-Azzjoni ta’ l-eTwinning fl-Ewropa.

Aspett uniku ieħor ta’ l-eTwinning huwa l-firxa wiesa’ ta’ premjijiet li l-għalliema u l-iskejjel li jkunu qed jieħdu sehem jistgħu jirbħu. Hemm il-Premju Annwali ta’ l-eTwinning, li ta’ kull sena, jattira mijiet t’applikazzjonijiet. Il-premju ewlieni ta’ dan huwa l-parteċipazzjoni ta’ l-għalliema u l-istudenti rebbieħa f’kamp ta’ l-eTwinning li jsir f’destinazzjoni xemxija w’sabiħa f’April. Hemm ukoll il-Label ta’ Kwalità li tingħata għall-professjonaliżmu u l-kwalità għolja tax-xogħol li jkun sar fi ħdan sħubija ta’ l-eTwinning. Il-proċess ta’ l-applikazzjoni għall-Label ta’ Kwalità huwa sempliċi ħafna: l-iskejjel japplikaw għand l-NSS tagħhom u l-NSS jevalwa x-xogħol li jkunu wettqu. Jekk iż-żewġt iskejjel fi sħubija jingħataw il-Label ta’ Kwalità mill-NSS, imbagħad jingħataw ukoll il-Label Ewropea ta’ Kwalità mis-CSS bħala għarfien tal-kisbiet tagħhom.

Li tkun involut fl-eTwinning ifisser li tkun involut ukoll f’komunità Ewropea t’għalliema li jixtiequ jagħtu lill-istudenti tagħhom l-esperjenza li jkunu f’kuntatt dirett ma’ studenti oħra minn madwar l-Ewropa, biex jitgħallmu mill-ideat ta’ xulxin, jiddiskutu u jaqsmu fehmiet dwar suġġetti li jinteressawhom. L-għalliema wkoll ikunu qed jiżviluppaw il-ħiliet pedagoġiċi tagħhom u dan kollu jagħmel l-eTwinning grupp dinamiku ta’ nies li qiegħed dejjem jikber u jiżviluppa.2 Fuq kollox, l-eTwinning huwa dwar in-nies; għalliema, studenti, kapijiet ta’ skejjel, ħaddiema ta’ l-aġenzija t’appoġġ, min jagħmel il-websajts, min iħarreġ l-għalliema, u esperti pedagoġiċi mis-sebgħa u għoxrin stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn-Norveġja u l-Islanda. Dawn huma kollha magħquda biex iressqu lill-għalliema u l-istudenti lejn xulxin billi jaħdmu flimkien u jsawru identità komuni u apprezzament ta’ dak li jfisser li tkun Ewropew.

5

2 :l-eTwinning kiber minn 6000 skola reġistrata f’Settembru 2005 għal aktar minn 23000 skola

reġistrata fi Frar 2007.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:5MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:5 6.6.2007 16:14:256.6.2007 16:14:25

Page 8: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kapitlu 2

Kif tibda taħdem fuq Proġett KollaborattivBirte Kjær Peulicke u Cees Brederveld

Diffiċli li ssib riċetti għall-proġetti ta’ l-eTwinning, li tista’ tagħmel huwa li tagħmel lista ta’ l-ingredjenti li tixtieq iddaħħal imbagħad tibda ssawwarhom fi proġett li jilħaq il-ħtiġijiet u l-ideali tiegħek. Tista’ wkoll tagħmel użu mit-tagħrif u l-esperjenzi ta’ l-oħrajn: l-eTwinning ilu għaddej għal dawn l-aħħar sentejn u hemm ħafna għalliema li għandhom esperjenza tiegħu kif ukoll sapport kontinwu tas-Servizzi Nazzjonali t’Appoġġ u tas-Servizz Ċentrali t’Appoġġ. Hemm organizzazjonijiet oħra, bħal m’hija l-Proġetti Skejjel Ewropej (ESP) li ilu għaddej 21 sena, li wkoll jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom.

Kollox jibda minnek. L-ewwel trid tagħraf l-opportunitajiet u l-benefiċċji li xogħol bħal dan jista’ joffrilek. Xi drabi ser jirnexxielek tagħrafhom waħdek billi tirrifletti dwar il-mod kif qed tgħallem, dwar l-għodod għat-tagħlim li tuża u dwar kif tista’ ttejjibhom. Xi drabi oħra tagħraf il-possibiltajiet meta tisma’ xi preżentazzjoni jew tattendi xi workshop. Malli tagħraf il-potenzjal, tista’ tibda tfittex għall-possibiltajiet li tinkudi dan it-tip ta’ xogħol fit-tagħlim.

Meta tkun trid tibda xi proġett kollaborattiv internazzjonali, huwa importanti ħafna li tirrefletti sewwa u tiddeċiedi dwar dawn l-aspetti li ġejjin:

1 l-ewwel passi 4 il-pjan tal-proġett 2 l-għanijiet 5 l-evalwazzjoni 3 il-kwalità u l-kompetenzi

L-ewwel passiF’kull kurrikulu hemm suġġetti li huma ideali biex jiġu mgħallma permezz ta’ proġetti. Meta tkun qed taħdem flimkien ma’ l-istudenti, fill-kurrikulu tara li matul is-sena jkollok il-possibiltà li taħdem fuq aspetti oħra relatati mas-suġetti minbarra dawk li hemm fil-kurrikulu. Ikun interessanti ħafna li l-eTwinning jiddaħħal f’dawn l-attivitajiet. F’dan il-kapitlu ser nesploraw kif proġett bħal dan jista’ jkun wieħed ta’ suċċess.

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:6MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:6 6.6.2007 16:14:286.6.2007 16:14:28

Page 9: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

7

L-ewwelnett għandek tara jekk hemmx diġà xi attivitajiet fl-iskola tiegħek li jitrattaw ix-xogħol permezz ta’ proġetti, eż. ara jekk hemmx xi kollegi li qed jaħdmu fuq proġetti kollaborattivi. Jekk dan ikun il-każ, tista’ titlobhom jgħinuk fil-proġett tiegħek. Jekk le, trid tkun inti li tiżviluppa idea għall-proġett, tista’ tagħmel dan skond il-kurrikulu tiegħek bl-għajnuna ta’ sorsi bħal m’huwa l-Portal ta’ l-eTwinning, www.etwinning.net. Tista’ tagħżel li tippjana proġett imbagħad tfittex u tikkuntattja partner aktar tard jew inkella ssib partner u tippjananaw l-proġett flimkien. Malli jkollkom idea ta’ x’se tagħmlu, tistgħu tkomplu tiżviluppawha u tiddeċiedu dwar l-għanijiet tal-proġett.

L-għanijietHuwa importanti li jkollok l-għanijiet stabbiliti għax dan ifisser li tista’ tibda taħseb b’mod ċar dwar dak li trid li l-istudenti tiegħek jiksbu minn dan il-proġett. X’inhuwa importanti li jitgħallmu, u ma’ kemm jistgħu jlaħħqu? Proġett ikollu suċċess biss jekk l-għanijiet ikunu ċari, realistiċi, relevanti u li l-istudenti jifhmuhom. Allura jkun tajjeb li tistabbilixxi numru t’għanijiet li taħseb li huma realistiċi u li jistgħu jintlaħqu. Jekk hija l-ewwel darba li qed tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ xogħol, ikun tajjeb li tibda b’numru zgħir t’għanijiet. Wara, meta tkun ksibt aktar esperjenza, tkun tista’ żżid u bil-mod il-mod twessa’ l-firxa t’attivitajiet. Żomm f’moħħok li l-għanijiet li tagħżel ikunu jistgħu jitkejlu fl-aħħar tal-proġett billi l-evalwazzjoni ta’ dan it-tip ta’ xogħol hija importanti daqs dik ta’ kwalinkwe xogħol ieħor li jsir fl-iskola. Hekk kif l-idea tal-proġett tibda toqgħod u ssir aktar ċara f’moħħok, jekk ma jkollokx diġà, jkun sar iż-żmien li ssib lil xi ħadd ma’ min tkun tista’ taħdem. Ladarba ssib partner, tkunu tistgħu taħdmu flimkien fuq il-Portal biex tippjanaw il-proġett u tistabbilixxu miri għall-kwalità. Importanti li tkunu ċerti li t-tnejn li intom tkunu qed tifhmu l-għanijiet bl-istess mod. Spiss jiġri li għalliema jitkellmu flimkien u jkun mingħalihom li fthiemu imbagħad wara li jinbeda l-proġett jindunaw li l-affarijiet ma kienux ċari daqs kemm kienu ħasbu. Diskussjoni dettaljata qabel jinbeda l-proġett, speċjalment fejn jidħlu differenzi kulturali, jistgħu jevitaw nuqqas ta’ ftehim bħal dan. Meta tkunu fassaltu kollox, tkunu tistgħu titkellmu dwar il-kwalità: kif tistgħu tkunu ċerti li l-proġett ikun ta’ kwalità għolja? X’inhuma s-sinjali li juru li qegħdin fit-triq it-tajba?

F’dan l-istadju, għandek tirreġistra fuq il-Portal ta’ l-eTwinning www.etwinning.net u tmur fit-TwinFinder fuq id-Desktop biex tibda tfittex partner.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:7MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:7 6.6.2007 16:14:366.6.2007 16:14:36

Page 10: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

8

Il-kwalità u l-kompetenzi

Il-kwalità hija dejjem aspett importanti tal-proġetti. Meta niddiskutu x-xogħol permezz ta’ proġetti spiss ikun hemm min jaħseb, “reġa ġej ħin il-logħob; trid tkun esperjenza ta’ gost għall-istudenti; l-istudenti jridu jieħdu pjaċir.” Dawn il-kummenti jistgħu jagħtu x’wieħed jifhem li x-xogħol permezz ta’ proġetti m’huwiex serju jew ta’ valur bħal m’huma tipi ta’ xogħlijiet kollaborattivi oħra. Il-fatt li tkun għażilt miri u

għanijiet relatati mal-kurrikulu, u li tuża aspetti normali tat-tagħlim ta’ kuljum, jinkoraġġixxi lill-kollegi u lill-istudenti biex jieħdu x-xogħol fuq il-proġetti aktar bis-serjetà u jqisuh bħala parti integrali tat-tagħlim.

Waqt li qed tagħżel l-għanijiet u l-miri, ftakar li l-istudenti ser jitgħallmu ferm aktar mit-tagħrif tradizzjonali komuni. Hekk kif jibdew jaħdmu b’mod dejjem aktar independenti u jgħarfu jagħmlu

l-għażliet huma stess, ser jiżviluppaw kompetenzi oħrajn. Jekk il-proġetti jużaw lingwa barranija, l-istudenti ser jitgħallmu kliem ġodda u jistaqsu lilhom infushom mistoqsijiet dwar l-użu tajjeb tal-grammatika fil-kitba. L-għalliema tal-lingwi jkunu jistgħu jużaw dan l-interess biex itejbu l-ħiliet ta’ l-istudenti tagħhom u bħala punt tat-tluq għal-lezzjonijiet futuri.

Il-xogħol kollaborattiv fuq proġett internazzjonali ser ikabbar ukoll l-għarfien ta’ l-aspett kulturali kif ukoll il-ħiliet personali u soċjali li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett. Li taħdem flimkien ma’ sħabek tal-klassi kultant huwa diġà diffiċli u għalkemm ix-xogħol ma’ msieħba minn pajjiżi oħra jista’ jkun aktar diffiċli, dejjem ikun aktar eċitanti. L-esperjenza turi li l-istudenti jkunu lesti jinvestu ħafna aktar ħin u xogħol fuq proġetti relatati m’aspetti ‘reali’, meta jkollhom għanijiet u miri ċari u meta jiġu f’kuntatt ma’ ‘nies ta’ veru bħal m’huma l-istudenti msieħba minn skola oħra barranija. Barra minn dan, l-użu ta’ l-internet u programmi bħall-Word, l-Excel u l-PowerPoint, itejjeb il-ħiliet ta’ l-ICT ta’ l-istudenti.

Wara li tkun għamilt l-għażliet tiegħek, tkun idea tajba li tagħmel poster għall-klassi tiegħek biex l-istudenti jkunu jistgħu jaraw dak li jkunu ser jiksbu minn dan il-proġett. Imbagħad, waqt ix-xogħol, ikunu wkoll jistgħu jaraw dak li jridu jagħmlu u kif dan jidħol fl-għanijiet oriġinali. Ladarba jkun sar dan, tkunu tistgħu tibdew tiddiskutu l-pjan tal-proġett.

FL-eTwinning, tista’ tiżgura l-kwalità tal-proġett tiegħek billi tapplika għal-Label ta’ Kwalità, li tingħata mis-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ. Meta ż-żewġ skejjel fi sħubija jkunu ingħataw il-Label ta’ Kwalità, huma awtomatikament jirċievu wkoll Il-Label Ewropea ta’ Kwalità, li tiżgura riklam tajjeb ħafna għall-proġett fuq il-Portal.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:8MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:8 6.6.2007 16:14:386.6.2007 16:14:38

Page 11: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Il-pjan tal-proġett

Meta tkun qed taħdem ma’ msieħeb fil-proġett, hemm bżonn li tkunu ċari dwar ir-responsabbiltajiet għax-xogħol differenti. Huwa importanti li x-xogħol jinqasam b’mod indaqs u li tkunu tistgħu toqgħodu fuq xulxin.

L-ewwel ħaġa li għandek tistabilixxi hija kemm intom lesti li tiddedikaw ħin għall-proġett. Meta se jibda u meta ser jintemm? Kemm ser tinvolvu studenti (u kollegi)? Dawn il-mistoqsijiet huma importanti għar-riżultat tal-proġett.

Meta tiddeċiedi dwar dan huwa importanti wkoll li turi l-ftehim lill-istudenti. Dendlu fil-klassi ma’ ġenb il-poster bl-għanijiet. Ħafna mill-għalliema jinsew din il-parti u l-istudenti jkunu qed jaħdmu għax hekk qalilhom l-għalliem, imma jekk tippubblika dawn l-aspetti fil-klassi, l-istudenti ser iħossuhom aktar involuti. Barra minn hekk ikunu jistgħu jarawha studenti ta’ klassijiet oħra li jistgħu ikunu involuti fi proġetti simili fil-futur. Barra minn dan, tajjeb li tinfoma wkoll lill-kollegi tiegħek u lill-kap ta’ l-iskola. Il-probabilta hija li se tiġi bżonn l-għajnuna tagħhom, speċjalment jekk tiġi f’xi fażi diffiċli tal-proġett li m’hix ħaġa kbira. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, tinsiex tinvolvi lill-ġenituri. Għandek imnejn tiġi bżonn il-kontribuzzjoni tagħhom matul il-proġett, ngħidu aħna għal xi ħarġa mill-iskola. Il-ġenituri jistgħu ikunu għajn ta’ informazzjoni mill-aqwa; ikun hemm dawk li jkunu lesti jiġu u jaqsmu l-esperjenzi u jitkellmu dwar l-ideat u x-xogħlijiet tagħhom, dan l-aspett jista’ jżid il-valur tal-proġett tiegħek. Ir-reklamar għandu rwol importanti wkoll; meta tinforma lill-ġenituri dwar il-proġett tiegħek, tkun qed tagħtihom idea aħjar ta’ l-iskola u b’hekk huma jagħtu aktar appoġġ lit-tfal tagħhom. Għal xi ġenituri dan l-involviment jista’ jkun ir-raġuni għaliex jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskola tagħkom u mhux f’oħra. L-istess nistgħu ngħidu għar-riżultati; uruhom permezz ta’ posters, artikli jew websajts kull meta tkunu tistgħu. Aktar ma turi li x-xogħol kollaborattiv internazzjonali fuq proġetti mhux biss huwa xogħol serju b’riżultati ta’ kwalità għolja imma huwa wkoll xogħol li tieħu pjaċir tagħmel, aktar ikun hemm ċans li l-kollegi tagħkom jibdew jistaqsu dwar kif jistgħu jinvolvu rwieħhom.

9

Tista’ turi l-pjanijiet tiegħek billi mit-TwinSpace toħloq paġna fuq l-internet. Tista’ tippubblika wkoll ir-riżultati tal-proġett hekk kif jitwettqu, dan jista’ jkun utli ħafna meta tkun tixtieq iżżomm lill-ġenituri infurmati.

FL-eTwinning, tista’ tiżgura l-kwalità tal-proġett tiegħek billi tapplika għal-Label ta’ Kwalità, li tingħata mis-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ. Meta ż-żewġ skejjel fi sħubija jkunu ingħataw il-Label ta’ Kwalità, huma awtomatikament jirċievu wkoll Il-Label Ewropea ta’ Kwalità, li tiżgura riklam tajjeb ħafna għall-proġett fuq il-Portal.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:9MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:9 6.6.2007 16:14:416.6.2007 16:14:41

Page 12: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

L-evalwazzjoni

Blas dubju, l-evalwazzjoni m’għandiex titħalla barra. Dan għandu jkun parti mit-tfassil tiegħek sa minn meta tibda taħseb dwar l-għanijiet u l-miri tal-proġett, trid tieħu deċiżjonijiet dwar kif ser tevalwa l-proġett. Staqsi lilek innifsek mhux biss “x’irrid nevalwa?”, imma wkoll “meta u kif ser nagħmel l-evalwazzjoni? Ser nagħmel l-evalwazzjoni fost l-istudenti tiegħi biss, jew se ninvolvi l-imsieħba tal-proġett? Kif nista’ nkejjel il-progress fid-diversi ħiliet? Kif nista’ nuża r-riżultat tat-tagħlim tal-lum għal dak t’għada?” Dawn huma kollha mistoqsijiet importanti, li ser jagħmlu l-proġett aktar interessanti u jiggarantixxu riżultati ta’ kwalità għolja. Kun ċar dwar l-evalwazzjoni ma’ l-istudenti tiegħek minn qabel u għidilhom kif ser tkejjel il-progress tagħhom. Dan jevità nuqqas ta’ ftehim u diżappunt għaż-żewġ naħat.

L-aspetti kollha msemmija hawn fuq ser jgħinuk tibda’ l-ewwel proġett tiegħek. Tippruvax tagħmel proġett kbir wisq jew kumplikat iżżejjed. Tibżax milli tfalli, jekk tagħmilha ċara lill-istudenti li inti bħala l-għalliem ser tkun qed titgħallem magħhom minħabba li proġett bħal dan ser ikun ġdid għalik ukoll, l-istudenti żgur li japprezzaw u jgħinuk biex il-proġett ikun ta’ suċċess.

Fl-aħħar, dawn huma ftit regoli sempliċi li għandek iżomm f’moħħok meta tkun qed taħdem, dawn insibuhom bħala “R-Regoli tad-Deheb” għall-koperazzjoni.

• KISS – Żomm kollox fil-qosor u sempliċi

• Agħti kemm jista’ jkun dettalji ta’ kif tistgħu tikuntattjaw lil xulxin (email, posta, telefon, eċċ). B’dan il-mod ikollok ħafna modi diversi ta’ kif tikkuntattja lill-imsieħba tiegħek.

• Dejjem irrispondi għall-messaġġi li tirċievi! - Is-silenzju huwa l-qattiel tax-xogħol kollaborattiv. Tispiċċa tistaqsi lilek

innifsek jekk il-messaġġ wasalx għand l-imsieħba tiegħek, għaldaqstant, anki jekk m’għandekx ħin biżżejjed biex tirrispondi fid-dettall, għall-inqas irrispondi u għarrafhom li ser tirrispondi b’mod aktar sħiħ aktar tard.

• Kun konxju tad-differenzi kulturali - Avolja kollha ngħixu fl-Ewropa, xorta hemm differenzi bejn il-pajjiżi,

speċjalment differenzi kulturali.

• Netikett - Żomm f’moħħok li l-messaġġi miktuba jistgħu ikollhom effett differenti fuq

il-qarrejja meta mqabbla mat-taħdit. L-imsieħba tiegħek ma jistgħux jaraw il-manjieri tiegħek jew jisimgħu it-ton tal-vuċi.

10

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:10MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:10 6.6.2007 16:14:436.6.2007 16:14:43

Page 13: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

- Jekk ma tħossokx ċert dwar x’inhu jgħid messaġġ, jew tħossok offiż, tirrispondix mill-ewwel. Ħalliha ftit u erġa’ ħares lejha darb’oħra biex jekk jista’ jkun tevita nuqqas ta’ ftehim.

• Stabbilixxi skedi bid-dati u żomm magħhom - Il-fiduċja hija xi ħaġa li tiżviluppa biż-żmien. Agħti ċans u fl-istess ħin afda.

Stabbilixxi dati realistiċi u żomm magħhom. Jekk tara li m’intix se tlaħħaq fiż-żmien, informa lill-oħrajn dwar dan.

• Ftiehem fuq l-għodod li ser tużaw - Dan l-aspett jagħmel parti milli tkun ċar kemm jista’ jkun ma’ l-imsieħba

tiegħek biex tevità nuqqasijiet ta’ ftehim. Per eżempju għalxejn li tipprova tagħmel konferenza bil-vidjo jekk l-imsieħba m’għandhomx webcams u/jew internet tajjeb.

• Investu l-ħin u l-enerġija biex tifhmu ‘l xulxin - Kif għidna aktar ‘il fuq, għandkom bżonn iż-żmien biex issiru tafu ‘l xulxin.

Il-fiduċja u l-ftehim iridu jiviluppaw. Xi kultant dan isir malajr, imma żgur li dejjem ikun importanti. Il-fiduċja reċiproka hija l-pedament tal-kooperazzjoni tagħhkom.

• Tibżax tistaqsi! - Bħalma spiss ngħidu lit-tfal tagħna, “m’hemmx mistoqsijiet stupidi”. Jekk

għandek id-dubju dwar xi ħaġa, staqsi. Il-mistoqsijiet jagħtuk tweġibiet. It-tweġibiet iġiegħluk tifhem.

Għejjun użati:• www.ecole.dk • www.promise.dk (Kirsten Anttila & Mogens Eriksen DK)

11

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:11MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:11 6.6.2007 16:14:466.6.2007 16:14:46

Page 14: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kapitlu 3

Ideat għall-ProġettiSylvia Binger u Katerina Bavorova

Daħla

Kif intqal fil-bidu tal-kapitlu ta’ qabel dan, ir-riċetti għall-proġetti m’humiex komuni u mhux bilfors ikunu jaqblu mal-ħtiġijiet tiegħek skond il-kuntest tal-kurrikulu.

F’dan il-kapitlu, noffru numru ta’ kits għall-proġetti f’diversi temi li diġà twettqu minn għalliema li għandhom esperjenza fl-eTwinning. Xi wħud minnhom huma ideali għal dawk minnkom li għadhom qed jibdew filwaqt li oħrajn huma maħsuba għal dawk li għandhom l-esperjenza f’dan it-tip ta’ xogħol. Xi wħud minnhom huma għall-iskejjel sekondarji u oħrajn jistgħu jiġu addattati għal kwalinkwe livell. Huma mfassla biex jgħinukom taħsbu dwar il-proċess ta’ l-ippjanar tal-proġett. Madankollu, żommu f’moħħkom li d-diversi pajjiżi ta’ l-Ewropa jista’ jkollhom kurrikula u sistemi edukattivi differenti. Il-kollaborazzjoni tfisser li ddaħħal id-dimensjoni internazzjonali fit-tagħlim. F’dan il-kuntest dawn il-kits huma mogħtija bħala ideat li tistgħu taddottaw għall-ħtiġijiet ta’ żewġ skejjel jew aktar. Bħala għalliema, tistgħu taddottaw dawn l-ideat u tqabbluhom ma’ l-imsieħba tagħkom.

Il-kits preżentati hawn huma magħ\ula minn sensiela sħiħa li huma disponibbli fuq il-Portal www.etwinning.net. Dawn jitrattaw erba’ temi ewlenin: Kross kurrikulari, Tagħlim dwar l-Ewropa, Lingwi Barranin u Xjenza u Matematika. Dawn huma preżentati f’forma ta’ tabella li tagħti l-punti ewlenin ta’ kull wieħed minnhom u l-indirizz ta’ l-internet fejn tistgħu issibu l-kit sħiħ. Fil-kits issibu struzzjonijiet dettalljati u tagħrif ieħor interessanti.

Il-kits huma sempliċiment eżempji u tistgħu taddattawhom u tbiddluhom kif tixtiequ skond is-sitwazzjoni tagħkom. Nisperaw li jnebbħukom biex tibdew taħdmu fi ħdan l-eTwinning.

12

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:12MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:12 6.6.2007 16:14:486.6.2007 16:14:48

Page 15: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Tema 1: Kross Kurrikulari

1.1 Nivvjaġġaw madwar l-Istorja Ewropea

Livell Bidu Suġġett Storja, Storja ta’ l-Arti, EkonomijaEtajiet 14-18 Tul madwar tliet xhurGħodod ta’ l-ICT email, messaġġi elettroniċi, editjar tal-kitba, editjar ta’ l-istampi,

editjar tal-webIndirizz għall-kit www.etwinning.net/kits/travellingkomplut

Fil-QosorL-għan pedagoġiku ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li ngħinu lill-istudenti jifhmu u jifirxu l-isfond storiku (nazzjonali) tagħhom. L-istudenti jfittxu siti storiċi u artistiċi f’pajjiżhom, jistħarrġu dwarhom u jiżviluppaw itinerarji biex jgħallmu lill-imsieħba tagħhom dwarhom. Jipprattikkaw il-ħiliet ta’ l-ICT, jużaw lingwi barranin u jagħmlu riċerka dwar il-wirt storiku u artistiku tagħhom.

GħanijietL-istudenti • Jikkollaboraw bl-użu ta’ lingwa komuni;jitgħallmu: • Jorganiżżaw il-koperazzjoni ma’ grupp ieħor; • Dwar perjodi storiċi u stili artistiċi komuni; • Dwar l-itinierarji artistiċi u storiċi fil-pajjiżi involuti; • Jużaw għodod ta’ l-ICT.

1.2 Il-Popolazzjoni u n-Nies fl-Ewropa

Livell IntermedjuSuġġett Ġografija, Ekonomija, Storja, ArtiEtajiet Sekondarja Tul Fit-tulGħodod ta’ l-ICT spreadsheets, editjar tal-kitba, email, għodod għall-preżentazzjoni,

ritratti, chat, konferenzi bil-vidjo, eċċ.Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/populationkomplut

Fil-QosorIl-klassijiet għandhom iqisu r-relevanza ta’ l-istudju tal-popolazzjoni biex jifhmu dak li qed jiġri fir-reġjun tagħhom. X’inhu dak li jagħti r-reġjun il-karattru tiegħu? X’impatt tħalli l-popolazzjoni? X’impatt globali ser ikun hemm bit-tkabbir tal-popolazzjoni?

Din it-tema tista’ tintrabat m’oqsma ta’ studju oħrajn speċjalment dawk relatati mal-

13

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:13MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:13 6.6.2007 16:14:586.6.2007 16:14:58

Page 16: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

kultura, l-ambjent u l-istorja. L-istudenti jgawdu mill-ġbir u l-istħarriġ ta’ l-informazzjoni li twassal għall-preżentazzjoni tas-sejbiet tagħhom.

Għanijiet L-istudenti • dwar kommunitajiet Ewropej u fejn joqgħodu;jitgħallmu: • dwar l-importanza ta’ l-istruttura, l-karatteristiċi u t-tibdil tal-

popolazzjonifl-Ewropa; • dwar il-postijiet fejn jgħixu n-nies billi jqabblu d-djar; • dwar id-differenzi ambjentali u kif jgħixu n-nies f’reġjuni differenti; • kif jistħarrġu, jagħżlu u jiġbru tagħrif relevanti; • kif jiddeskrivu u janalizzaw l-istatistika, fosthom kif jesportaw

informazzjoni u kif jużaw programm ta’ l-ispreadsheet; • kif janalizzaw u jevalwaw tagħrif, mapep u disinji; • kif jippreżentaw u jqabblu l-informazzjoni minn reġjuni differenti ta’

l-Ewropa.

1.3 Tqabbil ta’ Programmi ta’ l-Aħbarijiet fuq it-Televiżjoni

Livell AvvanzatSuġġett Edukazzjoni tal-Medja, Arti, LingwiEtajiet 16-19 Tul Nofs sena skolastikaGħodod ta’ l-ICT email, għodod għall-preżentazzjoni, ritratti, chat, konferenza bil-vidjo,

arkivju ta’ fajls, għodda għall-istħarriġ online, ġabra ta’ ritrattiIndirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/mediakomplut

Fil-QosorIl-medja għandha rwol importanti ħafna fil-ħajja ta’ kuljum taż-żgħażagħ u tinfluwenza il-mod ta’ kif iħarsu lejn il-ħajja. F’dan il-kuntest, speċjalment fil-preżentazzjoni ta’ l-aħbarijiet, it-televiżjoni jista’ jħalli effett fuq l-opinjonijiet ta’ l-istudenti. Dan il-kit jagħti ideat ta’ kif programmi ta’ l-aħbarijiet fuq l-istazzjonijiet nazzjonali tat-televiżjoni fil-pajjiżi involuti jistgħu ikunu mqabbla. Huwa probabli li l-istudenti jiskopru affarijiet interessanti dwar kif ikunu preżentati l-istess avvenimenti, xi drabi mogħtija importanza kbira u xi drabi mħollija barra għall-kollox, f’pajjiżi differenti.

GħanijietL-istudenti • dwar l-aspetti legali tad-drittijiet tax-xandir ta’ l-aħbarijiet jitgħallmu: fuq it-televiżjoni; • dwar l-analiżi tal-films (perspettivi u movimenti tal-kamera, eċċ.); • dwar aspetti artistiċi ġenerali (l-użu tal-kulur, it-tqassim ta’ studjo ta’

l-aħbarijiet, eċċ.); • kif torganizza, tqabbel u tevalwa aspetti viżwali u awdjo (id-dehra tal-

qarrej ta’ l-aħbarijiet, it-ton, il-lingwa wżata, l-impatt fuq l-udjenza, eċċ.);

14

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:14MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:14 6.6.2007 16:15:006.6.2007 16:15:00

Page 17: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

• dwar it-tqassim tax-xogħol u x-xogħol f’timijiet; • dwar il-preżentazzjoni tar-riżultati bħala parti minn tim; • dwar modi differenti ta’ kif jiġu ppreżentati l-aħbarijiet.

Tema 2: Tagħlim dwar l-Ewropa

2.1 Memorja ta’ l-Ewropa

Livell BiduSuġġett L-Aspett Ewropew: L-Ewropa, Storja/Tradizzjonijiet, Ġografija,

Informatika/ICT, Lingwa u litteratura, Lingwi Barranin, l-Istorja tax-Xjenza

Etajiet 10-19 Tul madwar sitt sessjonijiet dwar kull suġġettGħodod ta’ l-ICT email, messaġġi elettroniċi, forums, konferenzi bil-vidjo, editjar tal-

kitba, fajls PDF, għodod għall-preżentazzjonijiet, rekordjat ta’ awdjo, vidjo, ritratti u websajts.

Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/memorykomplut

Fil-QosorL-għan ta’ dan il-proġett huwa li jwassal liż-żgħażagħ biex jifhmu x-xebħ u d-differenzi bejn il-passat fil-pajjiż tagħhom u dak fil-pajjiż ta’ l-iskola msieħba. Il-propett jibni rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet permezz ta’ intervisti li l-istudenti jagħmlu lin-nanniet tagħhom fuq suġġetti bħal m’huma l-Ewropa, l-Istorja u t-Tradizzjonijiet, il-Ġografija, l-Lingwa u l-Litteratura, il-Lingwi Barranin, l-Istorja tax-Xjenza u l-Informatika u l-ICT.

GħanijietL-istudenti • jħejju mistoqsijiet għall-intervisti;jitgħallmu: • jagħmlu l-intervisti u jirrekordjawhom; • jagħżlu u jevalwaw informazzjoni importanti; • jippreżentaw is-sejbiet tagħhom; • jifhmu x-xebħ u d-differenzi fil-passat tal-pajjiżi tagħhom; • jibnu pontijiet bejn il-ġenerazzjonijiet; • jipprattikaw lingwa barranija; • jsiru familjari ma’ l-għodod għall-kommunikazzjoni u l-kollaborazzjoni

online.

2.2 Rwoli fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet Ewropej

Livell IntermedjuSuġġett Suġġetti li jinkludu l-aspett Ewropew (eż., Storja u Xjenzi Soċjali)Etajiet 13-18Tul Sena skolastika

15

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:15MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:15 6.6.2007 16:15:036.6.2007 16:15:03

Page 18: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Għodod ta’ l-ICT email, messaġġi elettroniċi, forums, konferenzi bil-vidjo, editjar tal-kitba, fajls PDF, għodod għall-preżentazzjonijiet, rekordjat ta’ awdjo, vidjo, ritratti u websajts.

Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/decisionkomplut

Fil-QosorIl-klassijiet involuti jirreċtaw ir-rwoli biex joħolqu l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea. L-attività tipprova tagħmel il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jixbaħ lil dak reali kemm jista’ jkun biex l-istudenti jitgħallmu dwar il-kontribuzzjoni ta’ l-Ewropa fil-ħajja tagħhom.L-istudenti huma mogħtija lista ta’ temi li minnha jagħżlu dik li ser jiddiskutu. Il-klassijiet kollha jieħdu r-rwol tal-Kummissarji, Membri tal-Parlament Ewropew u l-Ministri ta’ l-istati membri ta’ l-UE. L-istudenti jagħmlu abbozz ta’ proposta li eventwalment issir deċiżjoni finali meta jkun finalizzat il-proġett, bl-istess mod kif isir fl-Unjoni Ewropea. Biex tkunu tistgħu tagħmlu dan, tistgħu tużaw il-logħba bl-isem Decide4Europe.

GħanijietL-istudenti • dwar it-tliet istituzzjonijet tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-UE: jitgħallmu: il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, u l-Kunsill ta’ l-Unjoni

Ewropea; • dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE; • dwar aspetti interessanti tad-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew; • jippjanaw l-attivitajiet tagħhom b’mod tajjeb; • jagħżlu abbozz ta’ proposta għall-Kummissjoni; • jemendaw il-proposta tal-Kummissjoni bħal ma jsir fil-Parlament; • jemendaw il-proposta tal-Kummissjoni bħal ma jsir fil-Kunsill ta’ l-

Unjoni Ewropea; • kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jiddiskutu

l-proposti; • kif tittieħed id-deċiżjoni aħħarija.

2.3 Konferenza bil-Vidjo dwar it-Tolleranza

Livell: AvvanzatSuġġett Aspett Ewropew: L-Ewropa, l-Istorja/Tradizzjonijiet, Ġografija,

Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Lingwa Barranija, ĊittadinanzaEtajiet 14-19 Tul 1-3 xhurGħodod ta’ l-ICT email, konferenzi bil-vidjo, editjar tal-kitba, għodod għall-

preżentazzjoni, għodod għal ħsieb viżivIndirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/tolerancekomplut

16

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:16MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:16 6.6.2007 16:15:056.6.2007 16:15:05

Page 19: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Fil-QosorL-għan ewlieni ta’ dan il-kit huwa li ngħinu fit-tħejjija u t-twettiq ta’ konferenza bil-vidjo dwar iċ-ċittadinanza. Għal dan qed nissuġġerixxu t-tema tat-tolleranza. L-istudenti jiksbu t-tagħrif meħtieġ dwar din it-tema permezz ta’ riżorsi miġbura mill-għalliema. Jingħataw l-opportunità li jesprimu l-ħsibijiet u l-għarfien tagħhom f’dibattitu fil-klassi u jaqsmuhom ma’ l-imsieħba tagħhom permezz tal-konferenza bil-vidjo. Finalment, jibnu fuq il-konferenza bil-vidjo u joħolqu riżultat komuni għall-għażla tagħhom (eż., fuljett, dokumentarju fuq vidjo jew websajt).

GħanijietL-istudenti • jidentifikaw, jistudjaw u jevalwaw informazzjoni kumplessa;jitgħallmu: • jaslu għal pożizzjoni u jiddefenduha; • jaċċettaw pożizzjonijet u fehmiet ta’ oħrajn; • jifhmu u juru empatija għad-differenzi bejn in-nies; • iħejju diskors u jagħmluh fil-pubbliku; • jagħmlu taqsira miktuba ta’ diskors; • jipprattikaw il-ħiliet mitkellma u tal-kitba f’lingwa barranija; • jużaw diversi għodod ta’ l-ICT.

