tibor navracsics - ec.europa.eu · iċ-Ċertifikat tal-patrimonju ewropew jirrikonoxxi s-siti li...
TRANSCRIPT
Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jirrikonoxxi s-siti li kellhom rwol sinifikanti fl-istorja, fil-kultura u fl-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, u jen-fasizza d-dimensjoni Ewropea tagħhom b’informazzjoni u attivitajiet edukattivi. Mill-2013 sal-lum, tmienja u tletin sit ingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.
Jien nistiednek tiskopri dawn is-siti u ssir taf iżjed dwar kif uħud min-nhom jixhdu triqitna lejn l-għaqda jew it-taqbida tagħna għall-paċi, filwaqt li oħrajn huma simbolu tat-tfittxija tagħna għall-għarfien jew kienu minn ta’ quddiem fil-ħolqien tal-wirt storiku tagħna. Kull sit hu tappa ewlenija fit-triq komuni tagħna lejn il-libertà u d-demokrazija.
Nifraħ lil kull min kiseb dan iċ-Ċertifikat u nħeġġu biex jużah bl-aħjar mod. Fiduċjuż li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, bis-saħħa tal-viżibbiltà li joffri, se jgħin biex is-siti jaqdu r-rwol edukattiv tagħhom, filwaqt li jrawwem it-turiżmu kulturali u joħloq benefiċċji ekonomiċi diretti u indiretti mhux biss għall-komunitajiet tal-madwar iżda anki għall-Ewropa kollha.
© E
uro
pe
an C
om
mis
sio
n 2
017
Tibor NavracsicsIl-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport
– 2 –
© E
lisab
eth
Day
nè
s
Is-Sit tan-Neandertal ta' Krapina (Krapina, il-Kroazja)
Fl-1899 f'dan is-sit instab l-akbar numru ta’ għadam fossili tan-Neandertal fl-Ew-ropa, madwar disa’ mitt fdal uman ta' xi tmenin individwu, kif ukoll għadam ta’ annimali varji li jmur lura għal 125,000 QK. Esperti mid-dinja kollha wettqu riċerka dwar din il-ġabra, u l-interpretazzjoni tagħhom tas-sejbiet ta' Krapina influwen-zat teoriji xjentifiċi differenti dwar l-iżvilupp tal-bniedem, l-oriġini taċ-ċivilizzazz-joni tagħna u dwar kif il-komunitajiet fl-Ewropa kienu jgħixu matul il-perjodu Plejstoċenu.
Ħdejn is-sit arkeoloġiku, illum jinsab il-Mużew tan-Neandertal ta' Krapina li jip-preżenta b’mod interattiv l-oriġini tal-ħajja fuq il-pjaneta Dinja u l-evoluzzjoni tal-umanità.
http://www.mkn.mhz.hr/en/
– 3 –
© L
uc
Du
mo
ulin
, EP
HO
RA
TE
OF
AN
TIQ
UIT
IES
OF
TH
E C
ITY
OF
AT
HE
NS
, CO
PY
RIG
HT:
HE
LL
EN
IC M
INIS
TR
Y O
F C
ULT
UR
E A
ND
SP
OR
TS
/FU
ND
OF
AR
CH
AE
O-
LOG
ICA
L P
RO
CE
ED
S
Il-Qalba ta’ Ateni l-Antika hija kumpless ta’ madwar mitt monument li jiffurmaw ġabra arkitettonika ta’ importanza kbira fuq perjodu ta’ aktar minn 3,000 sena. Huwa eżempju eċċellenti tal-iżvilupp arkitettoniku antik.
Il-Qalba ta’ Ateni l-Antika tinkludi pajsaġġ storiku fejn seħħew avvenimenti li għenu biex jiffurmaw uħud mill-aktar aspetti essenzjali tal-identità Ewropea, mill-iżvilupp tat-teatru klassiku u tal-arti klassika, sad-demokrazija, il-filosofija, il-loġika, id-drittijiet ugwali u x-xjenzi.
http://odysseus.culture.gr/h/3/eh351.jsp?obj_id=2384
Il-qalba ta’ Ateni l-Antika (il-Greċja)
– 4 –
Il-Park Arkeoloġiku Carnuntum (Carnuntum, l-Awstrija)
Il-Park Arkeoloġiku Carnuntum fil-Lvant tal-Awstrija jagħti l-ħajja lill-istorja Rumana. Carnuntum kienet belt importanti Rumana li twaqqfet f’nofs l-ewwel seklu WK f’punt fejn kienu jiltaqgħu rotot kummerċjali fuq id-Danubju. Din saret waħda mill-aktar bliet importanti fl-Imperu Ruman.
