marzu 2013 - signumfideimalta | just another dawl għall-ħajja tagħna. għallimni nieħu ħsieb...

62
MARZU 2013

Upload: halien

Post on 25-Mar-2018

240 views

Category:

Documents


6 download

TRANSCRIPT

Page 1: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

MARZU 2013

Page 2: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar:

1.Biex jikber ir-rispett lejn in-natura meta niftakru li l-ħolqien huwa opra ta’ Alla fdata f’idejn ir-responsabbiltà tal-bnedmin. 2.Biex l-isqfijiet, is-saċerdoti u d-djakni ma jgħejjew qatt iwasslu l-Vanġelu sat- truf kollha tal-art. 3.Biex il-quddies tal-Ħadd tibnina bħala komunità u trabbina nkunu mera ta’ Kristu fil-ħajja ta’ kuljum.

Dati importanti għax-xahar ta’ Marzu : 19 ta’ Marzu: San Ġużepp, l-għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija 24 ta’ Marzu: Ħadd il-Palm u l-passjoni tal-Mulej 25 ta’ Marzu: Tibda l-Ġimgħa Mqaddsa 28 ta’ Marzu: Ħamis ix-Xirka 31 ta’ Marzu: L-Għid

Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Marzu issa tista’ tiġi aċċessata minn fuq il-websajt http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda ta’

Fidi

Fidi

- MARZU 2013 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

Il-bieraħ, 28 ta’ Frar, il-Papa Benedittu XVI irriżenja minn Papa u hekk issa matul l-ewwel jiem ta’ Marzu sejjer isir il-Konklavi biex jiġi elett Papa ġdid. Ejjew inżommu fit-talb tagħna lill-Papa Benedittu, il-Kardinali u lill-Papa elett. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex inebbaħhom fl-għażla tagħhom għas-suċċessur ta’ Pietru.

Page 3: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 3

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu San Albinu – isqof ta’ Angus

San David – isqof ta’ Menevia Beatu Pietru Rene Roque - saċerdot

It-12-il dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 37: 3,4,12,13a,17b-28 Arah, ġej il-ħalliem! Issa ejjew noqtluh! 2. Salm104: 16,17,18,19,20,21 Niftakru Mulej fl-għeġubijiet tiegħek. 3. Mattew 21: 33-43,45-46 Ara l-werriet! Ejjew noqtluh! BEATU PIETRU RENE ROQUE – saċerdot (1758 – 1796) Kien saċerdot minn Vannes u twieled fl-1758. Kien l-uniku wild fil-familja, u

missieru miet ftit wara li twieled ibnu, waqt li kien ġej lura minn xogħol fuq negozju, għalhekk qatt ma ra lil Pietru.

Kien ta’ saħħa fraġli ħafna u bniedem ta’ statura żgħira u dgħajfa. Ġie ordnat saċerdot fl-1782 u sar il-kappillan tas-sorijiet “Dames de la

Retracte” (Xebbiet tal-Irtir). Iżda wara erba’ snin mar Pariġi u daħal fil-kongregazzjoni tal-Lazaristi, magħrufin bħala kongregazzjoni tal-missjoni ta’ San Vinċenz de Paul.

Hu kien għadu ma temmx in-novizzjat, li s-superjuri bagħtuh bħala professur tat-teoloġija fil-belt ta’ Vanne, art twelidu.

Kien fiż-żmien li kien Vannes li faqqet ir-Rivoluzzjoni Franciza u hawn wera eroiżmu biex iwettaq kull xorta ta’ appostolat.

Fl-1791, irrifjuta li jieħu l-Ġurament Kostituzzjonali tar-Reġim Rivoluzzjonarju. U fuq l-eżempju tiegħu, ħafna saċerdoti li kienu ddeċidew li jieħdu dan il-ġurament, irrifjutawh ukoll.

Meta s-sitwazzjoni saret iżjed ħarxa u l-għassa kienet iżjed intensa beda jmur iqaddes fid-djar privati u jkompli l-appostolat tiegħu klandestinament. Iżjed ’il quddiem kellu saħansitra jbiddel ismu.

Fl-lejlet il-Milied tal-1795, mar jieħu l-vjatku lil xi morda u wieħed eretiku kixfu, ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs. Waqt li kien il-ħabs kiteb artiklu bħala difiża tal-Knisja Kattolika u kien iwettaq appostolat fost il-ħabsin.

Meta ġie mogħti s-sentenza tal-mewt niżel għarkupptejh, talab lil Alla u ġie mogħti l-giljotina. Kien l-1 ta’ Marzu 1796.

Ġie bbeatifikat fl-1934. Ir-relikwi tiegħu huma meqjuma f’ Vannes.

Page 4: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

4 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: It-tema ta’ din il-parabbola hi kif aħna nirrispondu għas-sejħa ta’ Alla u speċjalment ta’ Ibnu. Ġesù hu ‘l-ġebla li warrbu l-bennejja’ (Mattew 21:42). Jekk ma naċċettawx lil Ġesù, kif għamlu l-Farisej, allura nħossuh ta’ xkiel għalina u b’hekk nitkissru. Imma għal dawk li jemmnu fih, hu l-ġebla tax-xewka, il-blata u l-pedimant li fuqu nibnu ħajjitna. Il-messaġġ tal-parabbola għadu jgħodd sal-lum – kif qiegħed nirrispondi għas-sejħa ta’ Ġesù? Bl-għemejjel tiegħi qiegħed nagħti frott?

Bible alive

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mill-1 punt

Be convinced of what Saint Paul says, that you plant and water the seed, but it is God through Jesus Christ who makes it grow and brings your work to fulfillment. So when it happens that you encounter some difficulty in the guidance of your disciples, when there are some who do not profit from your instructions and you observe a certain spirit of immorality in them, turn to God with confidence. Very insistently ask Jesus Christ to make his Spirit come alive in you, for he has chosen you to do his work

TALBA

O Alla missierna, inti turina u twettaq l-opri tiegħek f’kull wieħed minna.

Anke saħansitra fid-dalma tal-qalb tagħna, inti titrasfigura lilek innifsek f’dawl għall-ħajja tagħna.

Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih,

u għinni negħleb il-biża’ li qed inħoss. Agħtini li nagħraf l-opri tiegħek

ġurnata wara l-oħra. F’din “id-dalma - ċara ta’ ħajti.”

Bro.Louis

Missierna ...

Page 5: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 5

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu Santa Anjeże ta’ Praga – verġni, reliġjuża

San Nikola Owen – martri It-13-il dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mikea 7: 14,15,18-20 Jarmi ħtijietna kollha f’qiegħ il-baħar. 2. Salm 102, 1-4,9-12 Ħanin u twajjeb il-Mulej. 3. Luqa 15: 1-3,11-32 Dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam.

SAN NIKOLA OWEN (1550 – 1606) Ftit wisq nafu fuq l-ewwel snin ta’ ħajtu. Iben familja li żammet il-fidi kattolika

minn Oxfordshire. Hu aktarx kien imrawwen bħala mastrudaxxa u bennej. Imwieled l-Ingilterra fi żmien meta kollox kien leċitu, huwa għex ħajja tabilħaqq

safja, bla ma ħalla lilu nnifsu jinġibed mit-tlellix tad-dinja. Il-konfessur tiegħu, li kien jafu sa minn mindu kien għadu tifel, jiddikjara solennament “li hu żamm l-innoċenza tal-magħmudija bla mittiefsa sal-mewt.”

B’sengħa tassew kbira kien kapaċi jivvinta moħbiet biex isalva l-ħajja tas-saċerdoti. Dawn il-moħbiet hu kien jagħmilhom jew f’passaġġi taħt l-art, jew bejn il-ħitan, jew jidfinhom fi rkejjen impenetrabbli. Imma dak li kien wisq aktar diffiċli f’din il-biċċa xogħol kien il-mod kif jaħbi d-daħliet għalihom b’tali mod li b’xejn ma kienu jistgħu jingħarfu bħala moħbiet.

Barra minn hekk, hu kien iżomm segretezza assoluta dwar dawn il-postijiet, u qatt ma għarraf l-eżistenza tagħhom lil ħadd. Huwa waħdu kien l-arkitett kif ukoll il-bennej; u kien jaħdem fuqhom b’sengħa kbira u b’ħafna xogħol iebes, għax ġeneralment kien ikollu jkisser il-ħitan l-aktar ħoxnin u minnhom ineħħi ġebel kbir. Xogħol li jitlob dirgħajn aktar qawwijin minn dawk li kellu hu f’ġisem hekk ċkejken illi kisiblu l-laqam ta’ “Little John”.

Meta kien ilu jaħdem għal xi snin f’din il-ħidma, Patri John Garnet aċċettah bħala fratell fil-Kumpannija ta’ Ġesù, qabel is-sena 1580, u kien fost l-ewwel fratelli ġiżwiti Ingliżi. Għalkemm, għal raġunijiet ovvji, il-konnessjoni tiegħu mal-ordni tal-Ġiżwiti nżammet sigrieta.

Nikola Owen kien ma’ Patri Garnet meta huma kienu ttraduti minn wieħed li ma ssospettawx fih. Kienu arrestati flimkien nhar San Ġorġ, it-23 ta’ April 1594. Huwa kien mitfugħ il-ħabs.

Huwa u l-Fratell Richard Fulwood kienu mdendlin għal tliet sigħat flimkien, b’dirgħajhom imwaħħlin ġo ċrieket tal-ħadid, u ġisimhom jixxejjer fl-arja. Lil Owen żidulu t-tbatijiet billi rabtulu ma’ saqajh piżijiet tqal. Dan il-kastig kien jissejjaħ il-kavallett “Topcliffe”.

Owen baqa’ dejjem jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet li kien jagħmillu Wade, u għażel li jitkellem biss ma’ Alla, billi beda jsejjaħ l-għajnuna ta’ Ġesù u Marija.

