jannar 2021 · 2020. 12. 30. · 2 signum fidei il-Ġimgħa, l-1 ta’ jannar l-imqaddsa verġni...

65
JANNAR 2021 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi FL-OKKAŻJONI TAL-150 ANNIVERSARJU MID-DIKJARAZZJONI TA’ SAN ĠUŻEPP BĦALA PATRUN TAL-KNISJA UNIVERSALI

Upload: others

Post on 28-Jan-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • JANNAR 2021

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

    FL-OKKAŻJONI TAL-150 ANNIVERSARJU

    MID-DIKJARAZZJONI TA’ SAN ĠUŻEPP

    BĦALA PATRUN TAL-KNISJA UNIVERSALI

  • SIGNUM FIDEI 1

    S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Il-Fundatur

    Silta mill-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku PATRIS CORDE:

    FL-OKKAŻJONI TAL-150 ANNIVERSARJU MID-DIKJARAZZJONI

    TA’ SAN ĠUŻEPP BĦALA PATRUN TAL-KNISJA UNIVERSALI “Wara Marija, Omm Alla, ebda Qaddis ma ħa daqshekk wisa’ mill-Maġisteru tal-Papiet daqs żewġha Ġużeppi. Il-Predeċessuri tiegħi niżlu fil-fond tal-messaġġ li nsibu fil-ftit tagħrif li għaddewlna l-Vanġeli biex juru iżjed ir-rwol ċentrali tiegħu fl-istorja tas-salvazzjoni: il-Beatu Piju IX iddikjarah “Patrun tal-Knisja Kattolika”, il-Venerabbli Piju XII ippreżentah bħala “Patrun tal-ħaddiema”, u San Ġwanni Pawlu II bħala “Ħarries tal-Feddej”. Il-poplu jsejjaħlu bħala “Patrun tal-mewt it-tajba” Dati importanti għax-xahar ta’ Jannar : 1 ta’ Jannar: L-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla u Jum il-Paċi 3 ta’ Jannar: L-Epifanija 10 ta’ Jannar: Il-Magħmudija tal-Mulej 18 ta’ Jannar: Tibda l-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes Insara 25 ta’ Jannar: Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl 26 ta’ Jannar: It-trasferiment tar-relikwi ta’ San Ġwann Battista De La Salle Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Jannar issa tinsab ukoll fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda ta’

    Fidi

    Fidi

    - JANNAR 2021 -

    EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH.

    San Ġwann Battista De La Salle

    http://signumfideimalta.wordpress.com/

  • 2 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Jannar L-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla

    Jum il-Paċi “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Numri 6: 22-27 Isejħu ismi fuq ulied Iżrael, u jiena nberikhom. 2. Salm 66 (67): 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla, u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija

    mimduda f’maxtura. IL-FESTA TAL-MATERNITÀ TA’ MARIJA VERĠNI Din il-festa kienet tinżamm f’bosta pajjiżi ferm qabel is-seklu għoxrin, iżda ma kellhiex ġurnata fissa u anqas kienet universali. L-ewwel ma dehret kienet fil-Portugal u fil-kolonji Portugiżi. Il-kleru tal-Portugal kiseb il-permess li jagħmel din it-tifkira fl-1751. Minn hawn ma damitx ma għaddiet għal pajjiżi oħra (Venezja, il-Polonja, eċċ ...). Il-Papa Piju XI, fl-enċiklika Lux Veritatis (25 ta’ Diċembru, 1931), ordna din il-festa mad-dinja kollha bħala tifkira tal-15-il ċentinarju tal-Konċilju ta’ Efesu. Dan il-Konċilju kien ikkundanna t-tagħlim ta’ Nestorju li Marija kienet omm Kristu bniedem biss, u mhux omm Kristu bniedem u Alla. Fl-enċiklika, il-Papa jsemmi l-ark trijonfali li l-Papa Sistu III (432-440) tella’ fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore u sebbaħ bid-dekorazzjonijiet tal-mużajk, ftit wara l-Konċilju. Dawn it-tifkiriet ġew imġeddin mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Piju XI.

    Riflessjoni: Minħabba l-fatt li l-Madonna hija Omm Alla, d-dinjità tagħha hija l-iktar waħda għolja wara dik ta’ Kristu, l-Iben t’Alla magħmul bniedem. Il-kobor tal-maternità divina huwa kważi bla qies u Marija hija l-unika waħda fost il-ħlejjaq kollha tas-sema u tal-art li jistħoqqilha dan il-ġieħ. Minħabba l-maternità divina tagħha Marija kien jixirqilha li tingħata l-privileġġi u l-grazzji straordinarji li bihom Alla minn rajħ għoġbu jagħniha. Għalhekk ngħidu li l-maternità divina hija r-raġuni fundamentali jew pedament mhux biss tad-dinjità tal-Madonna iżda wkoll ta’ dak il-ġid spiritwali kollu li Alla sawwab fuqha. Hekk tgħallimna l-Marjoloġija li l-Papa Piju XII ġabar fil-qosor meta qal: “Id-dinjità ta’ Omm Alla ġabet fuq Marija grazzji magħżula u privileġġi eċċezzjonali: il-ħarsien mid-dnub oriġinali u minn kull ħtija personali, is-sbuħija tal-virtujiet u tad-doni tal-Ispirtu s-Santu, is-sehem mill-qrib ħafna fil-misteri kollha tal-ħajja ta’ Kristu fit-tbatijiet tiegħu, f’mewtu u fil-qawmien tiegħu, fil-kontinwazzjoni tal-opra tiegħu fil-Knisja, u fis-setgħa tiegħu ta’ sultan fuq il-ħlejjaq kollha; dan kollu ġie mogħti lilha għaliex kienet Omm Alla u għaliex hekk kellha twettaq missjoni unika fil-fidwa tal-ġens uman.”

  • SIGNUM FIDEI 3

    Meta ngħidu li Marija hija Omm Alla, nkunu qed nitkellmu dwar il-misteru tal-Inkarnazzjoni fil-profondità kollha tiegħu. Sabiex l-Iben t’Alla jsir bniedem bħalna u jgħammar fostna cioè biex iseħħ il-fatt tal-inkarnazzjoni, kien meħtieġ li jkun hemm mara, li tlibbes bil-ħajja umana lill-Iben t’Alla u din tkun Omm Alla, kif inhi Marija. Il-Kardinal Newman jistqarr li “Il-Verġni Marija hija l-kustodju jew għassiesa tal-Inkarnazzjoni.” Il-Monsinjur Nikol Ġ. Cauchi Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 86, silta mit-3 punt The shepherds, says the Gospel of this day, made haste to go over to Bethlehem, where they found Mary and Joseph and the Infant lying in a manger. On seeing him, they recognized what had been told them and then went back, glorifying the Lord for all that they had seen and heard. Nothing draws souls to God more strongly than the poor and humble condition of those who wish to lead them to him. Why did the shepherds praise and bless God? Because they had seen a poor Infant lying in a manger and because on seeing him, they had recognized, thanks to an interior light with which God enlightened them, that this Infant was truly their Saviour and that it was to him they must have recourse to escape the misery of their sins. Be convinced that as long as you remain bound in your heart to poverty and to everything that can humble you, you will do good for souls.

    TALBA

    O Ġesù, Alla ta’ ħajti u ta’ qalbi, inti tixtieq ħafna li tgħammar fija,

    biex tgħinni ngħix fik ħajja kollha qdusija. Aħfirli talli jien ostakolajt li inti twettaq ix-xewqa tiegħek,

    bi dnubieti u l-infedeltajiet tiegħi. Għażiża omm Ġesù, jekk jogħġbok, aqlagħli mingħand ibnek il-grazzja

    li nwettaq il-pjanijiet tiegħu fija. San Ġwann Eudes

    (Dan il-Qaddis Franċiż, xerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata ta’ Marija.)

    Missierna ...

    Is-Sibt, it-2 ta’ Jannar San Bażilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu - isqof u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • 4 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. 1Ġwanni 2: 22-28 Intom jgħammar fikom dak li smajtu sa mill-

    bidu. 2. Salm 97 (98)J: 1,2,3ab,3ċd,4 L-art kollha rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Ġwanni 1: 19-28 Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax

    kien qabli.

    SAN BAŻILJU U SAN GIRGOR NAZJANZENU - isqfijiet u dutturi tal-Knisja

    San Bażilju l-Kbir (†370):

    Bażilju twieled f’Ċesarea tal-Kappadoċja (fl-Asja Minuri). Il-ġenituri tiegħu

    huma magħdudin b’qaddisin u nannuh kien miet martri.

    Bażilju ħa l-aħjar edukazzjoni f’Kostantinopli u f’Atene, fejn iltaqa’ u sar

    ħabib kbir ta’ San Girgor ta’ Nazjanzenu, li aktar tard bħalu sar isqof u duttur

    tal-Knisja. Huwa żar il-monasteri tal-Lvant Qarib u waqqaf l-ewwel

    monasteru fl-Asja Minuri fuq ix-xmara Iris, fil-Pontus.

    Fit-370 Bażilju kien ikkonsagrat isqof ta’ Ċesarea, u magħdud bħala wieħed mill-aqwa isqfijiet li kellha l-Knisja. Ħares id-djoċesi kbira tiegħu kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani li kienu jiċħdu d-divintà ta’ Kristu, u anki ddefenda l-fidi kattolika quddiem l-Imperatur Kostanzju. Bażilju baqa’ magħruf speċjalment għall-kliem li ngħidu għal Kristu “natura waħda mal-Missier” li ġew imdaħħlin fil-Kredu ta’ Niċea (li jingħad fil-quddiesa).

    San Bażilju ħalla ħafna kitbiet importanti, fosthom omeliji, kitbiet dottrinali u għadd kbir ta’ ittri. Kellu mħabba kbira lejn il-fqar li għalihom waqqaf ukoll sptar. Kien jgħaddi ħajja ta’ raħeb u kiteb regola għal dawk li ngħaqdu miegħu.

    Dak li hu San Benedittu Abbati għall-Punent, San Bażilju hu għal-Lvant u hu meqjus bħala l-missier tal-monakiżmu tal-Lvant. Fil-Knisja tal-Punent hu wieħed mill-erba’ dutturi ewlenin Griegi.

    San Girgor ta’ Nazjanze (†389): San Girgor twieled f’Arianzus tal-Kappadoċja. Anki l-ġenituri tiegħu (Girgor

    l-Anzjan u Nonna) huma magħduda b’qaddisin. Bħal ħabibu San Bażilju, Girgor tgħallem fl-aħjar skejjel ta’ żmienu, inkluża

    dik ta’ Lixandra. Tħarreġ għal għaxar snin fil-liġi. Għamel żmien jgħix ħajja monastika f’naħa mwarrba fuq il-Baħar l-Iswed ma’ Bażilju, sakemm missieru, li kien isqof ta’ Nazjanze, sejjaħlu minn hemm u kkonsagrah qassis.

    Ħdax-il sena wara Bażilju ħatar lil Girgor bħala isqof ta’ raħal żgħir, l-aktar biex ikun jista’ jgħin lil missieru fid-djoċesi ta’ Nazjanze. Imma Girgor qatt ma ried jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ dik il-belt.

    Bażilju kien mejjet meta Girgor ġie msejjaħ Kostantinopli għall-ħabta tas-sena 379 biex bil-predikazzjoni tiegħu jgħin iġib lura t-twemmin veru li kien mhedded mill-ereżija tal-Arjani. Fit-38l Girgor ġie magħżul isqof ta’ Kostantinopli, iżda qabel it-tmiem tas-sena huwa rtira u mill-ġdid mar jgħix ħajja monastika fejn miet tmien snin wara.

  • SIGNUM FIDEI 5

    San Girgor ta’ Nazjanze kien bniedem ġentili, umli, iħobb il-paċi u effettiv ħafna fil-kitba tiegħu indirizzata l-aktar kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani. Ħalla ħafna kitbiet, fosthom omeliji, poeżiji u ħafna korrispondenza. Hu wieħed mill-erba’ dutturi ewlenin Griegi fil-Knisja tal-Punent u hu miżmum bħala wieħed mill-akbar teoloġi, tant li hu msejjaħ “id-Divin” (Theologos).