17

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:17MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:17 6.6.2007 16:15:086.6.2007 16:15:08

Page 20: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Tema 3: Il-Lingwi

3.1 Il-Kultura f’Kaxxa

Livell: BiduSuġġett Lingwi, Arti, Ċittadinanza, DramaEtajiet 4-19 Tul Nofs sena skolastikaGħodod ta’ l-ICT email, għodod għall-preżentazzjoni, ritratti, chat, konferenza bil-vidjo,

arkivju ta’ fajls, għodda għall-istħarriġ online, ġabra ta’ ritratti Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/culturekomplut

Fil-QosorF’dan il-proġett, kull klassi tiġbor tagħrif dwar l-aspetti kulturali ta’ pajjiżhom u tibgħatu lill-iskola msieħba. L-iskola msieħba imbagħad tagħmel preżentazzjoni bil-PowerPoint dwar il-kultura tal-pajjiz l-ieħor. Jistgħu ukoll jifthiemu li jiġbru numru ta’ oġġetti partikolari għall-kultura tagħhom f’kaxxa li jibgħatu lil xulxin. L-iskola l-oħra trid taqta t-tifsira ta’ kull wieħed mill-oġġetti kif ukoll jiddiskutu l-oġġetti permezz ta’ l-email, konferenzi bil-vidjo jew b’modi oħrajn. Dan il-proġett jagħti opportunità lill-istudenti biex ifittxu, jikklassifikaw, jiddiskutu, jaqsmu, jiktbu, jqabblu u jippreżentaw informazzjoni dwar il-kultura tagħhom u dik tal-partner tagħhom. L-għalliema tal-Lingwi, ta’ l-Arti, tad-Drama u ta’ l-ICT jistgħu ikunu involuti.

GħanijietL-istudenti • jqisu t-tifsira tal-kultura u jirriflettu fuq xi tfisser għalihom;jitgħallmu: • jaqsmu informazzjoni relevanti dwar il-kultura tagħhom ma’ msieħba

Ewropej; • joħolqu preżentazzjonijiet “Kultura f’Kaxxa”; • jirriflettu fuq dak li jkunu tgħallmu dwar il-pajjiż tagħhom u fuq id-

differenzi u x-xebħ bejn iż-żewġ kulturi; • jiktbu esejs riflettivi dwar dak li jkunu tgħallmu.

Eżempju ta’ preżentazzjoni ta’ ‘Kultura f’Kaxxa’ Griega (fajl iżżippjat 544kb) jista’ jinkiseb fl-indirizz www.netschoolbook.gr/culturecapsuelGR.zip

3.2 Pontijiet E-journal għat-Tagħlim tal-Lingwi Barranin

Livell IntermedjuSuġġett LingwiEtajiet 10-19 Tul minn xahar sa sena skolastika jew aktar

18

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:18MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:18 6.6.2007 16:15:096.6.2007 16:15:09

Page 21: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Għodod ta’ l-ICT email, magazine elettroniku, għodod għall-preżentazzjoni, ritratti, chat, weblog, konferenza bil-vidjo, arkivju ta’ fajls, għodda għall-istħarriġ online, ġabra ta’ ritratti

Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/bridgeskomplut

Fil-QosorGħalliema ta’ kwalinkwe lingwa barranija minn żewġ pajjiżi differenti u l-istudenti tagħhom jaħdmu flimkien biex joħolqu djarju online (djarju kollaborattiv online, gazzetta, jew magażin).

GħanijietL-istudenti • jiżviluppaw il-ħiliet tal-qari u tal-kitba f’lingwa barranija;jitgħallmu: • jiżviluppaw ħiliet għall-kitbiet kollaborattivi u ta’ qari tal-prova; • jiżviluppaw il-ħiliet għall-ħsieb kritiku meta jkunu qed ifittxu, jagħżlu u

jorganizzaw informazzjoni dwar tema magħżula; • jiktbu tipi t’artikli differenti (intervisti, aħbarijiet, dokumentarji,

ritratti, reklami, stħarriġ, esej, apprezzament, tħabbir, eċċ) • isiru familjari max-xogħol ta’ ġurnalista, mad-drittijiet u mad-dmirijiet

tagħhom kif ukoll mal-ħtieġa għar-rispett tad-drittijiet ta’ l-awturi; • jsegwu regoli għall-kitba għall-internet u għad-disinn grafiku; • jieħdu jitratti diġitali u jużawhom f-artikli; • jużaw għodod kollaborattivi ta’ l-ICT għall-ippublikar, editjar t’artikli u

kif ukoll biex jikkummentaw dwarhom; • jikkomunikaw b’mod effiċjenti ma’ sħabhom tal-klassi u ma’ l-

imsieħba barranin; • jiżviluppaw il-ħiliet interkulturali.

3.3 Stejjer tad-Ditektifs

Livell AvvanzatSuġġett LingwiEtajiet 16-19 Tul Nofs sena skolastika jew aktarGħodod ta’ l-ICT email, għodod għall-preżentazzjoni, għodod għall-konferenzi bil-vidjo,

arkivju ta’ fajls, għodda għall-istħarriġ onlineIndirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/detectivekomplut

Fil-QosorKull klassi tħares mil-qrib lejn ditektif fittizju ta’ l-għażla tagħhom. Iż-żewġ ditektifs jirrapreżentaw karattri differenti u jaħdmu fl-isfond soċjali, kulturali u kulturali tagħhom. L-għan huwa li jinstabu ix-xebħ u d-differenzi ta’ bejniethom. Jistgħu isiru ħafna attivitajiet bħal m’huma l-istħarriġ online, u kwestjonarji dwar ix-xogħol ta’ xulxin biex

19

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:19MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:19 6.6.2007 16:15:116.6.2007 16:15:11

Page 22: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

titrawwem ħidma kollaborattiva tajba bejn iż-żewġ skejjel.

Eżempju wieħed huwa t-tqabbil ta’ s-Sinjorina Marple ta’ Agatha Christie u l-Ispettur Wallander ta’ Henning Mankell. Din l-analiżi tinvolvi wkoll li jħarsu lejn pajjiżi differenti u perjodi differenti kif ukoll lejn ir-rwoli maskili u femminili.

GħanijietL-istudenti • kif jistudjaw u jqabblu xogħlijiet litterarji;jitgħallmu: • dwar dan il-ġeneru, l-iżvilupp storiku u makkinarji litterarji speċjali; • dwar l-awturi u l-isfond kontemporanju; • dwar id-differenzi reġjonali, kulturali u storiċi u l-attitudnijiet lejn: - il-kriminalità, - il-karattri tad-ditektifs, kriminali u l-vittmi, - is-soluzzjoni t’atti kriminali u l-ġlieda għat-‘tajjeb’, - il-mudelli għar-rwol maskili/femminili, - il-klassijiet soċjali, - l-etika, i.e., attitudnijiet lejn il-kriminalità u d-differenza bejn it-

tajjeb u l-ħażin; • kif tħejji preżentazzjoni qasira dwar kitba letterarja; • kif joħolqu storja kriminali.

L-istudenti jrid ikollhom ħiliet lingwistiċi tajba biex ikunu jistgħu jaqraw u jifhmu kitbiet litterarji kif ukoll jipproduċu kitbiet tagħhom stess.

20

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:20MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:20 6.6.2007 16:15:126.6.2007 16:15:12

Page 23: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Tema 4: Xjenza u Matematika

4.1 L-Istatistika u Inti

Livell BiduSuġġett Xjenza u MatematikaEtajiet 11 u aktar Tul 2- 3 ġimgħatGħodod ta’ l-ICT email, chat, spreadsheets, arkivji ta’ fajls, għodod għall-preżentazzjoniIndirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/statisticskomplut

Fil-QosorF’din l-attività, studenti minn kull waħda mill-iskejjel imsieħba jiġbru tagħrif dwarhom infushom. Din jiġbruha fi stħarriġ statistiku sempliċi, li mbagħad jiskambjaw ma’ l-iskejjel l-oħra u jevalwawh. B’dan il-mod, il-matematika hija applikata għall-ħajja ta’ kuljum ta’ l-istudenti, l-ambjent tagħhom u l-isfond familjari. Ix-xogħol itejjeb il-mod ta’ kif jifhmu ‘l xulxin. Fit-tmiem ta’ dan il-kit issibu kwestjonarju li jagħti suġġerimenti dwar dak li tistgħu tistaqsu.

GħanijietL-istudenti • jidentifikaw informazzjoni importanti u jħejju kwestjonarji;jitgħallmu: • jiġbru informazzjoni b’manjiera organizzata u analitika; • jiġbru l-informazzjoni fi spreadsheet bi grafika ta’ statistika; • janalizzaw il-grafika li turi informazzjoni numerika jew ta’ statistika; • dwar differenzi u xebħ kulturali ta’ l-iskola imsieħba u l-pajjiż li tinsab

fih; • jiksbu għarfien aħjar tal-pajjiż l-ieħor u ta’ l-imseħbin tagħhom.

4.2 Iz-Zokkor fl-UE – Poġġi l-Ħlewwa f’Ħajtek

Livell IntermedjuSuġġett XjenzaEtajiet 15-19 Tul xaharGħodod ta’ l-ICT email, chat, arkivju ta’ fajls, għodod għall-preżentazzjoniIndirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/sugarkomplut

Fil-QosorL-istudenti jagħmlu stħarriġ dwar fejn jitkabbar iz-zokkor, kif jiġi rraffinat u dwar it-tipi differenti li jeżistu f’pajjiżhom u/jew madwar l-Ewropa. Jitgħallmu dwar l-istorja taz-zokkor u kif inhu kkumerċjat u wżat f’pajjiż oħra. Jiġbru u jiskambjaw informazzjoni u jqabblu r-riżultati ma’ l-iskejjel imsieħba.

21

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:21MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:21 6.6.2007 16:15:146.6.2007 16:15:14

Page 24: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

GħanijietL-istudenti • fejn tikber ix-xitla taz-zokkor f’pajjiżhom; jitgħallmu: • it-tipi ta’ xitel taz-zokkor li jitkabbar f’pajjiżhom u f’pajjiżi oħrajn

Ewropej; • kif u fejn jiġi prodott iz-zokkor f’pajjiżhom, bl-għajnuna ta’

assoċjazzjonijiet jew kumpaniji taz-zokkor; • kif u fejn jintuża z-zokkor – hawn, l-istudenti jistgħu jiġbru xi eżempji

(eż. xi ħelu), jieħdu ritratti u jqabbluhom billi jpoġġuhom fit-TwinSpace tal-proġett;

• dwar l-istorja u l-kummerċ taz-zokkor; • dwar l-għamla kemikali u l-istruttura taz-zokkor; • dwar differenzi ġeografiċi tax-xitel taz-zokkor it-tkabbir u r-raffinar; • jpoġġu l-informazzjoni f’repożitorju komuni; • jqabblu r-riżulati tar-riċerka tagħhom u jiskopru x-xebħ u d-differenzi; • biex ifissruhom lil xulxin u jsibu raġunijiet fattwali għalihom; • jiskambjaw riċetti tipiċi li jinkludu z-zokkor minn pajjiżhom; • jħejju preżentazzjoni bil-PowerPoint dwar l-istorja, l-kimika u l-

ġografija taz-zokkor.

4.3 Erba’ Staġuni

Livell AvvanzatSuġġett Xjenza u Kross-KurrikulariEtajiet 16-19 Tul Nofs senaGħodod ta’ l-ICT email, għodod għall-preżentazzjoni, ritratti, chat, għodod għall-

konferenzi bil-vidjo, arkivju ta’ fajls, għodda għall-istħarriġ online, ġabra ta’ ritratti

Indirizz għall-kit http://www.etwinning.net/kits/seasonskomplut Fil-QosorDan il-kit huwa biex l-imsieħba jikkollaboraw dwar ċerti festi li jiġu ċċelebrati madwar l-Ewropa minħabba l-importanza astronomika, bħal m’hija l-ġurnata ta’ nofs is-sajf. L-istudenti jiġbru informazzjoni dwar l-avvenimenti, jiskambjaw din l-informazzjoni u jqabblu d-differenzi lokali. Joħolqu dokumentazzjoni u jippubblikaw ir-riżultat fuq il-websajt ta’ l-iskola.

GħanijietXjenzaL-istudenti • dwar ir-raġunijiet astronomiċi għall-erba’ staġuni;jitgħallmu: • dwar il-fiżika tas-sistema solari; • jiktbu taqsira; • dwar iż-żoni tal-ħinijiet meta jkunu msieħba ma’ pajjiżi f’żoni

22

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:22MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:22 6.6.2007 16:15:166.6.2007 16:15:16

Page 25: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

differenti; • jużaw l-arloġġ, il-boxxla, u l-informazzjoni tal-GPS; • jħejju noti dwar l-osservazzjonijiet li jkunu għamlu; • jaħdmu fuq database fuq l-Internet.

Kross-kurrikulari L-istudenti • kif l-avvenimenti astronomiċi jinfluenzaw l-għażla ta’ dati marbuta jitgħallmu: mar-reliġjon; • minn xulxin, i.e., il-grupp tax-xjenza tirċievi x-xogħol tal-grupp tar-

reliġjon u viċi versa; • jiġbru flimkien diversi oqsma kurrikulari f’dokument wieħed komuni; • id-dati differenti għall-istess festi f’pajjiżi differenti u reliġjonijiet

Kristjani differenti (Rumana/Ortodossa); • dwar l-istorja tar-reliġjon.

23

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:23MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:23 6.6.2007 16:15:186.6.2007 16:15:18

Page 26: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kwestjonarju għall-għalliema

Huwa meħtieġ li tinvolvi l-klassi fi proġetti ta’ l-ICT minħabba

l-benefiċċji soċjali u pedagoġiċi li jħalli. Għidilna aktar dwarek,

dwar il-klassi tiegħek u dwar l-imsieħba fil-proġett u dwar kif

integrajt il-proġett ta’ l-eTwinning fit-tagħlim tiegħek.

Proġetti bl-ICT li jinvolvu klassijiet oħra minn kulturi differenti

juru element innovattiv fit-tagħlim. Fil-fehma tiegħek, x’kien il-

kontrinbut li ta l-proġett tiegħek għall-innovazzjoni fit-tagħlim?

Mill-esperjenza li ksibt, temmen li l-proġett għen lill-istudenti

jiżviluppaw il-ħiliet għall-ħajja u għall-kommunikazzjoni

interkulturali?

Il-ħiliet, il-kunċetti u l-ideat li trattajtu fil-proġett ta’ l-eTwinning

għandhom mnejn laħqu l-ħtiġijiet kurrikulari bħala esperjenza

normali tal-klassi. Minn dan l-aspett, x’kienu l-benefiċċji ewlenin

tal-proġett għalik u għall-klassi?

Taħseb li l-proġett bidillek il-fehma dwar l-użu ta’ l-ICT fit-

tagħlim?

Meta tħares lura lejn il-kisbiet u l-isfidi tal-proġett, x’parir

tagħti lil għalliema oħra biex tħeġġiġhom jinvolvu rwieħhom fi

proġetti ta’ l-eTwinning?

1

2

3

4

5

6

Page 27: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kapitlu 4

Eżempji ta’ Proġetti ta’ l-eTwinning u Intervisti ma’ l-Għalliema

Miġbur minn Christina Crawley, Anne Gilleran u Petru Dumitru

F’dan il-kapitlu ser issibu ġabra t’intervisti ma’ l-għalliema u t’eżempji ta’ proġetti. Għall-intervisti, l-għalliema ġew mistoqsija l-istess mistoqsijiet. Biex tirreferi għall-kwestjonarju oriġinali, iftaħ din il-paġna u żommha miftuħa ma’ ġenb kull intervistà.

24

Gingerbread House

Rebbieħ tal-Premju eTwinning 2007

Skejjel: Základní škola a mateřská škola Sivice, Repubblika Ċeka Základná škola Omšenie, Slovakkja Għalliema: Denysa Križanová (Slovakkja) Pavel Vrtěl (Repubblika Ċeka)

Etajiet: 6-8Tul: Anqas minn xaharTema/i: Kross kurrikulari, Lingwi barranin, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura,Arti Viżiva, Drama, Mużika, ŻfinLingwa: SlovakGħodod: Email, chat, forum, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://www.zsomsenie.sk/static/eTwinning/

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:24MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:24 6.6.2007 16:15:196.6.2007 16:15:19

Page 28: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

25

DeskrizzjoniIt-tema ewlenija tal-proġett huma l-ħrejjef tas-sħarijiet u x-xogħol tat-tfal huwa li jitrasformaw il-ħajja ta’ l-iskola tagħhom f’waħda tas-sħarijiet. It-tfal jesprimu din id-dinja tas-sħarijiet permezz ta’ tpenġijiet li bħala riżultat finali, mbagħad ikunu maqluba f’format awdjo-viżwali diġitali miż-żewġ imsieħba. Permezz ta’ ħafna attivitajiet oħra, t-tfal jiksbu tagħrif u ħiliet oħra li huma meħtieġa għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum u li mhux dejjem ikunu mgħallma fl-iskejjel.

GħanijietL-imsieħba l-ewwel jagħmlu disinji ta’ dar tal-gallettini u joħolqu ktejjeb bihom, imbagħad kollox ikun maqlub f’format awdjo-viżwali diġitali u ippubblikat fuq il-websajt ta’ bejniethom. It-tfal idaħħlu ħajjithom fil-ktejjeb permezz t’attivitajiet relatati ma’ l-istejjer tas-sħarijiet.

Valur PedagoġikuIt-tema tal-proġett tmur lil hinn mill-metodi ta’ tagħlim tradizzjonali tat-tagħlim b’mod sterjotipiku u ta’ metodi simili għall-kisba tat-tagħrif. Il-proġett jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-aspett inter-kurrikulari permezz tal-ġbir tat-tagħrif, jixħet dawl ġdid fuq dawn ir-relazzjonijiet u jpoġġihom f’kuntest ġdid.

Użu pedagoġiku ta’ l-ICTIntuża l-PowerPoint biex tkun maħluqa l-istorja diġitali finali. Intużaw bosta għodod oħra biex jiġi irrekordjat u proċessat l-awdjo u r-ritratti dawn inkludew l-MP3s u cameras diġitali. L-għodod għall-kommunikazzjoni inkludew l-email, chat bl-iSkype, il-Portal ta’ l-eTwinning, it-telefon, l-sms, l-incredimail, u konferenzi bl-awdjo u bil-vidjo. Intuża projector biex jintwera x-xogħol ta’ xulxin u waqt il-konferenzi bil-vidjo.

ImpattIl-proġett għen fit-twaqqif ta’ komunità li taħdem tajjeb, għalliema-studenti-ġenituri li kellhom l-għan komuni li jagħmlu l-ħajja ta’ l-istudenti aktar kuntenta. Is-sħubija u l-ħbiberija komplew jissaħħu meta l-istudenti u l-għalliema qattgħu ġimgħa ġewwa belt tas-sħarijiet fis-Slovakkja lejn it-tmiem tal-proġett. B’hekk is-sħubija u l-ħbiberija ma baqgħetx f’format diġitali biss iżda saru aktar reali. Barra minn dan, is-suċċess internazzjonali tal-proġett ta reputazzjoni tajba lill-iskejjel u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu fuq proġetti kollaborattivi.

PaririL-IncrediMail jippermetti lit-tfal żgħar jikkomunikaw b’mod sempliċi permezz ta’ stampi, stampi animati, sfondi mlewna u ħsejjes. Dan kien utli ħafna għall-kommunikazzjoni. Li ssib partner li tista’ tafda, ma’ min tkun tista’ taħdem tajjeb, u li jkun entużjast bħalek biex jaħdem mat-tfal, u mimli b’ideat, huwa essenzjali għas-suċċess ta’ proġett.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:25MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:25 6.6.2007 16:15:266.6.2007 16:15:26

Page 29: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

2626

Intervista:Intervista: Denysa Križanová u Pavel Vrtěl

Jiena ngħallem fl-iskola primarja f’Omšenie fir-Repubblika Slovakka. L-imsieħba tagħna huma tfal ta’ l-istess etajiet fi skola primarja minn Sivice, fir-Repubblika Ċeka. Iż-żewġ skejjel huma rurali allura għandna l-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol. L-eTwinning biddel bil-kbir il-ġurnata ta’ l-iskola. Qegħdin litteralment ngħixu l-proġett, għandna ħbiberiji b’saħħithom u l-istess għanijiet għall-proġett tagħna. Nieħu pjaċir li hemm xi ħadd ‘il bogħod li qed jaħseb fija u li għandu l-istess għanijiet. Għaldaqstant qed nieħdu pjaċir bl-isforz kollaborattiv tagħna.

Denysa Križanová

Naħseb li l-akbar tibdiliet kienu fil-mod ta’ kif naħsbu u kif naħdmu. Naħseb li issa kemm jiena u kif ukoll it-tfal iħarsu lejn id-dinja b’mod differenti, minn perspettiva aktar wiesgħa. Din il-perspettiva tinkludi oqsma partikolari bħar-rwol ta’ l-iskola fl-edukazzoni. Fhimt aktar minn qatt qabel kemm huwa importanti li nħejju t-tfal għall-ħajja u għas-soċjetà. Huwa meħtieġ li ngħallmu lit-tfal dawk l-affarijiet li ma nsibux fil-kotba ta’ l-iskola għax ix-xogħol tagħhom fl-edukazzjoni klassika huwa issottovalutat. Fl-istess ħin iltqajna ma’ ħafna sfidi imma qed nitgħallmu negħlbuhom. Denysa Križanová

Bis-saħħa tal-proġett, it-tfal tejbu l-ħiliet fil-kompjuter u tgħallmu dwar teknoloġiji ġodda għall-kommunikazzjoni bħall-iskype, l-email, ic-chat, il-konferenzi bil-vidjo u t-telefon. Pavel Vrtěl

Żgur li t-tfal saru aktar kommunikattivi, it-tim tagħna ssaħħaħ u saru rabtiet sodi

li ser idumu minkejja d-distanza kbira. Il-kunxjenza tat-tfal ħarġet ‘il barra mill-villaġġ. Qed jinteressaw irwieħhom f’ħajjet nies oħrajn u dan huwa tajjeb ħafna. Qed jitgħallmu li m’għandhomx jaħsbu biss dwarhom infushom, li huwa valur li kulħadd għandu jsejjes ħajjtu fuqu. Denysa Križanová

Permezz tal-proġett it-tfal tgħallmu x’inhu x-xogħol fi gruppi u kif tim jista’ jissaħħaħ u jilħaq il-miri tiegħu. Barra minn hekk, il-proġett għen biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-gruppi differenti kemm fil-klassi u kif ukoll fil-proġett. Il-proġett żied b’mod sostanzjali l-interess fl-użu ta’ l-ICT għall-kommunikazzjoni.

Pavel Vrtěl

Jien ngħallem lit-tfal żgħar u l-istejjer tas-sħarijiet huma parti inseparabbli minn ħajjithom. Din id-dinja sabiħa ta’ maġija tgħin lit-tfal jifhmu l-informazzjoni ġdida li jiltaqgħu magħha u b’hekk jitgħallmu b’mod aktar effettiv. Il-ġenituri tagħhom kienu qed jiġu l-iskola wkoll u flimkien magħhom irnexxielna ngħallmu lit-tfal ħafna affarijiet. Irnexxielna nagħmlu aktar minn dak li hu mistenni minna mill-kurrikulu. Barra mill-qari, l-kitba u l-għadd, konna qed insiru nafu ‘l xulxin ukoll.

Denysa Križanová

Iva dażgur. Fl-iskejjel Slovakki, l-uniku post li jistgħu jużaw il-kompjuter huwa fil-laboratorju tal-kompjuters u ħafna drabi jkollhom jistennew sakemm imisshom jużawh. Indunajna li li tuża l-kompjuters minn żmien għall-ieħor ma kienx

1

2

3

4

5

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:26MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:26 6.6.2007 16:15:316.6.2007 16:15:31

Page 30: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

2727

biżżejjed. Minn bidu fejn konna nagħmlu attivitajiet sempliċi bħal nibagħtu emails u nagħmlu konferenza bil-vidjo b’kompjuter wieħed biss, ħdimna biex ikollna websajt tagħna u biex inkunu nistgħu nużaw il-kompjuter kull meta rridu. Illum għandna l-internet fil-klassi, projector, u xi kameras u nixtiequ li jkollna mqar ħames laptops. Irridu li jkollna klassi moderna u li nkunu nistgħu nitgħallmu b’mod modern. Sfortunatament, f’pajjiżna, l-progress fl-iskejjel, speċjalment f’dawk rurali jieħu ħafna żmien. Denysa Križanová

Żgur li dawn it-teknoloġiji l-ġodda qegħdin dejjem jintużaw aktar fil-klassi u naħseb li l-attivitajiet li jinvolvu l-ICT jżidu l-motivazzjoni tal-ġenituri biex jixtru kompjuter għal uliedhom u jipprovdulhom l-Internet id-dar. Pavel Vrtěl

It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija sempliċi: Kont immeraviljata malli sirt naf bl-eTwinning u kont naf li kont se nippruvah. Kont naf mill-ewwel dak li ridt nagħmel u bdejt mill-ewwel. Naħseb li l-aktar importanti huwa li tkun trid tagħmel xi ħaġa interessanti għall-istudenti u li tkun trid titgħallem affarijiet ġodda li ma tkunx għamilt qabel (konferenzi bil-vidjo u l-ħolqien ta’ websajt). Dan kien kollu ġdid għalija, dak li ma kontx naf, tgħallimtu mingħand il-ħbieb tiegħi. Tajjeb li jkollok ħbieb u aħjar li tibda taħdem ma xi ħadd li jaf xi affarijiet li inti ma tafx. Jista’ jkun li inti jkollok xi ħiliet li l-persuna l-oħra ma jkollhiex u inti lanqas biss tkun taf bihom. Tibżax tipprova affarijiet ġodda u li titlaq mir-rutina, tista’ tissorprendi ruħek b’dak li inti kapaċi tagħmel. Il-probabiltà hija li l-akbar premju li tikseb ikun il-ferħ li jkollok meta tgħallem lill-istudenti tiegħek. Nawguralkom! Denysa Križanová

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:27MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:27 6.6.2007 16:15:346.6.2007 16:15:34

Page 31: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Once Upon a Blog

Fit-Tieni Post tal-Premjijiet ta’ l-eTwinning 2007

Skejjel: Saint Attracta’s Senior National School, Irlanda St. Joseph, Mater Boni Consilii School, MaltaGħalliema: Joseph Molloy (Irlanda) Jacqueline Vanhear (Malta)

Etajiet: 4 - 11 Tul: sena skolastika Temi: Kross Kurrikulari Lingwa: Ingliż Għodod: Windows Live Messenger u SkypeIndirizz: http://slua.com/gallery2

Deskrizzjoni Dan il-proġett jinvolvi l-iskambjar ta’ miti u leġġendi permezz ta’ blogs u podcasts. Il-proġett iqabbel ukoll il-ħajja u l-attitudnijiet tat-tfal Maltin u Irlandiżi permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT.

GħanijietIt-twessiegħ ta’ l-esperjenzi u l-orizzonti kulturali ta’ l-għalliema u ta’ l-istudenti. Il-promozzjoni tal-ħiliet tal-lingwa permezz tal-blog u tal-podcasts. It-trawwim tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni primarja u ta’ l-iskambju interkulturali ta’ ideat u ta’ valuri. L-iżvilupp ta’ identità multikulturali Ewropea. It-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tat-tagħlim permezz ta’ l-ICT. L-użu ta’ l-ICT bħala metodu kreattiv ta’ kommunikazzjoni u pedagoġija.

Valur PedagoġikuL-akbar benefiċċju għall-istudenti kien it-titjib fl-istima li l-istudenti għandhom tagħhom infushom. Il-livell ġdid ta’ l-istima tagħhom infushom huwa rifless fl-entużjamu tagħhom għax-xogħol li jkunu qed jagħmlu u li sabuha bi tqila li jgħaddu x-xogħol li għamlu lil klassijiet oħra. L-għalliema skoprew valur ġdid fix-xogħol tagħhom u titjib fil-ħiliet tagħhom. Barra minn dan gawdew sens ta’ sodisfazzjon kbir għax-xogħol li għamlu.

28

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:28MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:28 6.6.2007 16:15:366.6.2007 16:15:36

Page 32: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

29

Użu pedagoġiku ta’ l-ICTL-iskola gawdiet minn titjib fl-implementazzjoni ta’ l-ICT b’mod aktar sħiħ. Ġew ippruvati diversi metodi għall-ħolqien tal-blog u tal-feeds RSS. L-għalliema ippruvaw siti ġodda bħal m’huma Blogger, li jużaw reklamar li xi drabi ma kien xieraq, kuluri mhux attrajenti u twieqi li jitilgħu waħedhom li setgħu ikunu ta’ ostaklu għat-tagħlim. B’rizultat ta’ dan l-imsieħba iddeċidew li l-proġett ikun impoġġi fuq sit għall-blog iddedikat.

ImpattIl-proġett kien iddisinjat fuq prinċipji kostruttivi. Is-sit intwera u tħaddem minn għalliema oħra waqt il-btajjel tas-sajf. Imbagħad l-għalliema u l-istudenti f’Dublin u f’Paola intalbu l-ideat tagħhom dwar id-disinn u l-kontenut tas-sit. Ta’ kull ġimgħa kien isir kuntatt live bejn iż-żewġ skejjel, dan kien is-sors ta’ ħafna eċċitament u xi drabi, t-timetable ta’ l-iskola kienet tkun mibdula biex klassijiet oħra li ma kinux involuti fil-proġett setgħu ikunu akkomodati. L-għalliema tgħallmu jużaw tagħmir ta’ l-istudios u l-webcams. Il-proġett ta’ l-eTwinning wassal għat-twaqqif ta’ studio permanenti għall-podcasts fl-iskola.

Intervista:Intervista: Joseph Molloy and Jacqueline Vanhear

Għandi ‘l fuq minn ħamsin sena u ili interssat fil-kompjuters għal aktar minn ħamsa u għoxrin sena. Naħdem bħala kordinatur ta’ l-ICT fi skola primarja mħallta. L-etajiet tat-tfal huma bejn it-8 u t-13-il sena. Bdejt nuża l-podcasting bħala għodda għall-kurrikulu f’Mejju ta’ l-2005 u kont konvint li dan kien se jkun ta’ benefiċċju għall-għalliema madwar id-dinja. Għall-bidu, il-proġett ma kisibx l-attenzjoni mixtieqa fiq l-istand f’Linz fl-2006. Jista’ jkun li l-biża’ li tidħol għal xi ħaġa ġdida jew li jkollok tagħmel sforz kbir biex titgħallem żammew in-nies lura. Poġġejt messaġġ fuq il-Forum ta’ l-eTwinning u għalliema qalbiena Maltija daħlet għall-isfida. Hekk kif tellajna l-ewwel podcast, il-klassi l-oħra tat-tielet sena wkoll riedet tieħu sehem. S’issa kellna 9563 hits fil-websajt. Joseph Molloy

Dan il-proġett kien tajjeb ħafna biex insaħħaħ il-ħiliet ta’ l-ICT tiegħi. Kienet l-ewwel darba li wżajt għodod innovattivi bħall-blog u l-podcasts. Għall-ewwel kien ftit diffiċli imma maż-żmien bdejt immur dejjem aħjar. Dan grazzi wkoll għall-għalliem Irlandiż li ħa paċenzja u qasam dak li jaf dwar dan il-qasam miegħi, huwa għenni bil-kbir biex intejjeb il-ħiliet tiegħi. L-entużjażmu ta’ l-istudenti beda jiżdied ta’ kuljum. Għall-bidu l-proġett kien xi ħaġa ġdida fil-kurrikulu tagħna, imma mbagħad żviluppa f’esperjenza mill-isbaħ. It-tfal kienu jkunu fuq ix-xwiek jistennew il-konferenzi bil-vidjo li nagħmlu regolarment u minnhom setgħu jaraw ix-xebħ u d-differenzi bejn iż-żewġ skejjel, eż. l-uniformijiet; li fil-klassi Irandiża kien hemm bniet u subien; li l-għalliem kien raġel mentri li fl-iskola tagħna l-għalliema kienu kollha nisa. Impressjonajt ruħi meta t-tfal osservaw id-differenza fil-ħin minħabba li l-għalliem Irlandiż kien jgħidilhom li “issa se jkollna mmorru għax sar ħin l-ikel” u f’Malta inkunu diġà kilna. Jacqueline Vanhear

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:29MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:29 6.6.2007 16:15:386.6.2007 16:15:38

Page 33: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Dan il-proġett fin-natura tiegħu juża metodi ta’ kommunikazzjoni innovattivi u bla dubju jitpoġġa fil-kategorija ta’ l-innovazzjoni. Naħseb li l-proġett joffri lill-għalliema u lill-istudenti mod ieħor ta’ kif jesprimu lilhom infushom. Jipprovdi wkoll metodu kif l-għalliema jippubblikaw ix-xogħol ta’ l-istudenti tagħhom b’mod kważi immedjat. Dan huwa proċess li jsaħħaħhom. Jibni fuq ix-xogħol li jsir fil-klassi u jipprovdi forum biex dawk involuti jevalwaw ix-xogħol ta’ xulxin. Isaħħaħ l-istima fihom infushom u s-sens ta’ identità ta’ l-istudenti. Il-kollegament “live” li jsir ta’ kull ġimgħa joħloq sens ta’ antiċipazzjoni u ta’ gost għall-istudenti. M’hemmx mod aħjar li titgħallem lingwa milli tismagħha tiġi mitkellma.

Joseph Molloy Sa mill-bidu tiegħu il-proġett żgur kien innovattiv! Mhux normali li fil-klassijiet

Maltin nagħmlu użu minn blogs jew podcasts, barra minn dan, il-konferenzi bil-vidjo kienu xi ħaġa kompletament ġdida. L-għalliema ta’ spiss jidħlu fil-klassijiet u jiddepożitaw it-tagħrif f’moħħ it-tfal. Dan il-proġett kien kompletament differenti! L-atturi ewlenin kienu l-istudenti: huma jagħżlu l-leġġendi, jagħmlu t-tpenġijiet kif iridu u jagħżlu l-mużika. L-għalliem kien hemm biex jippreżenta l-għodod u jiffaċilita l-proċess. Jacqueline Vanhear

Bla dubju! F’din l-era ta’ l-informazzjoni fejn il-kommunikazzjonijiet diġitali jidħlu fl-aspetti kollha tal-ħajja tagħna, nħossu li dan il-proġett beda proċess ta’ tisħiħ. L-istudenti jieħdu pjaċir bi sfida u “Once Upon A Blog” ippreżentalhom diversi sfidi. Per eżempju student ta’ tmien snin li sema’ li f’Malta qatt ma tinżel borra, bena pupu tas-silġ bl-għajnuna ta’ kuġinuh u taz-zija. Imbagħad staqsa jekk jistax juri l-pupu tas-silġ li kien għamel lit-tfal ta’ Malta. Għamel vidjo qasir, poġġih fuq il-blog u mbagħad stieden lit-tfal biex jagħtuh isem. Dan kien suċċess kbir.

Joseph Molloy Dan hu eżattament dak li dan il-proġett ried li jitwettaq. F’Malta għandna sillabu

vast, il-ħin li ddedikajna għal dan il-proġett serva għall-ħiliet oħra għall-ħajja u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, li huma ferm importanti u li ħafna drabi jkunu injorati. Dan jista’ jkun ikkonfermat mir-reazzjoni ta’ l-istudenti u tal-ġenituri li kienet veru pożittiva. Għenu ħafna lil uliedhom, u kif qalu l-ġenituri stess, it-tfal marru lura d-dar b’tant entużjażmu li kellhom jistaqsuhom aktar dwar x’kienu qed jagħmlu

. Jacqueline Vanhear

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proġett kien li jtejjeb il-ħiliet tat-tagħlim tal-lingwi fiż-żewġ skejjel. L-istudenti gawdew b’mod dirett minħabba li l-għalliema kollha involuti fil-proġett qagħdu attenti ħafna għall-ħiliet tal-lingwa, l-kliem użat, il-bini tas-sentenzi, eċċ. Dan ukoll minħabba li t-tfal involuti kienu qed jirrapreżentaw l-iskejjel tagħhom kienu qed jirrakkuntaw stejjer fuq bażi internazzjonali. Il-metodu kostruttiv li wżajna ta’ ċ-ċans lill-istudenti jsiru aktar familjari mat-tagħmir ta’ l-ICT li wżajna u l-ħiliet relatati. Bħala għalliema, aħna ħadna r-rwol li niffaċilitaw u noffru l-pariri tagħna meta l-istudenti weħlu. Inkoraġġejna lill-istudenti jesprimu rwieħhom permezz ta’ l-arti, tal-poeżija u tal-bini tal-mudelli. Kemm il-partner ta’ l-eTwinning Maltija u jiena naqblu li l-proġett irnexxielu jwessa’ l-orizzonti esperjenzjali u kulturali ta’ l-istudenti u tagħna stess.

30

2

3

4

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:30MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:30 6.6.2007 16:15:456.6.2007 16:15:45

Page 34: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Il-proġett irnexxielu wkoll jindirizza l-iskambju interkulturali ta’ ideat u ta’ valuri u introduċa d-dimensjoni Ewropea fil-kurrikulu taż-żewġ skejjel primarji. L-istudenti kienu wkoll imlaqqa’ mal-wirt u l-identità kulturali għonja taż-żewġ pajjiżi.