Page 6: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

6 SIGNUM FIDEI

Fl-aħħar minħabba l-pożizzjoni mdendla li assoġġettawh għaliha, il-fratell Nikola Owen miet fost uġigħ kbir, fit-12 ta’ Marzu 1606.

Riflessjoni: Xi drabi tiġina t-tentazzjoni li nagħmlu bħall-Fariżej u nħossuna superjuri fuq ħaddieħor. Naħsbu li aħna tajbin u m’għadniex bżonn ta’ maħfra. Jistà jkun li aħna m’aħniex midinba kbar bħal dawk li Ġesù ltaqa’ magħhom, imma ċertament aħna mhux ħielsa minn dnubiet bħal: is-suppervja, ir-regħba, iż-żina u r-rabja. Madankollu nistgħu nserrħu moħħna li Ġesù għadu jilqa’ ’l-midinbin illum bħal ma kien jagħmel elfejn sena ilu. U meta aħna mmorru nitolbu quddiemu b’qalb umli, hu jifraħ bina. L-aħbar tajba tal-Vanġelu hi li ħadd ma jinsab nieqes mill-imħabba u l-ħniena ta’ Alla.

‘Bible alive’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, silta mill-1 punt

To induce us powerfully to pray, Jesus Christ assures us explicitly that we will receive everything that we ask for. Whoever asks, he says, will receive. Prayer has this efficacy in itself; this is precisely what God promises us. The more we ask of God, the more he gives, because he takes great delight in granting our prayers. God would not urge us so strongly to make requests of him, says Saint Augustine, if he were not disposed to give us what we ask and if he did not will this effectively. Be ashamed, then, to be so slothful and negligent in praying to God, who has a greater desire to give than you desire to ask. He has more compassion on your wretchedness than you have the desire to be delivered.

TALBA

Mulej Alla, nirringrazzjawk

għall-imħabba u l-ħniena tiegħek, għal dik it-tgħannieqa tiegħek ta’ mogħdrija.

Agħtina l-grazzja li ma niġġudikawx lil ħaddieħor, imma li jkollna mġiba ta’ ħlewwa u mħabba

bħal dik ta’ Ġesù. Ammen.

Missierna ...

Page 7: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 7

Il-Ħadd, 3 ta’ Marzu It-3 Ħadd tar-Randan

L-14-il dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 3: 1-8a,13-15 JIEN HU, bagħatni għandkom. 2. Salm 102: 1,2,3,4,6,7,8 u 11 Ħanin u twajjeb il-Mulej. 3. 1Korintin 10: 1-6,10-12 Il-ħajja tal-poplu ma’ Mosè fid-deżert inkitbet bi

twissija għalina. 4. Luqa 13: 1-9 Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda. Għal raġunijiet pastorali jista’ jsir il-qari taċ-ċiklu A: 1. Eżodu 17: 3-7 Agħtina ilma x’nixorbu. 2. Salm 94: 1,2,6,7,8,9 Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom. 3. Rumani 5: 1,2,5,8 L-imħabba ssawbet fina permezz tal-Ispirtu mogħti lilna. 4. Ġwanni 4: 5-42 Għajn ta’ ilma li jnixxi sal-ħajja ta’ dejjem. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-bniedem illlum jaħseb li għamel ħafna progress meta’ jqabbel lilu nnifsu man-nies ta’ dari, u tant sar prużuntuż li kultant isir kważi ridikolu kemm jitħabat biex iżomm kollox taħt kontroll assolut u jaħseb li b’hekk jista’ jasal biex ibiegħed minnu l-għawġ. Jekk imbagħad ma jirnexxilux, kif spiss jiġri, ma jirrassenjax ruħu u jibda jfittex isib ta’ min hu t-tort għaliex irid ikun hemm xi ħadd li hu ħati għal kulll ħaġa ħażina li tiġri.

Minn hawn tibda nkjesta sħiħa biex fl-aħħar issir ġustizzja. Meta’ mbagħad tinqata’ s-sentenza, jaqa’ s-skiet u jingħalaq il-każ. Iżda l-Vanġelu jgħidilna li l-każ mhu magħluq xejn, anzi Ġesù jgħidilna “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra....Le, ngħidilkom imma jekk ma tindmux ilkoll tintilfu bħalhom.” Lq 13:2-3. Kliem li jħasseb u jġiegħel lil dawk li kienu jistaqsu biex ma jiqfux biss jitħassru l-vittmi u jikkundannaw lill-ħatja. Ġesù jfakkarna li aħna lkoll mgħaddsin sa mneħirna f’din id-dinja ħażina mimlija vjolenza u diżgrazzji, u ħadd minna m’hu innoċenti, jekk saħansitra Alla li ried jiġi jgħix fiha kellu jerfa’ l-piż tal-ħtija fuq spallejh.

X’inhi l-konverżjoni li Ġesù jistedinna għaliha? Fid-dinja tagħna ta’ innoċenti, lesti jieħdu merti li mhumiex tagħhom, kapaċI faċilment jeħilsu minn dak li ma jogħġobhomx, lesti jipprotestaw kontra l-ħtijiet tas-sistema, mingħajr ma jagħrfu l-ħtijiet tagħhom, il-konverżjoni ma tiġix spontanja. ‘jekk hemm xi ħadd li jrid jinbidel dan żgur mhux jien’. Bil-kuntrarju, li tikkonverti jfisser propju li ma neħilsux lilna nfusna mill-ħtija għall-ħażen tal-ambjent li ngħixu fih imma nilqgħu l-istedina għall-indiema u nħallu l-maħfra divina teħlisna.

Ifisser li ma nonqsux mir-responsabbilta f’sitwazzjonijiet ta’ niket u nġustizzja u nuru sinjali konkreti ta’ tama u ħelsien lil min hu batut. Ifisser li anke fl-iktar

Page 8: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

8 SIGNUM FIDEI

sitwazzjonijiet traġiċi hemm is-sejħa tal-ħniena divina lil kuxjenza tal-bniedem biex jagħżel li jibdel ħajtu u jagħmel il-frott. Diffiċli hux, imma l-konverżjoni tagħna saret possibbli minħabba li qabilna, mingħajr ma jistħoqqilna, Alla kkonverta lejna kif ifakkarna l-ewwel qari “Jien ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi...” Eż 3:7.

Il-parabbola tat-tina bla frott tirrankontalna dwar il-paċenzja tal-Mulej li mhux talli jieqaf milli jqaċċat is-siġra li qiegħeda tkidd l-art għal xejn, imma jagħtiha kura speċjali u jistenniha tagħti l-frott, sinjal tal-bidla fil-ħajja. Ħadd iktar minn Alla ma jaf il-ħażen tagħna u l-bżonn li għandna biex nikkonvertu u nwarrbu minna r-rovina li jwassluna għaliha ix-xewqat u l-għażliet ħżiena tagħna. Imma jaf ukoll li l-konverżjoni tagħna ma sseħħx bit-theddid tal-kastigi u anqas billi jibgħatilna d-diżgrazzji, imma billi jżomm ħajjin il-ħniena u l-paċenzja tiegħu u jiftakar fil-wegħda tiegħu; u hekk fuq dan l-eżempju, aħna wkoll insiru messaġġiera tal-ġustizzja u l-ferħ.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.19, it-2 punt

It is pride or human respect that ordinarily prevents us from revealing our interior difficulties to our superior. It is pride, because we are ashamed to expose the depths of our soul and because our self love suffers keenly when we have to admit certain weaknesses. So it seals our lips, persuading us that we would dishonor ourselves if we spoke sincerely to a superior, who then would get a bad impression of our behavior. This is what the demon does not fail to suggest to us on such occasions, taking pains to magnify things in our eyes, preventing us from surmounting the momentary confusion we experience in acknowledging these faults. The remedy for this pernicious notion is to love the humiliation we experience in such an openness of heart, to carry out this duty as a powerful way to humble ourselves, and at the beginning simply to tell our superior everything that is most humiliating in the account we are giving of our conscience.

TALBA Missier,

tħallix sentimenti foloz tal-mistħija u imbarazzament

iżommuni milli nfittex il-maħfra u l-fejqan ta’ dnubieti.

Minflok, dawwalni bl-ispirtu qaddis tiegħek biex nagħraf it-toqol ta’ dnubieti

ħalli nkun nista’ npoġġihom quddiemek u b’hekk niġġedded mill-ġdid fl-imħabba tiegħek.

Ammen. Missierna ...

Page 9: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 9

It-Tnejn, 4 ta’ Marzu San Każmiru

Il-15 il-dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.2Slaten 5: 1-15a Kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael, imma ħadd

minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja. 2. Salm 41: 2,3; 42 (43): 3,4 Ruħi għatxana għal Alla. 3. Luqa 4: 24-30 Ġesù bħal Eliżew u Elija ġie għal kulħadd. SAN KAŻIMIRU – prinċep tal-Polonja (3 ta’ Ottubru, 1458 – 4 ta’ Marzu, 1484) Kien il-fustani ta’ Każimiru IV, re tal-Polonja, u ta’ Eliżabetta, prinċipessa tal-

Awstrija u bint Albert II, imperatur tal-Boemja u tal-Ungerija. Wara li ommu rabbietu, fil-biża’ t’Alla, fdatu f’idejn Patri Dlugosz, bniedem

reliġjuż tabilħaqq, kellu don speċjali għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ, flimkien mal-għerf u mat-tjubija kien jgħaqqad l-arti, u hekk kien ikun maħbub mid-dixxipli. Iċ-ċkejken Kasimiru ta’ disa’ snin, kien ġa mrawwem fil-biża’ t’Alla, u għamel progressi kbar taħt it-treġija ta’ mgħallem hekk għaqli.

Daqs kemm wera ruħu indifferenti għall-ħwejjeġ tad-dinja u għall-unuri tal-qrati, daqshekk kien mixtieq li jkattar teżori fil-ġenna.