    Nhar is-27 ta’ Novembru 2004, il-Papa Ġwanni Pawlu II, bħala ġest favur l-ekumeniżmu, ta lill-patrijarka ta’ Kostantinopoli r-relikwji ta’ dan il-qaddis (flimkien ma’ dawk ta’ San Ġwann Kriżostmu) li kienu nġiebu Ruma minn grupp ta’ sorijiet (‘monache’) Biżantini li kienu qed jaħarbu mill-persekuzzjoni tal-Ikonoklasti.

    Riflessjoni: “Fil-bidu ta’ sena ġdida lkoll għandna nissaħħu fl-ispirtu ta’ fidi, biex ma nħallux lil Ġesù jgħidilna bħalma qal lil Pietru: ‘bniedem ta’ fidi żgħira’.

    o Qari u meditazzjoni ta’ kuljum: l-ebda ruħ ma tista’ tiltaqa’ ma’ Ġesù jekk ma jkollhiex appuntament miegħu ta’ kuljum; biex tisimgħu, biex tifhmu, biex tagħarfu u tiftaħlu l-bieb ħalli, ‘Hu jidħol għandu u jiekol miegħu’. (Apok. 3:20)

    o Qari u studju tal-Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle, Missierna. Inkunu xhieda ta’ dak li jgħallimna Ġesù – l-aktar f’dawn iż-żminijiet, meta x-xandir qed ixerred tagħlim qarrieqi.

    o Devozzjoni lejn il-Madonna ta’ kuljum. o Fuq kollox u qabel kollox niffrekwentaw is-sagramenti tar-rikonċiljazzjoni u

    tal-Ewkaristija.” Bro. Louis Camilleri

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 126, it-2 parti St. Gregory, having been chosen to govern the Church of Constantinople, suffered a great deal from the opposition of the Arians, who persecuted him viciously in various ways. They accused him of being an idolater who wanted to introduce several gods. At this the people wished to stone him, and he was brought before judges who had been stirred up against him to have him condemned. Yet he always remained a firm and indomitable defender of the true faith. He preached with so much zeal and so effectively that during the three years he lived in that city, he converted a large number of heretics. By the time he left the city, it was purged not only of Arianism and all the other errors with which it had been infested on his arrival but also of many vices that had reigned there previously, as this saint testifies. Such are the usual consequences of persecutions suffered by those who labor for the salvation of souls. The more they are burdened by difficulties in their apostolic labors, the more conversions God brings about through their ministry and the more effectively they procure the salvation of souls. Do not be surprised, therefore, if in doing your work, you meet with difficulties and contradictions. The more you suffer, the more you ought to be encouraged to

  • 6 SIGNUM FIDEI

    fulfill your duties well, because then you can be sure that God will pour out abundant blessings on the work you are doing.

    TALBA

    Mulej Ġesù, għarraftna dak li hu tajjeb

    u titlobna li nippritkaw il-ġustizzja, il-ħniena u l-mogħdrija u bl-umiltà kollha nimxu miegħek.

    Inti ma ġejtx, la biex tiġġudika u lanqas biex tikkundanna,

    imma biex taħt il-gwida tiegħek tgħinna nerġgħu nġeddu

    rabta miegħek għal dejjem. Iva Mulej! Alla tiegħi,

    jiena nemmen fik. Mulej tiegħi u Alla tiegħi,

    jiena nittama kollox mingħandek. Mulej u Alla tiegħi,

    jiena nħobbok. Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

    Il-Ħadd, it-3 ta’ Jannar L-Epifanija tal-Mulej

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 60: 1-6 Is-sebħ tal-Mulej jiddi fuqek. 2. Salm 71: 1-2.7-8.10-13 Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej. 3. Efesin 3: 2-3a.5-6 Issa ġie rrivelat li l-pagani huma msejħa biex

    ikollhom sehem mill-istess wegħda. 4. Mattew 2: 1-12 Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. L-EPIFANIJA Fis-sens religjuż tagħha, din il-kelma Griega, tfisser l-azzjoni li biha d-

    divinità, li hi moħbija għall-għajnejn, turi l-preżenza tagħha b’xi sinjal (viżjoni, ħolma, miraklu, eċċ ...)

    Hi tifkira tad-dehriet ewlenin li Ġesù għamel tad-divinità tiegħu. Dawn id-dehriet fil-liturġija attwali huma tlieta:

    o l-adorazzjoni tal-Maġi (Mattew 2: 1-11), o il-magħmudija ta’ Ġesù fix-xmara Ġordan, bil-leħen mis-sema li

    nstema’ fuq Ġesù (Mat. 3: 17; Mark 1: 11; Luqa 3:22), u

  • SIGNUM FIDEI 7

    o l-ewwel miraklu ta’ Ġesù fit-tieġ ta’ Kana (Ġwanni 2: 1-11). Dawn it-tliet dehriet tad-Divinità ta’ Ġesù huma miġburin flimkien fl-antifona

    tal-Benedictus tal-uffizzju tal-lum. Iżda għall-poplu tal-Punent din il-festa mhix ħlief it-tifkira tal-miġja u tal-

    adorazzjoni tal-Maġi. Dan it-tifsir popolari tal-kelma għandu s-sies tiegħu, barra milli fil-liturġija

    tal-Knisja Latina, fl-istorja wkoll. Infatti bosta prietki tas-Santi Padri Latini għall-festa tal-lum ma jitkellmux ħlief fuq il-Miġja tal-Maġi: hekk pereżempju Santu Wistin u San Fulġenzju.

    L-Epistola, waħda mill-isbaħ, hi meħuda mill-Profeta Isaija (Kap. 60: v. 1-6): “Qum u ilqa’ d-dawl, O Ġerusalemm, għax id-dawl tiegħek wasal, u l-ġieħ tal-Mulej feġġ fuqek. Għaliex ara li d-dlamijiet jgħattu kollha kemm hi l-art, u l-ġnus jinsabu mgeżwrin fiċ-ċpar. Iżda fuqek jitla’ l-Mulej, u l-ġieħ tiegħu jidher fik. U fid-dawl tiegħek jimxu l-ġnus, u s-Slaten fid-dija tat-twelid tiegħek.”

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Id-dwejjaq daż-żmien huma moda, narawhom fuq wiċċ iż-żgħażagħ li jħossu li l-ambjent ta’ madwarhom iġibilhom biss xkiel, fuq wiċċ ta’ ħafna adulti li jħossuhom dejjem jonqoshom xi ħaġa, u f’wiċċ ħafna anzjani li jippruvaw jaħarbu mir-realtà ta’ ħajjithom.

    L-esperti jgħidu li kollu tort tal-ġid li ngħixu fih illum. Jista’ jkun imma kieku missirijietna kienu jafu kif se nkun ngħixu llum ma kinux jaħdmu bla heda biex joħorġu lilhom infushom lil uliedhom u l-ulied uliedhom minn dak il-faqar endemiku li għexu fih huma. F’dawn is-snin ta’ ġid mhux ħloqna ħafna bżonnijiet li mhumiex neċċessarji imma ħsibna li iżjed ma nissodisfaw bżonnijiet iżjed inkunu kuntenti b’riżultati simili bħall-ikliet ta’ dawn il-jiem; nitħawdu x’inhi l-morali u l-ispiritwalità, ħafna dwejjaq u sensazzjoni ġewwinija ta’ dardir.

    Fil-fatt qegħdin nindunaw li x-xabgħa ma teqridx il-ġuħ l-aktar qawwi dak tal-infinità, ta’ Alla li għalih ġejna maħluqin. Ħsibna li jekk ikollna dak kollu li neħtieġu ma jkollna bżonn ta’ ħadd iżjed; minflok sibna ruħna waħedna u mdejqin. Hawnhekk dak li għandna bżonn hi stilla bħal dik tal-Maġi tal-Vanġelu tal-lum għax ma nistgħux ngħixu mingħajr stilla. L-istilla tal-Epifanija hi s-simbolu ta’ dak il-bżonn qawwi ta’ dawk l-affarijiet sbieħ u kbar li jagħmlu l-ħajja denja li ngħixuha, hi s-simbolu ta’ tfittxija li mingħajrha l-eżistenza titlef il-valur tagħha u ssir bla sens; hija s-simbolu tas-sejħa li Alla jixgħel f’kull bniedem u jressqu lejn destinazzjonijiet għolja u sinifikattivi.

    Il-ħajja mimlija impenji u ‘stress’, fil-bniedem għandhom l-istess effett li t-tniġġiż tal-arja għandu fuq l-ambjent. Ma nistgħux naraw is-sema. Għalhekk ħafna minna, peress li ma jistgħux jaraw aktar l-istilel hemm fuq qegħdin ifittxuhom hawn isfel u bdew isejħu “stilla” lin-nisa sbieħ, lill-isportivi, lill-kantanti, eċċ... B’xorti tajba għadhom iħarsu lejn l-istilel fis-sema u jkellmuhom, it-tfal, u l-poeti, u dawk li jorqdu barra.

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Biex nagħmlu bħalhom jeħtieġ niċċaqalqu u dan ifisser li nħallu warajna affarijiet li jżommuna komdi, nirriskjaw, naċċettaw li nimxu f’toroq ibsin u nħallu warjana tant affarijiet li jtaqqluna mat-triq, bħalhom jeħtieġ nagħżlu dak li; bħad-deheb, l-inċens u l-mirra tat-tliet Rejiet; hu tassew prezzjuż u għandna nipproteġuh.

    Jekk nagħmlu dan mhux biss il-ħajja ssir sabiħa u timtela entużjażmu imma t-tfittxija tagħti l-frott; il-laqgħa ma’ dak li l-bnedmin tad-dinja kollha ilhom ifittxu sa minn dak il-lejl – it-Tarbija ta’ Betlem li hu l-istilla vera tal-eżistenza tagħna l-unika waħda li tibqa’ wieqfa fejn hi fis-sema ta’ ħajjitna.

    Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 96, it-3 parti The Magi left the city of Jerusalem and proceeded to the poor village of Bethlehem to find there the King whom they were seeking. They were led there by the star, which moved ahead of them until it reached the place where the Child was and stopped there. Then the Magi entered the stable and found a little Child wrapped in poor swaddling clothes in the company of his mother, Mary. At this sight, how could the Magi not fear to have been deceived? Are these the marks of a king? asks Saint Bernard. Where is his palace, his throne, his court? The stable, the saint says, is his palace; the crib serves as his throne, and his court is the company of the Most Blessed Virgin and Saint Joseph. This stable does not appear to the Magi as deserving of disdain. These poor swaddling clothes are not shocking in their eyes. They feel no disappointment at seeing a poor child being nursed by his mother. They prostrate themselves before him, says the Gospel. They honor him as their King and adore him as their God. Behold the faith that profoundly filled their spirit and caused them to respond in this way. Recognize Jesus beneath the poor rags of the children whom you have to instruct; adore him in them. Love poverty, and honor the poor, following the example of the Magi, for poverty ought to be dear to you, responsible as you are for the instruction of the poor. May faith lead you to do this with affection and zeal because these children are members of Jesus Christ. In this way this divine Savior will be pleased with you, and you will find him because he always loved the poor and poverty.

    TALBA O Mulej, Alla tagħna,

    kienet il-kewba li waslet lill-Maġi ħdejn ibnek. Agħmel li l-kelma tiegħek u d-dawl tal-ispirtu tiegħek

    imexxuna llum fl-ispirtu u l-verità, biex naduraw lill-ibnek,

    u nressqu quddiemu d-don ta’ ħajjitna, hu li jgħix u jsaltan

    għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Magnificat Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 9

    It-Tnejn, l-4 ta’ Jannar Santa Zdislava ta’ Lemberk - omm

    Il-Beata Anġela minn Foligno - reliġjuża

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 3: 22 – 4, 6 L-Ispirti stħarrġuhom, biex taraw ikunux ġejjin minn Alla. 2. Salm 2: 7-8.10-11 Il-ġnus nagħtik b’wirtek. 3. Mattew 4: 12-17.23-25 Is-Saltna tas-Smewwiet waslet. SANTA ZDISLAVA TA’ LEMBERK (1220-1252) - omm Twieldet f’Leitmeritz (Czechoslovakia) fil-bidu tas-seklu 13. Ta’ 7 snin telqet

    mid-dar biex tmur tgħix fis-solitudni, ġo foresta. Però ma tantx damet, għax sabu fejn kienet u kellha tmur lura d-dar.