Joseph Molloy Il-benefiċċji prinċipali ta’ dan il-proġett kienu li jitjieb it-tagħlim ta’ l-Ingliż u

ta’ l-espressjoni. Kien hemm ħafna aktar benefiċċji, bħall-kreattività li ħarġet mill-istudenti, il-ħiliet għall-ħajja u l-ħiliet tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-idtdenti irrealiżżaw li Malta mhix ‘dinja sħiħa’, kisbu fiduċja akbar fihom infushom u saru aktar familjari ma’ l-għodod ta’ l-ICT. Jacqueline Vanhear

Dan il-proġett waqqaf pont elettroniku bejn iż-żewġ gżejjer u nazzjonijiet fl-UE, waħda f’nofs il-Baħar Mediterran u l-oħra fuq ix-xifer ta’ l-Oċean Atlantiku. It-tbissim u l-eċċitament tat-tfal xejjen il-fruntieri internazzjonali. In-nisġa t’aċċenti u espressjonijiet fil-podcasts u fil-konferenzi bil-vidjo żiedu ma’ l-avventura u l-iskambju kulturali. Huwa importanti li nsemmu li t-teknoloġija kienet inviżibbli għat-tfal – huma sempliċiment raw u tkellmu ma’ xulxin. Kienu biss konxji tagħha meta ma ħadmitx tajjeb u tellfitilhom il-gost. Joseph Molloy

Dejjem emmint fl-ICT fil-klassi, biss qabel kienet biss twemmin. Issa hija xi ħaġa li qed titwettaq ta’ kuljum! Jacqueline Vanhear

Tibżgħux! Ibdew b’għan ċar u sempliċi. Poġġi l-qafas tal-proġett f’postu u ibni fuqu ftit ftit. Ħeġġeġ lill-imsieħba biex jagħtu l-ideat u l-ħiliet tagħhom spiss u liberament. Kun lest li tbiddel u taddotta ideat u metodi ġodda. U tinsiex tikkonsulta ma’ l-istudenti għax spiss ikollhom soluzzjonijiet innovattivi u l-immaġinazzjoni tagħhom hija bla limiti. Fuq kollox kunu żguri li l-proġett ma jsirx piż żejjed. Għandu jkun esperjenza ta’ gost u ta’ tisħiħ għal dawk kollha involuti.

Joseph Molloy Il-Proġetti ta’ l-eTwinning juruna t-triq ‘il quddiem għall-promozzjoni tat-tagħlim

kostruttiv u biex immorru lill hinn mill-“edukazzjoni tal-banek”. Minkejja li jiħdulek iż-żmien, il-proġetti ta’ l-eTwinning ipoġġu l-enfasi fuq il-proċess aktar milli fuq il-kontenut jew il-prodott. Jekk għalliem jemmen tassew f’edukazzjoni ħolistika, il-proġetti ta’ l-eTwinning huma għodod li jista’ juża fil-klassi biex jagħmel id-differenza! Jacqueline Vanhear

31

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:31MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:31 6.6.2007 16:15:496.6.2007 16:15:49

Page 35: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Playing and Learning About Europe through ICT

Skejjel: Kindergarten Soeding, Awstrija Jardim de Infância de Várzea, Portugall Għalliema: Claudia Gartler (Awstrija) Diana Oliveira (Portugall)

Etajiet: 5-7 Tul: sentejn jew aktarTemi: Ewropa, Informatika, Edukazzjoni għall-Bżonnijiet SpeċjaliLingwa: IngliżGħodod: Email, konferenzi bl-awdjo u l-vidjo, chat, forum, MP3,

PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, ambjenti virtwali ta’ tagħlim, pubblikazzjonijiet fuq l-internet

Indirizz: http://www.kindergarten-soeding.com/projekte/e-twinning-en.htm

DeskrizzjoniL-għan tal-proġett huwa li nintroduċu lit-tfal fi skola primarja għas-suġġett ta’ l-ICT u li minn dawn l-ewwel esperjenzi jiżviluppaw il-ħila għat-tagħlim diġitali. Il-proġett jinkoraġġixxi lill-istudenti fl-edukazzjoni tat-tfulija bikrija biex jesploraw firxa wiesa’ ta’ għodod ta’ l-ICT li huma disponibbli fl-ambjent tal-klassi, jiżviluppa wkoll l-metodi ta’ tagħlim għal tfal bi bżonnijiet speċjali.

32

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:32MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:32 6.6.2007 16:15:516.6.2007 16:15:51

Page 36: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

33

Intervista:Intervista: Diana Oliveira

L-integrazzjoni ta’ proġett ta’ l-eTwinning fit-tagħlim ta lili u lill-istudenti tiegħi opportunità biex intejbu l-Ingliż u l-ħiliet għal-kommunikazzjoni bl-użu tal-kompjuter. Tgħallimna dwar il-pajjiż imsieħeb magħna, l-Awstrija, u qsamna esperjenzi edukattivi differenti.

L-istudenti huma involuti fit-tħejjija u l-produzzjoni tal-materjal multimedjali tagħhom stess bħala l-aspett essenzjali ta’ l-użu ta’ l-ICT. Huma mħeġġa wkoll li jaqsmu l-ideat u l-esperjenzi tagħhom ma’ l-imsieħba permezz ta’ l-ICT u l-internet. Bir-rabtiet u l-integrazzjoni ma’ l-iskola msieħba, tgħallimna ħafna minn xulxin u żidna l-motivazzjoni.

Il-kuntatt bejn realtajiet differenti, ir-rabtiet bejn l-iskejjel, il-kommunikazzjoni ma’

xulxin jgħinu lill-parteċipanti fil-proġett jitgħallmu li meta jaħdmu flimkien ikunu qed jagħtu kontribut għal riżultati aħjar.

L-istudenti kienu ħafna aktar motivati, żammew kuntatt ma’ realtajiet ġodda

permezz ta’ l-internet, tgħallmu jaqsmu u tejbu l-ħiliet fil-kompjuter u fil-lingwi. Biex lestew ir-riżultat finali, ħadmu fuq diversi aspetti fl-istess ħin. Għalija bħala għalliema kienet esperjenza personali u edukattiva sabiħa ħafna fejn qsamna ideat, metodi, tagħrif u ħbiberija.

Il-ħidma f’dan il-proġett għallmitni aktar dwar l-ICT. Ksibt ħiliet ġodda tal-

kompjuter u issa l-kompjuter huwa għodda għalija u għall-istudenti li dejjem se ssib fil-klassi tiegħi.

Tibżgħux! Hija opportunità mill-isbaħ għall-istudenti u l-għalliema biex jibdew

ħbiberiji ġodda u jitgħallmu aktar dwar l-Unjoni Ewropea u ħafna suġġetti oħra.

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:33MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:33 6.6.2007 16:15:586.6.2007 16:15:58

Page 37: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

ZOO

Skejjel: Skola Primarja Sint-Amandus, Belġju; ZŠ A. Stodolu, Martin, Slovakkja; CEIP ALVAREZ LIMESES, Spanja; CEIP Xulio Camba, Spanja; CEIPVidal Portela, Spanja; Jerney János, Ungerija; Kalocsai Belvárosi-Dunaszentbenedeki Általános Iskola és Óvoda, Ungerija; Pärnu Koidula Gymnasium, Estonja; Osnovna Sola Solkan, Slovenja

Għalliema: Lieven Van Parys (Belġju); Ma del Carmen Rodríguez Montegrifo, Belen Junquera, Mela Rodríguez (Spanja); Erika Raffai, Margit Horváth (Ungerija); Tiiu Leibur. (Estonja); Alexandra Pilková (Slovakkja); Viljenka Savli (Slovenja)

Etajiet: 5- 12 Tul: sena skolastikaTemi: Kross KurrikulariLingwa: IngliżGħodod: Email, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, pubblikazzjonijiet fuq l-

internetIndirizz: http://www.sip.be/stamand/zooproject/zoo.htm

Deskrizzjoni L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jinbena zoo virtwali b’annimali magħmula mix-xenilja (wajer artab u kkulurit). Dawn il-‘ħlejqiet’ imbagħad ikunu trasformati f’timbri tal-lastiku li jkunu jistgħu jintużaw fi programm għat-tpenġija sempliċi (imma mill-aqwa) b’xejn għat-tfal: Tux Paint.

Intervista: Intervista: Lieven Van Parys u Alexandra Pilková

L-annimali taz-zoo tagħna u t-tpenġijiet fit-Tux Paint huma maħluqa mit-tfal tat-tim ta’ l-eTwinning tagħna u minn imsieħba minn madwar id-dinja (il-Belġju, l-Awstrija, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kanada, l-Estonja, il-Ġappun, l-Irlanda, il-Latvja, s-Slovenja, l-Isvezja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Awstralja, r-Repubblika Ċeka, l-Israel, is-Slovakkja, l-Ingilterra, l-Gana, Spanja u s-Senegal). Il-kollezzjoni taz-zoo tista’ titniżżel mill-websajt tal-proġett u tista’ tintuża minn kulħadd. Studenti mill-iskejjel primarji u tfal tal-kindergarten iffurmaw tim dinji, marbuta minn wajers ta’

34

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:34MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:34 6.6.2007 16:16:006.6.2007 16:16:00

Page 38: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

veru (x-xenilja) u virtwali (l-internet). It-tagħmir u l-materjali għat-tagħlim baqgħu l-istess imma l-ambjent inbidel. “Waqqgħu il-ħitan tal-klassijiet tagħkom u iftħu moħħkom għall-esplorazzjoni dinjija, għall-kommunikazzjoni u għall-ħbiberija!” Skola mingħajr fruntieri hija l-bitħa pedagoġika ta’ l-għalliema. Kollegi: tibżgħux minn ‘ġugarelli’ ġodda. Lieven Van Parys

Aspett innovattiv importanti ta’ dan il-proġett huwa t-tagħlim dwar l-arti multimedjali. It-tfal isawwru l-kreattività tagħhom f’soluzzjonijiet għax-xogħol li jingħataw u jitgħallmu b’metodi ġodda biex jesprimu rwieħhom. Dan isaħħaħ is-sensttività, il-viżwalizzazzjoni, il-ħsieb u l-fantasija. Jiżviluppa l-ħiliet ta’ l-istudenti u jgħinhom jitgħallmu dwar ix-xogħol koperattiv ma’ skejjel oħra Ewropej.

Alexandra Pilková

Iva, ‘l-eTwinning qed jirbaħ!” Il-proġett tagħna sar ambjent ta’ tagħlim li fih it-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tal-kommunikazzjoni u dawk tal-ħidma f’tim. B’sempliċi wajers tax-xenilja u programm għat-tġenġija sempliċi għat-tfal, żviluppaw il-kreattività u l-immaġinazzjoni tagħhom. L-istudenti baqgħu mistagħġba bix-xogħlijiet ta’ l-arti tagħhom u l-istima fihom infushom kibret. Il-proġett iwassal għall-ħtiġijiet ta’ l-oqsma differenti tal-kurrikulu ta’ l-iskola fil-pajjiżi kollha involuti. Jgħin biex intaffu l-qasma diġitali billi jipprovdi kuntest ta’ tagħlim li jinvolvi ħafna ICT.

Lieven Van Parys L-istudenti tiegħi tgħallmu jaħdmu b’medja speċifiċi li kienu jinkludu l-awdjo,

stampi u l-interattività. Tgħallmu wkoll jaħdmu bil-lingwa ta’ l-arti b’mod diġitali. Alexandra Pilková

Ix-xogħol f’timijiet mat-tfal minn madwar id-dinja u l-kommunikazzjoni bejniethom permezz ta’ lingwa sempliċi universali: “wajer tax-xenilja u tpenġijiet”, huwa prova li anki tfal żgħar jistgħu jużaw l-internet b’mod utli. F’din id-dinja virtwali, l-istudenti jgħaddu l-ħlejqiet li jkunu ħolqu (l-annimali) lil xulxin. “Hemm artist moħbi f’kull tifel u tifla.” Lieven Van Parys

Iva! Aħna dinja WAĦDA u komunità WAĦDA. L-ICT huwa strument importanti

biex intejbu l-kommunikazzjoni interkulturali. Diġà gawdejna minn din l-esperjenza f’aktar minn għoxrin pajjiż. Lieven Van Parys

Għamilha! Dawn huma t-tliet regoli sempliċi li nuża jien: żomm kollox sempliċi, uża lingwa universali u sib suġġett universali li jista’ jiġi integrat f’kull kurrikulu.

Lieven Van Parys

35

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:35MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:35 6.6.2007 16:16:106.6.2007 16:16:10

Page 39: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Learning Through Friendship

Skejjel: Holman Koulu, Finlandja; Ies Escultor Juan de Villanueva, SpanjaGħalliema: Arturo Encina Andrés (Spanja); Tiina Sarisalmi (Finlandja)

Etajiet: 11-13Tul: sena skolastikaTemi: Arti Viżiva, Teatru, Mużika, ŻfinLingwa: Ingliż Għodod: Email, chat, ambjenti virtwali ta’ tagħlim, publikazzjonijiet fuq l-

internetIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=2627 DeskrizzjoniL-għanijiet ewlenin ta’ dan il-proġett huma li: jinkoraġġixxi lill-istudenti biex isiru jafu ‘l xulxin u li jsiru ħbieb, u fl-istess ħin jiżviluppaw il-ħiliet tal-kommunikazzjoni u l-vokabularju tagħhom; itejjeb il-ħiliet fl-użu ta’ l-ICT u jinkoraġġihom jużaw l-internet bħala għajn ta’ tagħrif u mezz ta’ kommunikazzjoni; jiżviluppaw ukoll l-għarfien ta’ pajjiżi u kulturi Ewropej u għalhekk jegħlbu l-preġudizzji u jżidu t-tolleranza.

Intervista:Intervista: Tiina Sarisalmi

Bħala għalliema ta’ l-Ingliż, kont qed infittex għal modi ta’ kif nista’ niftaħ il-klassi għad-dinja ta’ barra. Naf li hemm eluf ta’ żgħażagħ jitgħallmu l-Ingliż mill-kotba bħal ma konna nagħmlu aħna, għaliex ma nippruvawx nagħmlu t-tagħlim xi ħaġa li jieħdu aktar pjaċir jagħmlu billi naqsmu l-esperjenzi tagħna u nitgħallmu flimkien? L-iżvilupp riċenti fit-teknoloġija tal-kompjuter tana l-għodod allura kien jonqos biss li nsibu partner. B’hekk sirt naf bl-eTwinning. S’issa kelli tmien partners ta’ l-eTwinning b’seba’ klassijiet differenti u bħalissa qed naħdem ma’ erba’ minnhom.

L-ewwelnett, L-eTwinning idaħħal l-awtentiċità fil-proċess tat-tagħlim. Nistudjaw u nipprattikaw l-istess affarijiet li s-soltu nagħmlu b’modi tradizzjonali imma bl-eTwinning nagħmluhom ma’ nies oħra ta’ veru f’pajjiż ieħor. L-istudenti jaqsmu t-tagħrif u l-esperjenzi, jitgħallmu minn xulxin u jtejbu l-ħiliet tal-kommunikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, permezz ta’ l-eTwinning, l-istudenti jitgħallmu jużaw l-għodod ta’ l-ICT b’mod li jagħmel sens għalihom. Jiktbu ittri fil-forums, jiċċettjaw u jaħdmu taħriġ interattiv, jiġbdu vidjo u ritratti diġitali, jfittxu għall-

36

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:36MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:36 6.6.2007 16:16:156.6.2007 16:16:15

Page 40: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

37

informazzjoni, eċċ. Dan kollu jseħħ fil-kuntest pedagoġiku ta’ l-użu tal-lingwa Ingliża għall-kommunikazzjoni. It-tielet punt huwa li l-eTwinning iħeġġeġ il-kommunikazzjoni bejn l-għalliema u jgħaqqad it-tagħlim. Il-firxa tat-tagħlim titwessa’ mill-Ingliż għall-Istudji Ambjentali, l-Ġografija, il-Home Economics, l-Arti u l-Kraft u l-Istudji Soċjali. Il-ħajja m’għandhiex fruntieri, allura għaliex għandu jkun hemm il-fruntieri fl-iskola?

Il-fatt li konna msieħba fi proġett Ewropew fisser li t-tfal interessaw irwieħhom aktar fil-pajjiżi Ewropej oħrajn u riedu jitgħallmu aktar dwar in-natura, l-arti, l-ikel u l-ħajja tagħhom. Il-kitbiet, links u kwizzis li kien hemm fl-ambjent virtwali ta’ tagħlim ma servewx biss bħala materjal għat-tagħlim imma bħala metodu biex nifhmu aktar u nitgħallmu aktar dwar l-imsieħba tagħna. F’dan is-sens, l-iskoperta hija li apparti mil-lingwa u l-klima, in-nies ta’ l-Ewropa huma simili ħafna ta’ xulxin u għandhom l-istess valuri u interessi. Dan żgur għenna biex negħlbu l-preġudizzji u niftħu rwieħna aktar għall-kooperazzjoni interkulturali

Il-benefiċċju ewlieni, minbarra l-Ingliż u l-ħiliet ta’ l-ICT, kien it-benefiċċju personali ta’ dawk kollha involuti. L-eTwinning għen lilna l-għalliema u lill-istudenti nwessgħu l-orizzonti tagħna, inqisu mill-ġdid il-perspettivi, intejbu l-istima tagħna nfusna, nifhmu aktar il-kulturi differenti, inżidu t-tolleranza u nagħtu prova li “l-kommunikazzjoni hija l-bażi ta’ l-għarfien”. Ikun xi jkun is-suġġett jew l-għodod li nużaw, il-proċess huwa dejjem biex nitgħallmu l-mod kif nitgħallmnu b’mod responsanbbli, b’mod attiv u b’mod kollaborattiv.

Il-ħiliet ta’ l-użu ta’ l-ICT qegħdin isiru dejjem aktar vitali fis-soċjetà tal-lum li hija mibnija fuq l-informazzjoni. Madankollu, l-ħiliet ta’ l-ICT qegħdin jiġu mitgħallma barra mill-istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi. Minkejja li l-iskejjel, għall-inqas dawk fil-Finlandja, huma mgħammra tajjeb, il-problema ewlenija tidher li hi l-applikazzjoni ta’ dawn l-għodod b’mod li jagħmel sens. Fl- ambjenti virtwali ta’ tagħlim, dawk li ħdimna fihom aħna, l-istudenti setgħu jitgħallmu dwar kif isiru jafu aktar lil xulxin, jaqsmu esperjenzi u informazzjoni u jitgħallmu jikkomunikaw bl-Ingliż u fl-istess ħin jipprattikaw il-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom. Fil-fatt il-kommunikazzjoni ma’ tfal oħra ta’ veru minn pajjiżi oħrajn tat motivazzjoni kbira lill-istudenti anki fl-użu ta’ l-għodod ta’ l-ICT. Skond l-esperjenza li ksibt mill-eTwinning, sibt li dan it-tip ta’ proġetti huwa l-aħjar mod kif tuża l-ICT fit-tagħlim, eż. Li tużahom bħala għodod għal xi ħaġa oħra aktar milli tgħallimhom għalihom.

Agħmilha! Kun lest li tilqa’ ideat u esperimenti ġodda, aħdem flimkien mal-kollegi tiegħek u ara li l-istudenti jieħdu rwol attiv. It-tħejjija tieħu l-ħin imma l-eTwinning idaħħallek il-gost u ħafna stimuli esterni fix-xogħol tal-klassi tiegħek. Dan biss diġà jpatti tajjeb għall-ħin li tkun qattajt..

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:37MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:37 6.6.2007 16:16:356.6.2007 16:16:35

Page 41: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Usage de la vidéoconférence pour apprendre la langue du partenaire

Skejjel: Ecole primaire de Saint Maximin, Franza Keilberthschule, GermanjaGħalliema: Régis Bracq (Franza) Nicole Imbert-Buckenmaier (Germanja)

Etajiet: 8 -10 Tul: sentejn jew aktar Temi: Lingwi barranin Lingwi: Ġermaniż, Franiċiż Għodod: Email, konferenzi bl-awdjo u l-vidjo, PowerPoint, vidjo, ritratti u

tpenġijiet

DeskrizzjoniL-istudenti ta’ żewġ skejjel primarji fi Franza u fil-Ġermanja jagħmlu kuntatt regolari flimkien permezz ta’ webcam u l-internet. Kull ġimgħa jitgħallmu dwar il-lingwa tal-partner tagħhom fil-klassi. Jaħdmu fuq attivitajiet ta’ bejniethom dwar temi differenti li jkunu stabbiliti miż-żewġ klassijiet. B’dan il-mod, l-istudenti jsiru familjari ma’ diversi kulturi differenti u lingwi Ewropej.

38

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:38MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:38 6.6.2007 16:16:396.6.2007 16:16:39

Page 42: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:ntervista: Régis Bracq

Prinċipalent nużaw il-konferenzi bil-vidjo biex ngħinu lill-istudenti jitgħallmu l-lingwa ta’ l-imseħbin tagħhom, għalqadstant l-eTwinning sar parti mit-tagħlim. Fil-lezzjonijiet tal-lingwi, l-istudenti jużaw il-konferenzi bil-vidjo biex jikkomunikaw ma’ “sħabhom tal-pinna” u jipprattikaw il-lingwa li qed jitgħallmu. Kull ġimgħatejn, l-istudenti jiltaqgħu, jaraw u jitkellmu flimkien u jaqsmu dokumenti. B’riżultat ta’ dan il-metodu ta’ kif ngħallmu l-lingwi inbidel għal kollox. L-għalliema jagħtu lill-istudenti tagħhom għodod lingwistiċi biex ikunu jistgħu jesperjenzaw mumenti ġenwini ta’ kommunikazzjoni. B’dan il-mod ħamsa w sittin student fi skola primarja fil-kampanja tan-nofsinhar ta’ Franza jistgħu jikkomunikaw ma’ oħrajn fi skola primarja oħra f’belt kbira Ġermaniża. Fil-Kulleġġ Bernard de Ventadour fi Bagnols-sur-Cèze, qed isir proġett simili ieħor bejn studenti Franċiżi u Ungeriżi. Jikkomunikaw bil-Franċiz, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż, u permezz ta’ dan, il-grupp Franċiż kellu ċ-ċans li jiskopri ftit l-Ungeriż ukoll. Fil futur, il-proġett bil-konferenzi bil-vidjo ser ikompli jiżviluppa mal-klassijiet tal-Ġermaniż u ta’ l-Ingliż ma’ skejjel minn Munich u minn Londra.

Dan il-proġett huwa innovattiv għax il-mod ta’ kif qed ikunu mgħallma l-lingwi huwa totalment differenti. F’sitwazzjonijiet ġenwini ta’ kommunikazzjoni, l-istudenti jitgħallmu l-lingwi malajr ħafna u b’mod sistematiku jagħtu s-sens lil dak li jitgħallmu. Barra minn hekk, iħossu li jistgħu jaqsmu dak li jafu huma ma’ sħabhom barranin.

Il-proġett biddel il-mod kif l-istudenti jitgħallmu l-lingwi barranin u qabbadhom il-kurżità li jsiru jafu aktar. Iħossuhom li jridu jitgħallmu aktar u jkunu motivati ħafna meta jindunaw bil-benefiċċji ta’ din l-attività. Jifhmu tajjeb ħafna li meta titgħallem lingwa tkun qed tikseb opportunità li titkellem u tikkomunika ma’ ħbieb barranin. It-tagħlim tal-lingwi barranin sar esperjenza ta’ veru għalihom.

Biddilt għal kollox il-mod ta’ kif ngħallem. Tgħallimna kif naħdmu ma’ kollegi minn pajjiżi oħra u kollegi oħra mill-iskola tiegħi. L-istudenti huma fiċ-ċentru tat-tagħlim li nipprovdu.

Iva, l-ICT m’huwiex għan aħħari imma metodu ta’ kif tesperimenta b’esperjenzi interessanti fil-klassi li jkunu effiċjenti u effettivi.

Il-proġetti ta’ l-eTwinning jippermettulek tħares lejn ir-rwoli t’għalliema oħra, li

tbiddel id-drawwiet tiegħek u li taqsam dak li jiteressak ma’ studenti u għalliema barranin.

39

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:39MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:39 6.6.2007 16:16:506.6.2007 16:16:50

Page 43: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Make a Film and Share it with a Friend!

Skejjel: Vindängen, Sweden Knockaclarig National School, Irlanda Għalliema: Tom Roche (Irlanda) Fredrik Olsson (Sweden)

Etajiet: 11-12Tul: 6 xhurTemi: Kross-kurrikulari, Sistemi Edukattivi, Ewropa, Lingwi, Ġografija,

Storja/Tradizzjonijiet, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Medja, Arti Viżiva, Drama, Mużika, Żfin

Lingwa: IngliżGħodod: Email, chat, MP3, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://www.edu.falkoping.se/fredrikolsson/

DeskrizzjoniL-istudenti jitgħallmu aktar dwar il-kultura ta’ pajjiż ieħor permezz ta’ DVD li għamlu huma stess. Permezz ta’ dan, jitgħallmu dwar il-komunità lokali tagħhom, dwar l-attivitajiet u l-interessi ta’ xulxin u jiskambjaw u jqabblu l-esperjenzi ma’ l-iskola msieħba.

Intervista:Intervista: Tom Roche

Il-Veduta Macro: Meta tqis minn fejn jien, minn skola żgħira f’post rurali fuq il-fruntiera estrema tal-punent ta’ l-Ewropa, il-proġett tani opportunità biex nuża l-internet biex inħares lejn veduta aktar wiesa’ tal-kontinent, li tmur lil hinn mill-fruntieri, u li jkolli introduzzjoni għall-komunità ta’ l-iskola ġdida u differenti. Il-Veduta Micro: Għalkemm mad-daqqa t’għajn il-proġett tagħna jitratta d-drama, ż-żfin u l-kant u l-produzzjoni ta’ DVD, daħal fil-ħdax-il suġġett tal-kurrikulu Irlandiż u wassalna biex nipproduċu storja b’format diġitali. Ta’ imbuttatura lil ħiliet ta’ l-ICT tagħna u żgur li kabbrilna l-kunfidenza u l-istima tagħna nfusna. Żviluppajna mod kif inħarsu b’mod kritiku lejn il-preżentazzjonijiet tagħna u ntbaħna li konna qed nippubblikaw materjal li jmur lil hinn mill-klassi.

Dażgur. L-akbar bidla kienet li mxejna minn metodu ta’ tagħlim didattiku li kien jinvolvi studenti passivi, għal ambjent ta’ tagħlim attiv. Kellna interazzjoni aktar miftuħa ma’ l-istudenti u djalogajna aktar. Dan ħoloq ambjent kollaborattiv fejn gruppi ta’ studenti organizzaw ruħhom biex jistħarrġu l-aspetti differenti ta’ l-iskola msieħba, huma għamlu rapporti dwar dak li sabu permezz ta’ preżentazzjonijiet. Dawn ir-rapporti f’għamliet differenti, stampi, awdjo, slides, u

40

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:40MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:40 6.6.2007 16:16:536.6.2007 16:16:53

Page 44: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

41

vidjo żiedu aspett dinamiku ġdid fit-tagħlim.

L-ewwelnett għamlet lill-istudenti konxji tad-diversità fil-kultura. Żviluppat rispett għall-fehmiet ta’ ħaddieħor. Rajna wkoll xebħ, eż. il-produzzjoni tal-ġobon, Monumenti Neolitiċi, u s-Santwarji ta’ l-Għasafar. Dan ta kontribut għall-evalwazzjoni ta’ l-ideat li sawwru u setgħu jaraw jekk il-fehmiet tagħhom kienux jaqblu. Apprezzajna l-fatt li kultant kien hemm fehmiet differenti u sirna familjari mal-ħiliet meħtieġa biex jintlaħaq konsesnus. Waqt li konna ntellgħu ix-xogħol għall-imsieħba tagħna, kellna ħafna diskussjonijiet kostruttivi u żviluppajna apprezzament u interess għall-kultura u l-ambjent ta’ nies oħrajn.

F’dawk li huma ħtiġijiet tal-kurrikulu (f’dan il-każ iż-żfin, kant u d-drama) ingħatajna ċ-ċans li nuru x-xogħol tagħna lil udjenza magħżula. Din kienet ta motivazzjoni fiha nfisha u żiedet l-isforz għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni. Sirna konxji ta’ kultura oħra f’pajjiż ieħor f’żona ta’ ħin differenti li għalkemm differenti kellhom xehtiet simili għal tagħna, eż., fil-mużika pop, l-isport u l-moda. Rajna kif l-ambjent jiddetermina l-istil ta’ ħajja u kif dan jista’ jiġi wżat, eż., l-iskijar biex tieħu vantaġġ. Rajna l-impatt ta’ dan kollu fuq il-komunità ġenerali. Il-proġett għen fit-trawwim ta’ sens ta’ stagħġib għal dak li nistgħu nagħmlu u rajna l-possibiltajiet għar-replikazzjoni tal-proġett f’ambjent ieħor permezz tat-TwinSpace.

Minħabba li jien “Dixxiplu ta’ l-ICT” naħseb li l-proġett żgur għen biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tat-tagħlim permezz ta’ l-ICT. L-aspetti ta’ l-istili ta’ ħajja differenti ingħataw il-ħajja permezz tal-forom għonja fil-kontenut li komplew tejbu l-proġett. B’sempliċi klikkjatura tal-maws konna nidħlu mill-ewwel ġo ambjent ġdid. Dan kien tagħlim b’mod aktar prattiku meta mqabbel ma’ metodi ta’ tagħlim awdjo-viżivi tradizzjonali. Ir-reiċerka turi li t-tagħlim b’mod prattiku huwa l-metodu bl-akbar benefiċċji. It-tfal, fin-natura tagħhom huma attivi u nistgħu niksbu riżultati pożittivi meta nużaw dan il-fatt fil-metodi tat-tagħlim. Dan it-tagħlim interattiv, u prattiku xpruna l-proġett ‘il quddiem.

Bħala bidu, nissuġġerixxi li tingħaqad f’diskussjoni ġenerali u mhux fuq proġett partikolari, tkun tista’ tagħraf il-vantaġġi ta’ l-ICT bħala għodda għat-tagħlim. Uri l-impatt qawwi li qed ikollha t-teknoloġija fuq is-soċjetà in ġenerali, fuq il-kommunikazzjoni, x-xogħol u fuq il-ġbir u l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni. Offri li tkun t’għajnuna għall-għalliema li jkunu interssati.

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:41MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:41 6.6.2007 16:16:556.6.2007 16:16:55

Page 45: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Little Explorers

Skejjel: Przedszkole PubL. Nr 5, Polonja; Dun Guzepp Zerafa, Skola Primarja Fgura A, Malta; Escuela Infantil Gloria Fuertes, Spanja; Cauldeen Primary School, Renju Unit; Křesťanská mateřská škola Horažďovice, Repubblika Ċeka; Mateřská škola, Repubblika Ċeka;

Għalliema: Ewa Kurzak (Polonja); Marianne Schembri, (Malta); Maria Piedad Avello (Spanja); George Glass (Renju Unit); Alena Průchová, Jitka Řeháková (Repubblika Ċeka)

Etajiet: 5-6Tul: sentejn jew aktarTemi: Kross kurrikulari, Informatika/ICT, Matematika u Xjenza Lingwi: Ċek, Ingliż, Pollakk Għodod: Email, konferenzi bl-awdjo u l-vidjo, forum, MP3, PowerPoint, vidjo,

ritratti u tpenġijiet, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://webnews.textalk.com/en/view.php?id=8842/

Deskrizzjoni Fil-proġett “Esploraturi Żgħar”, it-tfal, taħt is-superviżjoni ta’ l-għalliema jagħmlu serje t’attivitajiet bħal m’huma logħob ta’ riċerka u esperimenti. It-tfal u l-għalliema jiflu r-riżultati ta’ l-attivitajiet, jiddeskrivuhom, jiskambjawhom u jippublikawhom fuq il-websajt tal-proġett.

Intervista:Intervista: Ewa Kurzak u Miriam Schembri

Il-Proġett “Esploraturi Żgħar” huwa integrat fil-kurrikulu tal-kindergarten. Ix-xogħlijiet kollha huma integrati fl-iskedi tax-xogħol tas-sena u skond is-suġġetti għall-etajiet involuti. It-tim tal-proġett huwa magħmul minn sitt kindergartens mill-Polonja, Spanja, Malta, l-Iskozja u tnejn fir-Repubblika Ċeka. Riċentement, daħlet kindergarten oħra mir-Rumanija. Kwalinkwe parteċipant fil-proġett jista’ jaddatta x-xogħol suġġerit skond il-ħtġijiet tiegħu. Il-parteċipanti kollha tal-proġett jagħmlu ħafna xogħol imma fl-istess ħin jieħdu ħafna pjaċir. Dan huwa netwerk żgħir ta’ skejjel Ewropej u ta’ proġetti għat-tfal. Din hija r-raġuni għaliex il-websajt tagħna hija msejħa “Xibka ta’ Proġetti tat-Tfal”. Ewa Kurzak

Il-Proġett huwa maqsum f’diversi proġetti oħra iżgħar. Ir-raġuni għal dan huwa biex nippruvaw metodi differenti ta’ koperazzjoni fuq l-Internet. Billi nużaw metodu ta’ logħba, il-partners iwettqu bċejjeċ ta’ xogħol magħżula biex jiffurmaw sotto-proġett “Esploraturi Żgħar t’ l-Ispazju Kbir”. L-imsieħba jwettqu l-istess xogħlijiet bil-metodi li li jagħżlu huma, fis-sotto-proġetti “L-Umani – parti min-natura u mill-Klima” u “Puzzles Diġitali”. Minkejja li dawn is-sotto-proġetti għandhom l-istess għan, jipprovdu varjetà wiesa’ ta’ soluzzjonijiet pedagoġiċi minħabba l-materjali magħżula, l-organizzazzjoni, u l-metodi ta’ xogħol mat-tfal. Miriam Schembri

42

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:42MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:42 6.6.2007 16:17:016.6.2007 16:17:01

Page 46: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

43

Il-parteċipanti ewlenija tal-proġett huma t-tfal żgħar (3-7 snin) u l-għalliema tagħhom. L-aktar esperjenzi bikrin għat-tfal huma dawk li ser jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tal-kommunikazzjoni f’lingwa barranija u jippermettulhom li jitgħallmu dwar teknoloġiji ġodda. Huwa wkoll interessanti li jitgħallmu jużaw kompjuter, kamera diġitali, printer, u jsibu fajls multimedjali fuq id-desktop u fil-folders tal-kompjuter. It-tfal tgħallmu li l-folder imsejjaħ “TFAL” fil-lista tal-“Favorites” huwa tagħhom u li jistgħu jużawħ biex imorru fuq l-Internet u fil-websajts li jinteressawhom. Huma wkoll konxji li l-Internet jgħin lin-nies imma li wkoll jista’ jkun perikoluż u b’hekk jitgħallmu kif iħaddmuh sewwa. Fuq is-sit tal-proġett, minbarra x-xogħlijiet imħejjija, wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar il-pajjiżi involuti, il-btajjel pubbliċi u ċ-ċelebrazzjonijiet biex kulħadd – għalliema, tfal, ġenituri – ikunu jistgħu jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-kultura u t-tradizzjonijet tas-sħubija li hija magħmula minn kindergartens mill-inħawi tan-nofsinhar, tat-tramuntana, tal-punent u ċentrali ta’ l-Ewropa. L-attivitajiet kollha huma appoġġjati bil-kbir mill-ġenituri li jsegwu u josservaw l-iżvilupp tal-proġett fuq l-internet. Ewa Kurzak

Il-proġett għamel il-logħob u t-tagħlim ħafna aktar interessanti għat-tfal. Il-fatt li ħloqna udjenza ħafna aktar wiesa’ barra mill-klassi għall-attivitajiet kurrikulari, kellu effett pożittiv ħafna fuq il-motivazzjoni ta’ l-istudenti. Użajt l-eżempji ta’ prattika pedagoġika tajba minn għalliema oħra tal-kindergartens imsieħba, eż., l-arranġamenti tal-klassi, l-produzzjoni ta’ preżentazzjonijiet, il-films, u l-iskambjar ta’ informazzjoni dwar softwer u l-użu ta’ l-ICT. Miriam Schembri

Iva! Ilni marbuta ma’ l-eTwinning sa minn meta kien imniedi u l-ħidma tiegħi f’diversi

proġetti wrietni li x-xogħol bl-ICT ma’ tfal tal-kindergarten mhux biss huwa possibbli imma qed isir aktar u aktar neċessarju. Barra minn hekk jiżviluppa l-ħiliet kemm ta’ l-istudenti kif ukoll ta’ l-għalliema. Bit-twettiq ta’ proġetti sempliċi, l-eTwinning qed jgħaqqad is-sistemi edukattivi ta’ l-Unjoni Ewropea u jippromwovi opportunitajiet ta’ edukazzjoni indaqs għat-tfal kollha. Ewa Kurzak

Ma nħobbx nagħti pariri; imma nista’ nagħmel xi konklużjonijiet: tajjeb li tikseb

l-esperjenza billi tibda taħdem fuq proġett qasir; it-twettiq ta’ proġetti bħal dawn jagħtik ħafna sodisfazzjon meta l-imsieħba kollha jagħmlu l-biċċa tagħhom indaqs u jaqsmu u jippubblikaw ix-xogħol tagħhom; ix-xewqa li jesprimu ruħhom timmotiva lill-istudenti biex jitgħallmu l-lingwa tal-proġett; l-element l-aktar importanti biex l-għalliema jkollhom l-appoġġ huwa li l-ġenituri u l-kap ta’ l-iskola jaċċettaw il-proġett; element ieħor importanti huwa kampanja promozzjonali fil-medja, it-tqassim ta’ leaflets, posters u aktar minn hekk il-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-proġett fuq l-internet. Ewa Kurzak

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:43MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:43 6.6.2007 16:17:046.6.2007 16:17:04

Page 47: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

LE.DI.L.E.O

Skejjel: Kindergarten ta’ Kaparelli, Greċja Jardim de Infancia de Porto de Mós, Portugalll Lavassaare Lasteaed-algkool, EstonjaGħalliema: Anna Karidi Pirounaki (Greċja) Maria José Silva (Portugalll) Maris Loo (Estonja)

Etajiet: 5-6Tul: sena skolastika Temi: Kross-Kurrikulari Lingwa: Ingliż Għodod: Email, konferenzi bl-awdjo u bil-vidjo, chat, forum, MP3, PowerPoint,

vidjo, ritratti u tpenġijiet, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://jiportodemos.ccems.pt/ledileo/home1.htm

DeskrizzjoniIt-tfal jingħataw l-opportunità li jitgħallmu minn xulxin b’mod kross-kurrikulari. L-ICT jintuża biex infittxu għall-informazzjoni u biex inferrxu u naqsmu it-tagħrif li nkunu ksibna dwar diversi suġġetti. Wara kollox, il-ksib tat-tagħrif għandu jkun ta’ gost u għandu jsir b’mod kreattiv biex l-istudenti jidħlu tajjeb fil-proċedura.

