l-iskema tal-marki · 2020. 4. 13. · l-iskema tal-marki (l-ewwel sessjoni): im malti paġna 5...

7
L-Iskema tal-Marki IM Malti L-Ewwel Sessjoni 2019 MATSEC Examinations Board

Upload: others

Post on 19-Nov-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki IM Malti

L-Ewwel Sessjoni 2019

MATSEC Examinations Board

Page 2: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 1 minn 6

L-iskemi tal-marki ppubblikati mill-Bord tal-MATSEC mhumiex intenzjonati li jkunu dokumenti awtonomi. Huma riżorsa essenzjali għal min jikkoreġi, li wara dawn jiġu mmonitorjati permezz ta’ proċess ta’ verifika sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-iskemi tkun waħda konsistenti u preċiża.

Fil-każ ta’ skemi tal-marki li jkunu jinkludu tweġibiet jew spjegazzjonjiet mudell, għandu jiġi nnutat li dawn mhumiex maħsuba biex ikunu limitati skont it-tweġibiet mogħtija. Jistgħu jkunu aċċettabbli wkoll varjazzjonijiet u alternattivi. L-eżaminaturi għandhom jikkunsidraw it-tweġibiet kollha fuq il-mertu tagħhom, u f’każ ta’ dubju jridu jkunu kkonsultaw mal-Bord tal-MATSEC.

Page 3: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 2 minn 6

A. L-Oral (10 marki)

4 marki għall-iżvilupp tal-ħsieb u r-relevanza tematika

- l-irbit bejn idea u oħra - il-loġika tal-ħsibijiet - Ir-relevanza ta’ kull opinjoni b’rabta mas-suġġett

6 marki għall-espressjoni

- l-użu tal-Malti idjomatiku - l-użu ta’ vokabularju wiesa’ u tħaddim ta’ reġistri differenti - iċ-ċarezza f’li jingħad mingħajr interferenza

B. L-Ewwel Karta

(i) Kriterji għall-assessjar tal-Komponiment Ġenerali (15-il marka)

It-Tqassim tal-marki:

Medda tal-Marki - Total ta’ 15-il marka

Ideat dwar is-

suġġett u

kreattività

Stil u struttura:

L-espressjoni b’Malti idjomatiku

u vokabularju varjat,

il-ħila tat-tifsir tal-ħsieb, il-

preżentazzjoni xierqa b’taqsim

f’paragrafi u punteġġjatura

f’lokha

Grammatika u sintassi

korretti li juru li l-istudenti

jafu jesprimu ruħhom

tajjeb

Ortografija

korretta u

aġġornata

4 4 3 4

Tnaqqis tal-marki fil-komponiment:

Barra mis-suġġett

- Jekk il-komponiment ikun barra mis-suġġett - jitnaqqsu sa 7 marki (massimu)

It-tul tal-komponiment

- Jekk il-komponiment ikun anqas minn 200 kelma – jitnaqqsu sa 10 marki

- Jekk il-komponiment ikun bejn 200 u 350 kelma – jitnaqqsu sa 7 marki

- Jekk il-komponiment ikun bejn 350 sa 500 kelma – jitnaqqsu sa 5 marki

Page 4: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 3 minn 6

Jekk il-kandidat jikteb aktar minn 620 kelma jkun ippenalizzat sa 3 marki.

L-ortografija:

Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.

- Jekk il-komponiment ikollu 16-il żball jew aktar – jitnaqqsu l-4 marki

- Jekk il-komponiment ikollu bejn 11 – 15-il żball – jitnaqqsu 3 marki

- Jekk il-komponiment ikollu bejn 5 – 10 żbalji – jitnaqqsu 2 marki

- Jekk il-komponiment ikollu sa 4 żbalji – titnaqqas marka

Dan it-tnaqqis irid ikun immarkat fuq il-karta qabel titniżżel il-marka finali tal-komponiment.

Il-marka finali tal-komponiment għandha tkun tirrifletti dawn il-livelli:

Naqqas/żid skont il-livell

Kategorija Livell Kriterji Medda ta’ Marki

a

Tajba ħafna

* Eċċellenti Ideat addattati ħafna.

Espressjoni b’Malti

idjomatiku mill-aħjar. Bi

ftit li xejn żbalji. Struttura

tas-sentenza tajba

b’għażla u medda ta’

vokabularju varjati. Il-

kandidati juru ħila fil-

ħsieb, fil-komunikazzjoni u

l-kreattività.

15 14

*Tajba ħafna

b’xi difetti żgħar

13 12

b

Tajba

* Livell tajjeb Ideat limitati iżda tajbin u

kompetenza fl-aspett

komunikattiv. Għalkemm

fiha xi żbalji, dawn

mhumiex serji u spissi. Ix-

xogħol hu ta’ ħila medja

f’diversi aspetti tal-kitba

tal-komponiment.

11 10

* Mhux ħażin 9 8

ċ

Dgħajfa

* Livell baxx Nuqqas ta’ ideat u kitba

fqira u dgħajfa fil-

komunikazzjoni. Ħafna

żbalji serji f’ħafna aspetti

tal-kitba tal-

komponiment.