    Tal-familja ġegħluha tiżżewweġ lil wieħed sinjur, li minnu welldet erbat itfal. Ħajjitha għaddietha f’moħqrija min-naħa ta’ żewġha. Bil-paċenzja u l- ġentilezza tagħha, żewġha ħalliha tehda fid-devozzjonijiet tagħha u fl-opri ta’ karità.

    Kienet l-omm tal-fqar u l-iżjed tar-refuġjati li kienu jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-invażjoni tat-Tartari (Musulmani).

    Fi żmien il-persekuzzjoni tat-Tartari, kienet iddur bil-morda u t-tallaba u kienet tipprovdilhom fejn jorqdu f’darha.

    Meta r-raġel tagħha ġie lura u ra dik ix-xena ripulsiva li tistmerra, ried jibgħat ’il barra lil tallab, iżda meta mar jikxef il-friex tas-sodda, ra x-xbiha ta’ Kristu msallab!

    Dan żewġha, tant baqa’ impressjonat li ħalliha twaqqaf kunvent tad-Dumnikani u li tħaddan it-Terz’Ordni.

    Kellha mumenti ta’ estasija (jiġifieri r-ruħ tintilef minn sensiha, f’hena kbir fl-għaqda m’Alla).

    Fi żmienha t-tqarbin kien xi ħaġa rari. Imma jingħad li kienet tirċievi lil Ġesù kuljum.

    Marda qalila ħakmitha u filwaqt li r-raġel tagħha u wliedha kienu jassistuha, wegħdithom li titlob għalihom lil Alla l-Missier.

    Mietet fil-kunvent li waqqfet – fil-post ta’ San Lawrenz. Ftit wara mewtha, żewġha kkonverta.

    Kienet ikkanonizzata mill-Papa Ġwanni Pawlu II Riflessjoni: Int imsejken bniedem, erħi ftit it-taħbit tiegħek, inqata’ mill-ħsibijiet imħawda

    tiegħek. Biegħed minnek it-tħassib li qiegħed itaqqlek, ħallik għal ftit mix-xogħol li qiegħed jeħodlok rasek. Ieqaf kemm kemm fuq Alla u strieħ daqsxejn.

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Għallimni nfittxek, uri lilek innifsek lili li qiegħed infittxek. Ma nistax infittxek jekk int ma tgħallimnix kif, ma nistax insibek jekk ma tħallinix narak. Infittxek billi nixtieqek, nixtieqek billi nfittxek; insibek għax inħobbok, inħobbok għax insibek. Sant’Anselmu - isqof

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mill-1 parti Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

    TALBA

    Talba li kien jagħmel S. Ġw. Bta. de la Salle: “O Alla tiegħi, jien tant irċevejt grazzji

    mit-tjubijia infinita tiegħek, li kont inkun vera ingrat

    li kieku ma nesprimix lejk il-gratitudni umli tiegħi. Jien obbligat għal kull ma jien!”

    Mill-ktieb tal-Meditazzjoni

    Missierna ...

    It-Tlieta, il-5 ta’ Jannar San Ġwann Nepomeċenu Neumann - isqof Il-Beatu Diegu José ta’ Cadiz - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1 Ġwanni 4: 7-10 Alla hu mħabba. 2. Salm 71: 2.3-4ab.7-8 Lilek iqimu l-ġnus kollha, Mulej. 3. Mark 6: 34-44 Ġesù jkattar il-ħobż u jidher li hu profeta.

  • SIGNUM FIDEI 11

    SAN ĠWANN NEPOMEĊENU NEUMANN (1811-1860) - isqof Dan il-qaddis twieled fil-Boemja (fir-Republika Ċeka), it-tielet minn sitt ulied.

    Minn kmieni wera kapaċitajiet intellettwali mhux komuni. Ta’ 20 sena (1831) daħal is-seminarju Djoċesan imma ma kienx ordnat saċerdot minħabba l-għadd kbir ta’ saċerdoti li kien hemm diġà.

    Telaq lejn New York fejn l-Isqof Dubois, aċċetta li jordnah saċerdot fl-1836. Wara li għadda erba’ snin f’ħidma pastorali, speċjalment fost l-emigranti li jitkellmu bil-Ġermaniż, hu ngħaqad mal-ordni tar-Redentoristi (imwaqqfin minn San Alfons de’ Liguori), f’Pittsburgh, u għal xi żmien kien responsabbli tal-vici-provinċja tal-ordni fl-Amerika. Kompla l-ħidma missjunarja tiegħu f’Maryland, Ohio, Pennsylvania u Virginia.

    Ta’ 41 sena (1852), il-Papa Piju IX ħatru arċisqof ta’ Filadelfja u ħabrek kemm felaħ biex iżid l-iskejjel parrokkjali. Hu talab ukoll l-għajnuna ta’ ordnijiet reliġjużi ta’ brothers u sorijiet għalliema biex jiġu jaħdmu fid-djoċesi tiegħu. Kiteb żewġ katekiżmi u storja sagra bil-Ġermaniż, li ġew aċċettati mill-isqfijiet Amerikani fl-ewwel Kunsill Plenarju tagħhom fl-1852 u li kienu użati ferm fl-iskejjel għall-35 sena li ġew wara.

    Kien hu li daħħal id-devozzjoni tal-kwaranturi fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, hu waqqaf għadd kbir ta’ parroċċi u beda l-bini tal-knisja katedrali. Kellu f’moħħu li jsalva l-fidi tal-emigranti kattoliċi li kienu qed jaslu mill-Ewropa bl-eluf.

    San Ġwann Nepomeċenu Neumann kien jitkellem tajjeb b’mhux inqas minn tnax-il lingwa, u b’hekk seta’ aktar jgħinhom fil-bżonnijiet tagħhom spiritwali bħalma huma l-predikazzjoni u l-qrar.

    Il-qaddis ħassu ħażin f’daqqa u waqa’ fi triq ġo Filadelfja, aktarx sforz l-għeja ġejja minn ħidma bla taqta’, u miet qabel ma wasal l-isptar, fil-5 ta’ Jannar 1860 meta kellu 58 sena. Hu kien magħruf ħafna għal qdusitu, għall-karitajiet tiegħu, għall-ħidma pastorali u l-prietki tiegħu.

    San Ġwann Nepomeċenu Neumann kien iddikjarah qaddis Papa Pawlu VI fid-19 ta’ Ġunju 1977.

    Riflessjoni: Il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż jurina s-sbuħija tal-Ewkaristija mqaddsa. Kristu jagħtina lilu nnifsu għax aħna bil-ġuħ. Ninsabu tassew fil-bżonn. Li kieku ma kellniex bżonn lil Kristu, hu ma kienx jingħata lilna. Aħna għandna bżonnu. Jista’ hu jidħol f’ruħna mingħajr l-użu tal-ħobż u l-inbid sagramentali? Iva, imma hu ried jinqeda biċ-ċokon tal-ħolqien biex jurina l-kobor tal-grazzja tiegħu. F’din is-silta tal-Vanġelu tat-tkattir tal-ħobż, tagħtina lemħa ta’ dak li kellu jiġri fl-aħħar ċena. Kristu ried jurina li bit-tberik, il-qsim u t-taqsim tal-Ewkaristija hemm biżżejjed għal ġemgħat kollha ta’ “kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien” (Apokalissi 7:9).

    Father Andrew Hofer O.P.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mill-1 punt On this occasion in today’s Gospel, Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they

  • 12 SIGNUM FIDEI

    were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

    TALBA Mulej Ġesù,

    Għinni nifhem li dik l-għajta tiegħek mis-salib, “għandi l-għatx”,

    kienet tassew espressjoni tax-xewqa tiegħek li jien niġi għandek bit-talb tiegħi.

    Agħmel li kull darba li nagħżel li nitlob inkun tassew qiegħed inwieġeb

    għas-sejħa tiegħek, dik tal-aktar imħabba.

    Ammen ‘Doorway to Faith’

    Missierna ...

    L-Erbgħa, is-6 ta’ Jannar San Karlu ta’ Sezze - reliġjuż

    San André Bessette Santa Raffaela Maria Porras

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1Ġwanni 4: 11-18 Jekk inħobbu ’l xulxin Alla jgħammar fina. 2. Salm 71 (72): 2,10,11,1213 Lilek iqimu l-ġnus kollha, Mulej. 3. Mark 6: 45-52 Rawh lil Ġesù miexi fuq il-baħar. SANTA RAFFAELA MARIA PORRAS (1850-1925) Twieldet f’Goroba, (Spanja), fl-1 ta’ Marzu 1850. Missierha kien sindku u

    miet meta Raffaela kellha 4 snin. Ommha mietet meta Raffaela kellha 19-il sena.

    Oħtha Dolores, li kienet akbar minn Raffaela, iddeċidiet biex flimkien ma’ oħtha jidħlu sorijiet.

  • SIGNUM FIDEI 13

    L-isqof ta’ Cardoba ma kienx kuntent bis-sorijiet tal-kunvent, li magħhom daħlu Dolores u Raffaela.

    Is-sorijiet kollha, minbarra ż-żewġ aħwa, ħallew il-kunvent u ħallew lil Dolores u Raffaela responsabbli. Is-16-il novizza kienu taħt ir-responsabbilità ta’ Raffaela.

    Fr. Ortiz, li kien responsabbli minn dan il-kunvent, ħadhom f’post ieħor, u talab lill-awtoritajiet tal-Knisja biex jirrikonoxxu s-soċjetà l-ġdida.

    Patri Ġiżwita, Cotanilla, ħadhom Madrid; Swor Raffaela għamlet il-voti sollenni u fl-1886, is-soċjetà bdiet tissemma bl-isem tas-Sorijiet Riparatriċi tal-Qalb ta’ Ġesù.

    Is-soċjetà nxterdet mal-Ingilterra u l-Amerika. Fetħu skejjel u organizzaw iltiri.

    Ġara li bejn ż-żewġ aħwa beda xi nuqqas ta’ ftehim, u għalhekk il-Vatikan ħatar lil Dolores bħala superjura.

    Bl-umiltà kollha Raffaela aċċettat din il-bidla u għaddiet l-aħħar 32 sena f’xogħol tal-kunvent, f’Ruma. Raffaela kienet kitbet: “Alla jridni naċċetta kull ma qed inġarrab bħallikieku Hu stess qed jikkmandani biex nagħmilhom.”

    Mietet nhar l-Epifanija fl-1925. Il-Papa Pawlu VI kkanonizzaha fl-1977.

    Riflessjoni: Ta' sikwit kont naħseb li San Pietru ma tilef xejn billi nxteħet il-baħar, għalkemm wara beda jibża' (Mt. 14, 29). Li wieħed jagħmel fehma soda mill-ewwel hija ħaġa kbira, għalkemm f'dan l-ewwel stadju jeħtieġ li nimxu bil-mod u noqogħdu għad-diskrezzjoni u t-twissijiet ta' xi direttur spiritwali; iżda għandna naraw li dan ma jkunx minn dawk li jgħallmuna nkunu bħal rospi, hienja li r-ruħ turi l-ħila li taqbad biss il-gremxul. Ħa nqiegħdu l-umiltà qabel kollox biex nifhmu li din il-qawwa ma tiġinix minna nfusna. Imma huwa ta' ħtieġa kbira li nifhmu kif għandha tkun din l-umiltà. Santa Tereża ta’ Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mit-2 punt It is, no doubt, to make us realize and remember this truth that after most of the passages in the Old Testament where God gives injunctions, he adds: I am the Lord, or I am the Lord, your God. For we cannot emancipate ourselves from the obligation of obeying God, nor, consequently, can anyone in a community fail in obedience to the superiors without becoming guilty of disobedience toward God. This is why, no matter what lack of sympathy we might experience with regard to a superior, this must refer only to the individual, never to the role, because in obeying we do not submit to a person but to God. Never use your personal grievances as a pretext to dispense you from obeying your superiors, for this would direct your ill feeling against God.