L-400 sena ta’ ħajja Rumana f’Carnuntum jirriflettu perjodu tal-istorja li sawwar u influwenza ħafna l-iżvilupp tal-Ewropa.
http://www.carnuntum.at/de
– 5 –
Is-Siti tal-Patrimonju Mużikali ta’ Leipzig (Leipzig, il-Ġermanja)
Is-Siti tal-Patrimonju Mużikali ta’ Leipzig huma serje ta’ disa’ postijiet f’Leipzig li jirrappreżentaw diversi episodji fl-istorja mużikali tagħha, inkluż knejjes u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, gruppi u kompożituri individwali. Dawn il-posti-jiet jeżebixxu l-firxa ta’ attivitajiet mużikali li seħħew f’Leipzig mis-seklu tlettax ’l hawn. Dan is-sit jiġbor fih il-kontinwità dinamika ta’ tradizzjoni Ewropea speċifika fil-mużika u impenn ċiviku.
https://notenspur-leipzig.de/
© P
ete
r F
ran
ke /
Sch
um
ann
-Hau
s©
An
dre
as S
chm
idt
/ B
ose
hau
s B
ach
mu
seu
m©
Pe
ter
Fra
nke
/ T
ho
mas
kir
che
© U
E-E
AC
Lu
c D
um
ou
lin©
Pe
ter
Fra
nke
/ M
en
de
lsso
hn
hau
s
© S
ven
Win
ter
© H
ans-
P. S
zysz
ka /
Nik
ola
ikir
che
© U
E-E
AC
Lu
c D
um
ou
lin©
An
dre
as S
chm
idt
/ C
on
cert
hal
l
© P
ete
r F
ran
ke /
Old
Nik
ola
isch
ule
© P
ete
r F
ran
ke /
Co
nse
rvat
ory
of
mu
sic
and
th
eat
er
„Fe
lix M
en
de
lsso
hn
Bar
tho
ldy
“©
Pe
ter
Fra
nke
/ V
erl
agsh
aus
C. F
. Pe
ters
– 6 –
L-Abbatija ta’ Cluny, li twaqqfet fis-sena 910, kibret biex saret iċ-ċentru spirit-wali u amministrattiv ta’ wieħed mill-akbar netwerks monastiċi fl-istorja Ewropea, billi kienet tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tan-nies, tal-kotba, tal-ideat artistiċi u tal-għarfien xjentifiku bejn il-fruntieri nazzjonali.
B'riżultat ta' dan, l-ordni ta' Cluny kellha influwenza kbira fuq id-dinja Kristjana tal-Punent tal-Ewropa matul il-Medju Evu.
http://www.cluny-abbaye.fr/
L-Abbatija ta’ Cluny (Franza)
– 7 –
Il-Kastell Olomouc Premyslid u l-Mużew Arċidjoċesan (Olomouc, ir-Repubblika Ċeka)
Il-Mużew Arċidjoċesan huwa ddedikat għall-konservazzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti tal-Arċidjoċesi ta' Olomouc. Il-kollezzjonijiet tiegħu jinsabu għall-wiri fid-Djakon-erija tal-Kapitolu fil-Kastell Premyslid, post li jirrappreżenta eluf ta’ snin ta’ storja, mill-fdalijiet tal-Palazzi tal-Isqof u tal-Prinċep sal-istili tal-Barokk u tar-Rokokò.
Il-Kastell Olomouc Premyslid u l-Mużew Arċidjoċesan huma xhieda kbira tal-preżenza tal-Moravja fl-istorja Ewropea. Huwa ċentru bikri tal-Kristjaneżmu, post li jippreserva u jiċċelebra l-livell għoli tal-patrimonju artistiku tal-Arċisqfijiet ta’ Moravja, u eżempju tajjeb tal-konservazzjoni tal-wirt fir-reġjun.
http://www.muo.cz/en/
© O
lom
ou
c A
rch
dio
cesa
n M
use
um
, Zd
en
ěk
So
do
ma
– 8 –
L-Arkivji tar-Renju ta’ Aragona (Barċellona, Spanja)
L-Arkivji tar-Renju ta’ Aragona, li twaqqfu fl-1318, servew bħala sistema ta’ depożitu ċentralizzat ta’ memorji amministrattivi, ekonomiċi u politiċi tal-monarkija tar-Renju ta’ Aragona. Matul is-sekli ta’ wara, l-arkivji baqgħu jikbru permezz tad-dokumenti li kienu jiġu ġġenerati mill-amministrazzjoni tal-Istat u minn entitajiet oħra, biex illum bis-saħħa tagħhom nistgħu nibnu mill-ġdid l-is-torja tar-reġjun u ta' avvenimenti kbar fl-istorja Ewropea.
L-arkivji tar-Renju ta’ Aragona huma waħda mill-eqdem istituzzjonijiet tal-arkivji fl-Ewropa u jinkludu wħud mill-aktar ġabriet ta’ dokumenti prezzjużi tal-Ewropa Medjevali.
http://pares.mcu.es/
© M
inis
teri
o d
e C
ult
ura
y D
ep
ort
e. A
rch
ivo
de
la C
oro
na
de
Ara
gó
n
– 9 –
Is-Sala tax-Xirka l-Kbira (Tallinn, l-Estonja)
Is-Sala tax-Xirka l-Kbira kienet ikkommissjonata mix-Xirka l-Kbira u nbniet fl-1410. Din l-assoċjazzjoni ta' negozjanti Ġermaniżi Hanseatiċi kienet waħda mill-or-ganizzazzjonijiet kummerċjali l-aktar importanti fiż-żminijiet medjevali u kellha rwol importanti fl-istorja tal-iskambji kummerċjali u kulturali fl-Ewropa ta’ Fuq fil-Medju Evu.