44

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:44MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:44 6.6.2007 16:17:096.6.2007 16:17:09

Page 48: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

45

Intervista:ntervista: Maria José Silva u Anna Karidi Pirounaki

L-ewwel, l-għalliema ħejjew pjan ta’ l-attivitajiet għal sena sħiħa li tat importanza lill-attivitajiet ta’ l-istudenti. Dan kien mibdul skond l-ideat ġodda li ħarġu waqt l-iżvilupp tal-proġett. Nemmnu li l-ICT huwa għodda importanti għax-xogħol kross-kurrikulari. Minħabba f’hekk ippruvajna naħdmu b’mod li l-iskola kollha tkun tista’ tgawdi minn dan filwaqt li offrejna mod spontanju u interattiv ta’ kif nitgħallmu minn xulxin – propju kif isemmi t-titlu tal-proġett tagħna.

Ix-xogħol koperativ li żviluppajna b’mod kreattiv, ta lit-tfal ta’ bejn il-ħames u s-sitt snin l-opportunità li mhux biss jgħarfu l-potenzjal ta’ l-ICT iżda wkoll li jifhmu x’inhi d-Dimensjoni Ewropea.

Mill-ewwel kuntatt li għamilna, (permezz ta’ ritratti u konferenzi bil-vidjo) l-istudenti għarfu x-xebħ u d-differenzi bejn iż-żewġ kulturi. Meta studenti ta’ 6 snin jistaqsu għaliex Murillo ġie mill-Afrika għall-Portugall, jew għaliex hemm daqstant Albaniżi joqogħdu fil-Greċja, żgur li malajr inkunu nistgħu inqajmu diskussjonijiet dwar dawn l-aspetti. Jkollhom ukoll l-opportunità li bil-mod il-mod jistaqsu, jifhmu u jaċċettaw id-diversità bħala xi ħaġa naturali.

It-tnejn kellna raġuni interessanti biex inwettqu xogħol lill hinn mill-klassi tas-soltu, b’aktar flessibiltà u kreattività u bil-għan li nippruvaw inħeġġu x-xewqa biex jitgħallmu minn xulxin fit-tfal.

Ksibna aktar esperjenza fl-użu ta’ l-ICT fil-klassi u esplorajna l-limiti ta’ l-għalliema u ta’ l-istudenti b’mod kreattiv.

Ippruvaw ħudu gost bil-proġett: tajjeb li jkollkom tbissima fil-klassi!

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:45MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:45 6.6.2007 16:17:196.6.2007 16:17:19

Page 49: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

A Global Fairy-Tale Book

Skejjel: Szkoła Podstawowa nr14, Polionja Kungshögsskolan, Svezja Základna škola, Hviezdoslavova 1, Lipany, Slovakkja Publiczna Szkoła podstawowa NR 2, Polonja Református Általános Iskola, Cegléd, Ungerija Basisschool Dr. Jozef Weyns, BelġjuGħalliema: Bożena Deutsch (Polonja) Maria Bettner ( Svezja) Maria Knapikova (Slovakkja) Agata Luszczyna (Polonja) Rita Motyovszki, (Ungerija) Gunther De Vries (Belġju)

Etajiet: 7-12Tul: 6 xhurTemi: Lingwi, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Arti Viżiva, Teatru,

Mużika, ŻfinLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, ambjenti virtwali

ta’ tagħlim, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://www2.skolor.pedc.se/ku/

DeskrizzjoniNiktbu ktieb ta’ l-istejjer tas-sħarijiet flimkien u nippubblikawh fil-websajt ta’ Kungshögsskolan bħala magażin tal-web. Kull imsieħeb jagħti kontribut billi jikteb parti minn kull storja li tkun ser tiġi ippubblikata. Barra mill-ħolqien tal-kitbiet, l-istudenti jagħmlu tpenġijiet skond ix-xeni ta’ l-istejjer.

Intervista:Intervista: Maria Bettner

Jisimni Marie Bettner u ngħallem studenti ta’ bejn l-10 u t-13-il sena. Ilni għal dawn l-aħħar ftit snin naħdem fuq proġetti internazzojnali bl-ICT. Meta bdejna naħdmu fi proġetti ta’ l-eTwinning fl-2006, ġrat xi ħaġa fl-iskola kollha! F’daqqa waħda ingħatajna pjattaforma sempliċi li biha stajna nikordinaw il-proġett u sar veru faċli biex issib partners. L-idea tagħna kienet li niktbu ktieb ta’ l-istejjer tas-

46

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:46MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:46 6.6.2007 16:17:226.6.2007 16:17:22

Page 50: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

47

sħarijiet globali, u kien importanti ħafna li ma tkunx biss il-klassi tiegħi li tieħu sehem, kellu jkun proġett li minnu jgawdu ħafna għalliema u studenti – u hekk kien! Ikkollaborajna ma’ skejjel mill-Polonja, s-Slovakkja u l-Ungerija. Tfal minn kull skola bdew storja tas-sħarijiet billi kitbu l-ewwel kapitlu, pinġew stampi u għażlu isem għaliha. Użajna skeda biex norganizzaw il-proġett u meta f’Diċembru ntemm, kull skola kienet lestiet l-ewwel kapitlu ta’ l-istorja tagħha.

L-istudenti spiss jiktbu u jaqraw tipi differenti ta’ stejjer tas-sħarijiet. Kien importanti li nagħtu lill-istudenti u l-għalliema l-esperjenza li jużaw websajt biex jikordinaw proġett internazzjonali. Kien importanti ħafna li kulħadd, kemm l-għalliema u kif ukoll l-istudenti jużaw l-email, scanners, kameras tal-vidjo, u kameras diġitali, kemm biex jikkomunikaw kif ukoll biex jgħinu lit-tfal jifhmu li dak li kienu qed jagħmlu l-iskola kien importanti mhux għalihom biss. Permezz tal-websajt, il-kapitli saru parti minn xi ħaġa sħiħa, kitba kompluta: storja tas-sħarijiet. Kien interessanti ħafna li tara li xi ħaġa li tkun qed tagħmel fil-klassi tiegħek tista’ tiġi implimentata b’mod sempliċi fil-klassijiet l-oħra ta’ l-iskola tiegħek u wkoll fi skejjel oħrajn Ewropej.

Kien eċitanti ferm għall-istudenti li jiktbu l-kapitli u li jskopru li veru setgħu jikkollaboraw ma’ studenti oħra anki jekk ma kienux jgħixu fl-istess pajjiż! It-tfal indunaw li kien aktar importanti li ngħaqqdu lit-tfal Ewropej flimkien milli naraw x’kienu d-differenzi ta’ bejniethom. Saru ferm aktar kurjużi u interessati dwar il-ħajjiet u l-kulturi ta’ l-istudenti l-oħra Ewropej. l-Istudenti tgħallmu wkoll kemm huwa importanti li tkun kapaċi tikkomunika b’lingwa barranija bħall-Ingliż.

Il-benefiċċju ewlieni tal-proġett kien li l-iskola kollha infetħet għall-kollaboazzjoni internazzjonali. Kien il-bidu ta’ attitudni pożittiva għal dan it-tip ta’ xogħol. L-għalliema ndunaw li proġett internazzjonali m’għandux ikun xi ħaġa diffiċli u li kulħadd jista’ jtejjeb il-ħiliet ta’ l-ICT, ta’ l-Ingliż u tal-kommunikazzjoni interkulturali.

Konvinta li l-għalliema fil-Kungshögsskolan ser jużaw il-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom u li jgħarfu l-potenzjal tiegħu. Ser nużaw websajts, email, chat, ritratti u l-iskennjar ħafna aktar sikwit bħala għodod għat-tagħlim. Importanti ħafna li l-ICT u l-kuntatti internazzjonali jkunu parti mix-xogħol normali ta’ l-iskola!

Jekk trid li l-proġett tiegħek ikun ta’ suċċess, għandu jkollok pjan ċar b’deskrizzjoni tal-proġett, l-għanijiet u skeda li kulħadd jaċċetta u jsegwi. Fil-proġett tagħna, l-iskeda tat lill-proġett qafas ċar u kien faċli biex kull min kien involut jara kif kien qed jiżvolġi l-proġett. Huwa importanti wkoll li ttemm proġett b’evalwazzjoni li tkun tinvolvi kemm lill-għalliema kif ukoll lill-istudenti.

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:47MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:47 6.6.2007 16:17:296.6.2007 16:17:29

Page 51: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Carbon Footprints

Skejjel: Skola Primarja Dun Salv Portelli, Malta Carleton House Preparatory School, Renju Unit Szkoła Podstawowa Nr 1 im. Wł. Szafera w Mielcu, PolonjaGħalliema: Saviour Tabone (Malta) Anne Daniels (Renju Unit) Aneta Sajda (Polonja)

Etajiet: 6-11Tul: 6 xhurTemi: Ambjent, ĠografijaLingwa: IngliżGħodod: Email, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, publikazzjonijiet fuq l-

internetIndirizz: http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/

11036_6532/

Deskrizzjoni Il-proġett jitratta d-diversità fil-lokal ta’ kull skola, l-ambjenti żviluppati u dawk mhux żviluppati. Eżami tal-flora u l-fawna u l-effetti tan-nies fuq il-postijiet fejn joqogħdu wassal għall-ħolqien ta’ magażin fuq l-Internet bl-isem ta’ ‘Carbon Zero’. ‘Carbon Zero’ huwa riżultat tal-ħiliet ta’ l-ICT li kienu żviluppati matul il-firxa tal-proġett. Is-suġġett, li nnaqqsu l-emmissjonijiet tal-karbonju, qiegħed fuq quddiem nett ta’ l-aġenda politika u soċjali madwar id-dinja. It-tfal, allura, stħarrġu analizzaw, iddiskutew u għamlu preżentazzjonijiet fuq livelli lokali u nazzjonali.

Intervista: Intervista: Anne Daniels u Aneta Sajda

Il-proġett tagħna nibet minn xogħol ieħor fil-kurrikulu li jitratta s-sostenibbiltà. It-tliet skejjel għandhom l-istatus ta’ “Eko Skola” u l-proġett bi tliet imsieħba kien jagħmel sens għall-esplorazzjoni t’aspetti differenti u għall-qsim ta’ tagħrif. L-ICT ipprovda l-mezz biex niġbru, nistudjaw u naqsmu l-ideat. L-għodod ta’ l-ICT huma aċċessibli għall-studenti f’firxa wiesa’ ta’ etajiet u kienu ta’ motivazzjoni kbira anki għat-tfal iż-żgħar li veru ħadu pjaċir jaraw ix-xogħol tagħhom fuq l-internet u mibgħut lill-eTwins tagħhom. Anne Daniels

48

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:48MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:48 6.6.2007 16:17:346.6.2007 16:17:34

Page 52: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

49

Fil-fehma tiegħi, il-mod ta’ kif ħdimna fil-proġett kien innovattiv. Il-koperazzjoni ta’ bejnietna ġiegħlet lill-għallima involuti biex jaddottaw metodi ġodda ta’ tagħlim. L-użu tal-magażin biex nippreżentaw il-proġett kien xi ħaġa ġdida għall-iskola tagħna. Aneta Sajda

Skond ir-reazzjoni ta’ l-istudenti, mhux biss għal dan il-proġett iżda wkoll għal

oħrajn li għandna għaddejjin, naħseb li l-kommunikazzjoni interkulturali malajr ser issir in-norma. Issa huwa aċċettat li naqsmu x-xogħol ma’ l-eTwins tagħna u t-tfal veru jieħdu pjaċir u jistennew bil-ħerqa li jagħmlu kuntatt magħhom. Il-proġett tagħna jitratta suġġetti serji li t-tfal kollha stħarrġu u iddiskutew b’ċerta kunfidenza u maturità. Il-fatt li jifhmu li jistgħu jaħdmu flimkien ma’ studenti oħra minn pajjiżi minn madwar l-Ewropa jagħtihom kuxjenza taċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom. Nemmen li dawn huma ħiliet li jibqgħu magħhom għal għomorhom.

Aneta Sajda

Naħseb li l-aktar benefiċċji importanti huma li kellna l-opportunità li nesploraw suġġetti tassew importanti. It-tfal stħarrġu l-problemi ambjentali u tgħallmu li t-tliet skejjel għandhom l-istess ħsibijiet. Il-proġett ippermetta li t-tfal jużaw b’mod prattiku dak li kienu tgħallmu. Benefiċċju importanti ieħor huwa li setgħu jipprattikaw l-Ingliż f’kuntest reali. Aneta Sajda

Dażgur! Issa li rajt dak li jista’ jinkiseb u d-differenza li jista’ jagħmel fit-tagħlim. Kien motivazzjoni kbira għat-tfal u offrielhom opportunitajiet li ma kienx ser ikollhom. Aneta Sajda

Li kieku ngħidilhom “involvu rwieħkom!” M’hemmx għalfejn tkun espert fl-ICT jew fil-lingwi. M’hemmx għalfejn ikollok proġett enormi jew ikkumplikat biex jagħtikom gost u jkun suċċess. Ipprova kun flessibbli u paċenzjuż u fuq kollox żomm kuntatt kontinwu ma’ l-imsieħba tiegħek. Silenzji twal, (wara kollox aħna lkoll għandna ħafna x’nagħmlu) jistgħu jinfthiemu ħażin u jaqtgħulek qalbek. Jekk tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet ikkuntattja lis-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ tiegħek u jgħinuk terġa’ lura għat-triq it-tajba. Anne Daniels

Nirrakkomanda proġett ta’ l-eTwinning lil kull tip ta’ għalliema. Permezz ta’ l-eTwinning, ilkoll sirna nagħmlu parti minn l-istess skola globali. Kienet esperjenza edukattiva għall-istudenti u għall-għalliema wkoll. Sħubija bħal din tippermetti li jkun hemm bidIa fir-rutina ta’ xogħol tal-klassi tradizzjonali u tagħti ħafna sodisfazzjon. Għal lezzjonijiet aktar avventurużi, issieħeb fi proġett ta’ l-eTwinning. Aneta Sajda

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:49MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:49 6.6.2007 16:17:426.6.2007 16:17:42

Page 53: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Leisure Pursuits: music, sport...

Skejjel: Adel Primary School, Renju Unit CEIP Los Guindos, SpanjaGħalliema: Sarah Stead (Renju Unit) Teresa Herrero Millán (Spanja)

Etajiet: 10 -11Tul: sentejn jew aktarTemi: Ambjent, Lingwi, Informatika/ICT, Medja, Sport, Arti Viżiva, Teatru,

Mużika, Żfin Lingwa: Ingliż, SpanjolGħodod: Email, chat, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, konferenzi bil-

vidjo, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=4578

DeskrizzjoniL-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jrawwem rabtiet kulturali dwar temi t’attivitajiet ta’ mogħdija ta’ żmien bejn tfal, eż. mużika u sport. L-istudenti jipprattikaw lingwa barranija u jużaw l-ICT għall-attivitajiet tal-proġett, eż., konferenzi bil-vidjo u email. Il-ġenituri u l-komunità huma involuti fil-proġett permezz ta’ wirjiet, laqgħat u preżentazzjonijiet interattivi. Finalment, il-proġett jinkludi mawra għall-klassi biex it-tfal u l-għalliema jkunu jistgħu jiltaqgħu.

50

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:50MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:50 6.6.2007 16:17:466.6.2007 16:17:46

Page 54: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

51

Interview:Interview: Sarah Stead

Il-proġett ta’ l-eTwinning tagħna ma’ l-iskola Los Guindos School f’Malaga, Spanja, nibet minn proġett Comenius li kien jitratta t-tagħlim tal-lingwi. Il-proġett kien jinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet tal-mogħdija taż-żmien (sport, mużika, logħob, eċċ.) permezz ta’ firxa ta’ medja għall-kommunikazzjoni. It-tfal ser iżuru l-iskola msieħba f’Marzu 2007 biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jduqu l-kultura Spanjola.

It-tfal u l-għalliema wżaw l-ICT biex itejbu t-tagħlim u l-kommunikazzjoni

tagħhom. Twaqqaf weblog sigur biex ikunu skambjati ċ-chats, ritratti, vidjos u mużika. Il-portal ta’ l-eTwinning u t-TwinSpace intuża għall-kommunikazzjoni bejn l-għalliema u l-istudenti. Skejjel imsieħba installaw tagħmir għall-konferenzi bil-vidjo li dalwaqt ser nibdew nużaw.

Il-proġett tejjeb ħafna il-ħiliet ta’ l-ICT ta’ l-istudenti kif ukoll il-lingwa u l-għarfien

kulturali. Il-mawra ġewwa Malaga ser twessa’ u tiżviluppa l-ħiliet tagħhom u ttejjeb l-għarfien tal-lingwa u tal-kultura ta’ l-imsieħba tagħhom.

L-istudenti kisbu ħiliet tal-lingwa u tejbu l-ħiliet ta’ l-ICT. Kisbu wkoll għarfien ta’

l-arti u tal-kultura u ta’ lingwa oħra Ewropea. Iva, kieku ma konniex nużaw il-weblogs, chat u l-ICT fil-proġett. Għamilna

riċerka dar l-iskola msieħba fuq l-internet ukoll. Il-konferenza bil-vidjo kienet innovattiva ħafna għalina! L-istudenti ħadu pjaċir bl-iskambju tal-vidjo u tar-ritratti diġitali permezz tat-TwinSpace.

Tibżgħux tidħlu għall-isfida. Agħżlu l-imsieħba sewwa biex issibu eżatt dak li

tkunu qed tfittxu. Partner li taqbel miegħu m’hemmx prezzu u jista’ jkun il-bidu ta’ ħbiberija fit-tul.

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:51MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:51 6.6.2007 16:17:546.6.2007 16:17:54

Page 55: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

52

EuroFilm Factory

Rebbieħ tal-Premju eTwinning 2007

Skejjel: IES Carlos III, Spanja Prienai “Ziburys” gymnasium, LitwanjaGħalliema: Libia Kowarik (Spanja) Irma Sneideriene (Litwanja)

Etajiet: 15-16Tul: sentejn jew aktar Temi: Ewropa, Lingwi, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Medja, Arti

Viżiva, Teatru, Mużika, ŻfinLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, forum, ambjent virtwali ta’ tagħlim, pubblikazzjonijiet fuq

l-internet, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, konferenza bil-vidjo Indirizz: http://my.twinspace.etwinning.net/iesciii

DeskrizzjoniGrupp ta’ studenti jaħdmu fuq is-suġġett taċ-ċinema. L-għan huwa li l-istudenti jiktbu gwida b’pariri dwar kif tagħmel film u wżaw l-istess pariri biex għamlu film huma stess. Matul l-istadju tal-bidu, l-istudenti jitgħallmu vokabularju ġenerali dwar iċ-ċinema u jfittxu fuq l-internet dwar il-films favoriti tagħhom. Wara, jipproduċu l-films tagħhom stess u jikkritikawhom.

GħanijietPermezz ta’ l-użu ta’ l-Ingliż bħala għodda għal suġġetti partikolari, l-istudenti jikkomunikaw ma’ studenti oħra, jużaw l-ICT bħala għodda għall-kommunikazzjoni, jużaw l-internet biex iffittxu għall-informazzjoni u joħolqu u jeditjaw film. L-istudenti jitgħallmu vokabularju relatat maċ-ċinema b’mod interessanti, jfittxu u jaqraw informazzjoni fuq l-internet u fil-kotba biex jitgħallmu dwar il-produzzjoni tal-films, u f’dan il-kuntest, jużaw l-ħiliet tagħhom fil-prattika.

Valur PedagoġikuL-attivitajiet huma integrati fil-kurrikulu u jikkumplimentaw suġġetti oħra bħall-istorja, ċ-Ċittadinanza, t-Teknoloġiji Ġodda, l-Lingwi u d-Drama. Norganizzaw dibattiti fil-klabb “Ewropa-Żgħażagħ-Futur”. Tiġi msaħħa wkoll il-motivazzjoni li jitgħallmu aktar lingwi. Finalment, l-impatt tal-proġett fuq il-prattika tal-klassi hija pożittiva ħafna; dan jagħmel

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:52MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:52 6.6.2007 16:17:566.6.2007 16:17:56

Page 56: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

53

ix-xogħol fuq il-lezzjonijiet aktar interessanti u l-istudenti huma mħeġġa biex jaħdmu f’timijiet u gruppi.

Użu pedgoġiku ta’ l-għodod ta’ l-ICTL-ICT jiffaċilità u jħaffef il-proċess tal-kommunikazzjoni bejn l-iskejjel imsieħba, speċjalment meta niċċettjaw. L-istudenti u l-għalliema jikkomunikaw ukoll permezz ta’ emails u l-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq il-websajt. Bl-għajnuna ta’ l-għalliema, l-istudenti joħolqu l-fajls dwar il-kontenut tal-proġett u jagħmlu preżentazzjonijiet bil-PowerPoint. Il-proċess kien użat għall-ħolqien ta’ DVD: “Film tal-Biża’” Il-websajt ippermettiet li jkun hemm skambju akbar dwar it-tema tal-produzzjoni tal-films. L-istudenti żaru websajts relevanti biex jagħmlu riċerka, ħadmu fuq preżentazzjonijiet bil-PowerPoint dwar dak li sabu u ħolqu films skond l-iskripts.

ImpattIt-titjib fl-Ingliż u l-inkoraġġiment u l-motivazzjoni għall-istudenti biex jitgħallmu l-lingwi barranin kienu uħud mill-kisbiet ta’ dan il-proġett. L-istudenti saru aktar familjari ma’ l-użu ta’ l-internet u tejbu l-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom u b’hekk setgħu jagħmlu użu aħjar mill-websajt tal-proġett, eż., poġġew messaġġi fuq il-forum u iddiskutew diversi suġġetti relatati mal-proġett ta’ l-eTwinning b’mod miftuħ. Dan it-tip ta’ xogħol immotiva lill-istudenti u tejjeb il-ħiliet tal-lingwa u ta’ l-ICT. Il-proġett ta kontribut kbir lill-kurrikulu u ħalla impatt kbir fuq il-motivazzjoni u l-ħiliet ta’ l-istudenti f’diversi oqsma. Il-proġett wassal għal aktar għarfien kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti.

Intervista:Intervista: Irma Sneideriene and Libia Kowarik

L-attivitajiet kollha kienu integrati fil-kurrikulu u ikkumplimentaw is-suġġetti mgħallma fiż-żewġ skejjel: Storja, Ċittadinanza, Teknoloġiji Ġodda, Lingwi u Drama. Il-lezzjonijiet ta’ l-Ingliż tiegħi ħadu bixra totalment differenti u saru ħafna aktar interessanti permezz tal-proġett “Eurofilm Factory“ li wessa’ x-xogħol tal-klassi billi ta dimensjoni ġdida. Fil-lezzjonijiet dwar l-istorja tal-films kellna dibattiti interssanti dwar l-istorja, l-iżvilupp u l-proċessi għall-produzzjoni tal-films. L-integrazzjoni sħiħa tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni fil-proġett żgurat l-opportunità biex l-istudenti joħolqu film, li fih setgħu jesprimu l-kreattività, l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom. Il-motivazzjoni biex jitgħallmu lingwi oħrajn żdiedet. Sar ħafna xogħol fi gruppi li ta kuxjenza akbar ta’ l-importanza tad-diskussjonijiet dwar il-kitba ta’ skripts u l-produzzjoni tal-films. Irma Sneideriene

Jiena għalliema ta’ l-Ingliż ta’ studenti fl-aħħar sena ta’ l-iskola sekondarja. L-iskola tagħna hija mgħammra b’kompjuter għal kull żewġ studenti u għandha kampus virtwali ta’ l-iskola. Għandna erba’ lezzjonijiet fil-ġimgħa u nużaw ġurnata minnhom biex niżviluppaw il-proġett tagħna. L-istudenti huma mitluba jagħmlu diversi xogħlijiet id-dar fosthom li jieħdu sehem fil-forum tat-TwinSpace. Il-proġett

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:53MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:53 6.6.2007 16:18:256.6.2007 16:18:25

Page 57: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

huwa inkorporat fil-kurrikulu u l-istudenti jkunu evalwati u assessjati fuq ix-xogħol li jagħmlu. Libia Kowarik

Fil-fehma tiegħi, l-ICT iffaċilità u ħaffef il-kommunikazzjoni bejn il-partners. Ikkomunikajna permezz tal-forum u taċ-chat. Il-kommunikazzjoni bl-email u l-qsim ta’ l-esperjenzi ta’ tagħlim tagħna għen lilna l-għalliema biex intejbu l-għarfien tagħna. Il-websajt tatna aktar spazju u opportunità għad-diskussjoni u l-qsim ta’ l-ideat dwar temi relatati mal-produzzjoni tal-films. Il-proġett huwa innovattiv għax l-istudenti mhux biss setgħu jagħmluha ta’ stilel taċ-ċinema imma wkoll ta’ diretturi tal-films, produtturi, disinjaturi, kittieba ta’ l-iskripts, kameramen, eċċ. Ix-xogħol tagħhom intwera mhux biss lill-parteċipanti tal-proġett, iżda wkoll lill-bqija ta’ l-iskola, l-ġenituri u l-komunità. Kemm jiena u kif ukoll l-istudenti tiegħi konna kuntenti ħafna (u l-istess ġara fl-iskola msieħba) u ħafna għalliema oħra u l-ġenituri kienu sodisfatti bir-riżultati tal-proġett. Irma Sneideriene

Trid titgħallem ħafna dwar l-għodod ta’ l-ICT u kif tużahom biex tħejji diskussjonijiet varji li tkun tixtieq għall-istudenti tiegħek u biex torganizza x-xogħol tiegħek u l-ħiliet ta’ l-immaniġġjar tal-klassi. Bl-użu ta’ kampus virtwali ta’ l-iskola, trid torganizza x-xogħol tiegħek b’modi differenti għax dejjem se ssib għodda li biha tkun tista’ tagħmel kuntatt ma’ l-istudenti tiegħek u fejn ikunu jistgħu iniżżlu u jtellgħu fajls, jagħmlu testijiet, eċċ. Libia Kowarik

Nemmen bis-sħiħ li l-proġett għen lill-istudenti tagħna jiżviluppaw ħiliet għall-ħajja u għall-kommunikazzjoni interkulturali. Waqt li kienu qed jippreżentaw il-pajjiż tagħhom, l-istudenti ħejjew preżentazzjonijiet bil-PowerPoint dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom. B’dan, l-istudenti mhux biss ħassew aktar is-sens ta’ l-identità reġjonali u tad-diversità kulturali, imma tgħallmu dwar it-tollerenza u r-rispett għall-kultura ta’ pajjiżi oħrajn. Ix-xogħol fuq il-film ta l-opportunità lill-istudenti tiegħi li jkollhom esperjenzi reali, kellhom isolvu problemi, isibu soluzzjonijiet possibli u jaħdmu f’tim. Irma Sneideriene

Ix-xogħol fi gruppi kien ta’ ġid kbir għall-istudenti tiegħi għax kienu grupp naqra mgerfex u ma kellhomx ħila jaħdmu fi grupp. Issa tgħallmu li ma jitkellmux kollha f’daqqa, jorganizzaw u jqassmu x-xogħol u ma jaħlux ħin meta jkunu qed jaħdmu flimkien, eċċ. Illum dawn il-ħiliet huma mfittxija ħafna minn kumpaniji li jkunu se jimpjegaw in-nies. Il-ħiliet tal-kitba huma nieqsa mill-kurrikulu Spanjol allura dan il-proġett mela dan il-vojt b’mod tajjeb ħafna għax ix-xogħolijiet li għamlu involvew tipi differenti ta’ kitbiet. Għall-dawk li huma l-ħiliet interkulturali, aħna ngħixu f’post li laqa’ eluf ta’ immigranti f’dawn l-aħħar snin. Fil-fatt, fil-klassi tagħna għandna studenti minn ħames pajjiżi differenti. Dan il-proġett tahom l-opportunità li jaraw minn fejn ġew u x’ħallew warajhom.

Libia Kowarik

Il-ħajja tal-klassi u ta’ l-iskola nbidlet ferm minħabba fit-titjib ta’ l-Ingliż, fil-motivazzjoni biex jitgħallmu lingwi oħrajn u fil-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom. L-akbar impatt kien tal-ħiliet ġodda miksuba mill-għalliema, iż-żieda fl-interess u l-motivazzjoni biex jitgħallmu suġġetti differenti bħal m’huma d-Drama, l-Arti u

54

2

3

4

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:54MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:54 6.6.2007 16:18:306.6.2007 16:18:30

Page 58: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

55

l-Istorja. Fl-aħħarnett, il-proġett kien ta’ benefiċċju mhux biss għall-istudenti u għalija imma għall-iskola kollha wkoll. Irma Sneideriene

Il-benefiċċju ewlieni kien il-motivazzjoni: li kienu interessati f’dak li kienu qed jagħmlu. L-istudenti proċessaw u produċew ammonti kbar ta’ materjal li żgur ma setgħux jagħmlu permezz t’attivitajiet ibbażati fuq il-kotba. Ovvjament, minħabba li s-suġġett tiegħi huwa l-Ingliż, il-fatt li jkollok imsieħba minn pajjiż ieħor provdiet opportunita’ għall-komunikazzjoni reali. Il-proġett itrasforma x-xogħol tagħhom f’xogħol ibbażat aktar fuq kontenut. Jiena, minn naħa nieħu pjaċir naħdem ma’ msieħba minn pajjiżi oħra u minn naħa l-oħra dilettanta ħafna ta’ l-ICT allura għalija kien mod tajjeb ħafna ta’ kif inkompli nitgħallem. Libia Kowarik

Naħseb li dan il-proġett biddilli l-idea dwar l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim. Bdejt nuża għodod multimedjali fix-xogħol tal-klassi u nfittex għal ideat ġodda għat-tagħlim fuq l-Internet flimkien m’għalliema oħrajn minn pajjiżi differenti. L-Interess tiegħi f’dan ix-xogħol kompla jiżdied u jien sibt ruħi dejjem aktar lesta li nħeġġeġ lill-istudenti tiegħi u l-lezzjonijiet tiegħi saru aktar interessanti. Irma Sneideriene.

Naħseb li l-proġett tana stampa aħjar ta’ l-ICT għax għall-ewwel li bdejt nagħmel proġetti ta’ l-eTwinning, ħsibt li l-email kien kollox. Illum nifhem li l-email u l-kommunikazzjoni huma biss għodda waħda filwaqt li l-ICT jippermetti lill-istudenti biex jiffukaw fuq il-kontenut ta’ dak li jkunu qed jagħmlu (eż., apprezzamenti, struzzjonijiet, skripts, poeżiji, rapporti), aktar mill-format (eż., l-grammatika, l-vokabolarju). Tul il-proġett, l-istudenti saru dejjem aktar indipendenti u tgħallmu jagħmlu użu aħjar mill-ħin tal-lezzjoni. Libia Kowarik

Nixtieq nagħti parir wieħed: qatt tibża’ mill-isfidi u mix-xogħol, għax jagħtuk sodisfazzjon. Ladarba ssib ma’ min taħdem u tibda tikkolabora, ser tkun sodisfatt bil-proġett ta’ l-eTwinning tiegħek meta tara t-tbissima fuq fomm l-istudenti tiegħek, il-motivazzjoni tagħhom biex jitgħallmu l-lingwi, ż-żieda fl-għarfien multikulturali u t-tolleranza u li jkunu kburin li huma ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea. Irma Sneideriene

Nagħti parir lill-għalliema li: jkunu ċerti li jsibu msieħba tajbin; iħejju u jfasslu x-xogħol li jkunu ser jagħmlu minn qabel; jifthiemu fuq skeda ta’ xogħol ma’ l-imsieħba tagħhom; jorganizzaw it-TwinSpace qabel jirreġistraw lill-istudenti; u jfasslu attivitajiet fejn ikun hemm informazzjoni li trid timtela: dan huwa importanti biex nagħmlu x-xogħol bejn imsieħba ta’ nazzjonalitajiet differenti aktar interessanti. Libia Kowarik

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:55MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:55 6.6.2007 16:18:336.6.2007 16:18:33

Page 59: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

24 pas - 24 βήµατα Fit-Tieni Post tal-Premjijiet ta’ l-eTwinning 2007 Skejjel: Collège Michel de L’hospital, Franza Eniaio Lykeio Asklipieiou, GreċjaGħalliema: Véronique Drujon (Franza) Anthi Theodorou and Konstantinos Rasias (Greċja)Etajiet: 15-16Tul: 3 xhurTemi: Lingwi Barranin, Lingwa u LitteraturaLingwa: Ingliż, Franċiż u GriegGħodod: Email, pubblikazzjonijiet fuq l-internet, chat, MP3, PowerPoint,

konferenza bil-vidjo, ritratti u tpenġijietIndirizz: http://www3.ac-clermont.fr/etabliss/college-michel-hospital-

riom/viecollege/etwinning/etwinning.htm

Deskrizzjoni24 ritratt = 24 kelma b’erba’ lingwi: Grieg Antik, Latin, Grieg Modern u l-Franċiż. L-istudenti jaħdmu f’timijiet fuq firxa żgħira ta’ vokabularju u jagħmlu 24 pass lejn il-lingwi ta’ xulxin u lejn il-Latin u l-Grieg Antik. Kull kelma hija qisha pass u kull pass iressaqhom lejn xulxin.GħanijietIl-proġett jimmotiva lill-istudenti biex jikkoperaw, ifittxu u jaqsmu x-xogħol tagħhom. Jieħdu pjaċir jitgħallmu permezz ta’ logħba sempliċi. Billi l-istudenti għadhom jibdew jitgħallmu xi waħda mil-lingwi imma huma esperti f’mill-anqas oħra, jsibu mod ta’ kif jkkommunikaw b’lingwa li m’għadhiex mitkellma; il-Latin jew l-Grieg Antik.Valur PedagoġikuL-istudenti jistudjaw l-idea ta’ l-etimoloġija malli jibdew jitgħallmu l-Grieg, lingwa li ħafna minnhom għazlu li jitgħallmu s-sena ta’ wara. L-istudju ta’ l-alfabet Grieg u ta’ dak Latin jgħin lill-istudenti jifhmu l-influenza tal-Franċiż fuq il-Grieg modern kif ukoll l-aspetti diversi tal-lingwa u tal-wirt tagħha. Permezz ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kliem magħżul, l-istudenti jiskopru x-xebħ u d-differenzi bejn il-lingwi u jsibuhom interessanti ħafna. B’dan il-mod jitgħhallmu b’mod interessanti.Użu pedagoġiku ta’ l-għodod ta’ l-ICTIl-kitbiet bl-informazzjoni huma mħejjija permezz ta’ l-Open Office u l-istudenti jużaw server komuni biex jaħżnu l-informazzjoni fl-iskola tagħhom. Jsibu stampi li jkunu jistgħu jużaw fuq l-Internet permezz ta’ diversi magni ta’ riċerka u l-Wikimedia. Permezz ta’ pjattaforma komuni, l-istudenti jistgħu jiflu dokumenti mpoġġija u jiskambjaw messaġġi permezz ta’ l-email u ċ-chat biex jagħmlu u jsegwu x-xogħol fuq il-proġett tagħhom. Din kienet opportunità biex iż-żewġ skejjel jittestjaw l-għodod li għandhom.ImpattL-akbar impatt kien li minkejja ż-żmien relattivament qasir tal-proġett, l-istudenti u l-għalliema irnexxielhom jaħdmu flimkien u għamlu ħafna xogħol. Meta jaħdmu flimkien b’mod interessanti bħal dan, l-istudenti jaħdmu ferm aktar bil-qalb milli kieku użaw il-kotba biss. Esploraw żewġ lingwi moderni u tnejn oħra antiki u tejbu l-ħiliet ta l-ICT.