7 6 5 4

* Livell baxx

ħafna

3 2 1 0

Page 5: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 4 minn 6

(ii) Kriterji għall-assessjar tat-Taqsira/it-Traduzzjoni

(5 marki)

It-Taqsira: 3 marki għall-ħila fit-tqassir tat-test oriġinali

2 marki għall-istil tal-kitba u l-ortografija

(Jekk it-tweġiba jkollha iktar minn 10 kelmiet +/- il-limitu ta’ 100

kelma, titnaqqas marka)

(jew)

It-Traduzzjoni: 2 marki għal kemm il-kandidat kien fidil lejn is-sens

u l-kontenut tas-silta sors (eż. ħbieb qarrieqa, ommissjoni,

interpretazzjoni flok l-awtur)

3 marki għall-grammatika, l-espressjoni u l-istil, u

għall-ortografija

(iii) Kriterji għall-assessjar tal-Komponiment tal-lingwistika

(10 marki)

It-Tqassim tal-marki

Kontenut Lingwa

Argumenti

rilevanti

għas-suġġett

Użu tajjeb ta’ eżempji

rilevanti u oriġinali

Espressjoni Grammatika u

sintassi

Ortografija

4 2 1 1 2

Barra mis-suġġett jew qasir ħafna:

- Jekk il-komponiment ikun barra mis-suġġett jew ikollu anqas minn 150 kelma m’għandux jingħata aktar minn 3 marki.

L-ortografija:

Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.

- Jekk il-komponiment ikollu 8 żbalji jew aktar – jitnaqqsu ż-2 marki

- Jekk il-komponiment ikollu sa 7 żbalji – titnaqqas marka

Page 6: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 5 minn 6

Ċ. It-Tieni Karta

Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett u tnaqqis għall-iżbalji

ortografiċi.

Dan it-tnaqqis japplika għall-mistoqsijiet kollha tat-tieni u tat-tielet karta.

Komponiment barra mis-suġġett:

- Jekk il-kitba tkun barra mis-suġġett għandha tingħata sa massimu ta’ 3 marki.

L-ortografija:

- Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.

- Għandha titnaqqas marka għal kull 5 żbalji ortografiċi differenti (Fl-ewwel żewġ

komponimenti tat-tieni u t-tielet karta tista’ titnaqqas sa massimu ta’ marka 1 u fit-tielet

komponiment tat-tieni u tat-tielet karta (il-Kritika Letterarja) jistgħu jitnaqqsu sa massimu ta’

2 marki)

Il-Poeżija tas-Seklu XX u Monografiji Poetiċi (10 marki kull waħda)

Għall-ewwel u t-tieni mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jimxi ma’ din l-iskema:

Kontenut Lingwa

Argumenti u

ideat rilevanti

Kwotazzjonijiet u

referenzi1

Żvilupp ta’ ideat

u koeżjoni

Grammatika u

sintassi

Ortografija

4 2 2 1 1

Il-Kritika tal-Poeżija (10 marki)

Għat-tielet mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jqassam il-marki b’dan il-mod:

- 7 marki għall-kontenut (L-eżaminatur għandu jibbaża l-għoti ta’ dawn il-marki fuq kemm il-kandidat ikun analizza tajjeb dawn il-punti: il-metrika tal-poeżija, it-tqassim tal-istrofi, ix-xejriet tal-frażjoloġija, il-partijiet tat-taħdit, il-lingwaġġ figurattiv, l-għażla tal-kliem)

- 3 marki għall-ortografija u l-istil tal-kitba

1 Dan ifisser li l-istudenti jistgħu jużaw kemm kwotazzjonijiet preċiżi bejn il-virgoletti kif ukoll kwotazzjonijiet (jew referenzi) indiretti għat-testi letterarji jew kritiċi li juru għarfien tajjeb ta’ dawn it-testi.

Page 7: L-Iskema tal-Marki · 2020. 4. 13. · L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti Paġna 5 minn 6 Ċ.It-Tieni Karta Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett

L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti

Paġna 6 minn 6

D. It-Tielet Karta

Id-Drama u n-Narrattiva (10 marki kull waħda)

Għall-ewwel u t-tieni mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jimxi ma’ din l-iskema:

Kontenut Lingwa

Argumenti u

ideat rilevanti

Kwotazzjonijiet u

referenzi

Żvilupp ta’ ideat

u koeżjoni

Grammatika u

sintassi

Ortografija

4 2 2 1 1

Il-Kritika tal-Proża (10 marki)

Għat-tielet mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jqassam il-marki b’dan il-mod:

- 7 marki għall-kontenut (L-eżaminatur għandu jibbaża l-għoti ta’ dawn il-marki fuq kemm il-kandidat ikun analizza tajjeb dawn il-punti: il-partijiet tat-taħdit, il-figuri tat-taħdit, il-binja sintattika tas-sentenzi, it-tonalità, ir-ritmu, l-għażla tal-kliem)

- 3 marki għall-ortografija u l-istil tal-kitba