Is-Sala tax-Xirka l-Kbira, li hija eżempju tipiku tal-arkitettura Hanseatika, hija bini pubbliku fejn seħħew għadd kbir ta’ skambji kummerċjali u soċjali sa mill-Medju Evu. Illum is-Sala tilqa' fiha l-Mużew tal-Istorja Estonjana li jippreżenta l-istorja Estonjana fil-kuntest Ewropew tagħha.
http://www.ajaloomuuseum.ee/
© G
reat
Gu
ild H
all,
Est
on
ian
His
tory
Mu
seu
m
– 10 –
© S
erg
iy S
che
bly
kin
L-irdum ta' Sagres (il-Portugall)
L-irdum ta' Sagres, li jinsab mal-kosta tal-Lbiċ tal-peniżola Iberika, huwa pajsaġġ kulturali u storiku rikk ħafna. Dan jinkludi ammont ta’ fdalijiet arkeoloġiċi, strut-turi urbani u monumenti importanti li huma xiehda tal-pożizzjoni strateġika u l-importanza ta' dan is-sit tul is-sekli.
Il-Promontorju sar il-kwartieri ġenerali tal-Prinċep Neriku n-Navigatur għall-proġetti tiegħu dwar l-espansjoni marittima matul is-seklu ħmistax, lokalità ewlenija tal-Epoka tal-Iskoperti li mmarkat il-kultura, ix-xjenza, l-esplorazzjoni u l-kummerċ tal-Ewropa, kemm lejn l-Oċean Atlantiku kif ukoll lejn il-Mediterran, fejn iċ-ċiviltà Ewropea stabbiliet triqitha lejn il-projezzjoni globali li llum tiddefi-nixxi d-dinja moderna.
http://www.monumentosdoalgarve.pt/pt/monumentos-do-algarve/fortaleza-de-sagres
– 11 –
Il-Bibljoteka Ġenerali tal-Università ta' Coimbra (il-Portugall)
Il-Bibljoteka Ġenerali tal-Università ta' Coimbra ġiet stabbilita qabel l-1513 u tin-kludi l-Bibljoteka Joanina, wieħed mill-aktar bini bibljotekali notevoli u innovat-tivi tal-Ewropa tas-seklu tmintax.
Għal sekli sħaħ, din il-bibljoteka ddefinixxiet lilha nnifisha bħala “librerija pub-blika”. Kienet waħda mill-ewwel bibljoteki fl-Ewropa li kienet tipprovdi katalgi tematiċi (1743) u qatt ma ppermettiet l-ebda ċensura fi żminijiet b'inqas libertà. Fiha, wieħed jista' jsib bosta dokumenti ta’ importanza Ewropea.
http://www.uc.pt/en/bguc
– 12 –
Il-Palazz Imperjali (Vjenna, l-Awstrija)
Il-Palazz Imperjali li beda jinbena fl-1240, huwa kumpless ta’ bini u ġonna li kien iservi ta' residenza għall-Asburgi, li għal madwar 700 sena ħakmu fuq parti-jiet kbar tal-Ewropa. L-Imperu Asburgu kien imperu multietniku u multireliġjuż li kellu impatt politiku, amministrattiv, soċjali u ekonomiku kbir fuq it-territorji li jinkludu, jew huma parti mill-Awstrija, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovenja tal-lum. Il-Palazz Imperjali llum iservi bħala s-sede tal-President Fed-erali Awstrijak u jospita ħames organizzazzjonijiet ta' Mużewijiet ta’ klassi dinjija kif ukoll istituzzjonijiet kulturali oħrajn.
http://www.hofburg-wien.eu/php/portal.php
© S
tefa
nie
Grü
ssl /
BH
Ö
– 13 –
L-Unjoni ta’ Lublin (il-Polonja)
L-Unjoni ta’ Lublin, li kienet stabbilita fl-1569, rabtet ir-Renju tal-Polonja mal-Gran Dukat tal-Litwanja u ħolqot l-hekk imsejħa l-Konfederazzjoni taż-Żewġ Nazzjoni-jiet, ikkaratterizzata minn monarkija waħda, parlament komuni u munita waħda.
L-Unjoni ta’ Lublin hija każ eċċezzjonali ta’ integrazzjoni demokratika ta’ żewġ pajjiżi, li wasslet għal koeżistenza paċifika u inklussiva ta' popli bi sfond etniku u reliġjuż differenti.
https://www.britannica.com/event/Union-of-Lublin
© P
iotr
Mac
iuk
– 14 –
Il-Paċi ta’ Westphalia jiddeskrivi t-totalità tat-trattati ta' paċi li ġew innegozjati u ntlaħaq ftehim dwarhom fil-bliet ta’ Münster u Osnabrück fl-1648. Dawn it-Trat-tati wasslu biex tintemm il-Gwerra ta' Tletin Sena (1618-1648), li fiha kienu invo-luti l-potenzi Ewropej ewlenin kollha u li ma kinitx biss kunflitt bejn l-Istati, iżda wkoll bejn id-denominazzjonijiet. Barra minn hekk, il-kunflitt temm ukoll il-Gw-erra tal-Indipendenza Olandiża (1568-1648) minn Spanja.