  • 14 SIGNUM FIDEI

    TALBA Sinjur Alla,

    inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek; mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd,

    u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura,

    billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità.

    San Ġorġ Preca Missierna ...

    Il-Ħamis, is-7 ta’ Jannar San Raymond ta’ Penyafort - presbiteru

    San Karlu Melchiori minn Sezze – reliġjuż

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Ġwanni 4: 19 – ; 5: 4 Min iħobb ’l Alla, iħobb ukoll lil ħuh. 2. Salm 71 (72): 2,14 u 15bċ,17 Lilek iqimu l-ġnus kollha, Mulej. 3. Luqa 4: 14-22a Din il-kitba seħħet illum.

    SAN KARLU MELCHIORI MINN SEZZE (1613-1670) - reliġjuż Twieled minn familja ta’ bdiewa u kiber f’ambjent fejn il-ħajja Nisranija

    kienet prijorità. F’żgħożitu Giancarlo trabba ma’ nanntu u ż-żmien li għadda magħha għenu

    biex irabbi ċerta arja, li l-quddiem irrendietu bniedem ta’ rasu iebsa. Skola kien imur u mar kmieni. Moħħ tajjeb kellu wkoll u malajr beda jaqra

    u jikteb. Mhux b’daqshekk kien ta’ xi skola kbira; xejn minn dan, iżda b’li kien jaf seta’ jinqeda sew. Darba, meta kellu bejn it-tlettax u l-erbatax-il sena, Giancarlo, li kien imdorri jagħmel dak li tgħidlu rasu, kellu xi jgħid bl-ikrah mas-surmast li kien jgħallmu. U sibel bl-ikrah, tant li wasal biex jaħbat għalih. Is-surmast żammlu sħiħ u tah daqqtejn ġmielhom biex iwiddbu. Dan l-inċident kellu effett qawwi fuq il-karattru ta’ Giancarlo. Barra li sab min jiqaflu, barra li ġie fi kliem min kien jikkoreġih, intebaħ li l-ebusija tar-ras u l-idejn ħfief ma jwasslux ħlief biex jisiltu d-dmugħ mill-għajnejn. U t-tfajjel daħal fih innifsu. Iżda ma riedx jaf aktar bi skola. Hu qatagħha li jmur jaħdem ir-raba’ bħal missieru u ħutu subien. U hekk għamel. Qabbduh jirgħa l-barrin.

    Daħal mal-Franġiskani - wara lotta kbira li qajmulu tad-dar – fl-10 ta’ Ottubru 1635, ta’ 22 sena.

    Waqt in-novizzjat ġarrab tentazzjonijiet kbar u hu stess jgħid: “Kont qisni mitluf barra minni nnifsi u mid-dinja, midfun f’lejl mudlam ta’ diqa.”

  • SIGNUM FIDEI 15

    F’dan il-hemm kien ifittex is-serħan ta’ qalbu f’riġlejn Ġesù fit-Tabernaklu – u quddiem ix-xbiha tal-Madonna.

    Kien jiġi mibgħut f’diversi kunventi, jagħmilha ta’ sagristan u jdur għaċ-ċirku (jittallab għall-kunvent).

    Fl-1650 kien mibgħut fil-kunvent ta’ Ruma. Kellu ħidma kbira, idur il-pellegrini, u b’hekk sar magħruf ħafna għal qdusitu. Miet fis-6 ta’ Jannar 1670.

    Riflessjoni: Anke Ġesù wriena din il-verità fil-bidu tal-missjoni pubblika tiegħu. Il-profezija minn Isaija li applika għalih innifsu - "Din il-kitba seħħet illum intom u tisimgħu" (v. 21) - hija marbuta mat-trobbija tiegħu f'Nazzaret, "Meta ġie Nazzaret, fejn kien trabba, daħal fis-sinagoga tagħhom kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt u qam biex jaqra" (v. 16). Huwa trabba f'Nazzaret bħala tifel u żagħżugħ, għax sar bniedem għalina skont ir-rieda tal-Missier. Iżda dik ir-rieda tal-Missier tfisser wkoll li għandu jwettaq il-missjoni tas-salvazzjoni li kien intbagħat biex iwettaq. "L-Ispirtu tal-Mulej qiegħed fuqi, għax hu kkonsagrani ... inħabbar is-sena tal-grazzja tal-Mulej" (Luqa 4, 18-19). Rev. Dr. Paul Sciberras

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 5, silta mit-2 punt There is no less danger in contradicting the moral teachings of Jesus Christ than in rejecting his doctrine, for usually what causes the loss of faith is disorder in moral behavior. Jesus did not come so much to teach us the holy truths of Christian morality as to engage us to practice them faithfully. Still, it is common enough to see Christians, and even members of religious communities, who do not accept these practical truths and who contradict them in their hearts, sometimes even in their external conduct, as when someone tells them that on Judgment Day they will have to account for a useless word; that we must pray without ceasing; that we must enter heaven through the narrow gate; that Jesus Christ has said, Unless you do penance, you will all likewise perish; consequently, that it is an indispensable obligation to put these maxims into practice if we wish to be saved; that there is a command addressed to them to love their enemies, to do good to those who hate them, to pray to God for those who persecute them and calumniate them, so that they may be truly the children of their Father who is in heaven, who makes his sun rise on the good and the wicked alike.

    TALBA O Alla!

    X’ħajja hi din li ħolqot id-DINJA, li toqtol il-ĦAJJA

    li ġabilna ibnek l-għażiż li fih inti ssib il-għaxqa tiegħek.

    Mulej ħniena! Ġesù Kristu ħniena!

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 16 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, it-8 ta’ Jannar San Pier Tumas - isqof San Severino - abbati

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 5: 5-13 L-Ispirtu, l-ilma u d-demm. 2. Salm 147: 12-13.14-15.19-20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Luqa 5: 12-16 Minnufih il-lebbra marritlu. SAN SEVERINO († ċ.482) - abbati Mhux magħruf minn fejn kien S. Severino. Jaħsbu li kien ġej minn familja

    magħrufa mill-Afrika ta’ Fuq. Minħabba l-kwalità ta’ Latin li kiteb, hemm min jaħseb li kien minn Ruma.

    Fil-ħajja tiegħu, miktuba minn dixxiplu tiegħu, jingħad li kien raħeb/eremit fil-Lvant li mar jevanġelizza fuq ix-xtut tad-Danubju fl-art imsejħa Noricum Ripense (li tikkorrispondi mal-Awstrija tal-lum).

    Kien jipprietka lin-nies biex ibiddlu ħajjithom u jagħmlu penitenza biex jiġu meħlusin mill-invażjonijiet tar-Re Attila u n-nies barbari tiegħu msejħin Unni li kienu qed jagħmlu ħerba minn kull fejn jgħaddu.

    Severinu waqqaf diversi monasteri, fosthom wieħed fuq id-Danubju qrib Vjenna, minn fejn hu organizza l-għajnuna għan-nies batuti minħabba l-invażjonijiet min-nies barbari. Ħafna nies, Insara u pagani, kienu jfittxuh għall-pariri. Hu ma kien jibqa’ qatt fl-istess monasteru, imma kien dejjem jiġġerra minn pajjiż għall-ieħor jipprietka.

    Diversi bliet xtaquh ikun l-isqof tagħhom, imma hu qatt ma ried billi ħassu li ma kellux ikun marbut ma’ lok wieħed b’dan il-mod. Kien jippreferi ħajja ta’ solitudni u tgħakkis.

    Huwa miet fil-monasteru fuq id-Danubju lejn is-sena 482. Sitt snin wara mewtu l-irħieb tiegħu kienu mkeċċija mill-pajjiż u ħadu l-fdal tiegħu f’Luculanum qrib Napli.

    Fid-910, il-fdal ittieħed f’Napli fejn inbena l-monasteru kbir Benedittin imsejjaħ ta’ San Severino. Hu meqjum bħala l-appostlu tan-nies tal-Bavarja.

    Riflessjoni: Kif jista' jkun, Mulej, li jintesa dan kollu, u li l-bnedmin li jridu jmutu jinsew daqshekk meta joffenduk? O Feddej tiegħi, kemm ikunu qegħdin jinsew lilhom infushom fl-istess ħin! U kemm hija kbira tjubitek, li int tiftakar fina u, għalkemm inkunu waqajna u fergħejniek b'daqqa tal-mewt, tinsa xi nkunu għamilnielek u terġa' tagħtina idek u tqajjimna minn dan il-ġenn tagħna bla fejqan, biex infittxu mingħandek, u nitolbuk, is-salvazzjoni! Ikun imbierek Mulej bħal dan, tkun imbierka ħniena hekk kbira, u tkun imfaħħra mogħdrija hekk kollha tjieba!

    Santa Tereża ta’ Ġesù

  • SIGNUM FIDEI 17

    Ħsieb: “Jalla l-Mulej jagħtina l-kuraġġ li għandna bżonn biex nimxu minn fejn irid jgħaddina hu, biex jekk isejħilna mmorru għandu nimxu fuq l-ilma, ma nibżgħux, u jekk jgħidilna nitilgħu l-għoljiet, ma nagħtux kas li hija telgħa, imma li niftakru fil-ferħ li qegħdin miegħu.” Fr. Bede Jarrett-O.P. li miet fl-1934

    Mill-istorja tal-Istitut: Fl-1667 – ta’ 16-il sena Ġwann Battista De La Salle jiġi nnominat biex ikun kanonku ma’ 64 oħra tal-katidral ta’ Reims. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-3 punt In the Old Law, when lepers were cured, they were commanded to offer a sacrifice before associating with others, in order to purify themselves exteriorly of the legal impurity contracted by leprosy. This sacrifice is a symbol of the mortification that Jesus Christ recommends as a remedy for the lepers we are speaking about, those who are afflicted by the leprosy of impurity or who are attacked by the impure devil. Jesus Christ even says that we cannot be completely cured of this infirmity or entirely delivered from these temptations except through fasting, that is, mortification.

    TALBA

    O Alla tiegħi, li għalija int kollox,

    noffrilek l-aħjar u l-aqwa mħabba li għandi. Tabilħaqq int kollox.

    Mingħajrek ma kien ikolli xejn, ma kont inkun xejn. Il-ġid kollu li għandi f’ħajti nafu lilek.

    Il-ġenerożità tiegħek miegħi hi bla tarf. Jalla qatt ma niċħad li nkun ġeneruż miegħek.

    Nixtieq nibqa’ dejjem mgħannaq mar-rieda tiegħek, mingħajr ma nqis il-ġibdiet u l-istmerrijiet ta’ qalbi.

    Jalla f’ħajti ssir dejjem ir-rieda tiegħek. Ammen.

    Anthony J. Paone S.J.

    Missierna ...

  • 18 SIGNUM FIDEI

    Is-Sibt, id-9 ta’ Jannar San Andrija Corsini - isqof

    San Adrijanu ta’ Canterbury

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 5, 14-21 Jekk nitolbu xi ħaġa skont ir-rieda tiegħu, Alla

    jismagħna. 2. Salm 149, 1-2.3-4.5 u 6 u 9 Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Ġwanni 3, 22-30 Il-ħabib tal-għarus jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. SAN ADRIJANU TA’ CANTERBURY (?- †710) San Adrijanu kien mill-Afrika, bniedem li għall-għerf u l-qdusija tiegħu

    għażluh abbati (superjur) ta’ Nerida qrib Napli. Il-Papa Vitiljanu deherlu li Adrijanu kien l-aktar bniedem adattat biex ikun l-

    arċisqof ta’ Canterbury minħabba li bit-talenti li kellu kien kapaċi jgħallem u jsaħħaħ in-nazzjon Ingliż li kien għadu kemm ħaddan il-fidi. Imma Adrijanu ħassu indenn għal din il-kariga u għalhekk issuġġerixxa lill-Papa biex minfloku jagħżel lil San Teodoru ta’ Tarsus.