L-akbar devozzjoni tiegħu kienet lejn il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù. Spiss bil-lejl kien imur joqgħod għarkupptejh wara l-bieb magħluq ta’ xi knisja, anki fl-eqqel tax-xitwa, jitlob u jistenna l-għodwa biex jidħol u jieħu sehem fil-kant tal-mattutin.

Kellu wkoll devozzjoni kbira lejn il-Madonna u għal żmien twil l-innu ta’ San Bernardu lill-Madonna “Omni die dic Mariae” kienu jaħsbu li kien tiegħu.

Meta Każimiru kellu tlettax-il sena, missieru deherlu li t-tron tal-Ungerija kien imiss lill-familja tiegħu bħala wirt ta’ martu, bint l-Imperatur, u għalhekk organizza spedizzjoni kontra Mattew Corvinu (1471). Iċ-ċkejken prinċep, li missieru ħatru biex ikun ir-re ta’ dan il-pajjiż, kellu jbaxxi rasu u jmur ma’ din l-ispedizzjoni.

Iżda l-għajnuna li Każimiru IV kien jittama minn bosta Ungeriżi li kienu qamu kontra Corvinu, ma seħħitx, u l-Prinċep kellu jaħrab lura lejn il-Polonja fejn issokta l-edukazzjoni tiegħu taħt Patri Dlugosz sal-1475.

Sadattant missieru beda jħarrġu fl-affarijiet tal-istat, u meta fl-1479 mar il-Litwanja, biex iħoll bosta diffikultajjiet li kienu nibtu hemm, ħalla ’l ibnu Każimiru, bħala reġġenti tal-Polonja (1480-1483).

Fi żmien din ir-reġġenza Każimiru wera ruħu prinċep għaqli, ġust u prudenti. Missieru beda jaħseb biex iżewġu ma’ bint Federik III, imperatur tal-Ġermanja,

iżda l-prinċep ried jibqa’ għażeb.

Page 10: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

10 SIGNUM FIDEI

Kellu attakk qawwi fil-pulmuni, u billi kien ġa debboli bis-sawm u bil-penitenza ma felaħx għalih. Miet fil-Qorti ta’ Grondo, huwa u sejjer lejn il-Litwanja, wara ħajja qaddisa.

Huwa ġie midfun fil-kappella tal-Madonna fil-Katidral ta’ Vilna. Nota: L-Innu “Omni die dic Mariae” li jissemma fil-ħajja ta’ San Każimiru ġie tradott għall-Malti mill-Kan. Dun Karm Farruġia, fiż-żmien li hu kien kappillan ta’ San Girgor – tas-Sliema. Il-ġmiel tiegħu mmużikat bl-arja Franċiża tal-oriġinali. Riflessjoni: Mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, 1 Ktieb – Kap. XIX

Il-ħajja ta’ reliġjuż tajjeb għandha tiddi bir-virtù kollha, biex minn ġewwa tkun taqbel ma’ dak li jidher minn barra. Anzi jekk irridu nitħaddtu sewwa, aktar għandha tkun imqaddsa minn ġewwa, milli tidher minn barra; għaliex Alla hu dak li jiżinna: u lil Alla għandna nagħtuh qima wisq kbira kull fejn inkunu; u għandna nġibu ruħna quddiemu sew bħall-anġli. Hemm bżonn mela li kuljum inġeddu l-proponimenti tagħna, dak li lilu wegħedna fil-professjoni, u li aktar ninxtegħlu bi ħrara kbira li nservuh, bħallikieku llum għadna kif ikkonvertejna lejh, u ngħidulu: “Għinni, sinjur, f’dal-proponiment tajjeb tiegħi; għinni, ħalli nista’ nservik; tini grazzja li llum nibda’ ngħix tajjeb, għax dak li għamilt s’issa għadu mhu xejn.’’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 91, lil wieħed Brother

“I do not and will not fail to pray to God for you, my very dear Brother, that he will give you steadfastness in your vocation. Indeed, you need him to sustain you in it. You will give me great pleasure by praying to him for me. The affection with which you write to me touches me immensely, my very dear Brother”.

TALBA

Ġesù, inti taf x’hemm ġewwa qalbi, kull biża’ u sofferenza.

Bil-qawwa tiegħek agħtini s-saħħa;

imlini bi mħabbtek. Għinni biex inkun nista’ nxandrek

qalb il-familjari u l-ħbieb tiegħi.

Ammen Missierna ...

Page 11: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 11

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu San Ġużepp tas-Salib - reliġjuż

Il-Beatu Ġeremija minn Vallacchia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.Danjel 3: 25,34-43 B’qalbna niedma u ruħna mċekkna, jalla nkunu

ningħoġbu quddiemek, Mulej. 2. Salm 24: 4bċ-5ab,6-7bċ,8,9 Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej. 3. Mattew 18: 21-35 Jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom, anqas il-

Missier ma jaħfer lilkom. SAN ĠWANN ĠUŻEPPI TAS-SALIB – reliġjuż (1654 – 1734) Kien Franġiskan tar-Riforma ta’ San Pietru minn Alkantara, twieled fil-gżira ta’

Iskja, ’il barra mill-golf ta’ Napli. Il-ħajja eżemplari li għex sa minn ċkunitu kisbitlu l-grazzja li jkun l-ewwel taljan imsejjaħ mill-Mulej li għannaq ir-riforma ħarxa ta’ San Pietru minn Alkantara.

Malli libes iċ-ċoqqa ħarxa ta’ din ir-riforma, ħa bħala mudelli tiegħu l-Patrijarka ta’ Assisi u l-penitenti ta’ Alkantara, u minn dak tal-ewwel tgħallem bi ħrara kbira l-umiltà u l-faqar, waqt li mit-tieni ħa l-ispirtu ta’ kontemplazzjoni u tal-penitenza.

Tliet snin wara li pprofessa, is-superjuri tawh l-inkarigu li jwaqqaf kunvent hekk fqajjar u żgħir, li kien kopja mitmuma ta’ dak li l-Alkantara kien waqqaf fl-Estremadura (Spanja).

Wara ħatruh majjistru tan-novizzi, u hekk sata’ jifforma bil-kelma u bl-eżempju fil-prattika tal-virtujiet reliġjużi bosta li saru mbagħad magħrufin għall-qdusija u għall-mirakli.

Kiseb mill-Papa Klement XI il-permess li jiftaħ provinċja ġdida tal-istitut tiegħu fir-renju ta’ Napli, u tagħha kellu jaċċetta li jkun l-ewwel superjur.

Miet ta’ 80 sena fl-1734. Riflessjoni: MilI-Imitazzjoni ta’ Kristu, 2 Ktieb – Kap. XIII

Tħeġġeġ biex tmur kontra tiegħek innifsek, u la tħallix li titnissel fik il-kburija. Anzi kun umli u ċkejken, li kulħadd jirfsek bħala l-tajn fit-toroq. Int bniedem kollok frugħa, mniex qatt għandek tilmenta? Xi trid titkellem jekk xi ħadd imissek bi lsienu, int li tant drabi offendejt ’l Alla u tant drabi ħaqqek l-infern? Imma le; jiena ħfirtlek għax ruħek għażiża f’għajnejja; biex hekk inti tista’ tifhem sa fejn tasal imħabbti, u tagħraf kemm swejtlek; agħti ruħek darba għal dejjem għall-ubbidjenza umli, u ħu paċenzja jekk forsi d-dinja xejn ma tqisek.

Page 12: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

12 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 110 – lil membru ta’ komunità religjuża

“It is not from men that you must expect your salvation when you ask for their help; it comes from God alone. Perhaps it is because of the lack of this spirit of faith that God does not give you the help you need. In short, I pray that God will open your eyes more and more, so that you will realize, on the one hand, the depth of the abyss from which you have been saved and, on the other, the infinite love that has lifted you from it. May this twofold realization lead you to repay him with a love and fidelity that are in proportion to your sinfulness and his mercy. Amen”

TALBA Mulej,

jiena nirringrazzjak u nagħtik ġieħ ta’ kemm-il darba taħfirli dnubieti.

Agħtini qalb ġeneruża li taf taħfer

u li ma żżomm l-ebda malizzja jew korla. Ammen.

‘Walk with me’ Missierna ...

L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu

Santa Koletta ta’ Corbie – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 4: 1,5-9 Ħarsu l-liġijiet u agħmluhom. 2. Salm 147: 12,13,15,16,19,20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Mattew 5: 17-19 Min iħares u jgħallem il-kmandamenti, dan kbir

jissejjaħ fis-Saltna tas-smewwiet. SANTA KOLETTA TA’ CORBIE - reliġjuża (1381-1447) Santa Koletta Boilet tibqa’ magħrufa bħala l-aktar waħda li ħabirket matul it-

800 sena tal-istorja tal-Klarissi biex tiġi osservata r-Regola tal-bidu, ir-Regola li kitbet Santa Klara nnifisha.

Page 13: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 13

Nikoletta (kif kien isimha proprju) twieldet fi Franza fl-1381; hi kienet tifla sabiħa, imma tant ma kien fiha xejn li kienu jaħsbu li se tmut ta’ età ċkejkna.

Billi niesha rawha tifla twajba, ħallewha libera biex tagħti ruħha għat-talb u għax-xogħol tad-dar.

Ta’ sbatax-il sena Koletta tilfet lill-ġenituri tagħha u ġie nkarigat biex jieħu ħsiebha l-abbati ta’ Corbie f’Picardy, fejn missierha kien mastrudaxxa.

Inkitbet terzjarja franġiskana. F’inqas minn sentejn hija ppruvat tidħol mal-Begwini, mal-Benedittini u mal-Klarissi, imma ma rnexxilhiex.