Il-Paċi ta’ Westphalia kien avveniment seminali fl-iżvilupp tal-liġi internazzjonali u tal-istat. Il-fatt li nkisbet il-paċi permezz ta’ negozjati diplomatiċi u mhux per-mezz ta’ forza jagħmluh avveniment ewlieni. Il-prinċipji li żviluppaw hawnhekk għadhom ħajjin u influwenzaw b'mod deċiżiv l-ordni fl-Ewropa tal-lum.
http://www.stadt-muenster.de/tourismus/startseite.html
http://www.osnabrueck.de/kulturerbe-siegel/
Il-Paċi ta’ Westphalia — Münster u Osnabrück (il-Ġermanja)
– 15 –
Il-Kostituzzjoni tat-3 ta' Mejju 1791 (Varsavja, il-Polonja)
Il-Kostituzzjoni tat-3 ta’ Mejju 1791, adottata mill-Konfederazzjoni tal-Polonja u l-Litwanja, tirrifletti l-influwenzi tal-illuminiżmu li taw supremazija lill-ħsieb, lill-liġi u lill-libertà.
Din kienet l-ewwel kostituzzjoni adottata demokratikament fl-Ewropa u hija sim-bolu tat-trasformazzjoni demokratika u paċifika ta’ sistema politika.
http://agad.gov.pl/?page_id=3730
– 16 –
Il-Kumpless Storiku tal-Università ta’ Tartu (Tartu, l-Estonja)
L-Kumpless Storiku tal-Università ta’ Tartu huwa campus imfassal fil-bidu tas-se-klu dsatax bil-motto "Università fil-belt, università fil-park". Dan jinkorpora l-ideat ta’ università fiż-żminijiet tal-illuminiżmu, u jorbot ix-xjenza mat-tagħlim filwaqt li jirrifletti t-tradizzjoni Ewropea fl-edukazzjoni.
L-Università ta' Tartu ġiet stabbilita fl-1632 mir-Re Żvediż Gustav II Adolf, u minkejja li bidlet l-idejn bejn id-diversi forzi politiċi fir-reġjun, inkluż l-Iżvezja, il-Polonja, il-Ġermanja u r-Russja, dejjem baqgħet xempju ta’ ideat progressivi.
https://www.ut.ee/en
© A
nd
res
Ten
nu
s
– 17 –
Il-Kastell ta' Hambach (Hambach, il-Ġermanja)
Il-Kastell ta' Hambach inbena fil-Medju Evu u kiseb importanza kbira fis-seklu 19. Wara perjodu ta’ ripressjoni politika, fis-27 ta’ Mejju 1832, madwar 30,000 persuna mill-Ġermanja, minn Franza u mill-Polonja ltaqgħu fil-Kastell biex jiċċel-ebraw il-Festival ta' Hambach (Hambacher Fest).
Huma tkellmu favur id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet politiċi u favur l-ug-waljanza, it-tolleranza u d-demokrazija fil-Ġermanja u fl-Ewropa, biex b'hekk il-kastell sar simbolu tat-taqbida għal-libertajiet ċivili fl-Ewropa.
https://hambacher-schloss.de/index.php/37-stiftung/allgemein2/356-welcome
© S
tift
un
g H
amb
ach
er
Sch
loss
, Tin
o L
atzk
o
– 18 –
Il-Kumpless tas-Sinagoga tat-Triq Dohány (Budapest, l-Ungerija)
Is-Sinagoga tat-Triq Dohány inbniet fid-deċennju tal-1850 u hija l-ikbar waħda fl-Ewropa u t-tieni l-ikbar fid-dinja. Fl-akkwati tiegħu hemm mużew u arkivji, mafkar għall-10,000 suldat Ungeriż Lhudi li tilfu ħajjithom fl-Ewwel Gwerra Dinjija, ġnien li jintuża bħala ċimiterju għall-vittmi tal-Olokawst kif ukoll il-Park tal-Mafkar ta’ Wallenberg. Il-Kumpless tas-Sinagoga tat-Triq Dohány huwa sim-bolu tal-integrazzjoni, tat-tfakkir u tal-ftuħ għad-djalogu.
http://www.dohany-zsinagoga.hu/
© B
ud
ape
st J
ewis
h C
om
mu
nit
y
– 19 –
Il-Forti ta’ Cadine (Trento, l-Italja)
Il-Forti ta’ Cadine hija fortifikazzjoni rappreżentattiva tas-sistema tad-difiża ta’ madwar 80 monument simili li nbnew bejn l-1860 u l-1915 fir-reġjun ta’ Trento u hija tifkira tad-diviżjonijiet storiċi, tal-kunflitti militari u tal-fruntieri dejjem jin-bidlu. Dan il-Forti jipprovdi l-kuntest meħtieġ biex nifhmu aħjar il-valur tal-frunt-ieri miftuħa u taċ-ċirkolazzjoni libera.
https://www.cultura.trentino.it/eng/Fort-Cadine
© P
rovi
nci
a au
ton
om
a d
i Tre
nto
-S
op
rin
ten
de
nza
pe
r i b
en
i cu
ltu
rali
(fo
to S
tud
io R
en
si)
– 20 –
Il-Karta tal-Liġi tal-Abolizzjoni tal-Piena Kapitali (Lisbona, il-Portugall)
Il-Karta tal-Liġi tal-Abolizzjoni tal-Piena Kapitali ġiet approvata fl-1867 u tin-stab fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Torre do Tombo f’Lisbona, il-Portugall. Hija waħda mill-ewwel eżempji tas-sospensjoni permanenti tal-piena kapitali li ġiet ikkodi-fikata f’sistema legali nazzjonali fl-Ewropa.