    Il-Papa aċċetta s-suġġeriment, imma Adrijanu kellu jmur ma’ Teodoru biex ikun l-assistent tiegħu u jgħinu bil-pariri. It-tnejn telqu lejn l-Ingilterra fis-668 u għaddew minn Franza. Fi Franza Adrijanu kien arrestat mis-sindku ta’ Nuestria għax issuspettaw li hu kien aġent politiku tal-imperatur tal-Lvant, waqt li Teodoru kompla triqtu. Meta kien meħlus u kompla triqtu sab li Teodoru kien diġà ħa s-sedi ta’ Canterbury.

    Teodoru ħatar lil Adrijanu abbati tal-monasteru ta’ S. Pietru u S. Pawl (aktar tard magħruf bħala St Augustine’s) f’Canterbury. Taħt it-tmexxija ta’ Adrijanu l-iskola tal-monasteru ġibdet bosta studenti mill-pajjiż kollu u kellha influwenza kbira. Il-qaddis innifsu kien kapaċi ħafna fuq il-Kotba Mqaddsa, jaf sewwa l-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja u jinqala’ ħafna fl-ilsien Grieg u Latin. Dawn is-suġġetti kienu kollha mgħallmin fl-iskola tal-monasteru, dan minbarra suġġetti oħra, bħalma kienu l-poeżija, l-astronomija u l-kalkoli tal-kalendarju.

    San Adrijanu miet f’Canterbury fid-9 ta’ Jannar 710, wara li kien ilu jmexxi għal 39 sena l-monasteru li baqa’ magħruf bħala ċentru tal-għerf. Il-kadavru tiegħu baqa’ bla ma tħassar għal ħafna snin. Qabru malajr sar magħruf minħabba l-għadd ta’ mirakli li jingħad li saru fuqu.

    Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 21: O Ġesù għarus maħbub tiegħi, li tħobb bi mħabba pura, int li għandek il-jedd fuq il-kreaturi kollha, oh, li kont nista’ jkolli l-ġwienaħ tal-vera libertà, ħalli ntir u niġi nistrieħ fil-ħdan tiegħek! Meta nkun nista’ naħseb biss fik u nara kemm inti ħelu, o Sinjur Alla tiegħi? Meta nkun nista’ ninġabar fik kolli kemm jien, biex mimli bl-

  • SIGNUM FIDEI 19

    imħabba tiegħek anqas biss ma naħseb fija nnifsi; imma nħobb lilek biss, b’qalbi, b’moħħi u b’kulma fija, u mhux b’dik l-imħabba li tħobbok aktarx il-bnedmin? Issa Sinjur, ma nagħmilx ħlief nolfoq u nibki l-hemm li fih ninsab. U kif le, jekk f’dal-wied tad-dmugħ ma nsibx ħlief gwaj, li bla ebda mistrieħ itemmni, ibikkini u jtellifni u jżommni biex hekk ma nkunx nista’ nersaq lejk u nitħaddan miegħek, bħalma għandhom ix-xorti l-qaddisin tas-sema? Oh, li kien mela jmisslek qalbek l-ilfiq tiegħi u l-hemm li fih tinsab ruħi!

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, silta mil-1 punt Jesus Christ came to this earth to reign here, but not, says Saint Augustine, as other kings do, to raise tribute, enroll armies, and visibly do battle against his enemies, for Jesus Christ assures us that his kingdom is not of this world but is to establish his reign within our souls, according to what he says in the holy Gospel, that his kingdom is within us. So that Jesus Christ may reign over your souls, you must pay him the tribute of your actions. All of them must be consecrated to him; in them there must be nothing that is not pleasing to him. They ought to have no other intention than to accomplish his holy will, which ought to direct all of them, so that there may be nothing human in them.

    TALBA Alla Missier tagħna,

    inti bgħattilna lil ibnek biex iġib id-dawl u l-ħajja lill-poplu kollu.

    Uri l-imħabba għall-knisja tiegħek fid-dinja kollha, bil-qawwa tal-ispirtu,

    li kollox għad iseħħ mill-għajn tal-ħajja fi Kristu sidna,

    Ammen. Magnificat

    Missierna ...

    Il-Ħadd, l-10 ta’ Jannar Il-Magħmudija tal-Mulej

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    1. Isaija 55: 1-11 Ejjew għall-ilma: isimgħu minni, u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin. 2. Salm (Isaija) 12: 2-6 Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas- salvazzjoni. 3. 1 Ġwanni 5: 1-9 L-Ispirtu, l-ilma u d-demm. 4. Mark 1: 7-11 Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.

  • 20 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Li l-ewwel dehra ta’ Ġesù fil-pubbliku, wara tletin sena ta’ ħajja moħbija, tkun propju li jilqa’ l-istedina ta’ Ġwanni għall-magħmudija ta’ konverżjoni għall-maħfra tad-dnubiet, tħawwadna ħafna meta nafu min hu dak li qiegħed jitgħammed. Hekk kif jgħaġġibna S. Mark li fi tliet linji jispjega ġrajja tant kbira u bħal donnu jqisha ħaġa normali li tiġri s-soltu. Imma biex jispjegalna, l-evanġelista joffrilna żewġ xhieda, dik tal-Battista u dik ta’ Alla. Ġwanni jħabbar lin-Nazzarenu fil-kju mal-midinbin biex jitgħammed, hu “l-qawwi” li jidħol fl-istorja tal-bniedem u jeħtieġ nimxu warajh, filwaqt li l-leħen t’Alla jipproklama li hu l-maħbub, il-magħżul.

    Imma li l-iktar wieħed qawwi jintilef fil-folla anonima u, li l-magħżul t’Alla jinżel fix-xmara bħall-midinbin l-oħra, ma taqbilx mal-esperjenza u l-aspirazzjonijiet tagħna! Minflok il-Vanġelu jxejjen l-ideat tagħna u jġibna wiċċ imb wiċċ mas-sorpriżi t’Alla: ifakkarna l-ewwel qari tal-lum, mill-Profeta Isaija: “it-triqat tiegħi mhumiex triqatkom - Oraklu tal-Mulej - għax daqskemm huma ogħla s-smewwiet mill-art, daqshekk ieħor huma triqati ’l fuq minn triqatkom” (Is. 55:8-9). Jekk kapaċi nisimgħu dawn il-ftit versi mingħajr ma niskandalizzaw ruħna jew nistagħġbu bihom hu sinjal li nistgħu tassew inkunu lesti għal kollox sakemm jibqgħalna l-fidi jew il-ħajja. L-għarfien tal-identità tiegħu u tal-missjoni kbira li kellu jwettaq, trawwmu f’Ġesù matul is-snin, fejn kiber fl-età, fl-għerf u l-grazzja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin, u wassluh biex ma jfittixx privileġġi. Jekk jirċievi l-Magħmudija, hu għaliex irid jinżel fil-fond tal-qalb umana, fil-qalba moħbija tal-istorja, fejn aħna nibżgħu nidħlu minħabba l-biża’ tal-miżerji tagħna – u li bil-mistħija nirrifjutaw nammettu li jippposseduna.

    Madankollu, Alla ħniena infinita, jaf li biex jeħles lill-umanità mill-ħażen tagħha, m’hemmx mod ieħor ħlief li jinżel fl-intimità tal-qalb umana, hemm fejn hemm l-għajn tal-libertà, fejn it-tajjeb u l-ħażin jiltaqgħu u ma jibqgħux jingħarfu. Ġesù, li dejjem irid jagħmel il-volontà divina, anke ta’ tnax-il sena, wieġeb lill-ġenituri tiegħu li kellu jagħmel ir-rieda ta’ Missieru; meta jaċċetta l-magħmudija, jaċċetta li jinżel fix-xmara mniġġsa u mqallba tal-istorja tagħna, biex iwassal il-ħajja u l-ħelsien divin. Imbagħad, is-smewwiet, li għal żmien twil kienu magħluqa, jiċċartu u tiddi fuq id-dinja d-dija tal-Ispirtu: il-Missier tas-smewwiet, b’dan il-mod mhux biss jifraħ bl-iben, imma jridna nifhmu li lil Alla ma nsibuhx billi naħarbu mid-dinja jew mill-ħajja, imma meta ninżlu fiha mingħajr biża’ għax il-maħfra mingħajr kundizzjonijiet tinsab fiha; mingħajr mistħija, għax il-Glorja Divina qiegħda tgħix hemmhekk.

    Bil-magħmudija ta’ Ġesù, Alla jagħti isem ġdid mhux biss lil ibnu imma lill-umanità kollha: f’Ġesù anke int sirt iben li fih Alla jsib l-għaxqa tiegħu, anke int sirt l-iben il-maħbub. Id-dinja hi mimlija b’ilħna foloz: hemm minnhom li jġegħluk taħseb li int l-aħjar, l-iktar wieħed bravu, li m’hawnx bħalek insomma; oħrajn li jippruvaw jikkonvinċuk li m’inti xejn, li int fallut, ħażin ... imma min jiddisprezza lill-bniedem u jara biss il-miżerja tiegħu hu ipokrita; min jirrifjuta li jara din il-miżerja u li jammetti li hu supperv, li fil-fatt hi l-stess ħaġa: il-ħaġa li hemm komuni bejn dawn l-atteġġamenti foloz hi li mhumiex

  • SIGNUM FIDEI 21

    kapaċi li jaraw il-ħajja umana kif jaraha Alla li jgħid biss u dejjem il-verità propju għaliex iħares lejna bi ħniena infinita.

    Il-magħmudija ta’ Ġesu hi s-simbolu stess tal-inkarnazzjoni t’Alla fejn l-estremitajiet jiltaqgħu; fejn Alla jinżel sal-qiegħ biex jgħolli lill-bniedem sa ħdejh, li b’għaġeb kbir jintebaħ li għandu dinjità mingħajr ebda mertu tiegħu stess u li hi lil hinn minn kull xewqa tiegħu; li sar oġġett ta’ mħabba hekk kbira li se twettaqlu l-ħolm kollu tiegħu.

    Minn “La Realtà é Cristo” Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mill-1 punt Saint John went about all the country adjoining the Jordan, preaching the baptism of penance for the remission of sins, in order to prepare the Jews for the coming of our Lord. By doing this, Saint John makes known to us that the principal dispositions we must bring to the reception of our Lord are penance and separation from all sin. We must, then, give our greatest effort to this, because penance washes and purifies a soul of the sins that sully it. Saint Leo calls penance simply a baptism; Saint Gregory of Nazianzen calls it a painful baptism; Saint Ambrose says that David spoke of this baptism when he tells us that he wore himself out sighing and wailing, drenched his couch nightly with his tears, and soaked his pillow with his weeping. We too ought to be able to say the same thing as David, because we need penance no less than he did if we wish to draw Jesus Christ to us.

    TALBA

    Mulej Ġesù, agħmel li aħna nkunu

    dixxipli tiegħek fl-għemejjel l-aktar kbar,

    kif ukoll f’dawk li jidhru żgħar. Li bħalek inkunu

    għal kollox iddedikati għall-imħabba tal-Missier u għall-imħabba ta’ ħutna

    nisa u rġiel, u li nħossuna qrib ħafna lejk,

    għaliex inti tbaxxejt sa ħdejna, aħna li tant konna ’l bogħod minnek.

    Int Alla infinit. Bro Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 22 SIGNUM FIDEI

    It-Tnejn, il-11 ta’ Jannar San Tumas Placidi minn Cori - presbiteru

    Il-Beatu Bernardu Scammacca - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 1: 1-6 Alla kellimna permezz ta’ ibnu. 2. Salm 96: 1-2b.6 -7ċ.9 Naduraw lill-Mulej flimkien mal-anġli tiegħu. 3. Mark 1: 14-20 Indmu u emmnu fl-Evanġelju.