Billi xtaqet tgħaddi ħajja moħbija u fis-skiet, hi bdiet tgħix bħala eremita f’post qrib il-knisja ta’ Corbie. Minħabba l-ħajja qaddisa tagħha kienu jmorru ħafna jżuruha. Tul it-tliet snin li damet tgħix weħedha, hi kellha dehra ta’ San Franġisk t’Assisi li fdalha x-xogħol li tagħti lura lis-sorijiet Klarissi l-mod ta’ ħajja iebsa kif kienet fil-bidu.

Meta Koletta bdiet il-ħidma tagħha, il-biċċa l-kbira tal-monasteri kienu qegħdin josservaw ir-regola li għamel il-Papa Urbanu IV, li kienet tippermetti lis-sorijiet li jkollhom dħul fiss ta’ flus.

Hija marret għand il-Papa Benedittu XIII. Dan emmen lil Koletta, iddispensaha milli tagħmel novizzjat, laqagħha mal-Klarissi u għamilha badessa-ġenerali ta’ kull monasteru li setgħet twaqqaf jew tirriforma. Hija kien għad kellha biss ħamsa u għoxrin sena.

Fl-erbgħin sena ta’ wara hija waqqfet mill-inqas sbatax-il dar u rriformat ħafna oħrajn, u kitbet kostituzzjonijiet hija stess.

It-talb kien ir-rifda tagħha. Sikwit kienet titla’ f’estasi wara t-tqarbin. Hija kienet tgħaddi l-ġurnata tal-Ġimgħa mehdija fuq il-passjoni ta’ Kristu, bla ma tiekol jew tixrob. Kienet tgħid li l-aktar ħaġa li setgħet iġġegħelha ssofri kienet li tgħaddi ġurnata bla ma tbati xi ħaġa għal Alla.

Santa Koletta ta’ Corbie mietet titlob għall-konverżjoni tal-midinbin, fl-età ta’ 67 sena, nhar is-6 ta’ Marzu 1447. Kienet iddikjarata qaddisa fl-1807.

Riflessjoni: Fil-bidunett, Alla kellu skop li aħna naqsmu ħajjitna miegħu, imma minħabba d-dgħjufija tagħna, ġiet il-waqgħa fid-dlam minħabba d-dnub. Iżda il-ħallieq tagħna tant ħabbna li waqqaf il-pjan tiegħu ta’ ndiema u salvazzjoni. Għal dan il-għan Alla għażel in-nazzjon u l-poplu ta’ Israel biex jiżvela l-pjan tiegħu. Alla kellem lill-poplu bil-liġi u l-profeti u ħabbar il-miġja ta’ Ibnu, il-Kristu, ir-redentur u r-re. It-testment il-qadim kien iħares lejn il-preparazzjoni tal-miġja ta’ Kristu. F’Ġesù, it-testment il-qadim u l-ġdid jiltaqgħu u jilħqu l-milja ta’ kull kelma u kull simbolu mit-testment il-qadim – huwa tassew l-espressjoni perfetta tal-ħajja ta’ Alla. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 170, silta mit-2 punt

In Athens he (Saint Jerome) met Saint Gregory of Nazianzen, who told him that to understand well the meaning of Holy Scripture, it is necessary to begin by putting it into practice. This is why he followed the advice of this great saint, whom he began from that time to look upon as his teacher, and went at once into the Syrian desert to

Page 14: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

14 SIGNUM FIDEI

live there a holy and penitential life. As soon as he arrived there, he devoted himself to prayer, meditation on Holy Scripture, and the practice of all it teaches, spending nights in prayer and constantly fasting, separated from all contact with the world. There he came to understand thoroughly what Saint Paul says, that knowledge sometimes puffs up, but charity edifies, and that if anyone thinks he knows something, he has not yet learned what he must know, but if anyone loves God, he is known and loved by God

TALBA

Mulej Ġesù, int jistħoqlok kull tifħir, glorja u qima.

Inti l-milja perfetta tal-iskop, il-pjan u l-intenzjoni ta’ Alla. Bis-salib tiegħek inti ksibtilna is-salvazzjoni;

Inti ħlistna mill-qabda tal-għadu. Erġajt tajtna

il-wirt u dak kollu li hu tagħna, il-glorja u s-sbuħija tal-ħajja

bi Kristu u ma’ Kristu, Ammen.

“Bible alive” Missierna ...

Il-Ħamis, 7 ta’ Marzu Santa Perpetwa u Santa Feliċità – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 7: 23-28 Dan hu l-ġens li ma jismax leħen il-Mulej Alla tiegħu. 2. Salm 94 (95): 1,2,6,7,8,9 Mhux li kontu llum tisimgħu leħen il-Mulej: la twebbsux qalbkom. 3. Luqa 11: 14-23 Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi. SANTA PERPETWA U SANTA FELIĊITÀ – martri Santa Perpetwa kienet sinjura, edukata fl-aħjar skejjel, żagħżugħa ta’ 22 sena,

miżżewġa u kellha tarbija. Kienet mill-belt ta’ Thuburbo, ftit ’l isfel minn Kartaġni, fl-Afrika ta’ Fuq (illum it-Tuneżija).

Santa Feliċità kienet ilsira, seftura ta’ Perpetwa, u kienet qed tistenna tarbija, li fil-fatt wellditha meta kienet il-ħabs, ftit ġranet qabel mietet.

Page 15: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 15

It-tnejn kienu qed iħejju ruħhom biex jitgħammdu, meta fil-persekuzzjoni ta’ Settimu Saveru, ġew arrestati u mitfugħin il-ħabs, flimkien mal-ilsira Revokatu, Saturninu, u Sekundulu, u wara wkoll il-Katekist Saturu.

Missier Perpetwa riedha tiċħad il-fidi biex issalva ħajjitha. Darba minnhom urietu vażett u qaltlu: “Missier, qed tara dan il-vażett? Jista’ dan ikun xi ħaġa oħra? Lanqas jien ma nista’ nkun ħaġa oħra għajr nisranija.”

Perpetwa u Feliċità kienu kkundannati għall-mewt, biex jittieklu mill-annimal selvaġġi fl-anfiteatru. It-trabi tagħhom ittieħdu u trabbew insara.

Billi l-annimali selvaġġi ma messewhomx, ġew maqtula bix-xabla mill-gladjaturi, fis-7 ta’ Marzu 203.

Isimhom insibuh fir-raba’ talba ewkaristika tal-quddiesa. Riflessjoni: Aħna nitolbu fil-Missierna, “Iddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull ħażen”. Minn liema ħażen trid teħlisna? Il-ħażen hu l-kontra tat-tjubija. Il-kontra tal-imħabba hi l-mibgħeda, il-kontra tal-maħfra hi l-korla, il-kontra tal-paċi hi l-firda. Bis-saħħa tal-grazzja ta’ Alla nkeċċu l-ħażen. Ġesù, fil-ħajja tiegħu f’din id-dinja, iġġieled kontra ix-xitan – kontinwament kien f’battalja spiritwali mal-qawwa tal-ħażen. Aħna wkoll nistgħu niġu attakkati mill-għadu. “L-għadu tagħkom ix-Xitan qisu ljun jgħajjat, idur u jfittex ’il min sa jibla’” (1 Pietru 5:8). Meta tiġina l-ħajra li nobgħodu, jew inżommu f’qalbna, jew nidħlu f’konflitt, nirreżistu! Nibqgħu sodi fil-fidi, u b’fiduċja fl-imħabba ta’ Alla, ngħidu, “Mur minn quddiemi, ja Xitan”.

“Walk with Me” A lenten journey for prayer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 20, silta mit-2 punt

In your times of trouble, when you have had recourse to those who are appointed to guide you and they have been unable to provide a suitable remedy for your difficulty, God wants you, then, to remain completely abandoned to his guidance, awaiting from him alone and from his goodness all the help you need. Follow the example of this crowd of people who had come following Jesus Christ and who waited patiently for him to provide for their nourishment without even taking the trouble to lay their needs before him.

TALBA Mulej,

bil-grazzja tal-magħmudija u bil-qawwa tas-salib tiegħek,

inti tajtna l-qawwa biex nibqgħu sodi u nirbħu kull ħażen, Saħħaħna kuljum

f’din il-ġlieda tagħna. Ammen.

Missierna ...

Page 16: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu San Ġwann t’Alla - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Ħosea 14: 2-10 Lanqas ma ngħidu iżjed ‘alla tagħna’ lil

xogħol idejna. 2. Salm 80: 6ċ-8a,8bċ-9,10,11ab.14 u 17 Jien l-Mulej, Alla tiegħek; ismagħni, poplu

tiegħi! 3. Mark 12: 28b-34 Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int

għandek tħobb lill-Mulej. SAN ĠWANN TA’ ALLA - reliġjuż (1495 –1550) San Ġwann twieled f’Montemor, il-Portugall, fl-1495, minn ġenituri fqar iżda

nsara tajbin. Żgħożitu għaddiha fi Spanja, ma’ ragħaj sinjur, u kien sejjer tajjeb ħafna

miegħu, sakemm dan ried iżewġu lil bintu. Billi San Ġwann ma riedx jiżżewweġ telaq u daħal suldat.

Ħa sehem fil-gwerra kontra Franza, u fl-Ungerija kontra it-Torok, fiż-żmien li Karlu V kien re ta’ Spanja. Il-kumpanija ħażina nissietu l-prattika tar-reliġjon u ttraskuraha bi sħiħ.

Fl-1536, ħareġ minn suldat, u sab jaħdem bħala ragħaj. Bil-mod beda jbiddel ħajtu. Wasal biex iddeċieda li jmur l-Afrika biex jeħles ’il-ilsiera ħalli jpatti għal dnubietu. Issa kellu 40 sena.

Mill-Afrika mar Ġibiltà. Fl-1538, kien fi Granada, Spanja, fejn fetaħ ħanut u beda jbiegħ kotba, santi, inkwatri tal-qaddisin u affarijiet reliġjużi.