56

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:56MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:56 6.6.2007 16:18:356.6.2007 16:18:35

Page 60: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

57

Intervista:Intervista: Véronique Drujon

L-użu ta’ l-ICT ma kien xejn ġdid għalija għax meta kont qegħda ngħallem il-Grieg Antik fi skejjel sekondarji żgħar rurali kelli nuża l-konferenzi bil-vidjo. Jiena u kollega oħra produċejna ktieb elettroniku dwar il-Grieg Antik ghal dawk li għadhom jibdewh li jinsab fuq il-websajt tal-Musagova. B’din l-esperjenza, l-proġett daħal tajjeb fil-metodi tiegħi u fil-kurrikulu. It-tmintax-il student Franċiż li kienu involuti f’dan il-proġett ta’ l-eTwinning kellhom bejn 14 u 15-il sena; matul il-lezzjonijiet tal-Latin, it-tfal tgħallmu ftit dwar il-Grieg antik biex ikunu jistgħu jaraw jekk iridux jagħżluh għas-sena ta’ wara. Il-ħdax-il student Grieg kellhom bejn il-15 u s-16-il sena u wżaw l-eTwinning matul il-lezzjonijiet ta’ l-istorja tal-Grieg Antik u kienu mistagħġba meta saru jafu li fi Franza jitgħallmu l-Grieg Antik. F’dan il-kuntest, irriflettew dwar l-evoluzzjoni tal-lingwa tagħhom filwaqt li prattikaw il-Franċiż.

Kull fajl huwa r-riżultat ta’ sforz ta’ grupp bi-kulturali: kull tim ħa ħsieb żewġ fajls, wieħed mibdi mill-istudenti Griegi u l-ieħor min dawk Franċiżi. Kellhom isibu stampi relatati biex jgħinu lil sħabhom jifhmu t-tifsira tal-kelma mibgħuta. Kienet permezz ta’ l-għaqda ta’ dawn l-iskambji li setgħu jifhmu d-differenzi u x-xebħ bejn il-fehmiet u r-referenzi ta’ kull pajjiż.

Il-proġett għenhom jiżviluppaw ħiliet għall-ħajja u għall-kommunikazzjoni għax kellhom jikkommunikaw permezz ta’ l-email tat-TwinSpace u jfittxu fuq l-Internet għall-informazzjoni. Tahom ukoll l-opportunità ġenwina biex isiru familjari mat-teknoloġiji ġodda u biex jiskambjaw l-ideat.

L-għan tal-proġett kien li l-istudenti jsiru konxji tar-rabtiet – id-differenzi u x-xebħ bejn il-Grieg Antik u Modern, il-Latin u l-Franċiż. Il-proġett għen biex l-istudenti kollha jsiru interessati fl-għeruq ta’ dawn il-lingwi u kulturi. B’dan il-mod kellhom bilfors jifhmu l-għeruq u sabuhom interessanti ħafna.

Dejjem kont konvinta li l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim huwa ta’ benefiċċju; madankollu l-eTwinning tani l-opportunità li nuzah aktar ta’ spiss ma’ msieħba Ewropej.

L-eTwinning huwa għodda li jagħmilha faċli li ssib ma’ min taħdem fuq proġett komuni. Ħadd m’għandu jibża’ mill-eTwinning, kollox huwa mqassam tajjeb u magħmul b’mod li x-xogħol ikun aktar faċli. Naħseb li l-aktar importanti huwa li tqassam ix-xogħol b’mod tajjeb mill-bidu biex ma jkunx hemm ħela ta’ ħin. L-għalliema għandhom jaħsbu dwar l-għanijiet li jridu jilħqu u jkollhom miri limitati kemm għalihom kif ukoll għall-istudenti. Kull student jew grupp ta’ studenti għandu jingħata biċċa xogħol speċifika. Fl-aħħar nixtieq nagħti parir lill-għalliema biex jipparteċipaw f’ workshops ta’ l-eTwinning biex jiksbu aktar kunfidenza u jiltaqgħu ma’ msieħba futuri. Naħseb li r-relazzjoni wiċċ imb’wiċċ hija essenzjali biex tħoss il-ħtieġa għall-kuntatt u biex twettaq proġetti flimkien.

1

2

3

4

56

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:57MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:57 6.6.2007 16:18:396.6.2007 16:18:39

Page 61: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

A Tale of Three Countries: Belgium, France and Lithuania

Skejjel: Middenschool H. Hart, Belġju Collège Jean de la Bruyère, Franza GYMNASIUM JOTVINGIAI D’ALYTUS, LitwanjaGħalliema: Irène Indemans (Belġju) Marie-Christine Gerard and Hélène Williams (Franza) Onute Kizaliene (Litwanja)Etajiet: 12-15Tul: sena skolastikaTemi: Kross-kurrikulariLingwa: Olandiż, Ingliż, Franċiż, LitwanjanGħodod: Email, chat, pubblikazzjonijiet fuq l-internet, PowerPoint, vidjo, ritratti

u tpenġijiet, ambjent virtwali ta’ tagħlimIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=2248

DeskrizzjoniBiex nippromovu kommunikazzjoni diretta u awtentika bejn studenti u għalliema minn tliet pajjiżi differenti (u saffi soċjo-ekonomiċi differenti) dwar numru ta’ suġġetti relatati mad-differenzi soċjali u kulturali fl-Ewropa. Is-suġġetti huma: l-Mużika, l-Isport, is-Saħħa, l-Ikel, l-Ambjent u l-Edukazzjoni. Dan il-proġett jitratta wkoll it-tisħiħ tal-valuri u taċ-ċittadinanza Ewropea.

58

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:58MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:58 6.6.2007 16:18:436.6.2007 16:18:43

Page 62: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

59

Intervista:Intervista: Irène Indemans, Hélène Williams and Onute Kizaliene

Fl-iskejjel Francizi u Belgjani, studenti ta’ 12 u 13 il-sena għażlu s-suġġett “Xogħol fuq proġetti Ewropej: eTwinning” l-għalliema tal-lingwi barranin jieħdu ħsieb ta’ dan is-suġġett. Fl-iskola tal-Litwanja, l-iżvilupp tal-proġett isir waqt il-brejk bħala “Klabb Ewropew” u dan jieħu ħsiebu l-librar ta’ l-iskola.

Dażgur. L-integrazzjoni ta’ l-ICT bħala mezz ta’ kommunikazzjoni u bħala għajnuna għat-tagħlim tejjeb ħafna l-ħiliet ta l-ICT ta’ istudenti u anki ta’ l-għalliema. Barra minn hekk ksibna għanijiet kross-kurrikulari fil-qasam tac-“Ċittadinanza Ewropea”.

Kisbu ħiliet għall-ġbir, l-organizzazzjoni, u l-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni. L-istudenti raw li l-kommunikazzjoni (interkulturali) mhix daqstant faċli u li l-messaġġi xi drabi ikunu interpretati b’mod differenti minħabba li l-imsieħba tagħhom ikunu jgħixu f’kultura differenti. L-istudenti jiskopru wkoll li ċ-ċittadini Ewropej għandhom interessi komuni, per eżempju, ħafna studenti jogħġbuhom l-istess sport u tipi ta’ mużika u jagħmlu l-istess attivitajiet extra kurrikulari.

L-iżvilupp ta’ proġetti ta’ l-eTwinning wassal għall-kisba ta’ għanijiet kross-kurrikulari. Il-ħtiġijiet tal-kurrikulu fejn jidħol it-tagħlim tal-lingwi, intlaħqu kompletament. L-istudenti tgħallmu ħafna dwar il-ġirien Ewropej tagħhom mingħandhom stess u dan naqqas il-preġudizzji.

Dażgur, ser inkomplu nintegraw l-għodod ta’ l-ICT biex nippreżentaw materjal u biex indaħħlu aktar materjal ‘awtentiku’ fil-klassijiet tagħna.

L-eTwinning joffri ‘twieqi għall-iskoperta tad-dinja’ lill-istudenti.

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:59MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:59 6.6.2007 16:18:546.6.2007 16:18:54

Page 63: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

L’école idéale dans l’Europe de demain

Skejjel: Sint-Janscollege, Belġju Liceo Scientifico Statale “Franzasco Cecioni”, ItaljaGħalliema: Ria De Wilde (Belġju) Marina Marino (Italja)

Etajiet: 14-15Tul: 6 xhurTemi: Ewropa, Storja/Tradizzjonijiet, Informatika/ICT, Medja, Arti Viżiva,

Teatru, Mużika, ŻfinLingwa: FranċiżGħodod: Email, chat, form MP3, pubblikazzjonijiet fuq l-internet, audio and

konferenza bil-vidjo, PowerPoint, vidjo, stampi, drawing, ambjent virtwali ta’ tagħlim

Indirizz: http://users.skynet.be/rdw/3iemecorresponŻfingroupes.htm

DeskrizzjoniBl-użu ta’ għodod ta’ l-ICT, l-istudenti jsibu metodi ġodda għat-tagħlim tal- Franċiż. Fil-waqt li jiskopru metodi ġodda ta’ kif ikunu kreattivi, l-istudenti jesploraw diversi għodod ta’ l-ICT u programmi biex jiżviluppaw il-ħiliet tekniċi tagħhom u fl-istess ħin jipprattikaw il-Franċiż ma’ l-imsieħba tagħhom. B’dan il-mod, it-tagħlim tal-lingwi huwa applikat u mhux biss għan aħħari.

60

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:60MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:60 6.6.2007 16:18:576.6.2007 16:18:57

Page 64: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

61

Intervista:Intervista: Ria De Wilde

Jiena għalliema tal-Franċiż bħala t-tieni lingwa fil-Flanders, il-Belġju. Xi snin ilu ridt li l-istudenti tiegħi jinvolvu rwieħhom aktar fil-lezzjonijiet tal-Franċiż, allura dħalt f’xi proġetti ta’ l-eTwinning. L-ewwel proġett tiegħi kien ma’ klassi fil-Portugall. Is-sena l-oħra involvejt tliet partners, fil-Portugall, il-Polonja u l-Italja. Din is-sena għandi biss klassi waħda u qed naħdmu ma’ skola mill-Italja. Dan il-mod ta’ tagħlim jogħġob ħafna lill-istudenti tiegħi għax iqarribhom lejn sitwazzjonijiet ta’ veru.

Nuża ħafna għodod ta’ l-ICT: websajts, Skype, podcasts, blogs, forums, Windows Movie Maker, Stickam, Wikis u oħrajn. Iż-żgħażagħ jieħdu pjaċir jikkomunikaw permezz tal-kompjuter. Jagħmlu dan fil-ħin liberu tagħhom, allura issa qed nagħmluh fil-klassi wkoll.

L-informazzjoni li nipproduċu fil-klassi hija ħafna aktar viżibbli u l-istudenti jistgħu jerġgħu jarawha d-dar, u jaraw l-istampi, eċċ. B’dan il-mod, ma jkunux qed joħolqu xi ħaġa biex tintrefa’ fl-arkivji ta’ l-iskola.

Naf li jkomplu jikkommunikaw mid-dar billi ħafna minnhom juzaw l-MSN. Fil-futur ser ikunu anqas imbeżża’ biex jikkomunikaw ma’ Ewropej oħra.

Kemm għalija kif ukoll għall-klassi, is-sodisfazzjon huwa l-pjaċir li tieħu meta taħdem fuq proġett bħal dan. Jien nieħu pjaċir ngħallem b’dan il-mod u l-istudenti jieħdu pjaċir jitgħallmu l-Franċiż hekk! Il-kuntatt li tagħmel ma’ studenti u għalliema oħra Ewropej ukoll huwa ferm importanti.

Dejjem ninteressa ruħi fl-użu ta’ l-ICT fil-klassi, imma bl-eTwinning imxejt ħafna aktar! Kuntenta ħafna li ltqajt ma’ Adelina Moura, l-ewwel sieħba ta’ l-eTwinning tiegħi mill-Portugall. Iltqajt magħha permezz tal-portal ta’ l-eTwinning u kienet hi li introduċietli l-implimentazzjoni ta’ l-għodod ta’ l-ICT fil-lezzjonijiet. Sibt ħafna informazzjoni dwar dan fuq il-portal ta’ l-eTwinning ukoll. Ilum it-tagħlim bl-informatika huwa essenzjali u tista’ tħaddnu permezz ta’ l-eTwinning.

Agħmilha! Irregistra fil-portal u sib partner! Ix-xogħol amministrattiv huwa veru ftit u fuq il-portal issib ħafna informazzjoni dwar kif tibda proġett. Dan ix-xogħol mhux biss huwa interessanti għall-istudenti iżda għall-għalliema wkoll. Kulħadd jagħmel ħbieb ġodda minn madwar l-Ewropa!

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:61MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:61 6.6.2007 16:19:226.6.2007 16:19:22

Page 65: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Two Heads Are Better Than One

Skejjel: Gymnasium Ceska Lipa, Repubblika Ċeka Kavasila High School, GreċjaGħalliema: Naděžda Kadlecová (Repubblika Ċeka) Paschalis Theotokidis (Greċja)

Etajiet: 13-15Tul: Sena SkolastikaTemi: Sistemi Edukattivi u PedagoġijaLingwa: IngliżGħodod: Email, konferenzi bl-awdjo, chat, forum, MP3, pubblikazzjonijiet fuq

l-internet, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, ambjent virtwali ta’ tagħlim

Indirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=61

DeskrizzjoniBiex jitgħallmu dwar is-sistemi edukattivi fir-Repubblika Ċeka u l-Greċja, l-għalliema skambjaw materjal għat-tagħlim, qabblu l-kotba li jużaw u iddiskutew logħob li jista’ jagħmel il-lezzjonijiet aktar interessanti. Waqt li l-għalliema għamlu dan, l-istudenti skambjaw informazzjoni dwarhom infushom u tejbu l-Ingliż tagħhom.

Intervista: Intervista: Naděžda Kadlecová

Bdejt nuża għodod ta’ l-ICT fil-klassi qabel ma kien imniedi l-eTwinning tliet snin ilu għax kont ħdimt fi ħdan bosta programmi Ewropej oħrajn bħal ‘Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa’ u ‘x-Xbieha ta’ l-ieħor’! L-istudenti veru jħobbu dan it-tip ta’ tagħlim u r-relazzjoni tiegħi magħhom u ta’ bejniethom veru nbidlet. Jiena abbandunajt il-mod tradizzjonali ta’ tagħlim u l-attitudni tiegħi kompletament. Ilum ma nistax nimmagina li ngħallem l-Ingliż mingħajr ma nuża l-metodu ibbażat fuq proġett. Is-sena li għaddiet bdejt proġetti saħansitra ma’ l-iżgħar studenti tiegħi. Bħalissa qed naħdem fuq ħames proġetti, mal-Portugall, Malta, Ċipru, l-Litwanja, l-Polonja, s-Slovakkja u l-Greċja. Kont ixxurtjata ħafna bis-sħubija mal-Greċja. Sirna ħbieb sew u qed naħdmu fuq proġetti differenti kull sena. Żorna ‘l xulxin u l-kooperazzjoni tagħna hija aktar min waħda ta’ tewmin fuq l-internet; sirna ħbieb għall għomorna.

62

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:62MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:62 6.6.2007 16:19:266.6.2007 16:19:26

Page 66: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

63

Il-proġetti bl-ICT daħħlu l-innovazzjoni fit-tagħlim tiegħi. L-istudenti tiegħi jistgħu jqabblu l-ħajja ta’ l-iskola, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet u huma veru kburin li għandhom ħbieb f’pajjiż ieħor. Għall-biċċa l-kbira tagħhom, din hija l-ewwel darba li qed jużaw dak li tgħallmu l-iskola f’sitwazzjoni ta’ veru. L-eTwinning daħħal d-dinja ta’ veru fil-klassi. It-tfal huma kollha membri tat-tim tat-Twinspace u xi wħud minnhom saru amministraturi ukoll. Jafu li dan ifisser li jien nafdahom u huma jirrispettaw ir-rwoli mogħtija lilhom.

L-istudenti tejbu l-għarfien tagħhom ta’ l-użu ta’ l-għodod ta’ l-ICTu tat-Twinspace u ilhom sejrin bir-relazzjoni ta’ ħbiberija ma’ l-iskola Kavasila u ma’ skejjel oħra Ewropej għal żmien twil. Għandhom ħbieb fuq l-internet imma dawn huma ħbiberiji ta’ veru u mhux f’realtà virtwali. Jiddiskutu suġġetti ta’ veru u jiskambjaw ukoll ittri ta’ veru li huma importanti ħafna. Tgħallmu jkunu responsabbli u preċiżi fix-xogħol tagħhom. Jafu li fin-naħa l-oħra ta’ l-Ewropa xi ħadd qed jistenna t-tweġiba tagħhom. Spiss jaħdmu mid-dar b’mod volontarju. Jiksbu ħafna kunfidenza fihom infushom li għalija hija importanti ħafna.

Il-ħiliet u l-kunċetti trattati mill-proġetti li wettaqt issodisfaw il-ħtiġijiet tal-kurrikulu f’kompetenzi meħtieġa u li huma importanti li ma ninsewx (1) tgħallem (2) solvi l-problemi, u (3) ikkomunika soċjalment u personalment. L-istudenti tgħallmu jaħdmu tajjeb f’tim. Kellhom jirrispettaw lil xulxin u jaċċettaw il-fatt li kienu differenti. Qalbu l-kitbiet tagħhom għal lingwa oħra u tgħallmu jkunu responsabbli. Il-benfiċċju ewlieni kien it-tagħlim fi gruppi, li jkunu kapaċi jqassmu u jaqsmu x-xogħol.

Dan il-proġett biddel il-fehma tiegħi dwar l-użu ta’ l-għodod ta’ l-ICT. F’dawn l-aħħar tliet snin għamilt ħafna korsijiet biex nitgħallem nuża tipi ta’ softwer differenti. Ridt intejjeb il-ħiliet ta’ l-ICT tiegħi u dan ġara flimkien ma’ l-iżvilupp tat-TwinSpace. Dak li kien biżżejjed tliet snin ilu m’huwiex biżżejjed illum. Issa sirt ‘esperta’ tal-kompjuter u minħabba dan ksibt aktar rispett mill-istudenti. Nuża l-ICT b’mod regolari fil-klassi u ma nimmaġinanix immur lura għall-metodi tradizzjonali. Ma rridx li nerġa’ nkun għalliema ‘tal-kliem u l-ġibs’.

Nixtieq inħeġġeġ lill-għalliema biex jinvolvu rwieħhom fi proġetti ta’ l-eTwinning u biex ma jaqtgħux qalbhom anki jekk għal bidu forsi ma jirnexxielhomx. Importanti li tieħu ż-żmien biex issir taf tajjeb lill-għalliem/a l-oħrajn tal-proġett qabel l-istudenti jikkuntatjaw lil xulxin. Veru tajjeb li jkollok proġett, u jekk ikollok aktar minn wieħed, ikollok aktar ċans ta’ suċċess. Bħala parir ta’ l-aħħar, naħseb li huwa importanti li jekk xi ħadd jikkuntattjak, tirrispondih malajr bi tweġiba onesta, anki jekk fin-negattiv. Tħallihomx jistennew.

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:63MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:63 6.6.2007 16:20:006.6.2007 16:20:00

Page 67: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Where do we come from?

Skejjel: Gymnasium Ceska Lipa, Repubblika Ċeka Kavasila High School, GreċjaGħalliema: Naděžda Kadlecová (Repubblika Ċeka) Eleni Kostopoulou (Greċja)

Etajiet: 13-14Tul: Sena SkolastikaTemi: Kross-kurrikulariLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, Forum, MP3, Powerpoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

Pubblikazzjonijiet fuq l-internet, Awdjo and konferenza bil-vidjoIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.

cfm?lang=en&cid=248

Deskrizzjoni Dan huwa proġett sempliċi bejn skejjel Ċeki u Griegi li fih l-istudenti jintroduċu l-pajjiż tagħhom lill-oħrajn. L-għan huwa li l-istudenti jitgħallmu jorganizzaw l-informazzjoni, kif jiktbu l-ittri bl-Ingliż u jużaw l-għodod ta’ l-ICT. L-istudenti jtejbu dawn il-ħiliet billi jużaw l-email u programmi oħra.

Intervista:Intervista: Eleni Kostopoulos

Bdejt nuża l-għodod ta’ l-ICT malli irreġistrajt fil-familja ta’ l-eTwinning. Mill-ewwel indunajt kemm kien tajjeb għalija bħala għalliema u bħala persuna u speċjalment għall-istudenti. Bl-eTwinning, il-lezzjonijiet tiegħi saru aktar interessanti u l-atitudni ta’ l-istudenti lejn il-lezzjonijiet tjiebet ħafna. L-istudenti huma entużjasti ħafna dwar il-proġett ta’ l-eTwinning! Għamlu ħafna progress fl-użu ta’ l-għodod ta’ l-ICT u saru aktar familjari mal-kultura ta’ xulxin. Din is-sena ħdimt fi proġetti ta’ l-eTwinning mal-Gymnasium ta Ceska Lipa, fir-Repubblika Ċeka, u Osnovna Solkan, fis-Slovenja. Is-sħubija ma’ l-iskola Ċeka ilha għaddejja għal sentejn issa u inħolqot rabta b’saħħitha bejn iż-żewġ skejjel. Is-sħubija ma’ l-iskola Slovena bdiet xahrejn ilu u tidher li ser tkun waħda ta’ suċċess ukoll.

Iva. L-integrazzjoni ta’ l-għodod ta’ l-ICT fit-tagħlim għamlu l-proġett aktar innovattiv. Permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT u l-eTwinning, l-istudenti tiegħi kellhom l-opportunità li jitgħallmu aktar dwar kulturi Ewropej oħra u dwar il-mod t’għixien tagħhom. Il-ħajja ta’ veru ddaħħlet fil-klassi permezz ta’ l-eTwinning. L-istudenti huma membri tat-Twinspace u jieħdu pjaċir jiktbu lil sħabhom.

L-istudenti żviluppaw il-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom. Issa huwa ċar li jistgħu jużaw l-għodod tat-TwinSpace (chat, mail, forum eċċ.) sewwa wara kollaborazzjoni ta’

64

1

2

3

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:64MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:64 6.6.2007 16:20:056.6.2007 16:20:05

Page 68: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

65

sentejn. Barra minn dan tgħallmu biex jikkoperaw b’mod aħjar ma’ ħaddieħor u kellhom esperjenza ta’ tradizzjonijiet u drawwiet oħrajn. Bl-eTwinning, l-istudenti qed jivvjaġġaw b’mod virtwali madwar l-Ewropa, qed jisimgħu l-għanjiet tradizzjonali ta’ pajjiżi oħra u anki organizzaw kompetizzjonijiet ta’ l-atletika ma’ sħabhom ta’ l-eTwinning. Il-ħbiberija tagħhom ma’ l-istudenti Ċeki hija waħda li se ddum. L-Interess tagħhom fi sħabhom mis-Slovenja wkoll qiegħed dejjem jiżdied.

Il-ħtiġijiet tal-kurrikulu kienu milħuqa permezz ta’ l-ideat u l-kunċetti li esplorajna fil-proġett ta’ l-eTwinning. Minbarra li jaqblu mal-kurrikulu, l-proġetti jmorru pass lil hinn. L-istudenti jitgħallmu jaħdmu bħala tim u jaċċettaw u jirrispettaw il-fatt li aħna differenti minn xulxin u wkoll jikkundannaw ir-razziżmu. Tjiebu ħafna fix-xogħol koperattiv, fil-qsim ta’ l-ideat u fil-mod kif jiffaċċjaw il-problemi. Jafu kif ifittxu għall-informazzjoni, jevalwawha u jippreżentawha. Issa jieħdu l-inizjattiva u jkunu aktar responsabbli fix-xogħol tagħhom fil-klassi. Għamlu affarijiet illi kieku ma kienx l-eTwinning ma kienux jistgħu jagħmlu, bħal kitba t’ittri lil nies oħra u stħarriġ. Fi ftit kliem, żviluppaw kompetenzi ġodda għat-tagħlim. Il-benefiċċji tal-proġetti ta’ l-eTwinning għall-għalliema huma bosta u varji. Mill-esperjenza tiegħi ngħid li l-aktar affarijiet importanti kienu l-kuntatt ma’ kollegi barranin, li tgħallimt dwar kulturi ġodda li ma kontx naf dwarhom, u l-qsim ta’ ideat u l-iżvilupp professjonali tiegħi. Il-proġetti kienu ta’ ispirazzjoni għalija u għall-istudenti u nħossni ħafna aktar aġġornata dwar l-affarijiet Ewropej.

Sentejn ilu ma kontx nimmaġina lili nnifsi nuża għodod ta’ l-ICT mal-klassi tiegħi. Issa ma ngħaddix mingħajrhom! Kien permezz ta’ l-eTwinning li tgħallimt nuża l-ICT fit-tagħlim avolja għamilt xi taħriġ ukoll. Nistqarr li nħossni kburija bija nnifsi issa! It-tagħlim huwa bla dubju proċess kontinwu u dejjem qiegħda nitgħallem aktar affarijiet interessanti. Is-sieħeb il-ġdid mill-iskola Osnovna Solkan jgħini u jagħmilli kuraġġ f’dan il-qasam.

Inħeġġeġ ħafna lill-għalliema biex isiru parti mill-familja kbira ta’ l-eTwinning. B’hekk ikollhom l-opportunità għal esperjenzi ġodda, biex jaqsmu l-fehmiet u l-ideat tagħhom ma’ kollegi Ewropej u biex jindunaw li l-għalliema Ewropej jixbħu ħafna ‘l xulxin. Permezz tal-proġetti ta’ l-eTwinning, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jieħdu pjaċir bil-vjaġġ tagħhom għall-kisba ta’ l-għarfien. Dejjem niftakar dawn il-kliem ta’ waħda mill-kollegi tiegħi: “Ladarba tibda l-eTwinning, ma tkunx tista’ tieqaf. Isir parti minn ħajtek.” L-aħħar parir lill-għalliema sħabi huwa biex ma jibqgħux lura milli jibdew proġett. Ma jiddispjaċikomx! Jekk ma jmurx kollox kif xtaqt, taqtax qalbek. Dejjem ser ikun hemm kollega minn pajjiż ieħor li jkun lest jissieħeb miegħek fl-eTwinning.

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:65MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:65 6.6.2007 16:20:086.6.2007 16:20:08

Page 69: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Exchange on the cinema

Skejjel: Kitisenranta Comprehensive School, Finland Collège Edouard Herriot, FranzaGħalliema: Tommi Nevala (Finland) Chantal Duplaix (Franza)

Etajiet: 13-14Tul: Sena SkolastikaTemi: Kross-kurrikulariLingwa: IngliżGħodod: Email, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, pubblikazzjonijiet fuq

l-internetIndirizz: http://koulut.sodankyla.fi/kitisenranta/elokuvakasvatus/

etwinning_EN.htm

DeskrizzjoniWara li skambjaw informazzjoni dwar il-pajjiżi, l-iskejjel, u l-familji tagħhom, l-istudenti ikkonċentraw fuq il-passatempi tagħhom u b’mod partikolari fuq iċ-ċinema. Tgħallmu dwar l-industrija tal-films fiż-żewġ pajjiżi u fil-proċess tgħallmu wkoll dwar xulxin. Ix-xogħol sar bil-lingwa Ingliża allura stajna naħdmu fuq it-tagħlim tal-lingwi wkoll.

Intervista:Intervista: Annele Halmekoski, Anne Onnela

Fl-iskola tagħna kienu ħafna l-għalliema li ntegraw l-eTwinning fil-kurrikulu tagħhom. It-temi kienu irranġati biex jaqblu mal-kurrikulu f’suġġetti differenti, bħal m’huma l-arti, l-lingwi u l-Edukazzjoni dwar il-films. F’dan it-term ikkonċentrajna fuq il-koperazzjoni bejn żewġ klassijiet: il-proġett ta’ l-eTwinning għandu rwol importanti fil-kurrikulu ta’ l-Ingliż u tal-lingwa ta’ klassi partikolari fl-iskola Kitisenranta.

Minkejja li l-istudenti tagħna huma mdorrijin jaħdmu bil-kompjuters, f’dan il-proġett kellhom iċ-ċans li jgħaqqdu flimkien il-ħiliet fl-ICT, l-istudju ta’ kulturi ġodda u li jinfurmaw lil sħabhom fi Franza dwar it-tradizzjonijiet, il-pajjiż fejn jgħixu u dwar affarijiet oħra. Il-kitba ta’ apprezzamenti ta’ films u l-iskambjar ta’ fehmiet dwarhom hija xi ħaġa normali fl-istudju tal-film fl-iskola tagħna. Il-

66

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:66MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:66 6.6.2007 16:20:136.6.2007 16:20:13

Page 70: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

67

koperazzjoni bejn iż-żewġ għalliema u wkoll ma’ l-għalliema ta’ suġġetti oħra kienet importanti ħafna. B’hekk irnexxielna nikkombinaw il-kontenut ta’ ħafna suġġetti. Il-klassi Franċiża hija magħmula minn studenti bi sfond internazzjonali b’ġilda, kulur u reliġjonijiet differenti. Dan kompla żied il-valur tal-proġett.

Nemmnu li l-istudenti tagħna draw jużaw diversi tipi ta’ medja biex jitgħalllmu b’mod interessanti u aktar reali. Il-proġetti u d-diskussjonijiet li kellhom bejniethom iffaċilitaw it-trawwim ta’ kuxjenza tal-kulturi differenti u nittamaw li ħallew benefiċċji għall-istudenti. Fuq kollox tgħallmu li ż-żgħażagħ minn madwar l-Ewropa għandhom ħafna x’jgħaqqadhom.

Permezz ta’ dan il-proġett stajna ngħaqqdu il-korsijiet tal-film ma’ l-ICT b’mod tajjeb. Il-proġett ta wkoll l-opportunità lill-istudenti li jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet ta’ l-ICT. Issa huma aktar faċli biex l-istudenti u l-għalliema jifhmu d-drawwiet u l-kulturi u jaċċettaw fehmiet differenti.

It-tagħlim bl-ICT huwa mod ta’ tagħlim u ta’ skambju ta’ informazzjoni li jagħmel ħafna sens. Sar parti naturali mill-kurrikulu u ħeġġeġ lill-istudenti biex ikomplu jaħdmu u jistudjaw matul il-ħin liberu wkoll.

Huwa impossibli li tniżżel dak kollu li tgħallmu l-għalliema u l-istudenti din is-sena. Il-proġett kellu effett pożittiv fuq l-iskola kollha, speċjalment fejn jidħlu l-attitudnijiet lejn lingwi u kulturi barranin. L-istudenti tgħallmu japprezzaw aktar il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom u tgħallmu ħafna dwar il-films. Għamilna wkoll evalwazzjoni tal-metodi tat-tagħlim tal-kurrikulu u tar-riżultati. L-istudenti mlew kwestjonarji u kitbu rapporti qosra dwar aspetti diversi tal-proġett. Nieħdu pjaċir naraw li l-proġett tkompla anki jekk in-nies involuti inbidlu. Fl-iskola komprensiva tagħna huwa faċli li naħdmu flimkien u nieħdu l-vantaġġ li nkunu nafu l-istudenti sewwa għax jibqgħu magħna għal żmien twil. L-għalliema tal-klassi jaħdmu fil-qrib ħafna ma’ l-għalliema tas-suġġetti. Dan il-proġett jaqbel ħafna mal-motto ta’ l-iskola: Għeruq f’Sodankylä, għajnejn lejn id-dinja.

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:67MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:67 6.6.2007 16:20:166.6.2007 16:20:16

Page 71: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Amitié - Freundschaft zweisprachige Schülerzeitung

Skejjel: Collège du Val Cérou, Franza Findorffschule, GermanyGħalliema: Martine Masson (Franza) Birgit Drube-Block (Germany)

Etajiet: 13-15Tul: sentejn jew aktarTemi: Studji Soċjali, Reliġjon u Etika, Filosofija, Sistemi Edukattivi

u Pedagoġija, Ambjent, Ewropa, Lingwi, Ġografija, Storja/Tradizzjonijiet, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Medja, Sports, Arti Viżiva, Teatru, Mużika, Żfin

Lingwa: Franċiż u ĠermaniżGħodod: Email, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, ambjent virtwali ta’

tagħlimIndirizz: http://www.ejournal.fi/directionEwropa/

DeskrizzjoniL-għan ta’ dan il-proġett huwa li jkunu maħluqa numru t’artikli bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż għal djarju ta’ l-iskejjel. Fil-proġett it-tfal jużaw l-ICT biex b’mod interessanti jistħarrġu t-temi tal-kultura u l-adoloxxenza. L-istudenti jitgħallmu mingħand xulxin billi jiktbu dwar temi li jogħġbuhom bħall-mużika, l-isport u l-litteratura.

Intervista:ntervista: Birgit Drube-Block

Bħala għalliema ta’ l-Ingliż u l-Franċiż fi skola sekondarja moderna fit-tramuntana tal-Ġermanja, dejjem xtaqt li nagħmel kuntatt m’għalliema u studenti li jitkellmu l-lingwi li ngħallem. Irreġistrajt fil-portal ta’ l-eTwinning f’ Settembru ta’ l-2005 u f’ Ottubru diġà kelli messaġġ mingħand dik li kienet ser tkun il-kollega tiegħi Martine Masson, minn Franza. Il-klassijiet tagħna kienu kwazi identiċi fid-daqs u fl-etajiet. L-ewwel emails, li bihom l-istudenti saru jafu ‘l xulxin intbagħtu f’Novembru u f’Marzu ta’ l-2006, inbeda l-proġett tagħna bil-ħbiberiji permezz ta’ l-‘eJournal’.

68

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:68MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:68 6.6.2007 16:20:206.6.2007 16:20:20

Page 72: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

69

Irriżulta li dan ix-xogħol kien totalment differenti mill-attivitajiet normali tal-klassi, mhux biss f’dawk li huma materjali u għodod, imma wkoll fil-metodu wżat, kien għalhekk li tjiebu l-kompetenzi f’ħafna oqsma. Bosta minna ma konniex familjari ħafna ma’ l-użu ta’ l-ICT, allura għal bidu kellna sfida kbira. Madankollu l-istudenti malajr indunaw bil-potenzjal ta’ dan ix-xogħol u bdew jieħdu gost jippreżentaw lilhom infushom u jitgħallmu aktar dwar l-imsieħba tagħhom u l-pajjiżi l-oħra.

Kien hemm żieda fil-motivazzjoni eżatt wara l-ewwel skambju ta’ emails. L-istudenti u l-għalliema laqgħu tajjeb ħafna dan il-metodu għat-tagħlim tal-lingwi u dan irriżulta f’titjib fil-kompetenzi tagħna lkoll: mhux biss fl-użu ta’ l-ICT iżda wkoll fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħiliet personali, soċjali u interkulturali.

Il-proċess tat-tagħlim inbidel b’mod ċar: l-istudenti bdew jerfgħu aktar responsabbiltà għax-xogħol u s-suċċess tagħhom. Identifikaw ħafna max-xogħol li kienu qed jagħmlu u għamlu sforz akbar biex imorru tajjeb u jipproduċu l-aqwa riżultati: kemm meta ħadmu tnejn tnejn, waħedhom, jew fi gruppi zgħar. Kienu tassew kburin bl-eJournal u dan wassal għal titjib fl-istima tagħhom fihom infushom. Inħossu li aħna lkoll imħarrġa aħjar fl-ICT u ksibna aktar kuraġġ u kunfidenza. Ħadna pjaċir nagħmlu x-xogħol ta’ wara wkoll; bdejna blog, ħloqna CD bir-ritratti, għamilna vidjo u fuq kollox iltqajna wkoll. Il- klassijiet taż-żgħar ser jagħmlu l-istess, bħalna u bdew it-tieni proġett bejn iż-żewġ skejjel.

Fil-fehma tiegħi bħala għalliema tal-lingwi, l-ICT huwa mod tajjeb għat-tagħlim u għall-komunikazzjoni. L-istudenti tal-lum għandhom ikunu mħejjija għad-dinja t’għada u “l-futur qiegħed eqreb milli qed taħseb.” 3 L-istudenti jixtiequ li kieku kellhom kompjuter kull wieħed, jeħilsu mill-kotba u jużaw il-whiteboard interattiv li għadna kif bdejna nittestjaw. L-użu ta’ l-ICT fl-iskejjel mhux biss ideali u rakkomandabbli imma huwa meħtieg. L-użu ta’ l-ICT li huwa n-norma “fid-dinja ta’ barra” irid ikun imħaddan ukoll fl-iskejjel.