    SAN TUMAS PLACIDI TA’ CORI (1655-1729) Francesco Antonio Placidi twieled fil-belt ta’ Cori. Missieru u ommu kienu bdiewa u mietu qabel għalaq l-14-il sena u billi kien

    l-uniku tifel fost ħutu, kellu jmur jaħdem biex jgħajjex liż-żewġ ħutu bniet. Dam imur jirgħa n-ngħaġ għal 8 snin, sakemm ħutu żżewġu, imbagħad

    seta’ jwettaq ix-xewqa tiegħu li jsir Franġiskan. Fis-7 ta’ Frar 1677, daħal fil-kunvent ta’ Orrieto u sar Fra Tumas. Għalhekk

    fl-1683, ordna saċerdot. Intefa’ b’ruħu u ġismu għall-appostolat: prietki u qrar. Kien jgħaddi sigħat

    twal fil-konfessjonarju – iżur il-morda u jassisti ’l-moribondi. Ma kienx jaċċetta flus għall-quddies.

    Żewġ virtujiet predominanti li kellu kienu l-paċenzja u l-umiltà – kien jirċievi ħafna umiljazzjonijiet minn sħabu.

    Talab biex ikun membru tal-ermitaġġ mwaqqaf mill-ordni. Tumas bena ermitaġġ f’Civitelle u ieħor f’Palombara. Ħafna Franġiskani

    kienu jgħaddu ġranet f’dan l-ermitaġġ. Bata ħafna: ħafna kienu dawk minn sħabu li abbandunawh, għax sabu li

    kien strett fir-regoli li kiteb. Kien jipprietka ħafna u kien jippreferi jżur postijiet li mhumiex popolari. Miet fil-11 ta’ Jannar 1729, meta kellu 74 sena. Ikkanonizzah il-Papa Ġwanni Pawlu II, fil-21 ta’ Novembru, 1999.

    Riflessjoni: Kull darba li nfittxu li nerġgħu lura għall-għajn biex insibu mill-ġdid il-freskezza oriġinali tal-Vanġelu, jitfaċċaw toroq u metodi kreattivi ġodda, xejriet oħra ta’ espressjoni, sinjali iżjed elokwenti, kliem mimli b’tifsira mġedda għad-dinja tal-lum. Fir-realtà, kull azzjoni awtentika ta’ evanġelizzazzjoni hi dejjem “ġdida”. Għalkemm din il-missjoni titlob minna impenn ġeneruż, ikun żball jekk narawha bħala xi biċċa xogħol ta’ eroiżmu personali, għax din l-opra hi qabelxejn tiegħu, lil hemm minn kemm għandna l-ħila niskopru u nifhmu aħna. Ġesù hu “l-ewwel u l-akbar evanġelizzatur”. F’kull xorta ta’ evanġelizzazzjoni l-primat hu dejjem ta’ Alla, li ried isejħilna biex naħdmu id f’id miegħu u qanqalna bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħu. Il-veru ġdid hu dak li Alla nnifsu b’mod misterjuż irid joħloq, dak li Hu jdawwalna bih, dak li Hu jqanqal fina, dak li Hu jorjenta u jsieħeb b’elf mod.

  • SIGNUM FIDEI 23

    Tul il-ħajja kollha tal-Knisja dejjem irid jidher li l-inizjattiva hi ta’ Alla, li “ħabbna Hu” l-ewwel (1 Ġw. 4:10), u li hu “Alla li kabbar” (1 Ko.r 3:7). B’din il-konvinzjoni nistgħu nżommu l-ferħ ħaj f’missjoni li titlob daqstant minna u tisfidana għax timpenja lil ħajjitna b’mod sħiħ. Titlobna kollox, imma fl-istess waqt toffrilna kollox.

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evengelii Gaudium

    Mill-istorja tal-istitut: Għalina l-Brothers u l-membri tal-familja Lasalljana nfakkru: Fil-11 ta’ Jannar 1733, miet Brother Gabriel Drolin, fir-raħal ta’ Auxonne, ħdejn Dijon. Brother Gabriel kien dak li ma’ San Ġwann Battista de la Salle u Brother Nicholas Vuyart għamlu vot erojku li kienu lesti li jittalbu l-ħobż u l-ilma biex isalvaw l-istitut milli jinqered. Kien ukoll l-ewwel Brother li San Ġwann Battista de la Salle kien bagħat Ruma biex jiftaħ l-ewwel skola ma’ Brother ieħor li wara sena reġa’ lura Franza. Bro. Gabriel iżda baqa’ waħdu sakemm ma felaħx iżjed. Kien mar Ruma f’Novembru tal-1702. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt What ought escpecially to lead you to pray is the weakness to which sin has reduced you, a weakness that makes you incapable of accomplishing any supernatural good. Because we become weaker every day by falling into new sins daily, we also have a much greater need for God’s help every day. Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon.

    TALBA

    O Alla, int li tinsab kullimkien u f’kullħadd, iftħilna għajnejna biex naraw l-għeġubijiet ta’ madwarna,

    iftħilna qalbna biex nagħarfu l-għeġubijiet ta’ ħutna, iftħilna lsienna bien infaħħruk.

    Reġġa’ lura ’l-poplu fix-xbiha tiegħek, li hu Ġesù Kristu, ibnek u sidna,

    li jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

    Magnificat Missierna ...

  • 24 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, it-12 ta’ Jannar San Bernard minn Corleone - reliġjuż

    San Antonju M. Pucci - saċerdot

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 2: 5-12 Kien jixraq li Alla jagħmel li l-awtur tas-salvazzjoni jkun perfett bis-saħħa tas-sofferenzi. 2. Salm8: 2a u 5-9 Qgħedt lil ibnek fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! 3. Mark 1: 21-28 Ġesù beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa. SAN ANTONJU M. PUCCI (1819-1892) - saċerdot Iż-żmien li fih għex kien diffiċli ħafna fl-Italja minħabba l-antiklerikaliżmu u

    l-liberaliżmu li kien jaħkem lill-Italja u li ġabu nuqqas kbir ta’ prattika reliġjuża.

    Kien jismu Ewstakju, it-tieni iben minn sebgħa ta’ familja ta’ bdiewa f’Poggiole, fit-Toskana. Bħala tifel, kien imur jisma’ quddies kuljum, jgħin ’il missieru li kien sagristan u jitgħallem l-iskola mill-kappillan.

    Ta’ 17-il sena ħassu msejjaħ biex jidħol mal-ordni tas-Servi ta’ Marija u beda n-novizzjat f’Diċembru 1827 ġewwa Firenze fejn ingħata l-isem ta’ Antonjo Marija. Ordna saċerdot fl-1843. Sena wara ntbagħat bħala viċi-kurat fil-parroċċa Sant’Andrea ta’ Viareggio. Minħabba l-qosor tiegħu n-nies malajr laqqmuh il curatino, titlu li baqa’ marbut miegħu sakemm miet.

    F’Settembru 1847 (ta’ 28 sena) ġie maħtur kappillan ta’ Viareggio, parroċċa qrib il-baħar u bosta min-nies tagħha kienu sajjieda jew baħħara. Bħala membru tas-Servi ta’ Marija, hu poġġa l-parroċċa taħt il-ħarsien ta’ Marija Addolorata.

    Ma tantx kellu x’jaqalgħu f’din il-kariga. Barra milli kien ta’ statura qasira u wiċċu ma tantx jiġbdek, kellu wkoll vuċi nażali. Ma kienx xi oratur kapaċi; il-prietki ħtieġlu li jitgħallimhom bl-amment. Kien ta’ karattru timidu u jħossu skomdu ħafna jitratta mal-kbarat jew man-nies tal-kultura. Fl-istess ħin kien kapaċi jorganizza l-parroċċa biex iġib lill-parroċċa ’l quddiem. Kien jemmen ħafna fuq il-bżonn tal-katekiżmu.

    Antonju M. Pucci kellu mħabba speċjali lejn il-morda, ix-xjuħ u l-foqra. Kien jagħti importanza kbira lill-quddiesa, li kienet teħodlu aktar minn nofs siegħa. Kien jgħaddi ħinijiet twal jisma’ l-qrar, tant li kienu laqqmuh “martri tal-konfessjonarju.” Xi nies li kienu jarawha bi kbira jidħlu l-knisja biex iqerru, kien jilqagħhom f’daru. Ġieli kien ukoll jiġi msawwat min-nies antiklerikali, imma, kontra dak li riedu l-parruċċani tiegħu, hu qatt ma ried iħarrek lil ħadd milli ġegħlu jsofri. Għal xi żmien (-1889) kien ukoll provinċjal tas-Serviti tat-Toskana, għalkemm baqa’ jżomm il-kariga ta’ kappillan.

    Ta’ 70 sena rriżenja minn provinċjal biex iħejji ruħu aħjar għall-mewt. Miet fit-12 ta’ Jannar 1892 meta kellu 73 sena, li minnhom 45 sena għamilhom

  • SIGNUM FIDEI 25

    bħala kappillan ta’ Viareggio. Iddikjarah qaddis il-Papa Ġwanni XXIII fid-9.12.1962 fl-ewwel sessjoni tal-Konċilju Vatikan II.

    Permezz ta’ qdusitu San Antonju M. Pucci rnexxielu jgħaqqad ’il Viareggio u jagħmel dak li l-kbar u s-setgħana ma kellhomx il-ħila jagħmlu bl-għerf, bil-politika u l-liġijiet tagħhom.

    Riflessjoni: Satana jirribella għax jara f’Ġesù min hu L-QADDIS TA’ ALLA. Ix-xitan jagħraf il-verità u jagħraf li din il-verità ser teqirdu għax mhux ser jaħdem faċli fost in-nies minħabba ż-żerriegħa tal-verità li kien qed jiżra’ Ġesù bit-tagħlim tiegħu. Il-verità tfarrak lil Satana. Il-verità teqred lil Satana u hawn għandna stampa ċara tad-deċiżjoni li rridu nieħdu, aħna lesti li nixorbu mill-għajn tal-verità li huwa Kristu jew mid-dardir ta’ Satana? Ġesù ma jridniex ninfnew minn Satana u jordna lil Satana joħroġ mir-raġel u jħallih fil-kwiet u Satana joħroġ mir-raġel. L-ispirti ħżiena joqogħdu għall-kelma tiegħu, ilkoll kemm aħna nsibu kenn fil-kelma tiegħu. Iżda kemm inġibu gwaj b’idejna meta nwarrbu l-kelma ta’ Alla u ngħixu ħajjitna esposti għall-ispirti ħżiena.

    Mitt Minuta mal-Mulej, (Publikazzjoni Dumnikana)

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 46, silta mit-3 punt If it is true that this mystery, (the Trinity) which has no equal in dignity and in holiness, is the first object of all the veneration of the faithful, it ought to be all the more important for you, because you are obliged to teach it and to make it known to children, who are living plants in the field of the Church. They too were consecrated to the Most Holy Trinity in Baptism, just as you were; they bear in their souls the indelible character of their belonging to God. They are indebted to this adorable mystery for the anointing with grace that has been poured into their hearts. It is only right that you, who are responsible for explaining this mystery to them as far as faith allows, must recognize it as the source of all enlightenment, the foundation of faith, and the basis of our religion.

    TALBA

    It-talb jogħla ’l fuq u l-ħniena tinżel ’l isfel.

    Imbegħdin kemm huma mbegħdin is-sema u l-art,

    Alla jisma’ leħen il-bniedem. Santu Wistin

    Missierna …

  • 26 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, it-13 ta’ Jannar San Ilarju – isqof u duttur tal-Knisja

    Il-Beata Jutta ta’ Thuringia

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 2: 14-18 Ġesù kellu jkun jixbaħ lil ħutu f’kollox, biex ikun ħanin. 2. Salm 104: 1-4.6-9 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Mark 1: 29-39 Fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard. SAN ILARJU TA’ POITIERS (300-367) - isqof u duttur tal-Knisja Twieled minn familja pagana għanja. Iż-żagħżugħ għamel progressi kbar

    fix-xjenzi profani u sar oratur magħruf. Meta kiber ħass li l-għerf u l-filosofija li studja ma kinux qed jissodisfaw ’il moħħu, u wara studju bir-reqqa tal-Kotba Mqaddsa wasal biex jagħraf lil Alla l-veru u ’l ibnu Ġesù Kristu, kif aktar tard, Ilarju nnifsu jfisser fil-ktieb tiegħu Dwar it-Trinità (I, 1-14).