Ġurnata waħda, sema’ priedka mingħand il-Beatu Ġwanni ta’ Avila, u tant laqtitu li ta kull ma kellu lill-foqra, u beda jibki dnubietu pubblikament fit-toroq. Spiċċa biex daħħluh għal żmien qasir bħala pazjent fi sptar tal-moħħ.

Fl-1540, kera dar u beda jżomm fiha nies morda li kienu fqar. Kien jieħu ħsiebhom kollox waħdu. Kien idur bihom, u fl-istess waqt kien isib il-ħin biex ibiegħ l-injam u xi affarijiet oħra biex jaqla’ l-għejxien tiegħu ta’ kuljum.

F’qasir żmien, l-għajnuna mingħand qassisin, tobba u bosta oħrajn bdiet ġejja qatigħ.

Tnejn minn dawk li offrew lilhom infushom biex jgħinu lil San Ġwann, kienu għedewwa ta’ xulxin, għamlu paċi, u saru l-qalba tal-ordni “Fratelli Ospidalieri ta’ San Ġwann ta’ Alla”, li twaqqaf għoxrin sena wara mewtu.

Miet waqt li kien qed jitlob fuq irkopptejh fl-età ta’ 55 sena, fit-8 ta’ Marzu 1550. Il-Papa Ljun XIII ħatru Patrun tal-isptarijiet u tal-agunizzanti.

Page 17: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni: “Alla għamilkom fuq ix-xbieha tiegħu. Jekk għandkom għira qaddisa għal din ix-xbieha, imxu fuq l-eżempju tiegħu. Intom tissejħu kristjani, isem li minnu nnifsu jitlob minnkom tjieba bejnietkom ta’ bnedmin li intom; ixbhu mela, lil Kristu fi mħabbtu għalina. Aħsbu fil-għana ta’ tjubitu.” Mill-Omelija: Sant’Asterju – isqof Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, it-2 punt Those who have given themselves to God often believe that God’s sensible presence is the only thing that can confirm them in piety. They think that when they experience interior difficulty and dryness, they have completely lost the degree of holiness to which God has raised them. Having lost a certain relish for prayer and a facility for praying, they imagine that they have lost everything and that God has completely rejected them. Their inner life is desolate, and they suppose that all paths leading to God are blocked before them. Such people ought to be told what Jesus Christ said to his Apostles: that it is better for them that God withdraws from them on a feeling level and that what they consider a loss is for them a great gain if they willingly endure this trial.

TALBA

Mulej Ġesù, Salvatur tagħna, Agħmel li issa niġu għandek;

qlubna huma kesħin; Mulej, saħħanhom bl-imħabba tiegħek li mhix egoista.

Qlubna huma midinba; naddafhom bid-demm prezzjuż tiegħek.

Qlubna huma dgħajfa; saħħaħhom bil-ferħ tal-ispirtu tiegħek.

Qlubna huma vojta; imlihom bil-preżenza divina tiegħek. Mulej Ġesù, qlubna huma tiegħek;

żommhom dejjem u għalik biss. Santu Wistin

Missierna ...

Page 18: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

18 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 9 ta’ Marzu Santa Franġiska Romana – armla

San Duminku Savio “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ħosea 6: 1-6 Għaliex jiena tjieba rrid, mhux sagrifiċċju. 2. Salm 50: 3,4,18,19,20,21ab Jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju. 3. Luqa 18: 9-14 Il-pubblikan, u mhux il-fariżew, niżel id-dar

iġġustifikat. SANTA FRANĠISKA RUMANA – armla (1384-1440) Santa Franġiska Rumana twieldet minn familja nobbli miż-żewg naħat. Minn ċkunitha kienet miġbuda għall-ħwejjeġ t’Alla. Xtaqet issir soru; iżda ta’

tnax-il sena baxxiet rasha quddiem ir-rieda ta’ missierha u żżewġet ma’ nobbli ruman, Lorenzo de’ Ponżiani (1396). Baqgħet tħobb il-ġabra u tistmerr il-festi u l-laqgħat soċjali. Iż-żwieġ ħaditu bħala dmir, mhux bħala pjaċir jew sport; kien tabilħaqq feliċi u dam erbgħin sena ta’ għaqda u ta’ mħabba.

Għas-sejħa ta’ żewġha kienet tħalli kollox, għax “mara miżżewġa għandha tħalli anki l-altar biex taqdi ’l Alla d-dar.”

Alla wrieha kemm togħġbu: darba kellha tħalli erba’ darbiet il-bidu ta’ Salm, u wara l-ħames darba sabet l-ewwel ittri miktubin bid-deheb.

Xtaqet l-ulied, biex trabbihom għas-sema; u Alla qatgħalha xewqitha. Il-mortifikazzjoni u l-penitenza tagħha kienu tabilħaqq straordinarji, kemm fl-ikel

kemm fl-ilbies u bl-eżempju tagħha ġibdet warajha bosta sinjuri rumani minn ħajja ta’ frugħa u ta’ lussu u għaqqdithom f’assoċjazzjoni taħt it-tmexxija tal-patrijiet Benedettini ta’ Santa Maria Nuova.

Aktar tard iffurmaw il-kongregazzjoni tal-Oblati Benedittini ta’ Tor di Specchi, approvata minn Ewġenju IV fl-1433.

Il-membri kienu jgħixu ta’ reliġjużi, iżda bla klawsura u bla voti, mogħtijin għat-talb u għall-opri tajba.

Bil-kunsens ta’ żewġha għamlet il-vot tal-kontinenza, u għamlet hekk progressi fil-ħajja kontemplattiva li saret waħda mill-mistiċi l-kbar tas-seklu ħmistax.

Id-dehriet li kellha kienu spiss jieħdu għamla ta’ drammi li fihom kienu jieħdu sehem persunaġġi tas-sema. Kienet ta’ sikwiet tara ’l-anġlu kustodju tagħha u titkellem miegħu. Kellha d-don tal-mirakli u tal-estażi, rivelazzjonijiet dwar il-purgatorju u l-infern, kif ukoll id-don li taqra l-qlub u li tara l-ġejjieni.

Kienet magħrufa għall-umiltà u għad-distakk mid-dinja, għall-ubbidjenza u għall-paċenzja li biha sofriet it-turufnament ta’ żewġha, il-priġunija ta’ binha Ġanpatist, il-mewt ta’ wliedha u t-telfa tal-ġid li kellha. Kalma fost dawn id-diżgrazzi kienet ittenni l-kliem ta Ġob: “Alla tagħni u Alla ħadli. Ikun dejjem imfaħħar l-isem t’Alla.”

Page 19: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 19

Wara l-mewt ta’ żewġha (1436), marret bil-mixi titlob biex tidħol fil-monasteru ta’ Tor di Specchi, imwaqqaf minnha. Laqgħuha bħala superjura, iżda dejjem fittxet is-servizzi l-aktar baxxi tad-dar.

Meta binha waqa’ marid marret tagħmillu żjara, iżda ħassha ħażin u mietet fil-jum li kienet ħabbret, id-9 ta’ Marzu 1440.

Sa minn mewtha ġiet meqjuma mill-poplu ruman bħala qaddisa, u wara tliet proċessi (1440, 1443, 1451), il-Papa Pawlu V iddikjaraha uffiċjalment qaddisa fl-1608.

Ġisimha difnuh fil-knisja ta’ Santa Maria Nuova, fil-Foro Romano. Warajha l-knisja l-lum tissejjaħ ta’ Santa Francesca Romana.

Riflessjoni: Ġesù f’din il-parabbola jitkellem dwar il-periklu tas-suppervja u l-ġmiel tal-umiltà. Kien qiegħed jindirizza lill-Farisej. Is-suppervja tkisser l-umiltà, huma kompletament il-kontra ta’ xulxin. Din inħossuha, aħna, fil-mixja tagħna bħala qaddejja ta’ Alla. Kemm inbatu meta nisimgħu lil xi ħadd ikun imfaħħar, kemm insibuha bi tqila biex naqsmu magħhom is-suċċess. Kemm infittxu malajr xi skuża biex nitfgħu t-tort fuq ħaddieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi għandna nifirħu u nieħdu l-opportunità biex nippratikaw l-umiltà, li Alla tana bħala don, permezz tal-ħajja ta’ Ġesù.

“O Alla, ħenn għalija, għax midneb.” (Luqa 18: 13) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 202, it-3 punt

Saint Paul, speaking to the Philippians after teaching them different maxims, adds, Act according to the same maxims, and so be imitators of me. Look to those who live according to the example that I have given you. Do the things I have taught you, what I have said to you, what I have written to you, and of which I have given you the example. So, the ardent zeal of this great saint for the salvation of souls was to have them observe what he practiced. This is also the way that our Lord acted, of whom it is said that he began to do and then to teach. Speaking to his Apostles after he had washed their feet, he says, I have given you an example, so that you may do as I have done to you.

TALBA fuq “Mulej isma’ t-talb tiegħi”, Salm 101 F’din id-dinja fejn ta’ spiss

l-mibgħeda tegħleb l-imħabba, imliena bil-kuraġġ biex ngħinu lil ħutna.

Għallimna nisimgħuk u jalla l-kelma tiegħek tiggwidana,

agħmel li dik l-imħabba tiegħek tkun għalina l-eżempju biex nimxu fuqu. Ġesù Salvatur, inti li tinsab maġenbna,

għinna nuru lill-oħrajn dik l-istess imħabba li int turina kuljum matul ħajjitna.

Bro. Louis

Missierna ...

Page 20: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

20 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 10 ta’ Marzu Ir-4 Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Ġożwè 5: 9a,10-12 Il-poplu ta’ Alla jidħol fl-art imwiegħda u jiċċelebra l-Għid.

2. Salm 33 (34) : 2 -7 Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej.

3. 2Korintin 5:17-21 Alla ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu.

4. Luqa 15: 1-3,11-32 Dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab.

Għal raġunijiet pastorali jista’ jsir il-qari taċ-ċiklu A:

1. 1Samwel 16: 1b,6,7,10-13a David ikkonsagrat sultan ta’ Iżrael.