Jekk il-possibiltajiet ikunu magħrufa u l-mezzi ikunu pprovduti, l-għalliema jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal edukazzjoni li ssaħħaħ il-personalitajiet ta’ l-istudenti. L-eTwinning joffrihom it-tnejn. L-unika parir li nista’ nagħti lil sħabi l-għalliema huwa: Tibżgħux, kun lest biex tibdel l-idea dwar ir-rwol tiegħek bħala għalliem/a. U fl-aħħarnett, tinkwetax! Afda u oqgħod fuq il-ħiliet ta’ l-istudenti, ibda b’mod sempliċi u ninsab ċerta li tkun sorpriż/a!

2

3

4

5

6

3 Kwotazzjoni minn C.Dale Young,

http://avoidmuse.blogspot.com/2006/02/future-is-closer-than-you-think.html

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:69MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:69 6.6.2007 16:20:326.6.2007 16:20:32

Page 73: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Made in Europe

Skejjel: Sms Nistri Respighi, Italja Visser ‘t Hooft Lyceum, Olanda Lycée Polyvalent Louis Armand, Franza Liceo Scientifico “Franzasco Severi”, Italja Royal Masonic School, Renju Unit Escola Secundária Carlos Amarante, Portugall Liceo Classico Statale “Salvatore Quasimodo”, Italja Għalliema: Marleen Spierings (Olanda) Stefania Balducci (Italja) Claire Bertrand (Franza) Gloria Sica (Italja) Drew Buddie (Renju Unit) Adelina Moura (Portugall) Silvia Minardi (Italja)

Etajiet: 11-14Tul: Sentejn jew aktarTemi: Studji Soċjali, Reliġjon u Etika, Filosofija, Kross-kurrikulari, Ambjent,

Ewropa, Ġografija, Storja/Tradizzjonijiet, Informatika/ICT, Matematika u Xjenza, Arti Viżiva, Teatru, Mużika, Żfin

Lingwa: Olandiż, Ingliż, TaljanGħodod: Email, chat, forum, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, konferenza

bil-vidjo, ambjent virtwali ta’ tagħlim, pubblikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=6710

DeskrizzjoniL-għalliema flimkien jiżviluppaw kors ta’ kommunikazzjoni dwar iċ-ċittadinanza elettronika. L-għalliema jiżviluppaw dan il-kors flimkien biex jibnu rabtiet bejniethom u joħolqu inizzjattiva effettiva għall-integrazzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea fil-kurrikulu tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. Għan ieħor ta’ dan il-proġett huwa li jagħti merħba lill-membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea. L-għalliema jilqgħu lill-għalliema u l-istudenti jilqgħu lill-istudenti.

70

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:70MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:70 6.6.2007 16:20:356.6.2007 16:20:35

Page 74: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:Intervista: Marleen Spierings

Ngħallem fi skola sekondarja li tenfasizza l-edukazzjoni Ewropea u internazzjonali. Għandna msieħba mill-aqwa minn diversi pajjiżi: s-Slovenja, r-Renju Unit, l-Irlanda, l-Portugall, il-Bulgarija, Franza, l-Italja, l-Belġju u oħrajn. Iltqajt ma’ ħafna mill-imsieħba matul il-workshops ta’ l-eTwinning f’Edinburgh, Pariġi u Amsterdam. L-ICT u l-eTwinning tawna l-possibiltà li nagħmlu kuntatt u li niskopru informazzjoni interessanti dwar xulxin. Bil-Portal ta’ l-eTwinning u l-‘Moodle’ għandi ċ-ċans li nifforma ċirku ta’ ħbieb biex nitgħallmu flimkien. Il-Proġett ‘Made in Europe’ issa huwa stabbilit sewwa u ser ikompli jservi bħala pjattaforma fejn l-għalliema jiltaqgħu u jiddiskutu erba’ aspetti ewlenin ta’ l-iżvilupp tal-kurrikulu: E-Arts, E-Citizenship, E-Science u E-Sports.

Flimkien ippruvajna diversi forom ta’ xogħol kollaborattiv u interattiv. Eżempju tajjeb ta’ dan huwa d-‘DigiDebate’, li fih, żewġ klassijiet jaħdmu flimkien permezz ta’ forum interattiv. L-istudenti jitgħallmu kemm jistgħu dwar suġġett partikolari u kull klassi tieħu lat differenti għad-dibattitu eżempju ta’ dan huwa s-suġġett “Liema hija l-akbar qawwa? L-imħabba jew il-mibegħda?” Qabel jiddiskutu, l-istudenti jitgħallmu aktar dwar xulxin u dwar l-isfondi kulturali u nazzjonali tagħhom. Eżempju ieħor huwa ta’ meta permezz ta’ l-internet, l-istudenti jaħdmu fuq l-‘E-Magazine’ bħala tim ta’ edituri Ewropej. B’dan il-mod, studenti minn pajjiżi differenti jikkollaboraw flimkien f’ambjent diġitali komuni u jitrattaw suġġetti li jinteressawhom bħall-films, logħob tal-kompjuter u l-moda. Forom oħra ta’ xogħol jinkludu l-podcasting, l-editjar tal-films diġitali u r-reċtar tar-rwoli fuq l-internet.

Dażgur! Trid tara l-ħarsa fuq wiċċ l-istudenti meta jirċievu r-reazzjoni għal xogħolhom mill-istudenti jew l-għalliema ta’ pajjiż ieħor. Li tkun taf li għandek udjenza ta’ veru ta’ studenti ta’ l-istess età u li tkun tista’ tistaqsihom dwar il-fehmiet tagħhom u l-ħajja tagħhom huwa sors ta’ informazzjoni mill-aqwa. L-istudenti jafu li x-xogħol li qed jagħmlu jrid ikun mill-aqwa biex juru x’jafu jagħmlu bħala klassi, bħala skola u bħala pajjiż. Minħabba dan jieħdu x-xogħol bis-serjetà u jindunaw bl-importanza li jaħdmu tajjeb flimkien. Jaħsbuha tajjeb dwar il-lingwa u dwar jekk dak li kitbu jinftiehemx tajjeb. Jitgħallmu wkoll dwar id-differenzi fil-fehmiet u fil-kultura. Flimkien niddiskutu l-fatt li minħabba d-differenzi li jeżistu jinħtieġ li kull persuna tinteressa ruħha u tkun responsabbli għal ħaddieħor. Nitgħallmu nidjalogaw u li mhux dejjem għandna nibqgħu sodi f’fehmitna. Nippruvaw naraw kif inhu l-aħjar mod li nagħmlu dan. Jiena u l-istudenti kburin b’dan il-proċess u lkoll ferħana li nagħmlu parti minn ċirku wiesa’ ta’ ħbieb minn madwar id-dinja. Fuq kollox: dħaqna ħafna u ħadna ħafna

71

1

2

3

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:71MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:71 6.6.2007 16:20:576.6.2007 16:20:57

Page 75: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

pjaċir minn meta bdejna l-eTwinning.

Il-benefiċċju ewlieni kien l-użu tal-lingwi li s-soltu konna biss nistudjaw. Dan jimmotiva lill-istudenti u jitgħallmu b’mod aktar faċli. Barra minn hekk il-proġetti ta’ l-eTwinning jinvolvu suġġetti oħra u minħabba f’hekk issa qed nintegraw kontenut differenti fit-tagħlim tal-lingwi. Qegħdin nitgħallmu dwar aspetti ambjentali, soċjali, kulturali, politiċi u ġeografiċi u fl-istess ħin nitgħallmu wkoll l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol u barra minn hekk nużaw aħjar il-ħiliet tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni. “Made in Europe” mhuwiex proġett ta’ darba iżda esperjenza kontinwa u proċess ta’ tagħlim. Dan huwa l-futur tagħna.

Biddilt fehmti? Le. Tejjibt it-tagħlim? Iva! Dejjem kienu jogħġbuni modi ġodda ta’ tagħlim u allura l-integrazzjoni ta’ l-ICT fit-tagħlim kien sfida għalija. L-ICT fit-tagħlim tani opportunitajiet li qatt ma kelli. Malli involvejt ruħi fl-eTwinning u stajt nuża l-għodod li joffri u l-Moodle stajt inkun kreattiva u bdejt nesplora metodoloġiji ġodda għat-tagħlim flimkien ma’ ħbieb minn pajjiżi oħra. Għadni ma nistax nemmen kemm hu faċli. Sentejn ilu ma kont naf kważi xejn dwar l-ICT. Skoprejt li mhemmx għalfejn tkun taf ħafna biex tkun kapaċi tuża l-għodod sew, biex dejjem ittejjeb il-ħiliet u biex tinvolvi ruħek.

X’inti tistenna?

72

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:72MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:72 6.6.2007 16:21:176.6.2007 16:21:17

Page 76: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

73

Skejjel: Zespol Szkol Gimnazjum i Szkola Podstawowa nr 13, Poland Royal Grammar School, Renju UnitGħalliema: Justyna Kukulka (Poland) Alan Crease (Renju Unit)

Etajiet: 12-16Tul: Sentejn jew aktarTemi: LingwiLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, MP3, audio and konferenza bil-vidjo, PowerPoint, vidjo,

ritratti u tpenġijietIndirizz: http://atschool.eduweb.co.uk/rgshiwyc/etwin/index.htm

http://www.engpol.edublogs.org/

DeskrizzjoniL-għan ta’ dan il-proġett huwa li tkun esplorata l-kultura ta’ l-iskejjel imsieħba permezz ta’ l-iskambjar ta’ tagħrif dwar l-iskejjel, ir-reġjuni, l-pajjiżi u r-riċetti nazzjonali. L-istudenti jagħmlu wkoll riċerka dwar it-tagħlim tal-lingwi barranin fil-Polonja u fir-Renju Unit. L-użu ta’ l-ICT ippermettielhom li jagħmlu ħbieb u li jtejbu l-użu ta’ l-Ingliż fil-kommunikazzjoni ta’ veru. Ix-xogħol li sar matul il-proġett serva wkoll biex iżid ir-rispett reċiproku fost l-istudenti u b’hekk qarreb ċittadini żgħar ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien u għallimhom dwar it-tolleranza għall-kulturi u għat-twemmin. L-istudenti ikkollaboraw fuq proġett li fih iddisinjaw u wettqu xogħol ta’ stħarrig fost mijiet ta’ studenti oħra. Setgħu jiġbru r-riżultati permezz ta’ websajt jew blog.

English as a factor integrating young Europeans

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:73MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:73 6.6.2007 16:21:196.6.2007 16:21:19

Page 77: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:Intervista: Justyna Kukulka

Ilni ngħallem l-Ingliż għal dawn l-aħħar 6 snin. Minħabba li għadni żgħira inħobb nipprova affarijiet ġodda u niżviluppa l-ħiliet personali u professjonali tiegħi. Sibt li l-eTwinning huwa ta’ sfida u fl-istess ħin interessanti ħafna. Il-klassijiet li ngħallem huma ta’ 25 student bejn l-etajiet ta’ 12 u 16-il sena. Il-proġett ta’ l-eTwinning sar minn grupp t’għoxrin student t’etajiet differenti li għażlu li jagħmluh bħala attività extra kurrikulari. Dawn kienu jiltaqgħu ġo laboratorju tal-kompjuters darbtejn fil-ġimgħa. Matul dawn is-sessjonijiet kienu jikkomunikaw ma’ sħabhom Ingliżi permezz ta’ l-email u ċ-chat u b’hekk ġabru t-tagħrif meħtieġ għall-proġett. Grazzi għal dan qerdu ċerti sterjotipi, bħal ngħidu aħna li l-Ingliżi li jitkellmu ħafna dwar it-temp u li l-Pollakki li huma ġejjin minn pajjiż kommunista. Għall-bidu skambjaw tagħrif dwar l-iskejjel u r-reġjuni tagħhom. L-istudenti ħejjew lezzjonijiet bil-PowerPoint dwar l-iskejjel tagħhom, stediniet għal żjajjar f’pajjiżhom u deskrizzjonijiet ta’ l-ibliet tagħhom. Barra minn dawn skambjaw ukoll ritratti tal-gruppi u ħafna materjal ieħor relatat mal-proġett.

Waqt li kienu qed jaħdmu fuq il-proġett, l-istudenti kienu involuti f’riċerka attiva u innovattiva. Flimkien investigaw ir-rwol tal-lingwi barranin fil-pajjiżi u fl-iskejjel tagħhom. Kisbu wkoll tagħrif siewi dwar id-dinja kontemporanja, skoprew fatturi li jinfluwenzaw l-interess fit-tagħlim tal-lingwi kif ukoll informazzjoni dwar il-livelli tat-tagħlim tal-lingwi fiż-żewġ skejjel u l-metodi wżati biex jitjieb it-tagħlim tal-lingwi. Bit-twettiq ta’ l-istħarriġ, l-istudenti daħħlu l-aspett kreattiv u żiedu fl-element innovattiv. Bħala għalliema tgħallimt nieħu r-rwol ġdid ta’ faċilitatur tat-tagħlim aktar milli ngħallem b’mod dirett. Il-proġett kien jitlob li l-istudenti jgħarfu jagħżlu r-ritmu u jiżviluppaw il-kontenut huma stess. Il-proġett tmexxa mill-istudenti stess u involva ħafna xogħol f’timijiet bejniethom. Sibt li dan huwa metodu li bih l-istudenti jagħmlu xogħol tajjeb ħafna u qiegħda dejjem aktar naddotta dan il-metodu fit-tagħlim. L-iskambju ta’ l-ideat għat-tagħlim huwa wkoll proċess ta’ ġid kbir u jinsab sejjer tajjeb ħafna. Il-fatt li minn sempliċi Internet u email żviluppajna l-ħiliet ta’ l-ICT tagħna u bdejna nagħmlu u neditjaw il-films diġitali huma xhieda ta’ l-element innovattiv.

Dażgur! F’dinja globalizzata l-istudenti ser ikollhom jikkomunikaw ma msieħba barranin permezz tal-lingwi barranin u ta’ l-ICT. Tejbu l-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom billi flimkien ma’ l-email u ċ-chat żiedu aspetti oħrajn bħall-blogs, wikis u medja viżwali. L-eTwinning għaqqad dan kollu f’qafas ta’ kommunikazzjoni bi skop preċiż u u utli, ferm differenti minn taħriġ sterili fil-klassi. Il-proġett ġiegħlhom jippjanaw u jwettqu proġett mifrux fuq numru ta’ xhur u allura tħarrġu wkoll fl-ippjanar għat-tul. Dawn l-opportunitajiet siewja mhux soltu jkunu disponibbli fl-ambjent ta’ tagħlim tal-klassi.

Il-proġett tana opportunità li nagħmlu rabtiet ma’ kelliema ta’ l-Ingliż fl-erba’ oqsma tal-lingwa (l-qari, l-kitba, s-smiegħ u t-taħdit) b’modi li ma stajniex nużaw qabel. Il-proġett żied il-motivazzjoni ta’ l-istudenti biex jifhmu u jużaw lingwa

74

1

2

3

4

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:74MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:74 6.6.2007 16:21:526.6.2007 16:21:52

Page 78: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

75

barranija. Barra minn dan, il-proġett kien inter-dixxiplinarju u għaqqad l-għarfien ta’ l-istudenti f’bosta suġġetti bħall-Ingliż, l-ICT, iċ-Ċittadinanza, l-Istorja, l-Bioloġija, l-Ġografija, r-Reliġjon u l-Matematika. L-istudenti ikkomunikaw bl-Ingliż u wżaw l-ICT bħala għodda biex jikkomunikaw imma barra minn dan il-kitbiet tagħhom esprimew il-fehmiet tagħhom dwar diversi suġġetti, eż. kwistjonijiet ambjentali, avvenimenti storiċi u l-impatt tar-reliġjon u l-ġrajjiet kurrenti fuq iċ-ċittadinanza u l-politika. Jużaw ukoll il-ħiliet matematiċi biex iqabblu l-istatistiċi. B’dan il-mod il-proġett jissodisfa l-ħtiġijiet tal-kurrikulu u fl-istess ħin jelimina r-rutina ta’ kuljum.

Bħala għalliema tal-lingwi tgħallimt li l-ICT jagħtik ħafna opportunità biex iġġiegħel lill-istudenti jużaw il-lingwa li qed jitgħallmu b’mod li jagħmel sens. L-ICT iwassal il-kultura u l-lingwa fil-klassi. Żgur li esperjenza bħal din ma tieħux post l-għalliem u l-kotba iżda żżid mal-valur u ttejjeb l-esperjenza ta’ tagħlim. Permezz ta’ dan il-proġett, l-ICT sar biċċa għodda neċessarja u imprezzabbli fit-tagħlim tiegħi. L-iżvilupp tal-ħiliet fl-ICT, l-użu ta’ l-internet, il-PowerPoint, il-Front Page, il-Word, l-Excel, il-Video Studio, l-irrekordjar ta’ film u l-użu ta’ l-ICT għall-kommunikazzjoni bejn l-istudenti u b’hekk setgħu jintegrawh fit-tagħlim tagħhom.

Żgur ma tagħmilx ħażin li tikkomunika m’għalliema oħra minn pajjiżi oħra. Agħmel l-ewwel pass. Agħtu l-ideat lil xulxin biex tiżviluppaw proġett prattiku li jista’ jitwettaq. Kunu realistiċi. Irid ikun proġett relevanti għall-istudenti tiegħek. Bix-xogħol tagħna fuq dan il-proġett ħadna pjaċir ħafna u ħadna esperjenza siewja. Hija xi ħaġa ġdida li tgħamillek xogħlok interessanti. L-aktar ħaġa importanti hija li tagħmel ħbiberiji ġodda. Huwa propju kif jgħid isem il-proġett tagħna, “L-Ingliż bħala fattur li jgħaqqad żgħażagħ Ewropej”. Issa ndunajna li dan huwa verità. Toqogħdux lura milli tibdew proġett ta’ l-eTwinning. Veru tmorru tajjeb!

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:75MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:75 6.6.2007 16:21:556.6.2007 16:21:55

Page 79: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Was sagen die Sagen...von unserer Region

Skejjel: Základní škola Hustopeče, Nádražní 4, Repubblika Ċeka Základná škola Ľudovíta Štúra, Modra, SlovakkjaGħalliema: Ivana Klimešová (Repubblika Ċeka) Stanislava Bojkovská (Slovakkja)

Etajiet: 11-15Tul: Sena SkolastikaTemi: Civics, Religion and Ethics, Philosophy, Kross-kurrikulari, Ewropa,

Foreign Lingwi, Informatika/ICT, Ligwa u Littereatura, Arti Viżiva, Teatru, Mużika, Żfin

Lingwi: Ċek, Ġermaniż, SlovakkGħodod: Emial, chat, forum, MP3, audio and vidjo conference,

pubblikazzjonijiet fuq l-internet, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, ambjent virtwali ta’ tagħlim

Indirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=2445

DeskrizzjoniDan il-proġett juża l-forma litterarja tal-komiks biex jitratta l-leġġendi marbuta ma’ l-ibliet u l-madwar. Il-lingwa tal-proġett għall-istudenti Slovakki u Ceki hija l-Ġermaniż però barra l-lingwa, l-proġett jitratta suġġetti oħra bħal-lingwi tagħhom, l-Arti, l-Istudji Soċjali, l-Istorja u l-Informatika. “Was sagen die Sagen...von unserer Region” ikompli fuq il-proġett “Freundschaft” u fuq l-għan ewlieni tiegħu li joħloq u jiżviluppa ħbiberiji internazzjonali. Il-proġett il-ġdid ittejjeb permezz ta’ l-opportunità li jinkiseb aktar tagħrif dwar l-istorja u l-kultura ta’ pajjiż ieħor.

Intervista:Intervista: Stanislava Bojkovská

Jiena għalliema fi skola primarja mis-Slovakkja. Ngħallem is-Slovakk u l-Ġermaniż. Ivana Klimesova, il-kollega Ċeka tiegħi u jiena konna bdejna proġett imsejjaħ “Freundschaft” is-sena ta’ qabel. F’dan il-proġett l-istudenti kienu jiċċettjaw ta’ kull ġimgħa dwar diversi suġġetti magħżula. Dan kien mod kif insiru nafu aktar dwar l-eTwinning u dwar xulxin. Issa qed inkomplu bi proġetti oħrajn. Billi ħafna mill-lezzjonijiet isiru b’mod tradizzjonali bil-kotba, l-eTwinning kien ta’ benefiċċju kemm għall-iskola u għall-għalliema għax ksibna ħafna esperjenza fit-tagħlim bil-proġetti. L-istudenti ħadu pjaċir ħafna b’dan ix-xogħol u malajr għelbu d-diffikultajiet li seta’ kien hemm fil-bidu. Il-grupp li qed jaħdem fuq il-proġett jinkludi tfal t’etajiet differenti. Minkejja dan hemm koperazzjoni perfetta u saru lkoll ħbieb. Barra minn dan għamlu ħbieb ġodda mir-Repubblika Ċeka u l-idea oriġinali tagħna li nagħmlu ħbiberiji ġodda irnexxiet.

76

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:76MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:76 6.6.2007 16:21:586.6.2007 16:21:58

Page 80: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Anki l-idea stess tista’ tkun meqjusa li hija innovattiva: kollaborazzjoni bl-internet u l-użu ta’ tagħmir ta’ l-ICT fil-lezzjonijiet. It-tfal tgħallmu mod ġdid ta’ kif jużaw il-vokabolarju li jkunu tgħallmu, jużaw l-għarfien tagħhom b’mod prattiku u jitgħallmu aktar malajr għax il-proġett tahom il-motivazzjoni meħtieġa. Skoprew dizzjunarji fuq l-internet, magni ta’ riċerka u tgħallmu kif jużaw l-iskenners u tagħmir ieħor ta’ l-ICT – affarijiet li kollha jindirizzaw lit-tfal tad-dinja moderna b’mod aħjar milli bil-kotba. Billi għaqqadna l-qari li jkunu għamlu ma’ l-għodod tal-kompjuter, irnexxielna nqajmu l-interess tat-tfal fil-litteratura u nħeġġuhom jaqraw. Ħaġa oħra li ħadna gost biha kienet li rnexxielna ntejbu l-ħiliet kommunikattivi ta’ l-istudenti u li għallimnihom jaħdmu kemm b’mod indipendenti u kif ukoll f’tim.

It-tfal tgħallmu dwar il-kultura u l-istorja tal-pajjiż l-ieħor. Matul ix-xogħol fuq il-proġett kien hemm interazzjoni sħiħa bejn it-tfal ta’ l-istess klassi u wkoll interazzjoni inter-kulturali mat-tfal ta’ l-iskola l-oħra. Bħalma diġà għidt, it-tfal żviluppaw il-kompetenzi koperattivi u fl-istess ħin tgħallmu wkoll b’mod indipendenti. Tgħallmu jsolvu problemi b’mod indipendenti. Imma aktar minn hekk ħadu pjaċir jaħdmu fuq il-proġett.

Il-proġett tratta t-tisħiħ tal-vokabolarju tat-tfal u l-użu prattiku tiegħu. Barra minn dan trattajna wkoll il-grammatika. It-tfal kienu mġiegħla jfittxu t-tagħrif u b’dan il-mod isibu r-risposti huma stess – dan tejjeb il-ħila tagħhom li jiksbu tagħrif ġdid. L-għodod ta’ l-ICT li wżaw għenuhom biex jaħdmu b’mod aktar flessibbli. Ħaġa pożittiva oħra kienet l-aspett kross-kurrikulari li wassal li minbarra t-tagħlim tal-lingwa tagħhom u ta’ lingwa barranija l-istudenti wkoll iddedikaw ħinhom għal suġġetti oħra bħal m’huma l-Istorja u l-Arti.

Fil-fehma tiegħi, l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim jagħmel xogħol l-għalliem ħafna aktar faċli u jtejjeb it-tagħlim tat-tfal. Anki qabel bdejt dan il-proġett, kelli opinjoni tajba ta’ l-użu ta’ l-ICT; b’xorti ħażina, ma kontx naf sewwa kif se nintegrah fit-tagħlim. Il-proġett għenni nifhem aħjar il-prinċipji tat-tagħlim permezz tal-proġetti u kif intejjeb l-għarfien u l-ħiliet tiegħi fl-ICT.

Naħseb kemm naħseb, ma jirnexxilix insib problemi serji fit-twettiq tal-proġett ta’ l-eTwinning. Skond l-esperjenza tiegħi nista’ nissuġġerixxi l-eTwinning lil dawk kollha li għadhom jibdew f’dan ix-xogħol kif ukoll lil dawk li diġa għandhom xi esperjenza tat-tagħlim bil-proġetti. Naħseb li l-aktar aspett importanti huwa l-kreattività. L-affarijiet l-oħrajn jistgħu jitwettqu faċilment u mingħajr diffikultajiet. B’hekk dan it-tip ta’ xogħol jieħdu gost bih mhux biss l-istudenti iżda l-għalliema wkoll.

77

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:77MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:77 6.6.2007 16:22:026.6.2007 16:22:02

Page 81: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Telling Lives

Skejjel: Kotimäen koulu (Finlandja) Charlottenlund ungdomsskole (Norveġja)Għalliema: Päivi Kuokkanen (Finlandja) Anita Normann (Norveġja)

Age of pupils: 13-16 Tul: Sentejn jew aktarTemi: Kross KurrikulariLingwa: IngliżGħodod: Kameras diġitali, editjar tal-vidjo, rekordjar ta’ l-awdjo, kitba

elettronika

DeskrizzjoniDan il-proġett huwa mistenni li jkun twil u jdum bejn sena skolastika jew tnejn u huwa msejjes fuq il-kunċett tar-rakkonti ta’ l-istejjer b’mod diġitali. L-istudenti jipproduċu l-istejjer diġitali huma stess, dawn ikunu magħmula minn ritratti tagħhom, tpinġijiet jew materjali oħrajn, ikun fihom ukoll rekording tal-vuċi tagħhom stess li tkun ibbażata fuq kitba li jkunu ħejjew. L-istejjer diġitali jitrattaw suġġetti maqbula bejn l-iskejjel imsieħba. L-istorja diġitali jew il-filmat imbagħad jittella’ fuq it-TwinSpace tal-proġett fil-websajt Ewropea ta’ l-eTwinning. L-istudenti kollha kienu mistiedna bħala membri tat-TwinSpace u kollha għandhom l-ismijiet u l-passwords personali. Inħeġġuhom jidħlu fit-TwinSpace, iniżżlu l-films ta’ sħabhom jarawhom u jikkummentaw dwarhom (bl-Ingliż) permezz tal-Forum jew tal-‘Bulletin Board’ li hemm fit-TwinSpace.

GħanijietL-għan ewlieni huwa li naraw lill-istudenti fuq “il-quċċata tal-piramida tat-tagħlim” jiġifieri f’sitwazzjoni fejn jippreżentaw it-tagħrif li jkollhom lil ħaddieħor permezz tal-produzzjoni ta’ stejjer digitali. Għan ieħor huwa li niżviluppaw il-ħiliet kommunikattivi bl-Ingiż u ta’ l-ICT.

Valur PedagoġikuDan il-proġett jippermetti lill-istudenti biex jużaw it-tieni lingwa tagħhom b’mod awtentiku. Il-fatt li qed jagħmlu dan kollu għal udjenza partikolari, xi ħadd li ser jara dak li ipproduċew, huwa xi ħaġa li tħeġġiġhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom. Li jtellgħu il-filmati tagħhom fuq pjattaforma komuni jbeżża’ lil xi studenti, imma s-sens ġenerali

78

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:78MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:78 6.6.2007 16:22:066.6.2007 16:22:06

Page 82: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

79

huwa wieħed ta’ kburija: “Xi ħaġa f’ħajti tista’ tkun ta’ interess għal ħaddieħor. Għandi stejjer minn ħajti x’naqsam ma’ ħaddieħor.” Dan huwa ta’ valur pedagoġiku u personali għall-istudenti kollha involuti. Li tagħmel l-istejjer diġitali tiegħek innifsek huwa wkoll mod ta’ kif issawwar kuxjenza tiegħek innifsek u għalhekk hija xi ħaġa ta’ valur għall-ħajja nfisha.

Użu pedgoġiku ta’ l-għodod ta’ l-ICT Dan il-proġett ta’ l-eTwinning fetaħ il-bieb għall-użu ta’ ħafna għodod ta’ l-ICT fi sfond pedagoġiku. Bil-ħolqien ta’ filmati żgħar dwarhom infushom, l-istudenti setgħu jitgħallmu u jipprattikaw l-użu pedagoġiku ta’ diversi għodod ta’ l-ICT. L-istudenti tal-lum twieldu fl-użu tal-medja. Xi wħud isejħulhom “Digitali min-natura”. Hawn għandhom l-opportunità li fl-iskola jużaw dik il-kompetenza diġitali li jġibu magħhom mid-dar. Jistgħu jużaw it-teknika u l-lingwa tal-medja tagħhom fi proġett ta’ l-iskola. Din hija xi ħaġa ta’ valur kbir għax permezz tagħha rajt titjib kbir fil-kreattività u fil-motivazzjoni ta’ l-istudenti. Kemm-il darba kellek titlob lill-istudenti biex imorru għall-brejk? Waqt li konna qed naħdmu fuq l-istejjer diġitali ġratli kemm-il darba! Ladarba jitgħallmu jużaw l-għodod u jibdew jaħdmu fuq il-produzzjonijiet tagħhom għandhom ħabta jinsew il-ħin u fejn qiegħdin. Tal-ġenn, għalkemm xi drabi ta’ għajja għall-għalliema!

ImpattDan il-mod ta’ tagħlim, bit-tgħaqqid tal-lingwa u tat-teknoloġiji ġodda jogħġob lill-istudenti. Xi wħud minnhom qaluli li bdew jaħdmu fuq stejjer diġitali oħra mid-dar. Aspett importanti ieħor huwa l-involviment tal-ġenituri. Dan kollu qajjem interess kbir fil-ġenituri għax ħoloq ‘diskussjoni’ dwar dak li qed jiġri l-iskola fid-dar. Meta l-istudenti jmorru d-dar u jitolbu l-għajnuna biex jiftakru xi ġrajjiet ta’ meta kienu żgħar, biex ifittxu ritratti ‘antiki’ fl-albums eċċ, jkunu qed joħolqu tip ta’ djalogu ġdid dwar dak li qed isir l-iskola. L-istudenti ntalbu biex jiktbu log wara li lestew l-ewwel produzzjoni, minn dawn il-logs stajt nara li bosta minnhom semmew il-fatt li dan it-tip ta’ xogħol jgħinek biex tuża tajjeb l-Ingliż. Fl-aħħarnett ikollok ukoll mod faċli ta’ kif tiżviluppa l-ħiliet orali ta’ l-Ingliż (il-pronunzja, t-tonalità, eċċ) u l-vantaġġ huwa li tista’ tipprova u tirrekordja u terġa tirrekordja sakemm tħossok sodisfatt.

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:79MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:79 6.6.2007 16:22:466.6.2007 16:22:46

Page 83: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Young People’s Search for Personal Identity

Rebbieħ tal-Premju eTwinning 2007

Skejjel: ITIS “A. Monaco” Cosenza, Italja I LO im T Kosciuszki w Mysłowicach, PolonjaGħalliema: Paola Lico (Italja) Ewa Groszek (Polonja)

Etajiet: 15-19Tul: Sena SkolastikaTemi: Kross kurrikulariLingwi: Ingliż, Taljan, Pollakk Għodod: Email, konferenzi bl-awdjo, forum, MP3, Powerpoint, vidjo, ritratti

u tpenġijiet, ambjent virtwali ta’ tagħlim, publikazzjonijiet fuq l-internet

Indirizz: www.highschoolmonaco.eu/etwinning

DeskrizzjoniL-idea tal-proġett tagħna hija li ngħinu lill-istudenti jfittxu l-identità tagħhom b’mod mill-aktar wiesa’: dik psikoloġika u storika u dik reġjonali u kulturali. Din it-tema hija waħda kruċjali għall-adoloxxenti fi żmien mimli sfidi, bħat-tkabbir ta’ l-UE, il-globalizzazzjoni u l-problemi ambjentali. Nixtiequ nagħtu lill-istudenti opportunità biex jiżviluppaw il-personalità tagħhom, jirriflettu fuq il-kisbiet ta’ ħajjiethom u jqisu l-valuri u l-għanijiet tagħhom. Irridu ukoll li l-istudenti jsibu posthom fid-dinja tat-teknoloġiji ġodda u li jużawhom b’mod kompetenti. Għal dan il-għan qed nużaw il-faċilitajiet ta’ l-ICT fl-aspetti kollha tal-proġett bl-għajnuna t’għalliema esperti f’dan il-qasam.

Valur pedagoġikuIl-motivazzjoni u li jieħdu pjaċir jaħdmu huwa importanti biex itejbu r-rati ta’ l-attendenza ta’ l-istudenti; jikkontribwixxu wkoll għall-attitudni ġenerali ta’ l-istudenti lejn it-tagħlim tal-lingwi u jagħtuhom iċ-ċans li huma stess isawwru t-tagħlim tagħhom. L-għalliema jingħataw l-opportunità biex jinvolvu rwieħhom fit-tmeixxija ta’ gruppi u jitrasformaw il-ħiliet tagħhom biex iżommu d-dixxiplina u l-immaniġjar tal-kunflitti billi jmexxu ‘l quddiem b’intelliġenza emottiva’. B’dan il-mod l-edukazzjoni affettiva hija edukazzjoni effettiva’. (Moskowitz, 1978)

80

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:80MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:80 6.6.2007 16:22:506.6.2007 16:22:50

Page 84: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Użu pedagoġiku ta’ l-għodod ta’ l-ICTL-aktar mod effettiv biex taħdem bl-ICT huwa li jkollok mira. Aħna inkludejna l-ICT fil-pjan tal-proġett tagħna imma qatt ma immaġinajna li l-istudenti tant kienu ser jidħlu fil-proġett li kienu ser ikomplu jaħdmu fuqu matul il-btajjel tas-sajf biex ħolqu vidjo u websajt mill-isbaħ. Eventwalment, l-użu ta’ l-ICT kien integrat tajjeb fil-proġett anki jekk ma kienx meqjus bħala l-aktar għan importanti imma kien mod importanti biex niksbu s-sens veru tal-proġett u biex nippromwovuha barra mill-iskola.

ImpattWara li saru konxji ta’ l-effetti pożittivi tal-proġett, l-ewwel fil-klassi imbagħad fuq il-pjattaforma tal-proġett u fuq l-MSN, l-istudenti kienu lesti li jagħmlu ħafna xogħol, tgħallmu jużaw il-FrontPage u d-Dreamweaver u xi wħud minnhom anke tgħallmu jużaw il-Flash biex jagħmlu l-animazzjonijiet fuq il-websajt. Fil-fatt waqt dan il-vjaġġ għat-tfittxija ta’ l-identità, ndunaw li kien meħtieġ li jiġbru l-materjal kollu li jkunu ħolqu b’mod li setgħu jitgawdew min nies oħrajn (fuq kollox minn sħabhom u l-għalliema tagħhom li jqattgħu daqstant ħin magħhom) minn madwar id-dinja.