Din tippromwovi l-valuri li llum huma parti mid-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
http://digitarq.arquivos.pt/details?id=4223286
– 21 –
L-Akkademja Mużikali Franz Liszt (Budapest, l-Ungerija)
L-Akkademja Mużikali Franz Liszt ġiet stabbilita fl-1875 mill-kompożitur u l-mużiċista kbir innifsu. Din hija istituzzjoni multidimensjonali: istituzzjoni edukat-tiva, università internazzjonali tal-arti mużikali u post fejn isiru attivitajiet relatati. Din tagħti prominenza lill-wirt mużikali tagħna filwaqt li żżomm leali lejn l-ispirtu tagħha ta’ kreattività, innovazzjoni u nuqqas ta' preġudizzji flimkien mal-karattru Ewropew u internazzjonali.
L-Akkademja tinsab f'binja tal-1907 ta' Flóris Korb and Kálmán Giergl, u li hija meqjusa bħala opra tal-arti tas-Seċessjoni Ungeriża. Fost l-oħrajn tiġbor fiha l-Mużew Kommemorattiv ta' Franz Liszt u ċ-Ċentru għar-Riċerka, l-Istitut Kodály u l-Mużew Kodály.
http://lfze.hu/en/home
© L
iszt
Aca
de
my,
Ju
dit
Mar
jai
– 22 –
Il-Mundaneum (Mons, il-Belġju)
Il-Mundaneum huwa għelm importanti fin-nisġa intellettwali u soċjali tal-Ewropa. Il-fundaturi tiegħu, Henri la Fontaine u Paul Otlet, kienu ambaxxaturi tal-paċi li jemmnu fid-djalogu u l-kondiviżjoni tal-għarfien permezz ta' mezzi ta’ informazz-joni biblijografiċi, fil-livell Ewropew u internazzjonali. L-għan tal-Mundaneum kien li jiġbor l-informazzjoni kollha disponibbli fid-dinja, irrispettivament mill-mezz tiegħu (kotba, gazzetti, kartolini...), u jikklassifikaha skont sistema li żviluppaw bl-isem ta' Klassifikazzjoni Deċimali Universali.
Il-Mundaneum jipprovdi s-sisien ta’ dik li llum hija x-Xjenza tal-Informatika u llum jitqies bħala l-prekursur tal-magni tat-tiftix fuq l-internet.
http://www.mundaneum.org/
© C
olle
ctio
ns
Mu
nd
ane
um
, Mo
ns
(Be
lgiq
ue)
– 23 –
Il-Palazz tal-Paċi jirrakkonta l-istorja tal-paċi fl-Ewropa. Qabel ma nfetaħ il-palazz fl-1913, The Hague ospitat l-Ewwel Konferenza għall-Paċi Dinjija fl-1899 — il-qofol tal-moviment għall-paċi tas-seklu dsatax li kellu l-appoġġ ta' ħafna intellettwali Ewropej. Il-Palazz tal-Paċi ilu jospita konferenzi għall-paċi internazzjonali mill-1913, bil-għan li jirregola t-tiġrija għall-armi u jsolvi tilwim internazzjonali per-mezz tal-arbitraġġ.
Din il-ħidma għadha għaddejja sal-lum billi l-Palazz tal-Paċi huwa s-sede ta’ ħafna istituzzjonijiet ġudizzjarji (il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ, l-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali ta' The Hague); u billi jinkorpora l-valuri tal-paċi u l-ġustizzja, spiss jissejjaħ “is-sede tad-dritt internazzjonali”.
https://www.vredespaleis.nl/
Il-Palazz tal-Paċi (The Hague, l-Olanda)
– 24 –
Il-Knisja ta’ Javorca (Tolmin, is-Slovenja)
Il-Knisja tal-Mafkar ta’ Javorca hija biċċa Art Nouveau unika mibnija fil-muntanji mis-suldati tal-Front ta’ Isonzo fl-Ewwel Gwerra Dinjija biex jitfakkru s-suldati li tilfu ħajjithom, kienu x’kienu l-oriġini u l-kultura tagħhom. Illum, il-knisja u l-pa-jsaġġ kulturali tagħha għadhom jissimbolizzaw din is-sejħa għar-rikonċiljazzjoni u s-setgħa unifikanti tal-ħolqien u tal-bini tal-arti kollaborattiva.
http://www.javorca.com/
© M
un
icip
alit
y o
f To
lmin
– 25 –
Ir-Residencia de Estudiantes (Madrid, Spanja)
F'dan il-bini li jservi bħala residenza, post għall-konferenzi u post għall-iskambju tal-ideat, iltaqgħu personalitajiet ewlenin Ewropej bħal artisti tal-perjodu ta’ bejn il-gwerer, filosfi u xjentisti biex jiddibattu u jiddjalogaw.