2. Salm 22 (23): 1-3a,b,4,5,6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

3. Efesin 5: 8-14 Qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu.

4. Ġwanni 9: 1-41 Mort, inħsilt, u ġejt nara.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din il-ġrajja li tixbaħ ħafna l-istejjer tal-familji tagħna, mhumiex it-tfal li jġibu ruħhom b’mod differenti mis-soltu, imma l-missier li kważi qisu m’għandux sens komun. Il-psikoloġI u l-edukaturi jisbu ħafna x’jgħidu fuq dan il-missier li donnu jċedi għal kollox u fl-aħħar jippremja lil min ma ħaqqux.

Henry Nouwan fil-kumment tiegħu fuq dan it-test, jinnota li “agħtini sehmi li jmiss lili mill-ġid.” Lq 15:12 ; fil-mentalita tal-Lvant Nofsani ta’ dak iż-żmien kien ifisser li tkun tixtieq il-mewt tal-missier, ħaġa li żgur kienet tqanqal rabja kbira f’kull missier minbarra f’dan tal-parabbola. Hekk ukoll ma kontx biss toħlom li xi missier iċedi l-awtorita tiegħu u jipprova jfieħem lill-iben il-kbir li kien ħa għalih minħabba it-trattament privileġġat li kien ingħata l-iben iż-żgħir.

Kif jista’ jkun li missier tajjeb iċedi għall-pretensjonijiet tat-tifel u jħallih jitlaq mingħajr lanqas biss ma jipprova jibdillu feħmtu? Mhux talli hekk, talli meta’ jiġi lura minħabba l-ġuħ li kellu fuqu (mhux għax iddispjaċih) il-missier lanqas biss irid jisma’ l-iskużi tiegħu imma jorganiżżalu festa eżaġerata li żgur ma kinitx tixraqlu.

It-tweġiba nsibuha fil-kliem ta’ serjeta kbira “għax dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab.” Lq 15:32, mhux imweġġa’ jew fallut imma mejjet! Mhux ta’ b’xejn, meta’ jmur lura, l-iben jitlob lil missieru jittrattah bħala qaddej. Il-kbir għalkemm jidher bil-għaqal, jaħbi attitudni servili u dipendenti fuq il-missier kif juri meta jikkonfronta ‘l missieru u jirrabja għal ħuh. Fl-aħħar mill-aħħar dawn it-tnejn għaddew minn traġedja kbira li tista’ titfejjaq biss bil-maħfra u l-ħniena li joffrilhom il-missier, maħfra ġeneruża lil hinn minn kull loġika umana. F’din il-ġrajja mhuwiex l-iben li hu ħali imma l-missier li jxejjen id-

Page 21: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 21

dinjita tiegħu biex juri imħabba bla tarf u ħniena mingħajr kundizzjoni lejn uliedu.

Li naċċettaw li Alla huwa hekk mhix ħaġa faċli, speċjalment għal min jaħseb li jista’ jakkwista xi privileġġi mingħandu. Għandna bżonn konverżjoni radikali għax il-ħajja tgħallimna li kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu u n-nies għandhom jiġu edukati u l-iżbalji kkastigati. Dan bla dubju huwa kollu veru, imma mhux biżżejjed, għandna bżonn umilta kbira biex nifhmu li qiegħedin ngħixu mdawrin bil-ħażen u drajna ngħixu fih u naħsbu li l-imħabba t’Alla hija ġenn.

Madankollu noqgħodu attenti li ma nabbużawx mill-ħniena tiegħu – nisimgħu spiss –“Alla jaħfer kollox!” Il-missier li jagħti kollox mingħajr limitu hu l-istess missier li lil ibnu l-kbir lanqas biss jagħtih gidu biex jagħmel festa mal-ħbieb. Min igerger għal daqshekk ftit għadu ma fehmx li Alla ma jżomm xejn għalih imma fl-immensita ta’ mħabbtu tneżża’ minn kollox biex jagħti lilu nnifsu fi Kristu għalina lkoll sew dawk li jidhru tajbin kif ukoll dawk li huma tabilħaqq ħżiena.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, it-2 punt

In your times of trouble, when you have had recourse to those who are appointed to guide you and they have been unable to provide a suitable remedy for your difficulty, God wants you, then, to remain completely abandoned to his guidance, awaiting from him alone and from his goodness all the help you need. Follow the example of this crowd of people who had come following Jesus Christ and who waited patiently for him to provide for their nourishment without even taking the trouble to lay their needs before him. You ought to be convinced that God will not allow you to be tempted and burdened beyond your strength. When people can do nothing to help you, then it is that God does everything for you, wonderfully showing at one and the same time his power and his goodness. This is why you must abandon yourself to God, as the people who followed our Lord did, to suffer as much as it pleases him (as being an advantage for you) or to be delivered from your trials by the means that God judges most profitable for you, without worrying about trying to achieve peace by your own efforts, which will often be useless.

TALBA Missier, inti dejjem tilqagħni,

kull darba li jiena nidneb jew nitbiegħed minnek.

Għinni nara r-raġuni biex nagħraf dnubieti

u niġi ħdejk nitlob maħfra u fejqan. Wara għannaqni u busni bħala ibnek.

Ammen Bible alive

Missierna ...

Page 22: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

22 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 11 ta’ Marzu San Sofronju – patrijarka ta’ Ġerusalemm

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 65: 17-21 Ma jinstemax aktar leħen il-biki, lanqas leħen in-niket. 2. Salm 29 : 2 u 4-6,11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni. 3. Ġwanni 4: 43-54 Mur, ibnek ħaj. SAN SOFRONJU – patrijarka ta’ Ġerusalemm (? 560 – 638) Twieled fil-belt ta’ Damasku (is-Sirja) madwar il-560. Wara li studja u għallem

għal xi żmien ir-rettorika, mar jgħammar fl-ermitaġġ ta’ San Teodożju, ħdejn Ġerusalemm. Għal bosta snin, taħt it-tmexxija ta’ San Ġwann Mosku u miegħu, żar is-santwarji u l-monasteri tal-Palestina, tas-Sinaj u tal-Eġittu, fejn sar ħabib taż-żewġ patrijarki ta’ Lixandra, Ewloġju u San Ġwann l-Elemożinier. Ta’ dan tal-aħħar, flimkien ma’ Mosku kiteb il-ħajja.

Mar ukoll Ruma ma’ Mosku, u meta dan miet hemm fis-sena 619, ħa ġismu lura lejn il-Palestina u difnu fil-monasteru ta’ San Teodożju.

Kellu sehem kbir fil-lotta kontra l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jgħidu li Kristu kellu rieda waħda biss, ir-rieda tan-natura divina u mhux ukoll dik ta’ bniedem.

Fuq din il-kwistjoni kellu kontroversja sew mal-patrijarka Ċiru ta’ Lixandra, u kemm ma’ Serġju ta’ Kostantinopoli.

Kiteb ukoll trattat kbir kontra din l-ereżija, issa mitluf, fejn ġabar 600 test tas-Santi Padri dwar iż-żewġ ridiet ta’ Kristu.

Għandna tiegħu għaxar omeliji fuq bosta festi tas-sena, magħrufa għall-kontenut dommatiku u għall-istil retoriku tagħhom.

Kiteb ukoll il-ħajja ta’ San Ċiru u ta’ San Ġwann, żewġ martri Lixandrini, talli kienu ħelsuh mill-mard tal-għajnejn u l-ħajja ta’ Santa Marija mill-Eġittu.

Ġie magħżul patrijarka ta’ Ġerusalemm fis-sena 634. Minnufih laqqa’ konċilju biex jikkundanna l-ereżija tal-Monoteliti, u bagħat l-

ittra sinodali mwettqa mis-sitt konċilju ġenerali, lill-Papa Onorju, biex ifakkru li s-skiet fuq din il-kwistjoni kien x’aktarx ta’ dannu aktar milli ta’ ġid.

Waqt il-patrijarkat tiegħu kellu jsofri l-waqgħa ta’ Ġerusalemm taħt l-Għarab. Waqt l-assedju tal-belt qaddisa ħa sehem bil-qlubija tiegħu fid-difiża, u mbagħad irranġa l-waqgħa tal-belt mal-kaliffu Omar (636), fejn kiseb il-libertajiet ċivili u reliġjużi lill-insara bi ħlas ta’ taxxa.

Miet x’aktarx fil-11 ta’ Marzu, 638.

Page 23: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 23

Riflessjoni: Meta xi ħadd mill-qraba tagħna jkun marid serjament jew anke qiegħed imut, is-sogħba tagħna tkun ferm kbira. Meta l-ħajja ta’ xi tifel tkun fin-nofs, akbar tkun id-diqa. Hekk ġralu l-uffiċjal li wera’ fidi kbira f’Ġesù, hekk kif Ġesù qallu: “Mur, ibnek ħaj” (Ġwanni 4:50). Dak il-ħin l-uffiċjal telaq lejn daru, fiduċjuż li ibnu kien ser ifiq. Alla, permezz ta’ Ġesù, jurina l-qawwa tiegħu u li l-kelma tiegħu hija verità bis-sinjal tal-mirakli. Fid-dinja li qed ngħixu fiha, iċ-ċirkustanzi li niltaqgħu magħhom tul ħajjitna, għaliex aħna dgħajfa u bid-dnubiet tagħna, nistgħu niddgħajfu fil-fidi u nitilfu kull tama. F’dawn iċ-ċirkustanzi għandna nitfgħu malajr għajnejna fuq Alla u nitolbuh bil-ħerqa u b’fidi sħiħa jieħu ħsiebna. Dan, Huwa sejjer jagħmlu żgur. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 59, l-1 punt Over four thousand people had followed Jesus Christ into the desert, drawn by the example of his holy life and by the zeal he showed for the conversion of souls in his fervent preaching. These people did not grow weary in our Lord’s company, even though they were in a deserted place, had nothing to eat, and could not procure any food. They accompanied him for three whole days without being concerned about the nourishment of their bodies. If they acted this way, it was because they were convinced, as followers of Jesus Christ, that they ought no longer to be concerned about their bodies but only their souls and that to perfect their souls, they needed to mortify their flesh and to bring it into subjection, as Saint Paul says. The more the body is humbled and mortified and the soul is purified, the more pleasing to God the soul becomes and the more able to acquire the perfection proper to it.