Intervista:Intervista: Paola Lico u Ewa Groszek

Biex nintegra l-eTwinning fil-proċess tax-xogħol normali tiegħi, ħloqt folders apposta fl-ippjanar tiegħi u fihom poġġejt l-għanijiet u t-temi skond il-proġett:

Paola Lico

Meta involvew ruħhom fil-proġett, l-istudenti daħlu għal vjaġġ mhux faċli biex jersqu lejn il-maturità personali. Dan għamluh b’manjiera li togħġobhom – bl-użu ta’ teknoloġija avvanzata. Fl-istess ħin il-proġett wassal ukoll biex iwessgħu l-perspettivi kulturali tagħhom, għenhom jitgħallmu jikkoperaw ma’ nies minn sfondi differenti u għenhom ukoll biex jaħdmu bħala parti minn tim. Dan wassal għal żieda fil-motivazzjoni ta’ l-istudenti u wkoll għat-titjib tal-kompetenza lingwistika, tal-ħiliet tal-kompjuter u tal-ħiliet soċjali. Ewa Groszek

L-idea li twessa’ l-orizzonti kulturali tiegħek permezz ta’ skambju internazzjonali bl-ICT hija innovattiva fiha nfisha. Fil-każ tagħna hemm rieda qawwija biex jinħolqu riżorsi diġitali ta’ natura edukattiva u pedagoġika u li jkunu mqassma fuq l-internet. Paola Lico

Minn banda, l-użu ta’ firxa t’għodod ta’ l-ICT ippermetta li l-istudenti jibnu l-ħiliet meħtieġa, ippermetta wkoll lill-għalliema biex idaħħlu metodoloġiji ġodda fit-tagħlim bħal m’huma proġetti attivi u studji ta’ każi. B’mod ġenerali,

81

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:81MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:81 6.6.2007 16:23:336.6.2007 16:23:33

Page 85: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

x-xogħlijiet li ngħataw lill-istudenti kienu jinkludu l-użu tat-teknoloġija u allura integrajna metodi ġodda ta’ tagħlim mat-teknoloġija. Ħeġġejna lill-istudenti biex jitgħallmu mingħand xulxin u żidna l-awtonomija tagħhom. Minħabba dan, kien hemm żieda fil-kwalità tat-tagħlim. Ewa Groszek

Bla dubju! L-użu ta’ softwrer bħal m’hu d-Dreamweaver, il-Photoshop u l-Flash jgħin lill-istudenti jersqu lejn il-ħajja professjonali tagħhom. Benefiċċji oħra huma x-xogħol f’timijiet u l-koperazzjoni ma’ studenti bi sfondi kulturali differenti iżda li jħaddnu l-istess valuri. Paola Lico

Ix-xogħol fuq dan-il-proġett involva l-ipprattikar tal-lingwa għax l-attivitajiet saru kważi kollha bl-Ingliż (il-lingwi ta’ l-istudenti huma t-Taljan u l-Pollakk). Imbagħad permezz ta’ l-użu ta’ firxa t’għodod ta’ l-ICT, l-istduenti tejbu l-ħiliet tagħhom eż. Saru esperti fil-preżentazzjonijiet bil-PowerPoint, ħadmu bil-vidjo u bl-awdjo diġitali u bil-grafs ta’ l-Excel u bdew jużaw softwer ġdid bħall-Photoshop u d-Dreamweaver; finalment bnew ukoll xi websajts. Użaw l-għodod ta’ l-ICT għall-komunikazzjoni wkoll (l-email, iċ-chat u l-forum). Barra minn dan, il-kollaborazzjoni fuq il-proġett ippromwoviet il-valuri Ewropej tat-tolleranza u r-rispett lejn kulħadd. Ewa Groszek

Il-proġett jgħin fl-iżvilupp tal-kuxjenza ta’ l-identita’, permezz ta’ l-istudju ta’ l-interazzjoni ma’ membri tal-familja, ma’ sħabhom, mal-medja, ma’ l-għeruq kulturali, u mal-valuri. Jgħin liż-żgħażagħ japprezzaw u jgħarfu l-limiti b’mod aħjar, u b’mod speċjali, jgħarfu l-potenzjal u l-ħila ta’ l-interazzjoni ma’ ħaddieħor. Barra minn hekk il-proġett itejjeb ukoll il-motivazzjoni biex jitgħallmu lingwa oħra u biex niżviluppaw proċess għat-tagħlim li huwa ħafna aktar effettiv minn dak tradizzjonali. Paola Lico

L-isem stess tal-proġett jagħtik x’tifhem l-utilità tiegħu għall-iżvilupp taż-żgħażagħ. Fil-progress tagħhom lejn il-maturità, l-parteċipanti fil-proġett skoprew ħwejjeġ ġodda dwarhom infushom, tgħallmu kif jesprimu l-fehmiet tagħhom, iqisu l-kisbiet li jkunu għamlu, jqisu dak li jmorru tajjeb jew ħażin fih u jagħżlu miri għall-futur. Hekk kif il-koperazzjoni bejn l-iskejjel imxiet ‘il quddiem, iż-żgħażagħ kienu dejjem aktar lesti li jidħlu għal sfidi ġodda, tgħallmu jaħdmu tajjeb ħafna f’tim u kif jegħlbu d-diffikultajiet u jqassmu l-kisbiet. Minħabba li l-proġett involva l-koperazzjoni ta’ studenti minn pajjiżi differenti, ippromwova s-sens ta’ kif jintlaqgħu il-kulturi differenti, jifhmu l-istili differenti ta’ xogħol u ta’ ħajja, u li jirrispettaw lil kulħadd. Ewa Groszek

Jiena nilqa’ tajjeb l-għodod ‘ġodda’ li jagħtuni l-possibiltà li ntejjeb u niżviluppa l-ħiliet professjonali. L-ICT ta kontribut kbir lil dan l-iżvilupp. Dan il-proġett tefa’ dawl ġdid fuq dak li l-ICT jista’ jagħmel għall iżvilupp professjonali tiegħi.

Paola Lico

Propjament kont diġà konvinta dwar il-ħtieġa ta’ l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim minn

82

3

4

5

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:82MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:82 6.6.2007 16:23:376.6.2007 16:23:37

Page 86: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

qabel bdejt dan il-proġett għaldaqstant il-proġett ikkonferma l-fehmiet tiegħi aktar milli biddilhom. Min naħa l-oħra l-proġett għenni biex nuża firxa akbar t’għodod ta’ l-ICT fit-tagħlim u sibt modi ġodda ta’ kif nintegrahom fil-kurrikulu (eż. L-użu tal-potenzjal ta’ l-ICT fl-edukazzjoni). Ewa Groszek

L-ingredjenti prinċipali għal dan it-tip ta’ proġett huma dawn: il-motivazzjoni, d-dedikazzjoni lejn xogħlok u l-klassi tiegħek. F’dan il-kuntest, il-kwalità hija essenzjali. Imsieħeb fl-eTwinning jista’ jgħinek tiskopri dinja ġdida u dan ġara lili u lill-istudenti tiegħi. Paola Lico

Ikun kemm ikun ta’ sfida dan it-tip ta’ xogħol, bla dubju huwa esperjenza unika u sabiħa u ddaħħal dimensjoni ġdida fit-tagħlim. Ir-riżultati finali m’humiex ħlief ta’ vantaġġ għal dawk kollha involuti. Barra minn dan, li-tkun involut fi sħubija virtwali jagħtik ħafna sodisfazzjon personali. Ewa Groszek

83

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:83MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:83 6.6.2007 16:23:396.6.2007 16:23:39

Page 87: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

“Wir, die Jugendlichen von heute”Fit-Tieni Post tal-Premjijiet ta’ l-eTwinning 2007

Skejjel: Liceo Internazionale Linguistico (Italja) Puumalan yhteislukio (Finlandja)Għalliema: Loredana Vertuani (Italja) Kirsti Lähdesmäki ( Finlandja)

Etajiet: 14-19Tul: Sentejn jew aktarTemi: LingwiLingwa: ĠermaniżIndirizz: http://daf.eduprojects.net/deledda/

Deskrizzjoni Wara li jkunu introduċew lilhom infushom, l-istudenti jiltaqgħu online permezz ta’ djarju elettroniku (jien, l-iskola, l-belt tiegħi, il-kultura tiegħi). It-Temi għad-diskussjoni jitrattaw suġġetti bħal m’huma: ‘Jiena: il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħi’, ‘ Jiena u ħaddiehor’ u ‘Madwari’. L-Istudenti jħejju kitbiet relatati ma’ dawn it-tliet temi billi jqassmu x-xogħol f’timijiet u jqabblu ħajjiethom ma’ dawk ta’ sħabhom. Għamilna wkoll ‘Rokna Litterarja (Litera-Café) fejn l-istudenti jistgħu jippubblikaw il-kitbiet tagħhom.

Għanijiet Il-proġett għandu diversi għanijiet. L-ewwel għan huwa li jiżviluppa il-ħiliet organizzattivi u kollaborattivi. Nippruvaw niżviluppaw ukoll ir-rispett lejn fehmiet differenti u għarfien interpersonali aħjar. Dan għandu jiżviluppa t-toleranza u l-valuri tagħhom billi jwessa’ l-għarfien tagħhom ta’ kulturi u ċivilizzazzjonijiet differenti.

Valur Pedagoġiku L-istudenti jingħataw il-possibiltà li jiktbu dwar il-valuri tagħhom u dwar dak li jistennew mill-futur li mbagħad ikomplu jesploraw ma’ l-imsieħba tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu jiskopru x’jaħsbu u x’jixtiequ għall-futur żgħażagħ oħrajn – mhux biss permezz tal-fehmiet ta’ sħabhom ta’ l-iskola tagħhom iżda wkoll ta’ dawk li ġejjin minn sfond kulturali differenti.

Użu pedagoġiku ta’ l-għodod ta’ l-ICT L-istudenti jiktbu artikli u jużaw l-internet biex ifittxu t-tagħrif li jeħtiegu. Ladarba jkunu lestew u tellgħu l-artikli tagħhom, jevalwaw u jikkumentaw dwar ix-xogħol ta’ xulxin.

Impatt It-taħditiet fost l-istudenti dwar oqsma bħal m’huma l-Medja, Insiru Adulti, iż-Żgħażagħ u l-Mobajls, u l-Imħabba u l-Ħbiberija, kienu veru interessanti speċjalment fl-iżvilupp tagħhom għax ma kienx sempliċi skambju ta’ fehmiet , imma permezz tal-format tad-djarju elettroniku, kien mod dinamiku u innovattiv ta’ kif tesplora u titgħallem dwar diversi suġġetti.

84

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:84MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:84 6.6.2007 16:23:416.6.2007 16:23:41

Page 88: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:Intervista: Loredana Vertuani

Ngħallem il-Ġermaniż fil-Liċeo Lingwistiku Grazia Deledda f’Genoa u xogħli jogħġobni ħafna. Nemmen ħafna f’metodi ta’ tagħlim attiv li jgħini fl-inklużjoni tad-dimensjoni Ewropea u dik multi-kulturali. Jiena u l-għalliema msieħba mill-Finlandja ftiehmna li nwettqu proġett li jiffoka fuq l-istudent. Fil-fatt kienu l-istudenti li għażlu s-suġġetti li jitrattaw fix-xogħol ta’ l-eTwinning tagħhom. L-għodda ta’ l-ICT li għażilna kienet magazin elettroniku u kienet veru faċli li tużaha. Stajna nagħżlu l-artikli, l-istampi, t-tqassim tal-paġna, eċċ. L-aktar ħaġa importanti kienet li dan il-metodu innovattiv daħal tajjeb ħafna fil-kurrikulu.

Minħabba li proġetti bl-ICT, jħeġġu metodi ta’ tagħlim attivi u kollaborattivi, ridna nsibu u nużaw strateġiji innovattivi għat-tagħlim (xogħol f’timijiet u bi proġetti) u għodod ġodda għall-komunikazzjoni interpersonali (chat, email, messaġġjar, eċċ). Għaldaqstant l-istudenti saru l-protagonisti tal-proċess tat-tagħlim u l-għalliema kellhom ir-rwol li jgħinu, jikkordinaw, u josservaw ix-xogħol. Biex intlaħaq dan il-għan, kien meħtieġ li naddottaw strateġija tajba għat-tqassim ta’ l-ispazju u tal-ħin.

Dażgur! L-istudenti kisbu bosta hiliet, mhux biss tekniċi, iżda wkoll edukattivi. L-għan ta’ l-iżvilupp tagħhom infushom kien ukoll importanti, billi qabblu r-realtajiet tagħhom ma’ dawk ta’ l-imsieħba, l-istudenti setgħu jaċċettaw u japprezzaw id-differenzi u jifhmu ahjar x’inhi dimensjoni inter-kulturali. It-tagħlim kollabaratiiv jiżviluppa l-ħiliet soċjali u jgħin fl-iżvilupp tal-ħsieb kritiku (d-diskussjoni, l-iskambju t’ideat, eċċ) u sens ta’ responsabbiltà.

L-aktar riżultat importanti kien l-entużjażmu li kellhom l-istudenti li ħadu sehem f’dan il-proġett. Ma beżgħux u ma kellhomx stress meta evalwajnihom, il-proġett għenhom jiżviluppaw il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. Il-kelma miktuba saret għodda għall-komunikazzjoni permezz ta’ l-ICT. L-ideat u l-esperjenzi ġew imqabbla u dan irrifletta tajjeb fuq il-valuri soċjali tal-proġett. Din id-dimensjoni għenet biex tbiddel l-attitudni ta’ l-istudenti dwar il-kitba u l-livell ta’ motivazzjoni għola sew.

Għenni nifhem li l-użu tat-teknoloġiji ġodda b’mod attiv jgħinek tilħaq diversi għanijiet pedagoġiċi, anki dawk li m’humiex marbuta b’mod dirett ma’ l-ICT. Nahseb li l-għodod ta’ l-ICT joffru l-bażi fil-proċess għall-motivazzjoni ta’ l-istudenti u l-istudji tagħhom.

L-ewwelnett ngħid li l-impatt pożittiv fuq l-istudenti f’dik li hija motivazzjoni u l-entużjażmu huwa l-aktar riżultat importanti ta’ proġett bħal dan. Nagħti parir lill-għalliema l-oħra biex ma jċedux fil-bidu fejn huwa naturali li se jkollok xi diffikultajiet. L-ippjanar u l-motivazzjoni qawwija huma essenzjali fl-eTwinning. Dan huwa mod interessanti ta’ kif ‘tivjaġġa’ mingħajr ma tiċċaqlaq minn post għall-ieħor.

85

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:85MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:85 6.6.2007 16:23:436.6.2007 16:23:43

Page 89: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Youth Problems

School: Bundeshandlesakademie Linz, Awstrija OA a VOSE Tabor, Commercial High School, Repubblika ĊekaGħalliema: Michael Huber-Kirchberge (Awstrija) Alena Jandlová (Repubblika Ċeka)

Etajiet: 15-17Tul: 3 xhurTemi: Kross kurrikulari, Ambjent, Lingwi, Storja/TradizzjonijietLingwa: IngliżGħodod: Email, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: www.wtisk.cz/youth www.hak-linz.at/youth

DeskrizzjoniSkambju t’ideat u esperjenzi bejn studenti minn skola Ċeka u oħra Awstrijaka dwar il-problemi taż-żgħażagħ, bħall-alkoħol, id-drogi, t-tipjip u l-bullying fl-iskola. Bħala attività ewlenija, qed tiġi mħejjija laqgħa bejn l-istudenti li huma minn Tabor u minn Linz.

Intervista:Intervista: Michael Huber-Kirchberge

Billi jiena ngħallem l-istudji interkulturali f’kulleġġ kummerċjali, u l-lingwa li nużaw hija l-Ingliż, interessajt ruħi li npoġġi lill-istudenti tiegħi f’kuntatt ma’ studenti minn pajjiżi oħra. Il-klassi hija magħmula minn tmintax-il student li huma lkoll Awstrijaċi. Nemmen ħafna li l-kuntatt dirett huwa ferm aħjar milli tgħidilhom biex jaqraw il-kotba jew il-magazins. Barra minn hekk, jidraw jiktbu l-emails bl-Ingliż u jużawh fuq il-forum u ċ-chat ukoll. Il-proġett tagħna mar lil hinn mill-komunikazzjoni bl-internet. F’Ġunju ta’ l-2006, l-istudenti tiegħi għamlu żjara f’Tabor u f’Ottubru kellna ċ-Ċeki hawn f’Linz. Fil-perjodu ta’ bejn dawn iż-żewg żjajjar kellna chats fuq l-internet li komplew itejbu l-komunikazzjoni.

Naħseb li fuq kollox neħħa l-fruntieri inviżibbli ta’ bejn is-suġġetti. Għamilna l-proġett bħala parti mill-istudji interkulturali, imma trattajna wkoll l-oqsma tal-Ġografija, s-Saħħa u l-Istudji Soċjali. Involvejna wkoll għalliema ta’ suġġetti ohrajn; l-għalliem tar-Reliġjon anki mar Tabor magħhom. L-Istudenti tgħallmu dwar ċerti

86

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:86MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:86 6.6.2007 16:23:466.6.2007 16:23:46

Page 90: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

87

aspetti tas-soċjetà Ċeka u saru aktar konxji ta’ xi aspetti tas-soċjetà Awstrijaka wkoll. Kellna l-isfidi, ridt nara li jkollna l-kamra tal-kompjuters meta kellna nużaw iċ-chat. Ir-riżultati tal-proġett ġew preżentati f‘forma differenti milli kienu jkunu kieku wżajna metodi tradizzjonali għat-tagħlim. Ir-riżultati kienu mpoġġija wkoll fuq websajt li jfisser li kellna mod faċli biex neditjawhom.

Iż-żjara ġewwa Tabor fetħet għajnejn bosta minna. Indunaw kemm kienu kbar id-differenzi fil-pagi u fil-prezzijiet u li f’ħafna aspetti qegħdin f’qagħda aħjar hawn fl-Awstrija. L-effett li se jinħass l-aktar wisq probabbli jkun jekk xogħlhom jinvolvi xi kumpaniji mir-Repubblika Ċeka, li hija xi ħaġa probabbli fl-Awstrija. Din iż-żjara immotivathom biex jitgħallmu xi frażijiet bic-Ċek li għaddejtilhom jien (Studjajt iċ-Ċek għal tliet snin fl-Università ta’ Linz fid-disgħinijiet).

L-istudenti qed jaraw li l-problemi taż-Żgħażagħ huma simili ħafna f’Linz u f’Tabor. Jien żgur li tgħallimt ħafna dwar id-drawwiet u x-xejriet tal-mument ġewwa r-Repubblika Ċeka, kelli ntejjeb il-ħiliet ta’ l-ICT u ħassejt li kelli nipprattika ċ-Ċek ukoll. Tradizzjonalment, l-Awstrijaċi jħarsu lejn il-punent meta jkunu jridu jsiru jafu xi ħaġa dwar pajjiż barrani. B’dan il proġett tgħallmu jżommu f’moħħhom li hemm reġjun ġdid u f’dan l-aspett, il-proġett ta kontribut għal orjentazzjoni ġdida għall-iskola. Din is-sena kellna żjajjar minn delegazzjonijiet mhux biss minn Tabor, imma wkoll mis-Slovakkjà, l-Ungerija u r-Rumanija. Għandna wkoll żewġ korsijiet tal-Pollakk għall-istudenti fl-ewwel u t-tieni terms.

Bħala membru tal-ġenerazzjoni li ma kibritx mal-kompjuters kelli nieħu ftit żmien biex nidra nuża t-teknoloġija. Issa lest li nuża elementi tat-teknoloġija fit-tagħlim mingħajr problemi, riċentement użajna ċ-chat u l-forum biex nitrattaw il-migrazzjoni u b’hekk ksibna l-fehmiet ta’ studenti mill-Italja. Barra minn dan, mingħajr l-esperjenza li ksibt f’dan il-proġett, qatt ma kont ser ninvolvi ruħi fi proġett Comenius 1.

Tibżgħux tużaw kitbiet ta’ l-istudenti tagħkom biex tgħallem bihom. Tiċċensurax lill-istudenti, ħallihom ikunu indipendenti f’xogħlhom! Tibżax mix-xkiel tal-lingwa! Għaddi informazzjoni dwar il-proġetti li tkun qed tagħmel lill-kollegi ta’ l-iskola. Ħu sehem f’kompetizzjonijiet. Poġġi r-riżultati fuq il-websajt ta’ l-iskola. Agħmel wirja dwar ir-riżultati tal-proġetti. Probabbli se tinvolvi aktar xogħol imma ser ikollok studenti aktar motivati u l-isforzi tiegħek ikunu ippremjati.

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:87MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:87 6.6.2007 16:24:106.6.2007 16:24:10

Page 91: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Projet de Correspondance Scolaire

Skejjel: Sint-Janscollege, Belġju Escola Secundária Carlos Amarante (Portugall)Għalliema: Ria de Wilde (Belġju) Adelina Moura (Portugall)

Etajiet: 16-18Tul: Sentejn jew aktarTemi: Lingwi, Storja/Tradizzjonijiet, Lingwa and LitteraturaLingwa: FranċiżGħodod: Email, chat, forum, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, konferenzi

bil-vidjo, publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://www.sint-janscollege.be

DeskrizzjoniBdejna dan il-proġett ta’ korrispondenza bejn l-istudenti tagħna fl-2004-2005, u komplejnih fl-2005-2006 ma’ grupp ta’ studenti differenti. Fil-kors tal-Franċiż tagħna nużaw ħafna l-ICT għal tipi differenti ta’ komunikazzjoni. Fl-2004-2005 l-istudenti wżaw il-PowerPoint biex jippreżentaw l-ibliet tagħhom. Fil-Portugall ħloqna websajt fejn poġġejna l-kitbiet u r-ritratti kollha, kemm ta’ l-istudenti Belġjani kif ukoll ta’dawk Portugiżi. Użajna Blog ukoll fejn l-istudenti setgħu juru l-fehmiet tagħhom dwar diversi suġġetti eż. l-ikliet tal-ġurnata, fuq il-forum. Dawn l-għodod kollha ntużaw fl-2005-2006 u wżajna l-wiki wkoll li biha ħadna sehem fil-kompetizzjoni FIPF (Fédération Internationale des Professeurs de français). Ħloqna wkoll podcast li bih l-istudenti setgħu jippreżentaw lil xulxin bil-fomm.

88

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:88MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:88 6.6.2007 16:24:136.6.2007 16:24:13

Page 92: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

89

Intervista:Intervista: Ria de Wilde and Adelina Moura

Jiena għalliema tal-Franċiz bħala t-tieni lingwa fil-Flanders, il-Belġju. Xi snin ilu ridt li ninvolvi aktar lill-istudenti tal-Franċiz billi bdejt xi proġetti ta’ l-eTwinning. L-ewwel proġett tiegħi kien ma’ klassi fil-Portugall. Is-sena l-oħra involvejt tliet klassijiet u tliet skejjel imsieħba mill-Portugall, mill-Polonja u mill-Italja. Din is-sena għandi klassi waħda biss u qed naħdmu ma’ klassi Taljana. L-istudenti jieħdu pjaċir b’dan il-metodu ta’ tagħlim għax iqarribhom għal sitwazzjonijiet ta’ veru.

Ria de Wilde L-ICT huwa importanti ħafna fil-klassijiet tal-lingwi. Il-proġett tiegħi jagħti

kontribut għall-innovazzjoni fit-tagħlim għax bih stajt noħloq ambjent ta’ tagħlim li fih l-istudenti huma aktar motivati biex jaħdmu. L-istudenti tiegħi kellhom l-opportunità li jikkuntatjaw żgħażagħ oħrajn bħalhom minn pajjiżi oħra li tgħallmu dwar il-kultura u l-lingwa tagħhom. Il-proġett iżid l-istima ta’ l-istudenti fihom infushom u dan huwa rifless fir-riżultati tal-proġett. Adelina Moura

Iva, għax jgħinuhom itejbu l-ħiliet tal-komunikazzjoni u jitgħallmu jirrispettaw kulturi oħra. Adelina Moura

Kemm għalija u għall-klassi, il-benefiċċju ewlieni huwa l-gost li jagħtina dan it-

tip ta’ xogħol. Jiena nieħu pjaċir ngħallem dan il-mod u l-istudenti jieħdu pjaċir jitgħallmu l-Franċiz b’dan il-mod! Il-kuntatt m’għalliema u studenti oħra Ewropej ukoll huwa importanti. Ria de Wilde

Dejjem kont interessata nuża l-ICT fil-klassi, bl-eTwinning imxejt ħafna aktar!

Kuntenta ħafna li ltqajt ma’ Adelina Moura, l-ewwel sieħba ta’ l-eTwinning tiegħi mill-Portugall, permezz tal-portal ta’ l-eTwinning. Kienet hi li introduċietni għall-implimentazzjoni ta’ l-ICT fil-lezzjonijiet tiegħi u sibt ħafna dettalji fuq il-portal ta’ l-eTwinning ukoll. Illum il-ġurnata t-tagħlim bl-ICT huwa essenzjali u dan tista’ tiksbu bl-eTwinning. Ria de Wilde

Tajjeb li jkollok il-kuraġġ li twettaq proġett ta’ l-eTwinning mingħajr ma’ tibża’. Huwa avventura mill-aqwa u opportunità tad-deheb biex taghmel kuntatt mal-bqija ta’ l-Ewropa. Tista’ toħloq ambjenti ta’ tagħlim innovattivi ferm u l-istudenti jkollhom l-opportunita’ li jesperjenzaw opportunitajiet ġodda f’dik li hija l-komunikazzjoni interkulturali, u l-valur soċjali u pedagoġiku. Adelina Moura

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:89MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:89 6.6.2007 16:24:196.6.2007 16:24:19

Page 93: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Social Crash

Skejjel: Hans-Erlwein-Gymnasium, Ġermanja Istituto Statale Superiore Virgilio, ItaljaGħalliema: Klaus Thuß (Ġermanja) Bärbel Anders (Italja)

Etajiet: 14-15 Tul: Sena Skolastika Temi: Studji soċjali, Reliġjon u Etika, Filosofija Lingwi: Ġermaniż, Taljan Għodod: Vidjo diġitali, editjar tal-films, Skype, għodod għall-konferenzi bil-vidjoIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.cfm?cid=3505

DeskrizzjoniIl-Gymnasium Hans-Erlwein fi Dresden u l-iskola Superjuri Taljana Virgilio Empoli ħadmu fuq proġett permezz tal-film li bih trattaw il-problemi soċjali taż-żgħażagħ. L-istudenti jitrattaw il-problemi soċjali taż-żgħażagħ b’mod indipendenti u jiżviluppaw strateġiji għas-soluzzjonijiet. Barra minn dan, jitgħallmu dwar l-użu prattiku tal-lingwi barranin u t-teknika u jistgħu ukoll jiskopru d-differenzi u x-xebħ fid-‘Dar ta’ l-Ewropa’.

Intervista:Intervista: Klaus Thuß

Il-grupp ta’ studenti involuti kienu immotivati b’diversi metodi, per eżempju billi jitgħallmu t-Taljan bħala lingwa barranija f’kuntest awtentiku, permezz ta’ skambju dirett ma’ kelliema tal-lingwa. Biex isir dan, il-proġett kien jinkludi skambju bejn l-Italja u l-Ġermanja. Biex inkunu certi li naħdmu flimkien bl-aħjar mod possibbli, fittxejna għodod u medja oħra flimkien ma’ l-istudenti. L-istudenti aċċettaw l-isfida li jaħdmu bl-email, biċ-chat, bit-Twin Space, bil-vidjo diġitali u bil-konferenza bil-vidjo. Irnexxielna nintegraw il-proġett fil-lezzjonijiet għax is-suġġetti magħżula kienu relevanti għall-kurrikulu.

Kisba ċara ta’ dan il-proġett hi li t-tagħlim fuq bażi ta’ klassi sħiħa spiċċa. Ix-

xogħol f’timijiet, xogħol għal rashom u x-xogħol fuq proġetti kienu ippreferuti. L-istudenti għażlu huma stess ma’ min jaħdmu biex isolvu l-problemi, xi kultant ma’ studenti oħrajn u drabi oħra mal-ġenituri jew ma’ l-għalliema. L-istudenti trattaw

90

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:90MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:90 6.6.2007 16:24:226.6.2007 16:24:22

Page 94: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

91

il-proġetti tagħhom waqt il-ħin liberu wkoll billi kitbu xeni mill-iskript u prattikaw. Il-komunikazzjoni miktuba u/jew mitkellma kienet ħafna aktar effettiva fit-tagħlim tat-Taljan mil-lezzjonijiet konvenzjonali. Madankollu, dan it-tip ta’ tagħlim jitlob aktar ħin u riżorsi umani. Eżempju ta’ dan huwa li l-istudenti kienu qed jiltaqgħu l-iskola biex ikomplu jaħdmu fuq il-proġett anki waqt il-vakanzi għax inkella kienu ser idumu wiżq mingħajr ma jaħdmu fuq il-proġett.

L-istudenti spiss iltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet li fihom kellhom jikkomunikaw flimkien għal rashom. Għall-bidu kien ikun hemm l-għalliem tax-xjenza tal-kompjuter (li ma jafx bit-Taljan) meta konna nagħmlu konferenza bil-vidjo, imma kienu l-istudenti li komplew bit-taħdit ladarba kien stabbilit il-kuntatt. Wara xi provi u spjegazzjonijiet tekniċi, ma kellniex bżonn l-għajnuna ta’ l-għalliem ta’ tal-kompjuter li seta’ jagħmel xoghol ieħor. L-għajnuna li ingħatajna kienet importanti ħafna hawnhekk imma l-istudenti tgħallmu malajr ħafna u ser jieħdu magħhom dwn il-ħiliet ukoll.

Minħabba li l-proġett huwa kross-kurrikulari, stajna niddiskutu ħafna affarijiet fil-

kuntest propju tagħhom. Il-mistoqsija tas-soltu: ‘Dan għaliex se nużawh?’ kellha t-tweġiba tagħha l-ħin kollu. Fuq kollox l-ICT żied il-kunfidenza fl-użu ta’ l-għodod kif ukoll fl-għarfien ġenerali tagħhom, li f’każi oħra ma kienx ikun possibbli f’dan il-qasam (lingwistiku).

il-fehma ta’ l-għalliem tax-xjenza tal-kompjuters dwar l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim u

li dan jagħmel sens f’kull suġġett, kienet ikkonfermata. L-użu tal-medja ġodda m’għandux ikun ta’ problema għall-għalliema l-oħra; il-biżgħat ġew megħluba u l-għarfien tal-korrelazzjonijiet u tas-soluzzjonijiet għall-problemi żdied. Tgħallmu sewwa l-funzjonijiet bħall-użu ta’ Skype, trasferiment ta’ fajls u l-editjar tal-films.

Kull darba li xi parti mill-proġett tfalli, ħaġa li ġrat xi drabi, il-mexxej tal-proġett

għandu jkun lest li joħrog b’idea oħra biex il-proġett jibqa’ għaddej. Għandek tistenna li xi darba jkun hemm xi falliment! Jista’ jkun li wieħed għandu jqatta’ naqra aktar żmien fl-ippjanar imma dan ikollu r-riskju li ma tkunx tista’ tkun flessibli biżżejjed aktar tard. Tajjeb li f’kull każ ikun hemm timijiet t’għalliema li jkunu jistgħu jimmotivaw u jissapportjaw lil xulxin.

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:91MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:91 6.6.2007 16:24:366.6.2007 16:24:36

Page 95: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

E-Magazine:”eTwiNNews“ Riciotto Canudo & Maria Montessori

Skejjel: IIS R. Canudo, Italja Bischöfliche Maria-Montessori-Gesamtschule, ĠermanjaGħalliema: Michael Hamke (Ġermanja) Luisa Argenti (Italja)

Etajiet: 13-18Tul: Sena SkolastikaTemi: Kross kurrikulari, Lingwi, Storja/Tradizzjonijiet, Informatika/ICTLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, forum, MP3, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

ambjent virtwali ta’ tagħlim, Publikazzjonijiet fuq l-internet

Deskrizzjoni L-għan tal-proġett huwa li nippubblikaw magażin elettroniku multilingwali dwar it-tradizzjonijiet lokali u l-ħajja skolastika ta’ l-adoloxxenti. Il-benefiċċji huma li l-istudenti jitgħallmu jużaw il-lingwa miktuba f’kuntest interessanti. Barra minn hekk jibnu pont soċjo-kulturali ma’ pajjizi oħra Ewropej biex nifhmu u naċċettaw id-differenzi bejn il-ġnus.

92

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:92MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:92 6.6.2007 16:24:396.6.2007 16:24:39

Page 96: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

93

Intervista:Intervista: Michael Hamke

Il-kurrikulu ta’ dan il-kors jiffoka fuq il-ħajja ta’ l-istudent. Il-vantaġġ ta’ dan is-suġġett huwa li l-istudenti mill-ewwel ikunu jistgħu jieħdu sehem f’diskussjonijiet awtentiċi dwar aspetti li jinteressawhom u jidraw jitkellmu lingwa barranija, dan huwa importanti għall-klassijiet li jkunu qed javvanzaw fil-gradi tas-sekondarja. Meta konna qed infittxu mod ta’ kif niġbru u ngħaqqdu l-kitbiet ta’ l-istudenti, dan il-magazin ‘Etwinnews’ kien mod ideali ta’ kif nippubblikaw ir-riżultati. Dan kien suġġerit mill-imsieħba Taljani.

L-aktar differenza kbira bejn ix-xogħol li kont qed nagħmel jien u dak tal-kollegi tiegħi, kien l-użu regolari ta’ l-ICT kemm ġewwa u kif ukoll barra l-klassi. L-istudenti tgħallmu jużaw l-ICT (u l-kompjuters tagħhom fid-dar) bħala mezz ta’ komunikazzjoni. Anki issa wara li l-proġett intemm, barra milli naħdmu fil-klassi, għadna nikkomunikaw permezz tat-TwinSpace u billi niskambjaw messaġġi u dokumenti.

L-istudenti tgħallmu jsegwu n-netikett – kienu paċenzjużi meta l-komunikazzjoni dewmitna, ma qatgħux qalbhom imma staqsew għaliex ma kienx hemm risposti u pruvaw isolvu l-problemi flimkien. Allura kien hemm ħafna minn dawn il-ħiliet ġenerali involuti. Għad irridu naħdmu fuq il-futbol – suġġett li kien tqajjem bejn l-istudenti Taljani u Ġermaniżi matul it-Tazza tad-Dinja meta l-komunikazzjoni interkulturali kważi waqfet ħesrem. Kien hemm tilwima kbira meta wieħed mill-istudenti qal li l-Ġermaniżi kienu l-veri rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja.

Ara t-tweġiba tiegħi hawn fuq.

Anki qabel bdejt dan il-proġett, kont konvint sew li l-ICT jtejjeb il-motivazzjoni u jwessa’ l-orizzonti kulturali tagħna. Konvint ukoll li sa ftit snin oħra l-ICT jkun sar parti waħda max-xogħol tal-klassi f’ħafna skejjel. Mill-ewwel proġett tiegħi ħames snin ilu s’issa, stajt nara li l-ħiliet ta’ l-ICT ta’ l-istudenti dejjem tjiebu u l-użu ta’ l-ICT żdied. Kont nittama wkoll li nkun nista’ ngħallimhom kif jużaw il-ħin b’mod effiċjenti. Madankollu sibt li l-ICT ma jistax inaqqas l-ammont ta’ xogħol li trid tinvesti fi proġett tal-klassi.

Kwalinkwe persuna li taf tuża kompjuter b’mod bażiku ħafna, tista’ ssir eTwinner ta’ suċċess. Jekk għandek ftit paċenzja u ma tħossokx skomdu bil-fatt li l-istudenti jafu aktar minnek dwar l-ICT, proġett ta’ l-eTwinning jista’ jkun esperjenza mill-isbaħ għal kull min ikun involut.

1

2

3

45

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:93MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:93 6.6.2007 16:24:416.6.2007 16:24:41

Page 97: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

The Twinning Game

Skejjel: 1st Geniko Lykeio Vrilission, Greċja VI Liceum Ogólnokształcące, PolonjaGħalliema: Yannis Tsilafakis (Greċja) Leszek Jabłoński, ( Polonja)Etajiet: 16 - 19Lingwa: IngliżTul: Sena skolastikaTemi: Kross kurrikulariGħodod: Email, chat, forum, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: www.twinninggame.net

Deskrizzjoni L-istudenti Pollakki u Griegi jiskambjaw informazzjoni dwarhom infushom, dwar l-iskola, u dwar il-belt u l-pajjiż tagħhom. Kull tim nazzjonali joħloq logħba ta’ fuq il-mejda li tinkludi din l-informazzjoni u jiskambjaw il-logħob tagħhom. Finalment jaħdmu flimkien billi jgħaqqdu ż-żewġ logħbiet f’waħda elettronika.

Intervista:Intervista: Leszek Jabloński

Jiena għalliem tal-Fiżika u tax-Xjenza tal-Kompjuter. Fis-sena skolastika 2005/2006, mal-klassi li tispeċċjalizza fl-informatika, ibbażajt ix-xogħol fuq id-disinn u l-ipprogrammar ta’ logħob tal-kompjuter. L-istudenti kellhom ħafna ideat u fl-aħħar ħolqu ħafna logħob edukattiv. Skambjajna l-logħob ma l-imsieħba Griegi u fl-aħħar ħloqna logħba bejnietna - ‘Il-Miljunarju’ Wara li ntemm il-proġett tagħna, komplejt nuża l-element ta’ l-ipprogrammar tal-logħob fit-tagħlim tiegħi. Il-kollega tiegħi, Wanda Poplawska, l-għalliema ta’ l-Ingliż tagħna, introduċiet il-ħolqien tal-logħob tal-mejda fil-kurrikulu ta’ l-Ingliż tagħha. L-imsieħba Griegi tagħna kienu attivi ħafna fil-ħolqien ta’ films u ta’ preżentazzjonijiet tal-PowerPoint u l-għalliema Griegi ħejjew ħafna pjanijiet tal-lezzjonijiet għas-suġġett ta’ l-Ekonomija. Kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema fil-proġett “The eTwinning Game” tgħallmu ħafna minn xulxin.

L-innovazzjoni fit-tagħlim li daħħalna fl-iskejjel kienet riżultat tad-differenzi fil-kulturi (aktar sibna xebħ milli differenzi!). L-ewwelnett, tajna aktar importanza lit-tagħlim tat-tolleranza, il-libertà ta’ l-espressjoni u l-ftehim bejn il-ġnus,

94

1

2

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:94MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:94 6.6.2007 16:24:436.6.2007 16:24:43

Page 98: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

95

speċjalment għall-ġenerazzjoni taż-żgħazagħ. Li ġej huwa eżempju żgħir dwar kif ngħallem id-demokrazija wara li rajna ħafna preżentazzjonijiet mill-istudenti u milll-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni f’Ateni, iddefendejt lill-istudenti tagħna li ingħataw il-ħtija mid-direttur u uffiċċjali oħra għal strajk ta’ ġurnata kontra d-deċiżjonijiet tal-Ministru tagħna (li aktar tard kienu iddikjarati bħala mhux kostituzzjonali!).