Ir-Residencia de Estudiantes dejjem iddefendiet il-valuri tal-libertà tal-ħsieb, il-kooperazzjoni u l-iskambju u għadha ċentru magħruf madwar l-Ewropa kollha li jinkoraġġixxi l-iskambju, id-djalogu, il-komunikazzjoni u l-fehim bejn il-ġener-azzjonijiet, il-kulturi u d-dixxiplini bħall-arti, l-istudji umanistiċi u x-xjenzi.
http://www.residencia.csic.es/
– 26 –
Iċ-Ċimiterju Nru 123 tal-Front tal-Lvant tal-Ewwel Gwerra Dinjija (Łużna – Pustki, il-Polonja)
Iċ-Ċimiterju tal-gwerra Nru 123, li ġie stabbilit fl-1918 fuq l-għolja Pustki, huwa s-sit ta’ waħda mill-akbar battalji tal-Ewwel Gwerra Dinjija fuq il-Front tal-Lvant bejn l-armati Awstro-Ungeriżi u Ġermaniż kontra l-armata Russa: il-battalja ta’ Gorlice, imsejħa wkoll il-Verdun tal-Lvant. Iċ-Ċimiterju huwa l-post tal-mis-trieħ etern tas-suldati ta' dawn it-tliet forzi armati, li kienu minn territorji li llum jagħmlu parti mill-Awstrija, l-Ungerija, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Ukrajna, ir-Russja, is-Slovenja,.. u u li kellhom sfondi reliġjużi u lingwistiċi differenti.
Iċ-Ċimiterju Nru 123 tal-Front tal-Lvant tal-Ewwel Gwerra Dinjija huwa post ta’ kommemorazzjoni li jissimbolizza l-idea tal-ekumeniżmu, permezz tat-tratta-ment identiku ta' dawk li tilfu ħajjithom, indipendentement mill-affiljazzjoni mili-tari, etnika jew reliġjuża tagħhom.
http://www.malopolska.uw.gov.pl/grobywojenne
© Ł
użn
a C
om
mu
ne
– 27 –
Matul il-perjodu ta' bejn iż-żewġ gwerer, il-belt ta’ Kaunas żviluppat f'ċentru kul-turali modern, dinamiku u vibranti. Ħafna Litwani li studjaw f’pajjiżi Ewropej oħra, ġabu lura għarfien u ideat ġodda f’Kaunas, fejn taħlita produttiva ta’ tendenzi moderni u tradizzjonijiet antiki wasslu biex il-pajjiż jiżviluppa l-arkitettura urbana ta’ dak il-perjodu b'mod prosperu.
Kaunas tal-1919-1940 għandu pajsaġġ urban li jirrifletti b'mod ċar l-arkitettura Ewropea tal-perjodu ta' bejn iż-żewġ gwerer u l-moviment modernista li llum jirrappreżentaw il-wirt rikk tal-grandjożità tal-epoka tad-deheb meta l-belt ta’ Kaunas kienet temporanjament il-kapitali tal-Litwanja.
https://visit.kaunas.lt/en/to-see/interwar-architecture/
Kaunas tal-1919-1940 (il-Litwanja)
– 28 –
Sal-1942, il-Kamp ta' Westerbork serva bħala kamp tar-refuġjati għal-Lhud ippersegwitati min-Nazisti, u wara sar kamp ta’ tranżitu li minnu l-Lhud, ir-Rom u s-Sinti kienu jiġu deportati lejn il-kampijiet ta’ konċentrament u ta' sterminju Nazisti.Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Olandiżi suspettati li kkollaboraw man-Nazisti kienu jinżammu priġunieri fil-kamp. Aktar tard, dan il-kamp ospita persuni li kienu qed jirritornaw mill-ex-kolonji Olandiżi fl-Indi tal-Lvant, li fosthom kien hemm grupp kbir ta’ Molukkani.Il-Kamp ta' Westerbork għandu rabtiet ma’ temi kruċjali fl-istorja Ewropea bħall-okkupazzjoni, il-persekuzzjoni, il-migrazzjoni, id-dekolonizzazzjoni u l-multikulturaliżmu. Illum, fuq is-sit ta’ dak li qabel kien il-kamp, hemm mużew u xi monumenti ta’ tifkira.
http://www.kampwesterbork.nl/index.html
Il-Kamp ta' Westerbork (Hooghalen, l-Olanda)
© W
est
erb
ork
Cam
p
– 29 –
Is-sit fejn kien jinsab il-kamp tal-konċentrament Natzweiler u l-kampi satelliti tiegħu (Alsace-Moselle, Franza - Baden-Württemberg, il-Ġermanja)
Is-sit fejn kien jinsab il-kamp tal-konċentrament tan-Nazi, Natzweiler, u l-ħamsin kamp satellita tax-xogħol kienu operattivi bejn l-1941 u l-1945 fuq iż-żewġ naħat tar-Rhine li dak iż-żmien kienu parti mit-Third Reich u li llum huma parti minn Franza u l-Ġermanja. Fin-netwerk ta’ kampijiet ta’ Natzweiler, il-priġunieri minn kważi l-pajjiżi Ewropej kollha kienu vittmi tat-terrur tan-Nazi. Ħafna mill-priġu-nieri kienu oriġinarjament ġellieda tar-reżistenza u li ġew sfurzati jaħdmu. Illum dan is-sit huwa kemm post ta’ tifkira kif ukoll post għall-edukazzjoni taċ-ċittadini.
http://www.struthof.fr/
Wo
od
en p
iles
wit
h vi
ctim
s na
mes
/ P
ilie
rs a
vec
le n
om
des
vic
tim
es
© J
aku
b B
ak, J
ule
Ju
ng
, Ste
ph
an R
itte
r (C
on
cen
trat
ion
Cam
p M
em
ori
al, H
ess
en
tal)
Eck
erw
ald
cis
tern
/ C
iter
ne d
'Eck
erw
ald
©
Sin
a F
leig
(C
on
cen
trat
ion
Cam
p M
em
ori
al, E
cke
rwal
d)
© U
E-E
AC
Lu
c D
um
ou
lin
– 30 –
L-Isptar tal-Partiġjani ta' Franja kien sptar sigriet taż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija mmexxi mill-partiġġjani Sloveni bħala parti minn moviment ta’ reżistenza kontra l-forzi okkupanti Nazisti.