TALBA Mulej,

agħmel li kull ma nara llum jgħinni biex jien nerġa’ niġi lura fi ħdanek,

filwaqt li nħares lejn l-imħabba tiegħek, il-qawwa tiegħek,

u lejn is-sbuħija tal-ħolqien tiegħek. Ammen.

Bible Alive

Missierna ...

Page 24: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

24 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 12 ta’ Marzu Beata Anġela Salawa - lajka San Massimiljanu – martri

San Lwiġi Orione - saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 47: 1-9,12 Rajt l-ilma ħiereġ mit-tempju, u salvaw dawk kollha li

fuqhom wasal dan l-ilma. 2. Salm : 2,3,5,6,8,9 Il-Mulej tal-eżerċti magħna. 3. Ġwanni 5: 1-3ª,5-16 Minnufih dak ir-raġel fieq.

BEATA ANĠELA SALAWA – lajka (1881 – 1922) Anġela Salawa twieldet f’familja reliġjuża ġewwa Siepraw, qrib Krakovja, il-

Polonja, fid-9 ta’ Settembru 1881. Missierha kien jismu Bartlomiej u ommha kienet jisimha Ewa, u kienet il-ħdax-il wild tal-familja. Kienet debboli ħafna u ta’ saħħa dgħajfa.

Fl-1897, marret toqgħod ma’ oħtha ikbar minnha fi Krakovja u hemm bdiet taħdem ta’ seftura, fid-djar tas-sinjuri. Damet għal xi għoxrin sena f’dan ix-xogħol. Sadanittant kienet tiġbor it-tfajliet u tħarriġhom għal dan is-servizz.

Fl-1913, saret lajka tal-Ordni Franġiskan. Fl-ewwel Gwerra Dinjija, kienet tgħin lill-priġunieri kollha, mingħajr kas ta’

x’nazzjonilità huma jew x’reliġjon iħaddnu. Kienet wkoll tiġri fl-isptarijiet u ddur bis-suldati feruti u tqatta’ ħinijiet twal tikkurahom.

Fl-1917, is-saħħa dgħajfa tagħha ma ppermettitilhiex tagħmel iżjed dan l-appostolat. Qabditha marda u damet issofri, fi tbatija kbira, għal ħames snin.

Fid-djarju tagħha kitbet “Jien ngħix skont ir-rieda tiegħek, immut meta inti trid; salvani għaliex inti tistà!” Darba oħra kitbet: “Għażiż Ġesù, nixtieqek tkun adorat kif inti kont distrutt.”

Hija mietet fit-12 ta’ Marzu, 1922. Mietet fil-faqar, iżda b’fama ta’ qaddisa. Il-Beatu Papa Ġwann Pawlu II, ibbeatifikaha fl-1991, fi Krakova.

Riflessjoni: Ġesù qiegħed isaqsi lil dak li kien ilu marid għal tmienja u tletin sena: “Trid tfiq?” (Ġwanni 5: 6) Aħna lkoll għandna bżonn tal-fejqan. Min jaf kemm-il darba nkunu ninsabu mdejqin u ddisprati; nitilfu kull tama u nibqgħu passivi. Jistgħu jkunu d-dnubiet jew ir-rabja li jniġġsu dak kollu li nagħmlu. Ġesù baqa’ jinsisti mal-marid, sakemm fejqu u bagħatu lil hemm. Aħna wkoll għandna bżonn nisimgħu lil Ġesù jgħidilna “Qum, aqbad friexek u imxi!” (Ġwanni 5:8) Illum Ġesù jridna ninbidlu u ngħixu bħala ulied Alla, mhux marbutin bil-biża’ imma ħielsa biex ngħixu ħajja xierqa.

Page 25: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 25

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-3 punt

People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses.

TALBA

Mulej Ġesù, hemm tant tbatija madwarna

li diffiċli li tinbidel. Għinna llum biex niġġieldu

kontra d-dnubiet tagħna biex inkunu nistgħu naqsmu

ma’ ħaddieħor dik it-tama li inti għoġbok tagħtina.

Ammen. Bible Alive

Missiena ...

L-Erbgħa, 13 ta’ Marzu San Rodrigueż – martri Santa Ewfrażja - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 49: 8-15 Għamiltek patt mal-poplu, biex nerġa’ nqajjem l-art.

2. Salm 144: 8,9,13ċd,14,17,18 Twajjeb u ħanin il-Mulej.

3. Ġwanni 5: 17-30 Bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-

ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.

Page 26: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

26 SIGNUM FIDEI

SANTA EWFRASJA – verġni (380-410), Santa Ewfrasja verġni, kienet bint waħdiena ta’ Ewfrasja u ta’ Antigonu,

senatur ta’ Konstantinopli. Missierha miet ftit wara twelidha, u ommha kkonsagrat ’l Alla l-bqija ta’ ħajjitha.

Biex twettaq dan il-ħsieb, ħalliet il-belt kapitali u ma’ bintha ta’ seba’ snin marret l-Eġittu , fejn għammret f’wieħed mill-oqsma art li kellha hemm, ħdejn kunvent tas-sorijiet, li tagħhom hi addottat l-għamla ta’ ħajja qalila.

L-eżempju tal-omm qanqal fiċ-ċkejkna x-xewqa li tidħol mas-sorijiet, u ommha fdatha f’idejn is-superjura, sabiex tħarriġha fil-ħajja axxetika.

Bħala tislima ta’ firda, ommha offrietha ’l Ġesù: “Mulejja Ġesù, ilqa’ din it-tifla taħt il-protezzjoni tigħek. Lilek biss hi tħobb u tfittex”. Ħallietha, u ħarġet mill-monasteru bid-dmugħ f’għajnejha. Ftit wara ħassha ħażin u tat l-aħħar parir lil bintha : “Ibża’ minn Alla, u aqdi lil ħutek bl-umiltà kollha. Kun umli u fqira fl-art, sabiex tkun sinjura fis-sema.”

Wara l-mewt ta’ ommha l-Imperatur Teodosju talabha tiġi lura fil-qorti, għax ried iżewwiġha lil senatur żagħżugħ. Iżda hi kitbitlu : “Billi ġa tajt ruħi lil Kristu, ma nistax nonqos mill-kelma li tajtu u niżżewweġ bniedem mortali.”

Talbitu wkoll biex iqassam il-ġid tagħha kollu lill-fqar u lill-istituti tal-karità. Meta l-imperatur qara l-ittra ħariġlu d-dmugħ u s-senaturi qalulu : “Hi bint denja ta’ Antigonu, li jiġi minnek, u nisel qaddis ta’ siġra qaddisa.”

Ewfrasja issa qabdet iktar bil-ħeġġa minn qabel it-triq tal-perfezzjoni, u saret għal ħutha s-sorijiet mudell ta’ umiltà, tjubija u karità.

Kull tentazzjoni li kellha kienet tmur tistqarrha lis-superjuri, sabiex b’dan l-att ta’ umiljazzjoni, tkeċċiha.

Mietet ta’ xi tletin sena. S. Ġwann Damaxxenu jsemmiha fit-tielet taħdita tiegħu dwar ix-xbihat sagri.

Riflessjoni: Xi tfisser il-ħajja? Il-Knisja u l-Vanġelu jagħtuna r-risposta. Il-ħajja mhix xi għażla etika jew xi tagħlima, imma hija laqgħa ma’ persuna. Din il-persuna hi Ġesù ta’ Nazzaret. Insejħulu l-Mulej bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Fih insibu l-ħajja u l-imħabba. Insiru nafu b’din il-ħajja u l-imħabba bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu bis-saħħa tas-sagramenti tal-Knisja, fit-talb u bil-qari tal-Kelma ta’ Alla fil-Vanġelu. Hekk aħna nikbru u nimmaturaw fil-fidi, waqt li nikbru fl-għarfien li niddependu fuq Alla u l-ħajja tiegħu. ‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer (2013)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 187, silta mill-1 punt

Detachment from riches and from the comforts of life is one of the first dispositions we must have to belong entirely to God and to work for tħe salvation of souls. his was also the first thing that Jesus Christ required of his holy Apostles and what they inspired in the first Christians. If you wish, then, to be worthy to be employed in the salvation of souls, be detached from everything, and the grace of God will be given to you in abundance, not only for you but also for others. Say, as it is written in Genesis, give me souls, and take all

Page 27: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 27

tħe rest for you. In other words, dispose of all the rest as you please, because, except for your holy love and the salvation of souls, I am indifferent to all the rest.

TALBA

Spirtu s-Santu, inti l-Mulej li tagħti l-ħajja. Agħmel li naħdem kuljum biex naħsad minni nnifsi

l-frott tal-Ispirtu, u waqt li nkun qiegħed nagħmel dan,

nagħti xhieda ta’ Alla bil-ħajja li qed ngħix.

Ammen. ‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer (2013)

Missiena ...

Il-Ħamis, 14 ta’ Marzu Santa Matilde – reġina Beatu Plaċidu Riccardi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżodu 32: 7-14 Erġa’ lura mis-saħna tal-korla tiegħek. 2. Salm 105:19,20,21,22,23 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek. 3. Ġwanni 5: 31-47 Dak li jakkużakom huwa Mosè, li fih qgħedtu t-tama tagħkom. SANTA MATILDE - reġina (895-968) Matilde (bl-Ingliż Maud) ingħad dwarha li kienet ir-reġina ideali għal nazzjon

nisrani. Isimha bit-tedesk ifisser “Qawwija fit-Taqbida”. Hija kienet bint il-konti Teodoriku tas-Sassonja u twieldet qrib is-sena 895.

