l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien maltimatul iż-żmien l-ilsien malti evolva,biex permezz...

16
L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien Malti Abigail Calleja Desiree Chetcuti Skola St Joseph, Tas-Sliema

Upload: others

Post on 22-Jan-2020

48 views

Category:

Documents


1 download

TRANSCRIPT

Page 1: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

L-iżvilupp u l-evoluzzjoni

tal-ilsien Malti

Abigail Calleja

Desiree Chetcuti

Skola St Joseph, Tas-Sliema

Page 2: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

L-istorja u l-lingwa jiżviluppaw flimkien. Minħabba f’hekk il-lingwisti jħobbu jistudjaw l-evoluzzjoni tal-ilsna matul iż-żmien.

Il-lingwa tevolvi man-nies li jitkellmuh. Meta jmutu n-nies li jġorruha, il-lingwa tkun mietet ukoll. Il-lingwa tinbidel għax hi ħajja u allura tvarja mal-ħtiġijiet tan-nies. Il-lingwa tinbidel b’mod irregolari għaliex il-ħajja tal-pajjiż ma tkunx dejjem l-istess.

Page 3: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

L-iżvilupp mhuwiex dejjem kostanti għax ikun hemm ċertu żminijiet (bħal fi żmien il-Kavallieri) fejn ikun hemm taqlib u l-lingwa ssir totalment differenti. Il-lingwa ma tkunx tidher li qed tinbidel iżda tinħass – l-espressjonijiet jibdew jinbidlu u l-lingwa tevolvi ma’ kull jum.

Page 4: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Meta ġew l-Għarab f’Malta, il-Maltin bdew jitkellmu bid-djalett Għarbi, iżda ma nafux b’liema lingwa kienu jitkellmu l-Maltin qabel ma ġew.

Din t’hawn taħt hija tabella li turi l-ħakmiet jew żminijiet li b’xi mod ħallew xi influwenza fil-mod kif nitkellmu.

Page 5: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal
Page 6: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal
Page 7: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal
Page 8: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Mikiel Anton Vassalli (1764-1829)

Vassalli kien lingwista, professur u rivoluzzjonarju.

Huwa ħoloq ortografija u grammatika ta’ Lsien Malti.

Fl-1790 ippubblika

l-Alfabett Malti u huwa

magħruf bħala

“Missier l-Ilsien Malti”

Page 9: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Fl-1791 ippubblika grammatika Maltija bil-Latin u

ttraduċa tliet iskrizzjonijiet mill-Għarbi qadim għal-Latin.

Il-monument tiegħu jinsab fid-daħla ta’ Ħaż-Żebbuġ.

B’hekk rajna kif Mikiel Anton Vassalli jagħmel parti importanti mill-istorja u l-iżvilupp tal-

lingwa Maltija.

Page 10: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Il-Binja tal-Ilsien Malti L-Għarab kienu l-aktar ħakkiema li influwenzaw il-lingwa Maltija iżda mal-mixja taż-żmien ġew ħakkiema oħra minflok l-Għarab. Ġew il-Kavallieri u l-lingwi li kienu jużaw kienu lingwi Latini, bħat-Taljan u l-Isqalli, u allura l-Malti beda jkun influwenzat minnhom. Fi żmien il-Kavallieri beda ġej ħafna progress u beda anke jidħol kliem f’oqsma bħal dawn: is-snajja’ (perit, mastrudaxxa, navigatur), id-divertiment (palk, opra, teatru, mużika, pittura), il-militar (elmu, kavallier, kanun, balla, xkubetta), it-trasport (flotta, karozzella, karettun, karozza), l-ikel (pranzu, frott, kaboċċa, kwareżimal, vitella), u r-reliġjon (statwa, festa, altar, kalċi).

Page 11: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Issa ġara li meta kelma rumanza daħlet fil-Malti, kellha toqgħod għas-sistemi semitiċi tal-lingwa tagħna. Pereżempju, il-verb kanta ġej mit-Taljan, allura huwa rumanz, imma meta nikkonjugawh ikollu jimxi mas-sistema tal-element semitiku (jiena nkanta, int tkanta, huwa jkanta, hija tkanta, aħna nkantaw, intom tkantaw, huma jkantaw).

Page 12: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Wara t-tieni Gwerra Dinjija, ir-rwol tat-Taljan bħala l-lingwa tal-kultura f’Malta beda jiġi mhedded. F’Malta beda jseħħ ċertu progress u meta pereżempju daħal l-elettriku, daħlu wkoll għadd ta’ termini assoċjati miegħu bħal: swiċċ, wajer, plakka, konnekter li llum inqisuhom parti mill-vokabularju Malti. Fis-snin tletin, favur l-emanċipazzjoni tal-ħaddiem Malti bdiet ġlieda politika bejn it-Taljan, l-Ingliż u l-Malti. M’hemmx għalfejn ngħidu, l-Ingliżi ppruvaw jinqdew bis-sitwazzjoni biex joħonqu l-kultura Taljana u flokha jdaħħlu l-Ingliż. Ħafna terminoloġija ġdida marbuta mal-gwerra bħal: xelter, errejd, majn, destrojer u erport, kienet ħaġa ta’ bżonn li ssir ukoll parti mil-lessiku tal-Malti. L-Ingliż kien sar ilsien ta’ prestiġju internazzjonali.

Page 13: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Barra minn hekk, wara l-gwerra ħa importanza kbira għax sar l-ilsien prinċipali taċ-ċivil u tal-istituzzjonijet edukattivi, u allura sar il-ħolqa li lingwistikament tgħaqqadna mal-pajjiżi barranin.

Page 14: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Għalkemm illum il-ġurnata tlifna ħafna kliem Malti arkajk bħal: qorq, newba, ħatem, id-djalett għadu ħaj, speċjalment f’Għawdex.

Page 15: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal
Page 16: L-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-ilsien MaltiMatul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa.Għal

Matul iż-żmien l-ilsien Malti evolva,biex permezz tiegħu, aħna nkunu nistgħu nesprimu d-dinja tagħna bil-fenomenu tal-lingwa. Għal dan il-għan żammejna s-saff Semitiku bħala l-istruttura bażika ta’ lsienna u żidna superstrutturi Rumanzi ta’ kliem Sqalli, Taljan u Ingliż.

F’dan il-proċess ħafna minn dan il-kliem żamm it-tifsira oriġinali tiegħu, filwaqt li xi kliem ieħor biddel jew adatta t-tifsira skont il-ħtiġijiet kulturali u soċjali Maltin. Dan hu proċess li ma jispiċċa qatt.