Huwa simbolu notevoli tal-qawwa tal-bniedem u l-kura medika, u tas-solidar-jetà u l-ispirtu ta' ħbiberija fi żminijiet diffiċli — bejn il-popolazzjoni lokali, il-per-sunal tal-isptar u s-suldati midruba ta’ nazzjonalitajiet differenti inklużi suldati għedewwa — li kienu jeżistu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Illum, dan l-isptar ġie trasformat f’mużew li jippromovi s-solidarjetà, il-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem.
http://www.muzej-idrija-cerkno.si/index.php/en/locationsexhibitions/permanent-exhibitions/
franja-partisan-hospital.html
L-Isptar tal-Partiġjani ta' Franja (is-Slovenja)
© B
oja
n T
avč
ar, ©
Idri
a M
un
icip
al M
use
um
– 31 –
Il-Mafkar ta’ Sighet (Sighet, ir-Rumanija)
Il-Mafkar ta’ Sighet jinsab f’sit li kien ħabs Stalinista f’Sighet li ntuża biex jissakkru t-tfal, l-istudenti u r-raħħala li kienu parti mir-reżistenza (1948-1950), l-opponenti politiċi, il-ġurnalisti u l-qassisin (1950-1955) u l-kriminali komuni sas-sebgħinijiet. Illum huwa mafkar għall-vittmi tar-reġimi komunisti u jeżebixxi l-iżvilupp u l-ef-fetti tar-reġimi komunisti fir-Rumanija u f’pajjiżi oħra tal-Ewropa tal-Lvant. Il-Ma-fkar jixħet id-dawl fuq ir-ripressjoni tar-reġimi komunisti fl-Ewropa matul is-seklu għoxrin, inkluż il-mewt u s-sofferenzi li għaddew minnhom ġewwa u barra l-ħitan tal-ħabs.
http://www.memorialsighet.ro/
© C
om
anic
iu D
an -
Sh
utt
ers
tock
.co
m
– 32 –
Id-Distrett Ewropew ta’ Strasburgu (Strasburgu, Franza)
Sa mill-ħolqien tiegħu wara t-Tieni Gwerra Dinjija, id-Distrett Ewropew ta’ Stras-burgu kien il-bażi tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Parlament Ewropew tal-Unjoni Ewropea. Id-Distrett huwa xhieda tal-integrazzjoni Ewropea, tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
http://lieudeurope.strasbourg.eu/
© D
amir
Fab
ijan
ic
– 33 –
Id-Dar ta' Robert Schuman (Scy-Chazelles, Franza)
Robert Schuman (1886-1963) huwa meqjus bħala wieħed mill-figuri fundaturi tal-Unjoni Ewropea, wieħed minn dawk imsejħa "Missier l-Ewropa". Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 1950, imfakkra kull sena bħala Jum l-Ewropa, huwa stabbilixxa s-sisien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tal-istituzzjonijiet kollha Ewropej li ġew wara. Id-dokument witta t-triq lejn l-inte-grazzjoni Ewropea ta’ wara l-gwerra.
Huwa xtara din id-dar fl-1926 u rtira hemmhekk mill-1960. Illum id-dar hija mużew li fih diversi oġġetti li kienu ta' Robert Schuman u li juru l-impenn tiegħu favur l-ideal Ewropew.
http://www.mosellepassion.fr/index.php/les-sites-moselle-passion/maison-de-robert-schuman
– 34 –
Bois du Cazier (Marcinelle, il-Belġju)
Is-sit tal-minjiera tal-faħam Bois du Cazier ifakkar il-klassiijiet tal-ħaddiema u l-immigrazzjoni lejn il-Vallonja (il-Belġju) fis-seklu għoxrin. Fl-1956, fis-sit kollu, mill-bokka tal-minjiera sal-munzelli tal-gagazza, seħħ diżastru li fih mietu 262 persuna ta’ 12-il nazzjonalità differenti. Il-minjiera għalqet fl-1967, iżda mill-2002 ’l hawn is-sit inbidel f’mużew tal-industrija tal-faħam, tal-ħadid u tal-ħġieġ. Dan is-sit ifakkarna fis-solidarjetà Ewropea kif murija wara li seħħ id-diżastru tal-1956, li wassal ukoll għall-ħolqien tal-korp tas-saħħa u tas-sikurezza mill- Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar.