    Hu tgħammed meta kien diġà kbir u x’aktarx ukoll miżżewweġ, u beda ħajja hekk ta’ perfezzjoni li kien ta’ eżempju għal kulħadd, tant li meta, ħabta tas-sena 350, il-belt tiegħu ta’ Poitiers kienet bla isqof, il-poplu kollu ried lilu – kariga li hu kontra xewqtu kellu jaċċetta. Kienet għażla tassew providenzjali.

    Ilarju, bil-ħlewwa u bl-enerġija soda tiegħu, kellu sehem fit-taqbida kontra l-ereżija kemm fis-sinodu ta’ Arles (353), kif ukoll fil-konċilju ta’ Milan (353). Billi Ilarju għamel difiża favur Sant’Atanasju, l-Imperatur Arjan Kostanzju tturufnah għal Friġja, minn fejn kif seta’ baqa’ jmexxi d-djoċesi tiegħu.

    Fil-Lvant Nofsani, fejn kien itturufnat, Ilarju kompla jagħti s-sehem tiegħu kontra l-ereżija billi kiteb l-opra kbira tiegħu De Synodis (358) u kitbiet oħra. Imma l-aqwa opra ewlenija tiegħu hi De Trinitate, waħda mill-akbar opri teoloġiċi ta’ dawk iż-żminijiet, li għaliha Santu Wistin isejjaħ lil San Ilarju “id-duttur magħruf tal-knejjes”.

    Fit-359 ħa sehem f’laqgħa tal-isqfijiet f’Selewċja kontra l-Arjani. Minn hemm mar Kostantinopli, l-imperatur ħafirlu u Ilarju seta’ jerġa’ lura fid-djoċesi tiegħu fis-sena 360. Hawn hu ssokta jaħdem biex jgħallem lill-Insara tiegħu l-veritajiet tal-fidi u l-kelma t’Alla. Hu trattat fuq Il-Misteri, tifsir tal-Pentatewku u tal-Profeti.

    San Ilarju ħa sehem fil-konċilju ta’ Pariġi (361) li ħeles lil Franza kollha mill-isqfijiet Arjani. Flimkien ma’ San Martin ta’ Tours, huwa ħabrek biex idaħħal il-ħajja monastika fil-Punent; daħħal ukoll il-kant Gregorjan.

    San Ilarju miet fit-13 ta’ Jannar 367, meta kellu 67 sena. Bħala difensur qalbieni tal-fidi vera, kontra l-ereżija tal-Arjaniżmu li kienet

    tiċħad li Ġesù hu Alla, San Ilarju ġie mlaqqam “Atanasju tal-Punent”. Minħabba l-ħafna kitbiet tiegħu fuq it-Teoloġija u fuq l-Iskrittura l-Papa Piju IX ddikjarah duttur tal-Knisja f’April 1851.

  • SIGNUM FIDEI 27

    Riflessjoni: Hawn qiegħed il-fejqan veru, meta r-relazzjoni tagħna ma’ xulxin li verament isseddaqna flok tmarradna tkun fraternità mistika, kontemplattiva, li taf tħares lejn il-kobor qaddis tal-proxxmu, li taf tiskopri lil Alla f’kull bniedem, li taf tissaporti t-tiġrib tal-ħajja komuni billi tintrabat mal-imħabba ta’ Alla, li taf tiftaħ qalbha għall-imħabba divina biex tfittex l-hena tal-oħrajn kif ifittixha l-Missier twajjeb tagħhom. Propju f’din l-epoka tagħna, u anki hemm fejn tinsab “merħla ċkejkna” (Lq. 12:32), id-dixxipli tal-Mulej huma msejħa jgħixu bħala komunità li tkun melħ tal-art u dawl tad-dinja (ara Mt. 5:13-16). Huma msejħa jagħtu xhieda ta’ evanġelizzazzjoni b’mod dejjem ġdid. Ma nħallux lil min jisirqilna l-komunità!

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evengelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-3 punt To bring about a cure of our spiritual paralysis, it is not enough for Jesus to tell us to rise. We too must will this, except when this paralysis is entirely a trial from God and with no culpability on our part. In that case God has only to command, and he will be obeyed. But if anything in us has brought on this infirmity or has contributed to it, we also must play a part in our cure. Spiritual maladies differ from corporal ones. To heal corporal maladies, it is enough for Jesus to say a word or simply to will it, but in the case of maladies of the soul, we must on our part will to be cured. God does not constrain our will, although he does exhort and urge us. It is up to us to welcome his grace, to put it into effect, and to support his goodwill to cure our spiritual ailments.

    TALBA

    Il-Mulej jagħraf it-triq tat-tajbin (Salm 1) Mulej, hawn jien quddiemek

    fiċ-ċpar u l-inċertezzi u bid-dubji tiegħi u fit-toroq mgħawġin bil-kantunieri,

    li ma nistax insib il-veru sens. Mulej! Int tafhom il-feriti li qed inġarrab

    fil-mument tad-duluri li għaddej minnhom u f’dawk il-ġranet li ngħaddi kif tixtieq qalbi. Iva Mulej! Inti taf x’hemm fil-fond ta’ qalbi u

    kemm nixtieq nagħmel ir-rieda tiegħek. Mulej, għinni biex ma ninsiex,

    dak li jorbotni miegħek għal dejjem. Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 28 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħamis, l-14 ta’ Jannar San Feliċ minn Nola – saċerdot

    Il-Beatu Odorik Mattiuzzi minn Pordenone - presbiteru Il-Beatu Pietru Doners – saċerdot

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Lhud 3: 7-14 Agħmlu l-qalb lil xulxin, sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “llum”. 2. Salm 94: 6-11 Isimgħu leħen il-Mulej: la twebbsux qalbkom. 3. Mark 1: 40-45 Il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. SAN FELIĊ MINN NOLA (? - †260) - qassis u konfessur Kien il-kbir fost iż-żewġt itfal ta’ Hermias. Waqt li ż-żgħir qabad il-karriera

    militari, il-kbir kien ikun “feliċi” (kuntent) tassew, ħalla ġidu lill-fqar u sar qassis.

    Ordnah saċerdot Massimu, l-isqof qaddis ta’ Nola (ħdejn Napli) li hekk kien iqim il-prudenza u l-qdusija taż-żagħżugħ Feliċ, li ħadu bħala segretarju tiegħu bil-jedd li jkun suċċessur tiegħu.

    Meta ftit wara, fis-sena 250, faqqgħet il-persekuzzjoni qalila ta’ Deċju, l-Isqof Massimu ħarab, waqt li lil Feliċ qabduh u xeħtuh f’ħabs, fejn sofra ħafna torturi.

    Darba waħda bil-lejl deherlu anġlu, li ħelsu mill-ktajjen u ħadu ħdejn l-Isqof Massimu, marid, li kien qed imut bil-bard u bil-ġuħ.

    Billi ma kellux x’jagħtih talab ’l Alla, u malli dawwar għajnejh ra mdendel fost il-ħurrieq għanqud għeneb. Bih qawwieh u ħadu d-dar.

    Wara ftit il-persekuzzjoni ntemmet u Feliċ reġa’ beda x-xogħol tiegħu. Iżda ma damitx ma reġgħet bdiet aktar bl-aħrax u għal darbtejn ħeles

    b’miraklu, sakemm irnexxielu jistaħba f’bir, fejn kienet tagħtih x’jiekol bil-moħbi mara twajba.

    Sa fl-aħħar reġa’ lura fil-knisja tiegħu u wara l-mewt ta’ Massimu, il-poplu riedu isqof; iżda qatt ma ried jaċċetta.

    Miet xiħ sewwa, fl-14 ta’ Jannar, iżda ma nafux sewwa ta’ liema sena u lanqas taħt liema imperatur.

    Ħajtu kitibha l-isqof ta’ Nola, San Pawlinu, fi 15-il ittra poetika, miktubin fl-anniversarji ta’ mewt San Feliċ, bejn it-395 u l-407.

    Għadd kbir ta’ pellegrini kienu jmorru ta’ kull sena jżuru l-qabar tal-qaddis u jaqilgħu ħafna grazzji.

    Riflessjoni: Kif seta’ Ġesù jiġi mqanqal mil-lebbruż? Għax hu sar bniedem. Hu għaraf it-talba fidila u sinċiera ta’ dak ir-raġel fqajjar meta qallu: “Jekk trid, tista’ tnaddafni.” Min

  • SIGNUM FIDEI 29

    jaf meta kien għadu żgħir, kemm-il darba poġġa jdejh fuq missieru putattiv u ommu. Ġesù għaraf dik il-ħarsa umli ħierġa mill-fond tal-bniedem. Meta Ġesù rrisponda: “Irrid, kun imnaddaf”, din ir-risposta ħarġet mill-ġewwieni ta’ qalbu. Meta hu ħa l-ġisem ta’ bniedem ħa wkoll il-qalb ta’ bniedem u b’hekk daħal fil-fond tal-misteru tal-umanità tagħna.

    Father Richard Veras, adattata minn Praying with Saint Mark’s Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-3 punt Jesus Christ even says that we cannot be completely cured of this infirmity or entirely delivered from these temptations except through fasting, that is, mortification. By this sacrifice we offer God our body, to use an expression of Saint Paul, as a living victim, holy and acceptable to God. Mortification procures for us this advantage, to make the body share in the life of the spirit, which made Saint Paul also say: If by the Spirit you mortify the flesh and all its actions, you will live. On the contrary, as the same Apostle adds, if you live according to the flesh and if you give in to the flesh to satisfy its senses, you will die. Impurity, in other words, by making you die to the life of grace, will pervert your spirit and make it in some way wholly material, and your soul will become like that of animals..

    TALBA

    fuq l-vers Mark: 6:56 – “Kienu jqiegħdu ’l-morda fil-pjazez

    u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar.” Mulej, jiena marid u dan Inti tafu,

    marid b’dik il-marda li ta’ spiss jgħadduni biż-żmien biha:

    għax inbati bid-dipressjoni. Meta dak id-dell li jimla lill-qalbi

    f’daqqa waħda jinħakem mid-dlam u nibda’ nixtieq li Inti teħodni miegħek,

    O Ġesù la tħallinix waħdi, ibqa’ miegħi,

    u agħmel li d-dawl tal-preżenza tiegħek iqanqalni bit-tama u

    b’fidi fik inkompli miexi fit-triq miegħek.

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 30 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Jannar San Mawru u San Plaċidu - dixxipli ta’ San Benedittu

    San Franġisk Fernadez de Capillas u sħabu - martri fiċ-Ċina San Pawl - l-ewwel eremita

    Il-Beatu Alwiġ Variara - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 4: 1-5.11 Infittxu mela li nidħlu f’dan il-mistrieħ. 2. Salm 77: 3 u 4, 6-8 Inxandru l-għemejjel ta’ Alla. 3. Mark 2: 1-12 Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l- art. SAN PAWL (229-342 jew c. 233-345) - l-ewwel eremita Minkejja li waslulna tliet verżjonijiet qodma tal-ħajja ta’ dan l-eremit qaddis,

    waħda minnhom miktuba minn San Ġlormu, mhux ħaġa ħafifa biex nifirdu l-fatti veri mil-leġġenda.

    Jingħad li Pawlu twieled f’Tebe fl-Eġittu u kien għani u edukat ħafna. Safa ltim ta’ 15-il sena u biex jeħles mill-persekuzzjoni ta’ Deċju tas-sena 250, hu kellu jinħeba f’dar ta’ ħabibu.

    Billi beża’ li ħatnu pagan kien se jitradih, allura hu ħarab lejn id-deżert tat-Tebajde. Hemmhekk għadda ħajja solitarja ta’ talb u ta’ ċaħda f’wieħed mill-bosta għerien li kien hemm f’dawk l-inħawi. Il-ħsieb tiegħu kien li jmur lura pajjiżu wara li tintemm il-persekuzzjoni, imma l-ħlewwa tas-solitudni u tal-kontemplazzjoni fuq Alla kkonvinċewh biex jibqa’. S. Ġlormu jgħidilna li S. Pawl għadda b’kollox 90 sena f’għar fid-deżert.