Il-proġett għen lill-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet li jikkomunikaw b’lingwa barranija ma’ l-imsieħba Griegi tagħhom. Tgħallmu jaħdmu fi grupp, jippjanaw ix-xogħol li jkunu responsabbli għalih. Kisbu ħafna ħiliet ta’ l-ICT li ser ikunu utli fil-ħajja tagħhom. Matul il-laqgħa tagħhom ma’ sħabhom f’ l’Aquila, tgħallmu dwar l-istil ta’ ħajja Griega u dwar elementi tal-kultura bħaż-żfin u l-għanjiet u wkoll dwar l-ottimiżmu Grieg. L-istudenti għadhom jikkuntattjaw lil xulxin u qed jippjanaw li jerġgħu jiltaqgħu fil-futur.

Il-benefiċċji ewlenin kienu: l-invenzjoni ta’ metodolġija ġdida għat-tagħlim ta’

l-istudji tal-kompjuter permezz ta’ l-ipprogrammar tal-logħob, it-tagħlim t’għodod oħra ta’ l-ICT (rekordjar tal-vidjo, CMS) u kelli kuntatt aktar personali ma’ l-istudenti. Il-benefiċċji għall-istudenti kienu: t-titjib ta’ l-Ingliż, it-tagħlim dwar il-kultura Griega, ix-xogħol fi gruppi, it-tagħlim u l-prattika ta’ teknoloġija ġodda ta’ l-ICT (disinn ta’ paġni għall-internet, vidjo u grafika tal-kompjuter), u l-kisba ta’ esperjenza fl-ippjanar u d-disinn.

Iva, indunajt li l-ICT sar parti integrali tal-ħajja u ta’ l-edukazzjoni tagħna. Il-

komunikazzjoni globali bl-internet (barra mit-titjiriet irħas!) ippermettielna li nkabbru l-komunità ta’ l-iskola, bi studenti mill-belt imbiegħda ta’ Vrilissia. Teknoloġiji ġodda ta’ l-internet, eż. Sistemi ta’ Immaniġjar ta’ Kontenut, forums, chats, u Skype, tawna ċ-ċans li nagħmlu kuntatt dirett ma’ l-imsieħba tagħna, bħalma jiġri fil-ħajja veru.

L-ewwel, nixtieq li nagħti parir lill-kollegi tiegħi biex JIBDEW koperazzjoni bl-eTwinning! Żomm f’moħħok li mhux kollox dejjem jimxi ħarir. Imma anki jekk xi ħaga ma tmurx tajjeb ma’ l-imsieħba tiegħek, taqtax qalbek – erġa ibda. Għandna bżonn il-ħbieb mhux biss fil-kamra ta’ l-istaff fl-iskola tagħna imma wkoll ma’ oħrajn li jgħixu ‘l bogħod u li għandhom sfondi u kulturi differenti. Nistgħu nikkomunikaw magħhom b’mod faċli permezz ta’ l-internet allura żommu l-kuntatt il-ħin kollu. L-aħjar mod huwa li jkollok forum jew chat fuq l-internet. Ibda proġett li jkun interessanti u li l-istudenti se jieħdu pjaċir bih u agħtihom l-inizjattiva biex jintroduċu l-ideat brillanti tagħhom. Ipprova organizza laqgħa – huwa importanti, biex ma tkunux biss ħbieb ‘Virtwali’ iżda ħbieb ta’ veru. Tista’ tkun ċert li l-eTwinning ser jagħtik ħafna gost, tħssok tajjeb u jkun ta’ ġid.

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:95MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:95 6.6.2007 16:24:516.6.2007 16:24:51

Page 99: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Young astronomers II: The Space Conquest

Skejjel: Liceo Classico Ugo Foscolo, Italja 2nd Technical School of N. Smirni, GreċjaGħalliema: Antonio Cupellini (Italja) Vassiliki Niarrou (Greċja)

Etajiet: 15 sa 17Tul: Sena skolastikaTemi: Kross kurrikulari, Lingwi, Litteratura, Matematika u XjenzaLingwi: Grieg, Ingliż, TaljanGħodod: Email, chat, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet, konferenzi bil-vidjo

DeskrizzjoniLi tifhem kif inhi u kif kienet in-natura, huwa suġġett ewlieni ta’ riċerka ta’ ħafna xjentisti u wkoll tal-pubbliku ġenerali. Fil-fatt, għal ħafna żmien kellna l-għan li nifhmu u nirbħu l-ispazju. Tul is-sekli, ħafna skoperti u invenzjonijiet saru b’għan aħħari li kellu s-smewwiet bħala mira: l-istilel, ix-xemx, il-qamar u l-pjaneti. Qabel ma l-ewwel raġel rifes fuq il-qamar, ħafna xjentisti antiki, minn Platun għal Pitagora, Arkimede għal Plutark, Aristarkus ta’ Samos u Eratostene, sa Galileo u ħafna oħrajn, dawn kollha għenu biex iħejju t-triq biex il-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada jilħqu l-istilel! F’dan il-proġett, l-istudenti saru familjari mal-ħsieb ta’ missirijietna u tgħallmu dwar skoperti u invenzjonijet moderni fl-ispazju. Permezz ta’ dan bdew jifhmu l-għeruq komuni u l-futur komuni ta’ l-umanita’.

Intervista:Intervista: Antonio Cupellini

Ngħallem il-Grieg u l-Latin f’liċeo f’Ruma. Ilna għal dawn l-aħħar għaxar snin norganizzaw korsijiet tal-kompjuter għall-istudenti f’diversi livelli. L-iskola msieħba magħna hija skola teknika għax-xjenza tal-kpmpjuter u ta’ l-arti f’Ateni. Il-proġett tiegħi huwa integrat b’mod sħiħ fit-tagħlim. Naħdem f’tim t’għalliema. Il-kontribuzzjoni tiegħi hija li niġbor kwotazzjonijiet bil-Latin u bil-Grieg minn Aristotlu, Euklid, Arkimede, Plutark, Vitruvju, Koperniku, eċċ. flimkien ma l-istudenti tiegħi. L-għalliem il-ġdid tal-Matematika, gradwat fl-Astronomija, fittex għar-rabtiet ma’ dawn l-awturi u teoremi matematiċi u l-għalliem ta’ l-Ingliż ħa ħsieb l-iskambju ta’ l-email. L-għalliema ta’ l-Istorja u tat-Taljan ippreżentaw lil

96

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:96MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:96 6.6.2007 16:24:556.6.2007 16:24:55

Page 100: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

97

‘Leonardo da Vinci’ u għamlu riċerka dwar l-attentati tiegħi biex itir.

Kellna diversi riżultati konkreti. Stajna nsibu riżorsi biex noħolqu laboratorju ġdid tal-multimedja. Ħloqna sinerġiji ġodda fost is-suġġetti differenti: Filosofija, Litteratura, Storja, Matematika, eċċ. Fl-aħħarnett irnexxielna niżviluppaw il-kurżità u l-immaġinazzjoni kemm ta’ l-għalliema kif ukoll ta’ l-istudenti.

L-istudenti, li ħadmu fi gruppi żgħar apprezzaw il-ħtieġa li jfittxu għal informazzjoni fuq l-internet li mbagħad inkludew f’dokumenti b’lingwa barranija. Tejbu l-ħiliet ta’ l-ICT tagħhom permezz tal-ħolqien tal-vidjo, l-editjar ta’ l-istampi u l-preżentazzjoni. L-istudenti tiegħi kienu involuti f’attivitajiet li normalment ma jkunux inklużi fil-kurrikulu tal-liċeo klassiku. Saret ukoll żjara fil-Greċja biex niltaqgħu ma’ l-imsieħba ta’ l-eTwinning tagħna. Issa qed naħsbu biex inwaqqfu proġett tal-Comenius flimkien ma’ l-imsieħba ta’ l-eTwinning.

Ksibt l-esperjenza li nitratta s-suġġetti tradizzjonali ta’ l-iskola permezz ta’ metodu innovattiv u irrealizzajt li dan jgħin lill-istudenti jiksbu għarfien differenti dwar dak li suppost jitgħallmu. Kien ta’ sorpriża li studenti b’ħiliet ta’ komunikazzjoni limitati ingħataw il-kuraġġ biex jaħdmu aktar biex ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar.

Matul is-snin sirt dejjem aktar konvinta dwar ir-rwol kruċjali li l-ICT għandu fil-proċess tat-tagħlim. Meta taħdem flimkien ma’ skejjel oħra Ewropej ittejjeb il-kredibbiltà u l-effettività ta’ l-attivitajiet kurrikulari.

Nagħtihom parir li jmorru tajjeb ma’ l-iskejjel imsieħba u li jkunu ċerti li

għandhom l-istess interessi. Nissuġġerixxi li jaddottaw sistema innovattiva ma’ l-istudenti tagħhom u li jkunu paċenzjużi. Jien dejjem ninvolvi lill-istudenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u nappoġġja d-deċiżjonijiet tagħhom. Ninkoraġġihom li jagħmlu kummenti pożittivi dwar ix-xogħol ta’ l-imsieħba u li jżommu spirtu kompetittiv biex jinkisbu riżultati eċċellenti.

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:97MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:97 6.6.2007 16:24:586.6.2007 16:24:58

Page 101: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

The Teaching and Learning of Scientific Subjects in Our Schools

Skejjel: Sackville School, Renju Unit Liceo Scientifico Statale A. Einstein, Italja Albert Einstein Gymnasium, ĠermanjaGħalliema: Edoarda Paolini (Italja) Nicholas Falk (Renju Unit) Monica Koch (Ġermanja)

Etajiet: 15-18Tul: Sena SkolastikaLingwi: Ġermaniz, Ingliż, TaljanTemi: Kross kurrikulari, Ewropa, Lingwi, Informatika/ICT, Matematika u

XjenzaGħodod: Email, chat, forum, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://www.sackville.w-sussex.sch.uk/itvlog/

Deskrizzjoni Dan huwa proġett ta’ skambju ta’ informazzjoni li jitratta l-aktar is-suġġetti tax-xjenza mgħallma fl-iskejjel tagħna – ix-Xjenza, l-Matematika u l-Fiżika. L-istudenti jħejju kwestjonarji għall-imsieħba ta’ l-eTwinning tagħhom u jitolbuhom il-fehmiet dwar is-suġġetti differenti u l-mod ta’ kif inhuma preżentati fil-klassi u fil-laboratorju tagħhom u b’hekk iqabblu s-sillabi u x-xogħol tagħhom. L-għan huwa li ngħinu lill-istudenti jsiru konxji tal-metodi differenti li bihom jiġu mgħallma s-suġġetti tax-xjenza, għan ieħor huwa li nżidu l-kunfidenza tagħhom fihom infushom.

98

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:98MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:98 6.6.2007 16:25:016.6.2007 16:25:01

Page 102: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:Intervista: Edoarda Paolini

Hemm il-ħtieġa li l-istudenti tiegħi jesperimentaw u li jqabblu r-riżultati tagħhom ma’ studenti oħra minn kulturi differenti. L-użu ta’ l-ICT u ta’ l-Ingliż (jiena għalliema ta’ l-Ingliż) jagħti tifsira aktar wiesgħa lill-proġett u jidħol aħjar fil-viżjoni moderna tal-ħajja għax l-Ingliż huwa mezz ta’ komunikazzjoni xjentifika u l-ICT hija l-għodda biex nikkomunikaw b’mod globali.

It-tqabbil tal-metodi ta’ tagħlim użati fl-iskejjel u f’kulturi differenti huma l-aqwa

mod biex tikseb għarfien aħjar tas-suġġetti. Dan huwa veru wkoll għax-xjenza, u fil-fatt jaqbel ma’ l-ispirtu tar-riċerka li fiha nħarsu lejn fehmiet differenti u nevalwaw ir-risposti differenti. It-tagħlim ta’ l-Ingliż jista’ jkun imtejjeb permezz ta’ l-Iżvilupp ta’ xi karatteristiċi tat-tagħlim tas-suġġetti xjentifiċi bħall-esperimentazzjoni, l-loġika, l-eżattezza u l-moħħ miftuħ.

Dażgur li iva, speċjalment meta nqis il-ħiliet tal-komunikazzjoni u l-koperazzjoni li wrew l-istudenti waqt li konna qed nagħmlu l-esperimenti ma’ l-istudenti Ingliżi.

Il-benefiċċju ewlieni għall-istudenti kien iż-żieda fil-motivazzjoni biex jaħdmu

ma’ sħabhom fuq proġett komuni. Għalija innifsi, l-fatt li għadni nvoluta juri l-importanza tal-proġett f’dak li hu entużjażmu u dedikazzjoni.

Waħda mid-diffikultajiet tal-proġett kienet li nilqgħu l-isfida biex ngħallmu bl-ICT, fl-istess ħin kienet ta’ sodisfazzjon kbir ukoll. Issa nista’ ngħid li nuża l-ICT regolarment.

Minħabba li ser nirtira fi tmiem is-sena, digà bdejt inħeggeġ lill-kollegi oħra fl-

iskola tiegħi biex ikomplu dan il-proġett u l-proġett l-ieħor ta’ l-eTwinning u forsi anki jibdew oħrajn. M’għandhomx jaqtgħu qalbhom mid-diffikultajiet tal-bidu li jaffetwaw kemm lill-għalliema u kif ukoll lill-istudenti. Eventwalment ikollhom riżultat tajjeb għall-isforzi tagħhom.

99

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:99MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:99 6.6.2007 16:25:246.6.2007 16:25:24

Page 103: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Maths to Play

Skejjel: Liceo Classico “E. Duni”, Italja Lycée classique de Diekirch, LuxembourgGħalliema: Maria Teresa Asprella Libonati (Italja) Geneviève Harles (Luxembourg)

Tul: Sentejn jew aktarEtajiet: 15-18Temi: Matematika u XjenzaLingwa: IngliżGħodod: Email, chat, MP3, PowerPoint, vidjo, ritratti u tpenġijiet,

publikazzjonijiet fuq l-internetIndirizz: http://twinspace.etwinning.net/launcher.

cfm?lang=en&cid=7809

DeskrizzjoniDan il-proġett jipproponi metodoloġija mhux tradizzjonali għat-tagħlim tal-Matematika li biha l-istudenti jitgħallmu waqt li ‘jilagħbu’ iżda fl-istess ħin jaħsbu dwar it-tifsira aktar profonda tas-suġġett. Il-kuntatt bejn iż-żewġ skejjel beda bħala skambju ta’ logħbiet matematiċi: l-istudenti ikkompetew kontra xulxin billi offrew problemi u soluzzjonijiet interessanti u divertenti li ma jeħtiġux l-għarfien ta’ formulas jew teoremi kumplikati, iżda li jeħtieġu biss il-loġika, l-intwizzjoni, l-immaġinazzjoni u .....r-rieda għal-logħob!

Intervista:Intervista: Maria Teresa Asprella Libonati

Il-proġett jinvolvi żewġ liċei klassiċi, wieħed f’Matera (l-Italja) u ieħor f’Diekirch (Lussemburgu). L-idea tal-proġett ħarġet mill-ħtieġa kbira li kienet qed tinħass fl-iskola u fil-komunità biex iż-zgħażagħ ikunu motivati biex jitgħallmu l-Matematika. Għandna żewġ affarijiet x’nagħmlu: li ntejbu l-ħiliet ta’ l-istudenti biex jintegraw is-suġġett fil-ħajja ta’ kuljum u li nġiegħluhom iħossuhom involuti fil-proċess tat-tagħlim. Ħafna drabi l-istudenti jibżgħu mill-Matematika minħabba l-aspett tekniku tagħha u l-lingwa li ma taħfirx. ‘Maths to Play’ jipprova joħloq punt tat-tluq faċli minn fejn l-istudenti jkunu jistgħu jistudjaw il-Matematika b’mod komdu u fl-istess ħin jitgħallmu dwar l-aspetti interessanti storiċi u kreattivi ta’ dan il-qasam.

100

1

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:100MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:100 6.6.2007 16:25:276.6.2007 16:25:27

Page 104: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

101

L-użu ta’ l-ICT witta t-triq għall-kollaborazzjoni bejn iż-żewg skejjel. Il-metodu wżat jikkorrespondi direttament mal-ħtiġijiet ta’ l-istudenti u jħeġġiġhom biex jistaqsu mistoqsijiet lill-sħabhom u jagħtu tweġibiet ukoll. Jitgħallmu kif jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom. Ħolqu websajt fejn qed jippubblikaw l-interazzjoni ta’ bejniethom u fejn studenti u għalliema jikkollaboraw permezz ta’ l-email, chat u webcams. Riċentement, l-istudenti bdew jużaw il-forum biex jissuġġerixxu suġġetti li jistgħu jiddiskutu. Barra minn dan l-istudenti u l-għalliema qed jippjanaw ukoll li jużaw l-‘Illuminati’ pjattaforma għat-tagħlim elettroniku l-Liċeo Duni huwa abbonat fiha.

L-istudenti tejbu l-ħila li jsolvu l-problemi u issa huma aktar konxji tar-rwol li l-matematika għandha u li kellha matul l-istorja dinjija. L-istudenti fehmu li l-matematika twassal il-valuri universali ta’ l-umanità, tejbu wkoll il-ħiliet tagħhom fil-lingwa Ingliża, wessgħu il-vokabularju u ikkonsolidaw il-kapaċita’ tagħhom biex jifhmu l-kitbiet xjentifiċi.

Naħseb li żviluppaw erba’ oqsma: il-motivazzjoni (fil-bidu xi studenti kienu xettiċi dwar proġett ta’ l-eTwinning li jitratta l-matematika, wara li ħadmu fuqu, bidlu fehmtom, kellhom kurżità kbira u proponew l-ideat tagħhom), ħiliet matematiċi, u lingwistiċi, użu pożittiv ta’ l-ICT u skoprew il-kapacità li għandhom għat-tagħlim.

L-element ta’ l-użu ta’ l-ICT kien importanti ħafna għal dan il-proġett għax l-istudenti esperimentaw ħafna bid-dimensjoni viżiva tal-matematika u bl-użu tal-grafika biex isolvu problemi (eż. Is-simetrija).

L-innovazzjoni li hija parti mill-proċess pedagoġiku ta’ l-eTwinning tagħti l-opportunità lill-għalliema u lill-istudenti biex itejbu ll-esperjenzi tagħhom. L-eTwinning jipprovdi l-ispazju għall-ħolqien t’ambjent favorevoli għat-tagħlim u għall-konsolidazzjoni ta’ l-ispirtu li jagħmilna parti mill-Unjoni Ewropea.

2

3

4

6

5

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:101MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:101 6.6.2007 16:25:306.6.2007 16:25:30

Page 105: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Process of Management of European Companies

Skejjel: IES Gerardo Molina-Torre Pacheco, Spanja Policealna Szkoła Administracji Publicznej w Częstochowie, PolonjaGħalliema: Josefina Madrid Conesa (Spanja) Beata Nowicka ( Polonja)

Etajiet: 17-19Tul: Sentejn jew aktarTemi: Ewropa, KummerċLingwa: IngliżGħodod: PowerPoint, FlashIndirizz: http://www2.edu.fi/magazinefactory/magazines/

youngentrepreneurs/?str=40

DeskrizzjoniL-istudenti jistudjaw l-oqsma ta’ l-intraprenditorjat u jaqsmu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, r-riċerki tas-suq, il-pjani tal-marketing, ir-riżorsi umani, l-pjani għall-vijabbiltà u dokumenti relatati. Permezz tar-riċerka tagħhom jitgħallmu dwar it-tmexxija tal-kumpaniji f’żewġ pajjiżi Ewropej u fl-istess ħin jipprattikaw il-ħiliet tal-lingwi u l-vokabularju għall-kummerċ.

102

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:102MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:102 6.6.2007 16:25:506.6.2007 16:25:50

Page 106: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Intervista:Intervista: Josefina Madrid Conesa

L-ewwel raġuni kienet l-istudenti nfushom, minħabba li l-użu ta’ l-ICT huwa fundamentali għalihom. Fil-futur ser jaħdmu fl-amministrazzjoni u l-ICT ser tkun l-għodda li jużaw. Min naħa l-oħra ridt li l-istudenti jżommu l-ħiliet tagħhom fil-lingwi ħajjin, għax l-Ingliż mhuwiex imdaħħal fil-kurrikulu ta’ l-Amministrazzjoni u l-Finanzi.

L-ICT iżid l-interess u l-motivazzjoni taż-żgħażagħ. L-istudenti fittxew fuq l-Internet

u komplew iwessgħu il-firxa ta’ tagħrif li ngħataw fil-klassi. Imbagħad użaw is-softwer biex jipproduċu xogħlhom (PowerPoint, Word, Flash, eċċ). Dan kien mod ġdid biex jispiċċaw ix-xogħol tagħhom b’mod elettroniku u mhux b’mod tradizzjonali fuq il-karta.

L-istudenti kienu jafu li kellhom imsieħba Pollakki li riedu jaraw xogħlhom. Għalhekk kienu kurjużi biex jaraw jekk id-dinja tal-kummerċ fil-Polonja hix differenti minn dik fi Spanja. Dan kien mument importanti. Għal din ir-raġuni kellhom bżonn li jiżviluppaw il-ħiliet tal-komunikazzjoni.

Il-kunċetti ta’ dan il-proġett inkludew il-ħtiġijiet kurrikulari għall-‘Proyecto

Empresarial’ (Proġett tal-Kummerċ). Madankollu, l-proġett għen billi saħħaħ it-tagħlim f’dan il-qasam.

Iva għaliex dawn l-istudenti ser ikollhom il-ħtieġa li jużaw l-ICT kuljum fix-xogħol

tagħhom. Huwa neċessarju għalihom li jiksbu l-ħiliet li ‘l quddiem ser jiġu bżonn fil-kuntest tad-dinja tax-xogħol.

Kienet esperjenza tajba, l-aktar għax kien interessanti li tara kif l-istudenti malajr

żviluppaw il-ħiliet tagħhom u kif saru pjuttost indipendenti fi ħdan l-attività kollaborattiva.

103

1

2

3

4

5

6

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:103MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:103 6.6.2007 16:25:526.6.2007 16:25:52

Page 107: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Kapitlu 5KonklużjonijietAnne Gilleran

Jekk wasalt f’dan l-istadju tal-ktieb, tgħallimt ħafna dwar l-eTwinning. Ngħidu aħna, x’tista’ tagħmel fl-eTwinning? It-tweġiba hija kważi kollox! L-uniċi limiti huma l-kreattività u u l-entużjażmu tiegħek. F’Kapitlu 4 rajna ħafna eżempji ta’ x’inhu possibbli li jsir fi ħdan l-eTwinning. Rajna li huwa possibbli li tfal żgħar ħafna jikkomunikaw flimkien bl-uu ta’ l-aħħar teknoloġiji bħal m’huma l-podcasts u l-blogs, u li jaħdmu flimkien b’modi aktar tradizzjonali permezz ta’ l-email, tpinġijiet u rakkuntar ta’ stejjer. Rajna li huwa possibbli li żgħażagħ isiru esperti tal-films u dan dwar l-aspetti tekniċi tal-ġbid u tal-kitba ta’ l-iskripts u fl-istess ħin jitgħallmu jaħdmu fi gruppi, jippjanaw il-miri u jaħdmu fuq skeda ta’ ħin. Fil-qasam tax-xjenza, rajna kif l0istudenti jistgħu isiru riċerkaturi dwar it-tqassim tax-xita, il-firxa tal-flora u l-fawna u aspetti ekoloġiċi permezz ta’ interazzjoni ma’ sħabhom fl-iskola msieħba. Ejja nirriflettu dwar it-tmien kompetenzi ewlenin li ġew identifikati mill-qafas ta’ riferenza ta’ l-UE u rakkomandati bħala għanijiet tal-Programm ta’ Tagħlim Matul il-Ħajja:

1. Kommunikazzjoni bil-lingwa nattiva2. Kommunikazzjoni b’lingwi barranin3. Kompetenza matematika u kompetenzi bażiċi fix-xjenza u t-teknoloġija4. Kompetenza diġitali5. Titgħallem kif titgħallem6. Kompetenzi soċjali u ċiviċi7. Sens ta’ inizzjattiva u intraprenditorjat8. Kuxjenza u espressjoni kulturali4

Waqt li nkunu qed naqraw id-deskrizzjonijiet tal-proġetti u l-intervisti ma’ l-għalliema, ninnutaw li dawn it-tmien kompetenzi jintlaqtu sewwa, b’modi differenti, permezz tat-twettiq ta’proġett ta’ l-eTwinning.

Waħda mill-isfidi għall-għalliema li jkunu qed jaħsbu biex jidħlu għal poġett ta’ l-eTwinning hija biex jaraw kif se jintegraw il-proġett max-xogħol tagħhom fil-kurrikulu. F’Kapitli 2 u 3, rajna li huwa possibli li ddawwar kwalinkwe proġett f’eżerċizzju relevanti għall-kurrikulu. Jekk inkomplu nwessgħu d-diskussjoni, naraw li ħafna mill-għalliema t’esperjenza jgħidulna li dan huwa possibbli f’kull suġġett jekk tippjana tajjeb bil-quddiem, jgħidulna wkoll li ħafna drabi x-xogħol ta’ l-istudenti fi ħdan proġetti bħal dawn ma jkunx rikonoxxut fil-proċeduri ta’ l-assessjar nazzjonali. Jekk naqblu li t-tmien kompetenzi ewlenin iridu jkunu inidrizzati, irridu nsibu metodu biex nindirizzawhom, metodu li jagħti għarfien li x-xogħol mhux tradizzjonali jista’ jipprovdi esperjenza ta’ tagħlim tajba daqs u xi drabi anki aħjar mil-metodi tradizzjonali.

104

4 http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/

05/416&format=HTL&aged=1&language=EN&guiLanguage=en

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:104MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:104 6.6.2007 16:25:546.6.2007 16:25:54

Page 108: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Allura x’inhuma l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fi sħubja ta’ l-eTwinning għalik, għall-iskola u għall-istudenti tiegħek? Skond l-esperjenzi ta’ l-għalliema involuti, naraw li kważi dejjem ikun hemm żieda qawwija fil-motivazzjoni u li l-situdenti jieħdu pjaċir ħafna iktar meta jipparteċipaw f’dawn il-proġetti. Dan ifisser ukoll li l-għalliema nfushom ukoll jesperjenzaw żieda fis-sodisfazzjon u fil-motivazzjoni għax-xogħol tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan, ħafna drabi huwa poittiv ħafna u jinħass fl-iskola kollha. Il-fatt li ħafna skejjel jagħżlu li juru x-xogħol tagħhom fil-portals nazzjonali u Ewropej jagħtihom viżibilità u prominenza ma’ udjenza wiesgħa. Barra minn dan, l-għoti tal-Labels ta’ Kwalità, kemm dik nazzjonali kif ukoll dik Ewropea, tfisser li l-iskola, permezz tax-xogħol ta’ l-għalliema tagħha, tista’ tkun kbirija bil-kisbiet tagħha mal-ġenituri u mal-kommunità lokali.

Iżda l-effetti huwa ħafna aktar wiesgħa minn hekk. Għall-istudenti u l-għalliema, l-involviment fl-eTwinning, iwassal għat-twessiegħ ta’ l-orizzonti u għal imħuħ aktar miftuħa. Ħafna għalliema jgħidu li bdew il-proġetti ta’ leTwinning tagħhom b’modi sempliċi ħafna, permezz ta’ skambju ta’ emails, eċċ; imma issa mxew għall-blogs, editjar tal-vidjo, chatting u podcasting. Oħrajn isemmu l-ftuħ t’orizzonti ġodda għall-istudenti permezz tad-dinja Ewropea lill hinn mill-klassijiet tagħhom. Dan idaħħal id-dimensjoni Ewropea fil-klassi u f’dan is-sens, wieħed jista’ jgħid li l-eTwinning itenni l-idea ta’ xi tfisser li tkun Ewropew f’dinja dejjem aktar globalizzata.

L-eTwinning mhux biss jista’ jġib il-bidla fil-metodoloġija tat-tagħlim, iżda huwa wkoll strumentali għall-iżvilupp professjonali kemm fil-prattika propja tagħhom kif ukoll għall-opportunità li jkollhom biex jipparteċipaw f’firxa ta’ workshops għall-iżvilupp professjonali li jkunu organizzati fuq livelli nazzjonali u Ewropew.

Nittamaw li ħadtu gost taqraw dan il-ktieb u li ssibuħ ta’ użu. Nittamaw ukoll li permezz ta’ l-Azzjoni ta’ l-eTwinning inkunu nistgħu nikkontibwixxu fil-bini tal-futur ta’ l-edukazzjoni, tax-xogħol, u ta’ l-Ewropa. Il-Kummissarju Ewropew, Ján Figel’, meta tkellem fil-Konferenza ta’ l-eTwinning li saret fi Brussell fi Frar ta’ l-2007, qal, “it-tagħlim matul il-ħajja jfisser qligħ matul il-ħajja”. Ejja nħejju lill-istudenti tagħna u nagħtuhom il-mezzi biex jesploraw, jisfidaw u jieħdu kemm jistgħu minn kwalinkwe opportunità għat-tagħlim li jiltaqgħu magħha. Xewqat sbieħ għall-attivitajiet kollha futuri fl-eTwinning.

105

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:105MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:105 6.6.2007 16:25:586.6.2007 16:25:58

Page 109: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

L-AWSTRIJASokrates Nationalagentur Österreich(L-Aġenzija Nazzjonali Socrates Awstrijaka)Kuntatt: Ernst Gesslbauer, Sylvia Kreuzberger, Julia IppischWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.etwinning.at

IL-BELĠJU (KOMUNITÁ LI TITKELLEM BIL-FRANĊIŻ)Ministère de la Communauté française(Il-Ministeru tal-Komunità li titkellem bil-Franċiż)Kuntatt: Cécile Gouzee, Vinciane HalluentWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.enseignement.be/etwinning

IL-BELĠJU (KOMUNITÀ LI TITKELLEM BL-OLANDIŻ)Ministerie van de Vlaamse Gemeenschap, Departement Onderwijs(Il-Ministeru tal-Komunità Fjamminga, Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni)Kuntatt: Nina Mares, Sara GilissenWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.etwinning.be

IL-BULGARIJAЦентър за развитие на човешките ресурси(Ċentru għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani)Kuntatt: Radoslav Genov, Soyan Kulev, Nikolay [email protected] Nazzjonali ta’

l-eTwinning: http://etwinning.hrdc.bg

ĊIPRUΥπουργείο Παιδείας και Πολιτισµού(Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kultura)Kuntatt: Dr. Marios MiltiadouWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.moec.gov.cy

ID-DANIMARKAEMU - Danmarks undervisningsportal UNI•C, Danmarks IT-center for uddannelse og forskning (Ċentru Daniż ta’ IT għall-Edukazzjoni u r-Riċerka)Kuntatt: Claus Berg, Ebbe SchultzeWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://etwinning.emu.dk

106

Is-Servizz Ċentrali t’Appoġġ

Is-Servizz Ċentrali t’Apoġġ għall-eTwinning huwa mħaddem mill-European Schoolnet (EUN) www.eun.org għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea.

Dettalji ta’ Kuntatt

Uffiċċju CSS - European Schoolnet61 Rue de TrèvesB - 1040 BrussellTel. +32 2 790 75 75www.etwinning.net [email protected]

Editur tal-web:[email protected] Helpdesk Pedagoġiku:[email protected] Webmaster:[email protected]

Dettalji ta’ Kuntatt tas-Servizzi Nazzjonali t’Appoġġ

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:106MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:106 6.6.2007 16:26:006.6.2007 16:26:00

Page 110: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

L-ESTONJATiigrihüppe Sihtasutus(Fundazzjoni Tiger Leap)Kuntatt: Enel Mägi, Elo AllemannWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.tiigrihype.ee

IL-FINLANDJAOpetushallitus(Bord Nazzjonali ta’ l-Edukazzjoni)Kuntatt: Ella Kiesi, Satu Raitala, Mia SandvikWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.edu.fi/etwinning (Finlandiż)www.edu.fi/etwinning/svenska (Svediż)

FRANZACentre National de Documentation Pédagogique(Ċentru Nazzjonali għad-Dokumenazzjoni Pedagoġika)Kuntatt: Pierre Auboiron, Thierry Serva, Micheline MauriceWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.fr

IL-ĠERMANJASchulen ans Netz e.V.(Skejjel Online)Kuntatt: Maike Ziemer, Melanie Sender, Ellen Kammertoens, Sabine SchumacherWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.de

IL-GREĊJAΥπουργείο Παιδείας και Θρησκευµάτων (Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Affarijiet Reliġjużi)Kuntatt: Alex Peppes, Eleni Stergatou, Chrysa Kapralou, Nick Mavrantzas, Eleni Christopoulou, Aris Louvris, Georgia KatsifarakiWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.gr/

L-IRLANDALéargas, The Exchange BureauKuntatt: Lorraine McDyer, Kay O’ReganWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.ie

L-ISLANDAAlthjódaskrifstofa háskólastigsins(Uffiċċju għall-Edukazzjoni Internazzjonali)Kuntatt: Gudmundur Ingi MarkussonWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.ask.hi.is/page/etwinning

L-ITALJAINDIREKuntatt: [email protected] Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://etwinning.indire.it/

IL-LATVJAIzglītības un Zinātnes Ministrija (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza)Kuntatt: Karlis Malnieks

Email: [email protected]

IL-LITWANJAŠvietimo ir mokslo ministerija, Švietimo informacinių technologijų centras(Ċentru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza)Kuntatt: Violeta Ciuplyte, Aurelija MichailovaiteWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://etwinning.ipc.lt

IL-LUSSEMBURGUMinistère de l’Éducation Nationale et de la Formation Professionnelle (Ministeru għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali)Aġenzija Socrates - mySchool! Portal EdukattivKuntatt: Paul EvenWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.lu

MALTAMinisteru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Dipartiment tat-Teknoloġija fl-EdukazzjoniKuntatt: Emile VassalloWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.skola.gov.mt/etwinning

IN-NORVEĠJAUtdanningsdirektoratet (Direttorat għll-Edukazzjoni Primarja u Sekondarja)Kuntatt: Karianne Helland

107

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:107MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:107 6.6.2007 16:26:046.6.2007 16:26:04

Page 111: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Websajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://skolenettet.no/etwinning

L-OLANDAEuropees Platform (Pjattaforma Ewropea)Kuntatt: Marjolein MennesWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://web.kennisnet2.nl/thema/etwinning/

IL-POLONJAAġenzija Nazzjonali Socrates Kuntatt: Agnieszka WozniakWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.etwinning.pl

IL-PORTUGALLDirecção Geral de Inovação e Desenvolvimento Curricular - Ministério da Educação(Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Iżvilupp tal-Kurrikulu)Equipa de Missão Computadores, Redes e Internet na Escola (CRIE) (Taskforce għall-Kompjuters, Netwerks u l-Internet fl-Iskejjel)Kuntatt: Dr. João de Freitas, Rute Baptista, Francisca SoaresWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.crie.min-edu.pt/

IR-RENJU UNITBritish Council

Kuntatt: Susan Linklater, Matt CresswellWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.britishcouncil.org/etwinning

IR-REPUBBLIKA ĊEKACetrum pro studium vysokého školství – Národní agentura pro programy EU(Ċentru għall-Istudji Ogħla – Aġenzija Nazzjonali għall-Programmi ta’ l-UE)Kuntatt: Petr Chalus, Ivo SirWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.etwinning.cz

IS-SLOVAKKJAŽilinská univerzita(L-Università ta’ Zilina)Kuntatt: Lubica Sokolikova, Juraj Misovych, Gabriela Podolanova, Maria NogovaWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.etwinning.sk

IS-SLOVENJACenter RS za mobilnost in evropske programe izobraževanja in usposabljanja - CMEPIUSKuntatt: Robert MarinsekEmail: [email protected] Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://www.cmepius.si/DRUGO/eTwinning

SPANJACentro Nacional de Información y

Comunicación EducativaMinisterio de Educación y Ciencia(Ċentru Nazzjonali għall-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni Edukattiva)Kuntatt: Ángel Sánchez, Carlos CastroWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: http://etwinning.cnice.mec.es

SVEZJAMyndigheten för skolutvecling(Aġenzija Svediża għat-Titjib fl-Iskejjel)Kuntatt: Ann-Marie DegerströmWebsajt Nazzjonali ta’ l-eTwinning: www.skolutveckling.se/internationellt/etwinning/

L-UNGERIJASULINETKuntatt: Eva Pap, Virág Tóth, Péter Tóth, Gábor Huszák Email: [email protected]

108

MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:108MT_Learning_165*230_78%.indd Sec1:108 6.6.2007 16:26:066.6.2007 16:26:06

Page 112: It-Tagħlim bl-eTwinningec.europa.eu/dgs/education_culture/publ/pdf/e-twinning/broch_mt.pdf · Kapitlu 1 L-eTwinning għal min għadu jibda Anne Gilleran Jekk għadek ġdid għall-eTwinning

Leren met eTwinningHandboek voor leerkrachten

NL-Cover_6mm_K TISKU 30.5.2007 9:34 Stránka 1