http://www.leboisducazier.be/
© D
ési
ré D
ele
uze
© C
amill
e D
etr
aux
- R
aym
on
d P
aqu
ay©
UE
-EA
C L
uc
Du
mo
ulin
© U
E-E
AC
Lu
c D
um
ou
lin
– 35 –
Id-Dar Mużew ta' Alcide de Gasperi hija l-post fejn twieled Alcide de Gasperi (1881-1954) li serva bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Prim Ministru Tal-jan mill-1945 sal-1953 u appoġġa l-pjanijiet ta’ Schuman, li wasslu għall-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
Illum, De Gasperi huwa rikonoxxut bħala wieħed minn "Missirijiet l-Ewropa" u huwa forza ta’ ispirazzjoni għall-ħolqien tal-Komunità Ekonomika Ewropea. Id-dar tiegħu llum hija mużew li jenfasizza l-kontribut tiegħu għall-bini tal-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
http://www.degasperitn.it/it/museo-de-gasperi/
Id-Dar Mużew ta' Alcide de Gasperi (Pieve Tesino, l-Italja)
© F
on
daz
ion
e Tr
en
tin
a A
lcid
e D
e G
asp
eri
– 36 –
It-tarzna storika ta’ Gdańsk (Gdańsk, il-Polonja)
It-tarzna storika ta’ Gdańsk rat it-twelid ta' "Solidarność", moviment soċjali u tat-trejdjunjins li għaqqad liċ-ċittadini fil-ġlieda paċifika favur il-libertà u d-dritti-jiet tal-bniedem. Dan il-post huwa kruċjali fl-oriġini tat-trasformazzjoni demokra-tika fl-Ewropa.
L-oriġini tal-moviment imur lura għall-istrajk tal-ħaddiema tal-1970, li kien twaqqaf b'mod vjolenti mill-awtoritajiet Soċjalisti. Għaxar snin wara, jiġifieri fl-1980, mewġa ġdida ta’ strajks ġiegħlet lill-Gvern iċedi u jiffirma l-Ftehimiet storiċi ta' Awwissu ma’ Lech Wałęsa. Minn dak il-mument 'il quddiem, is-"Soli-darjetà" baqgħet kontinwament tippromovi d-demokrazija u l-libertajiet ċivili fil-Polonja u fit-tmeninijiet wasslet għal movimenti soċjali simili fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant.
http://www.ecs.gda.pl/
© D
awid
Lin
kow
ski /
Eu
rop
ean
So
lidar
ity
Ce
ntr
e
– 37 –
Ir-Raħal ta’ Schengen (Schengen, il-Lussemburgu)
Schengen huwa raħal max-xmara Moselle, fit-trijanglu tal-fruntieri tal-Lussem-burgu, il-Ġermanja u Franza. Hawnhekk, fl-1985 u fl-1990, kienu ġew iffirmati l-Ftehim ta’ Schengen u l-Konvenzjoni għall-Implimentazzjoni ta’ Schengen fuq dgħajsa tal-kruċieri fuq ix-xmajjar. Fir-raħal hemm diversi postijiet li jfakkru dan il-Ftehim, inkluż iċ-Ċentru Ewropew ta’ Schengen bil-mużew tiegħu. Mindu ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Schengen, dan il-post sar l-eponimu tal-moviment liberu fl-Ewropa.
http://www.visitschengen.lu/
© S
che
ng
en
asb
l©
Sch
en
ge
n a
sbl
© I
mp
rim
eri
e S
ain
t P
aul S
A
– 38 –
Il-Park ta’ Kommemorazzjoni tal-Piknik Pan-Ewropew (Sopron, l-Ungerija)
Il-Park ta’ Kommemorazzjoni jfakkar l-inizjattiva ċivili tad-dimostrazzjoni paċi-fika tal-Piknik Pan-Ewropew li saret fid-19 ta’ Awwissu 1989. Il-ftuħ temporanju tal-fruntiera bejn l-Ungerija u l-Awstrija matul id-dimostrazzjoni ta l-opportu-nità lil kważi 600 ċittadin tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża li jaħarbu lejn il-Punent, avveniment li mmarka l-bidu tal-qerda tal-purtiera tal-ħadid.
Wara li qasmet l-Ewropa ideoloġikament u ekonomikament f’żewġ żoni sepa-rati, il-waqgħa tal-Purtiera tal-Ħadid wasslet għar-riunifikazzjoni tal-Ġermanja u għat-tkabbir tal-UE għall-pajjiżi tal-Lvant fl-2004. Il-Park ta’ Kommemorazzjoni jirrappreżenta l-Ewropa magħquda u mingħajr fruntieri ta' wara l-1989.
http://www.paneuropaipiknik.hu/
– 39 –
It-Trattat ta’ Maastricht (Maastricht, in-Netherlands)
It-Trattat ta’ Maastricht (1991-1992) kien pass importanti ħafna għall-integrazz-joni Ewropea: f’Maastricht, it-tnax il-Stat Membru li kienu membri dak iż-żmien qablu li jkomplu bl-unjoni ekonomika u monetarja li wasslet għall-introduzzjoni tal-Euro, li jsaħħu r-rappreżentanza demokratika u li jestendu l-kompetenzi għal oqsma ġodda bħall-kultura. Illum, il-bini tal-Provinċja fejn ġie nnegozjat it-trattat u mbagħad fejn dan ġie ffirmat fis-7 ta’ Frar 1992, huwa ċentru għall-viżitaturi u għall-eżibizzjonijiet.
http://www.europecalling.nl/
© E
uro
pe
an C
om
mu
nit
ies
- C
hri
stia
n L
amb
iott
e, 1
99
2