    Kien jixrob minn għajn ta’ ilma fil-qrib u siġra tat-tin kienet tipprovdilu x’jilbes u l-ikel. Wara 21 sena ta’ solitudni, ċawla kienet iġġiblu kuljum nofs ħobża. Sajjem għal kollox minn dak li kien jiġri fid-dinja, Pawlu kien jitlob biex id-dinja ssir post aħjar.

    Ftit jiem qabel ma’ l-qaddis miet, mar iżuru San Anton Abbati. Jingħad li Anton kien ittentat bil-ħsieb li ħadd daqsu ma serva lill-Mulej fid-deżert, u għalhekk Alla wasslu biex isib lil Pawlu u jirrikonoxxih bħala bniedem aktar perfett minnu. Jingħad ukoll li dment li Anton kien ħdejh, iċ-ċawlun kien iġib ħobża sħiħa minflok in-nofs tas-soltu. Kif kien ħabbarlu l-eremita Pawlu, Anton kellu jerġa’ jmur iżuru u jidfen lil dan il-ħabib ġdid tiegħu. Anton hu xhud tal-ħajja qaddisa li kien jgħix Pawlu u tal-mewt qaddisa tiegħu.

    Jingħad li l-qaddis miet fl-għomor ta’ 113-il sena. Huwa kkonsidrat bħala l-ewwel eremita, għalkemm seta’ kien hemm oħrajn qablu li ma nafux isimhom. Huwa meqjum bħala l-patrun tan-nissieġa. Il-festa tiegħu hi miżmuma mill-Insara tal-Lvant u ismu jissemma fil-kanoni tal-quddiesa tar-rit Kopti u Armen.

  • SIGNUM FIDEI 31

    Riflessjoni: Jiena rajt li l-kburija hija l-għajn, is-sies tad-dnubiet kollha. Il-kburija tilfet l-isbaħ anġlu; huwa waqa' minħabba l-kburija... Li kieku umilja ruħu, li kieku rrifera għand Alla kulma kellu, kien jiġi jerġa' isbaħ milli kien; il-kburija għamlitu demonju. Li kieku Adam u Eva, wara li dinbu, umiljaw ruħhom, Alla kien jaħfrilhom. Ġuda stess, li kieku umilja ruħu, kien jikseb il-maħfra. Il-kburija titlifna lkoll; minħabba l-kburija r-rieda tal-bniedem tirribella kontra Alla. Ir-ruħ umli ssir dawl; hija tgħix fil-verità; tasal sa għand Alla; u Alla jitbaxxa sa għandha. L-umiltà ssawrilha triq biex tasal għall-virtujiet l-oħra. Lil Ġesù jiena semmejtlu bosta affarijiet, lanqas naf kemm rajt li nqiegħed il-kburija f'kollox; jiena tlabt lil Ġesù biex jagħtini l-umiltà u għamilt il-fehma li nipprattika din il-virtù f'kull ħaġa. O! Kemm nixtieq l-umiltà, it-tmaqdir tal-ħlejjaq! Alla huwa lest biex jaħfer midneb wieħed li jumilja lilu nnifsu; huwa jħares bi mħabba ikbar lejn ir-ruħ li tmur lura għandu b'umiltà, milli r-ruħ leali, li ssib l-għaxqa tagħha fil-virtujiet tagħha. Dan iġib il-periklu li tintilef minħabba l-kburija, waqt li l-midneb jikseb il-ħniena meta jumilja ruħu. B. Marija ta' Ġesù Msallab

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 195, silta mit-3 punt What Jesus Christ says to his holy Apostles he also says to you, that you may understand that all the good you are able to do in your work for those entrusted to you will be true and effective only insofar as Jesus Christ gives it his blessing and you remain united with him. It is the same for you as it is for the branch of the vine, which can bear fruit only if it remains attached to the main stem and draws its sap and strength from the vine, which is also the source of all the goodness of the fruit. Jesus Christ wants you to understand from this comparison that the more your work for the good of your disciples is given life by him and draws its power from him, the more it will produce good in them. This is why you must ask him earnestly that all your instructions be given life by his Spirit and draw all their power from him. Just as he is the one who enlightens everyone coming into the world, he is also the one who enlightens the minds of your students and leads them to love and practice the good that you teach them.

    TALBA fuq is-Salm 117

    Mulej, ser inħabbat il-bieb, u inti tiftaħli u jiena nidħol

    fl-għamajjar tiegħek, biex nikkontempla l-ġmiel tal-ħolqien.

    Nidħol fit-tinda tiegħek, biex infaħħar l-ospitalità tiegħek.

    Nidħol fis-sigriet tal-qalb biex nafdalek l-imħabba tiegħi.

    Inħabbatlek il-bieb Mulej, u nsibek hemm. Bro. Louis Camilleri Missierna ...

  • 32 SIGNUM FIDEI

    Is-Sibt, is-16 ta’ Jannar L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

    San Berardu u sħabu - l-ewwel martri Franġiskani San Onorat - isqof

    San Marċellu I – Papa u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 4: 12-16 Ħa nersqu b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja. 2. Salm 18: 8.9.10.15 Il-kliem tiegħek, Mulej, huwa spirtu u ħajja. 3. Mark 2: 13-17 Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin. SAN MARĊELLU I (†309) - Papa u martri Wara l-mewt tal-Papa Marċellinu I fis-sena 304, minħabba l-persekuzzjoni

    qalila ta’ Djoklezjanu, għal xi tliet snin u nofs ma kienx possibli għall-Insara li jagħżlu suċċessur.

    Kien biss wara li Djoklezjanu abdika minn imperatur (305) u laħaq minfloku bħala imperatur, Massenzju (306), li kien aktar tolleranti minn Djoklezjanu, li l-Insara setgħu jagħżlu Papa ġdid.

    Marċellu kien qassis f’Ruma u aktarx spikka fil-Knisja ta’ Ruma tul iż-żmien li kien ilu nieqes il-Papa. Hu nħatar Papa f’Mejju jew Ġunju tat-308.

    Marċellu organizza mill-ġdid il-Knisja ġo Ruma, u malajr sab ruħu involut fil-kwistjoni tal-Insara, imsejħin Lapsi, li billi kienu beżgħu waqt il-persekuzzjonijiet kienu għamlu kompromess fil-fidi tagħhom u offrew inċens lill-allat.

    Il-Papa Marċellu nsista li dawn ma kellhomx jerġgħu lura għas-sagramenti qabel ma’ l-ewwel jagħmlu penitenza. Id-digriet tiegħu qajjem ħafna diżordnijiet ċivili.

    Minħabba f’hekk Massenzju ordna li Marċellu jiġi eżiljat fuq l-akkuża li kien ta’ tfixkil għall-paċi pubblika. Marċellu miet ftit wara, aktarx fis-16 ta’ Jannar 309 wara pontifikat qasir.

    Għalkemm San Marċellu ma mietx maqtul, hu ngħata t-titlu ta’ martri minħabba l-moħqrijiet li ġarrab.

    Riflessjoni: Il-maħfra hija s-sinjal l-aktar viżibbli tal-imħabba tal-Missier, li Ġesù ried jiżvela f’ħajtu kollha. M’hemmx paġna tal-Evanġelju li ma ssegwix dan l-imperattiv tal-imħabba li jwassal għall-maħfra. Saħansitra fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu fuq din l-art, waqt li jiġi msammar mas-salib, Ġesù għandu kliem ta’ maħfra: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu” (Lq. 23:34). Xejn minn dak li bniedem midneb u niedem ipoġġi quddiem il-ħniena ta’ Alla ma jibqa’ mingħajr it-tgħanniqa tal-maħfra tiegħu. Huwa għalhekk li ħadd minna ma jista’ jpoġġi kundizzjonijiet għall-ħniena; din tibqa’ dejjem att ħieles tal-

  • SIGNUM FIDEI 33

    Missier tas-Sema, imħabba bla kundizzjoni li wieħed ma jistħoqqlux. Għaldaqstant, ma nistgħux nidħlu fir-riskju li nopponu l-libertà sħiħa tal-imħabba li biha Alla jidħol fil-ħajja ta’ kull persuna.

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Ittra Appostolika Misericordia et Misera

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, silta mit-2 punt It is inconceivable how much Jesus Christ loves those who give up everything for him and how many graces he gives them both for themselves and for others. Because their hearts are empty of the things of this world, God fills them with his Holy Spirit, as he did the heart of Saint Matthew. For the more we give up exteriorly, the more God gives us interiorly. Be attached only to Jesus Christ, his doctrine, and his holy maxims, because he has done you the honor of choosing you in preference to a great many others to announce these truths to children, whom he loves so especially.…

    TALBA

    Mulej tiegħi, Ġesù Kristu. Inroddlok ħajr ghall-imħabba

    u l-karità li wrejtni. Huwa tassew sinjal tal-imħabba hekk kbira

    meta int Mulej twiddeb lill-qaddej tiegħek

    għall-għemejjel ħżiena f’din il-ħajja milli tikkastigah fil-ħajja li ġejja.

    Minħabba dnubieti jien lest li bil-ferħ inġarrab

    kull tiġrib u kull għawġ, li int, O Alla

    jogħġbok tippermettili San Franġisk t’Assisi

    Missierna ...

    Il-Ħadd, is-17 ta’ Jannar

    It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Samwel 3: 3b-10.19 Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed

    jisma’. 2. Salm 39: 2.4ab.7-10 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. 1 Korintin 6: 13-15, 17-20 L-iġsma tagħkom huma membri ta’ Kristu. 4. Ġwanni 1: 35-42 Marru u raw fejn kien jgħammar il-Mulej.

  • 34 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Ġesù jibda l-missjoni tiegħu billi jsejjaħ nies għal warajh, b’modi differenti, iżda kollha sempliċi. Kien ikun miexi u jsejjaħ, jara u jsejjaħ hu stess jew jinqeda b’nies li digà jafuh. Bħal ma jiġri llum, tiltaqa’ ma’ ħabib, jew tmur xi laqgħa u tolqtok kelma tajba.

    Fl-evanġelju ta’ San Ġwann, is-sejħa ssir permezz ta’ xi ħadd filwaqt li fl-evanġelji l-oħra s-sejħa ssir direttament minn Ġesù. Is-sejħa tal-ewwel żewġ dixxipli twieldet proprju mix-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista, li minnha nnifisha qanqlet mewġa sħiha ta’ sejħat oħra.

    Ġwanni l-Battista għal Ġesù qal “Araw il-Ħaruf t’Alla”. Ġwanni għaraf f’Ġesù l-Ħaruf tal-Għid (Eż.12) u l-Qaddej ta’ Jaħweh (Is. 53), żewġ espressjonijiet li jiġbru flimkien it-tamiet kollha ta’ ħelsien tal-poplu ta’ Iżrael. Għall-ewwel żewġ dixxipli l-istqarrija ta’ Ġwanni l-Battista kienet biżżejjed biex imorru jimxu wara dak li kienu qed ifittxu f’qalbhom.

    L-ewwel kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju ta’ San Ġwann huma: “Xi tridu?” Aħna wkoll nixtiequ nkunu nafu min hu Ġesù. Min-naħa tiegħu, jistaqsina: “Xi tridu?” Din il-mistoqsija nsibuha f’punti kruċjali tal-Evanġelju ta’ San Ġwann u trid tidher ukoll fil-fażijiet kruċjali ta’ ħajjitna. “Xi rridu? X’qegħdin infittxu?”

    It-tweġiba tagħhom kienet il-mistoqsija: “Mgħallem fejn tgħammar?” It-tweġiba tagħhom turi x-xewqa li kellhom biex jidħlu f’intimità miegħu, iżjed milli jitgħallmu minnu. Biex tidħol f’intimità ma’ Ġesù trid tagħmilha miegħu, tagħmel esperjenza miegħu: “Ejjew u araw”.

    “Ma