Minn ċkunitha rċeviet l-edukazzjoni tagħha minn nannitha, jisimha wkoll Matilde, li kienet badessa fil-monasteru tal-kanonikessi ta’ Herford, fejn daħlet wara li romlot. Hawn Matilde tgħallmet ir-rakkmu, u kisbet imħabba għax-xogħol, għat-talb u għall-qari spiritwali.

Page 28: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

28 SIGNUM FIDEI

Baqgħet fil-monasteru sakemm il-ġenituri tagħha żewġuha, fis-sena 913, lil Enriku l-Kaċċatur. Enriku sar duka wara l-mewt ta’ missieru, u fid-919, laħaq ukoll re tal-Ġermanja.

Bħala reġina, Matilde kienet xempju ta’ virtujiet insara; kienet iżżur u tfarraġ lill-morda u lill-imnikktin, tgħallem, tgħin lill-ħabsin, u tħabrek ukoll biex il-ħżiena jbiddlu ħajjithom. Żewġha kien ukoll jingħaqad magħha f’dawn l-opri tajba.

Hija kellha b’kollox ħames ulied: tlieta subien u tnejn bniet. Fost dawn insemmu lill-futur imperatur Otto I il-Kbir; lil Ġerbera, li żżewġet lir-re Lwiġi IV ta’ Franza; l-arċisqof qaddis ta’ Cologne, Bruno; u Enriku mlaqqam “il-ġellied”, li kellu jikkuntenta li jsir duka tal-Bavarja.

Wara ftit li romlot, Matilde warrbet kull xorta ta’ vanità, u ngħatat aktar għall-opri ta’ għajnuna għall-fqar. Ħasbet ukoll biex qrib il-qabar ta’ żewġha, fi Queslinberg, tibni kunvent tas-sorijiet li baqgħet tieħu ħsiebu għal tletin sena.

Ir-re Enriku miet wara li saltan għal sittax-il sena. Kienet ix-xewqa tal-mejjet li ibnu l-kbir Otto jinħatar bħala re warajh. Imma Matilde għażlet lil binha l-fustani Enriku u ġie nkurunat re fit-8 ta’ Awwissu 936.

Matilde kellha ssofri ħafna għall-iżball li għamlet, għax iż-żewġ uliedha Enriku, u aktar Otto, assoġġettawha għal persekuzzjoni twila u ħarxa. Kienu wkoll jeħduha kontra tagħha għax, qalu, li kienet idejha wisq miftuħa fil-karitajiet tagħha. Hija bil-moħbi kienet tirsisti ħafna biex tgħin lill-foqra fil-postijiet rimoti tal-pajjiż, u bniet anke skejjel biex tgħinhom fl-edukazzjoni.

Santa Matilde mietet ta’ 73 sena fl-14 ta’ Marzu 968 fi Queslinberg, u kienet midfuna ħdejn żewġha fil-kappella tal-kastell. Kienet magħrufa bħala mara ta’ tjubija tal-għaġeb u reġina qaddisa.

Riflessjoni: Ġesù qiegħed jgħidilna biex ma ngħaddux ġudizzju fuq ħaddieħor filwaqt li hu kien qiegħed jiġġudika n-nies ta’ madwaru. Id-differenza hi li hu kien qiegħed jagħmel dan bir-rieda tal-Missier u mhux bir-rieda tiegħu. Daqstant San Pawl jgħidilna hekk: “Int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor ma għandek ebda skuża, int min int. Għax int u tagħmel ħaqq minn ħaddieħor tkun tikkundanna lilek innifsek, ladarba int u tagħmel il-ħaqq tkun qed tagħmel l-istess.” (Rumani 2: 1) San Luqa jkompli jgħidilna li aħna esperti biex naraw il-farka f’għajnejn il-ġirien tagħna, waqt li ma nindunawx bit-travu li hemm f’għajnejna. (Luqa 6: 41) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 105, silta mit-3 punt

If this saint so deeply feared the judgment of God, how fearful must you be if, perhaps, you are spending your life in neglect of the duties of your state? If, then, you wish to avoid the rigors of God’s judgments and to die with peace of mind, be the judge of your actions in advance during your life; condemn and punish everything in you that might displease God.

Page 29: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 29

TALBA Mulej,

għallimni biex qatt ma nistħi nxandar il-Vanġelu imma li nkun kburi

bil-fidi tiegħi, imħeġġeġ biex ngħix il-ħajja tal-Ispirtu

u nwassal oħrajn biex jagħarfu l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla.

Ammen. ‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer (2013)

Missiena ...

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Marzu Santa Lwiża de Marillaċ

San Klement M. Holbauer

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 2: 1ª,12-22 Naqtgħuhielu għall-mewt tal-mistħija. 2. Salm 33 :17,18,19,20,21 u 23 Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma. 3. Ġwanni 7: 1,2,10,25-30 Fittxew li jaqbdu lil Ġesù, iżda s-siegħa tiegħu

għadha ma waslitx Mill-Istorja tal-Fundatur. Fl-1679, f’din id-data, Ġwanni Battista De La Salle, ta’ 27 sena ltaqa’ ma Adrien Nyel ġewwa Rheims, ħdejn il-kunvent tas-sorijiet tal-Bambin Ġesù. Adrien tkellem ma’ Ġwanni dwar ix-xewqa tiegħu li jiftaħ skejjel għat-tfal foqra ta’ Rheims. Dakinhar Adrien kien akkumpanjat mill-apprentist tiegħu Christophe, u aċċettaw l-istedina ta’ Ġwanni li joqogħdu fid-dar tal-familja tiegħu. Din il-laqgħa providenzjali wasslet lil Ġwanni biex jinvolvi ruħu f’din il-missjoni, biex jiġbor flimkien dawk li saru l-ewwel għalliema tal-iskejjel insara u biex aktar tard iwaqqaf il-komunità tal-Frères.

SAN KLEMENT M. HOFBAUER (1751-1820) Dan l-appostlu ta’ Varsavja u ta’ Vjenna twieled fil-Moravja fis-26 ta’ Diċembru

1751, u fil-magħmudija tawh l-isem ta’ Ġwanni. Kien id-disa’ minn tnax-il wild ta’ Ġermaniż bejjiegħ il-laħam u omm mir-Repubblika Ċeka.

Page 30: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

30 SIGNUM FIDEI

Fi tfulitu kien apprentist furnar u ħadem bħala furnar fil-monasteru tal-Premostratensi fi Bruck; wara mar jgħix bħala eremit. Meta l-Imperatur Ġużeppi ordna li l-eremetaġġi jispiċċaw, hu beda jaħdem bħala furnar fi Vjenna. Imma reġa’ sar eremit flimkien ma’ ħabib tiegħu. Pietru Kunżmann, bil-permess tal-isqof Chiaramonti, il-futur Papa Piju VII.

Klement studja fl-Università ta’ Vjenna u f’Ruma ma’ ħabib tiegħu jismu Taddew Hubl, u t-tnejn daħlu mar-Redentoristi f’Ruma u Klement żied l-isem ta’ Marija ma’ ismu. Huma kienu ordnati saċerdoti fl-1784 meta hu kellu 34 sena.

It-tnejn kienu mibgħutin fi Vjenna, imma billi hemm ma setgħux iwaqqfu l-ordni, ir-Redentoristi kienu mibgħuta f’Courland fil-punent tal-Latvja. Fi triqthom, il-ħabib antik tiegħu Kunżmann ingħaqad magħhom bħala fratell.

Fuq talba tan-nunzju tal-Papa huma marru f’Varsavja fejn kellhom bħala ċentru l-knisja ta’ San Benno, minn fejn huma ddedikaw ruħhom f’ħidma missjunarja. Fl-għoxrin sena li għamlu f’dik il-belt huma kellhom suċċess kbir fost il-Pollakki, il-Ġermaniżi, il-Protestanti u l-Lhud.

Klement ħadem fost il-foqra, bena orfanatrofji u skejjel, u bagħat missjunarji Redentoristi fil-Ġermanja u fl-Isvizzera.

Meta Napuljun issoppressa l-Ordnijiet reliġjużi fir-territorji tiegħu, fl-1808 Klement u sħabu r-Redentoristi kienu arrestati u mitfugħin il-ħabs, u mbagħad kull wieħed minnhom kien imkeċċi għal pajjiż li fih kien twieled. Klement iddeċieda li jmur joqgħod fi Vjenna u ħadem fil-kwartier taljan ta’ dik il-belt.

Meta kien maħtur kappillan tas-sorijiet Ursolini u rettur tal-knisja annessa mal-kunvent tagħhom, hu beda jiġbed l-attenzjoni tan-nies bil-priedki li kien jagħmel u l-ħajja qaddisa tiegħu, kif ukoll għall-għerf u l-għaqal tiegħu bħala konfessur.

Klement waqqaf kulleġġ kattoliku fi Vjenna u kien influwenti ħafna biex jerġa’ jqajjem mill-ġdid il-ħajja reliġjuża tan-nazzjonijiet ġermaniċi. Hu anki għeleb, flimkien mal-Prinċep Rupert tal-Bavarja, attentat li sar fil-Kungress ta’ Vjenna biex titwaqqaf Knisja Nazzjonali Ġermaniża.

Klement Hofbauer iġġieled ukoll b’qawwa kbira l-kunċett sħiħ tal-Ġużeppiniżmu (jiġifieri d-dominazzjoni tal-Knisja u tal-ġerarkija mill-awtorità sekulari). Għal din l-imġiba tiegħu hu sab oppożizzjoni iebsa, hekk li l-Kanċillier tal-Awstrija talab li Klement jitkeċċa barra mill-pajjiż, imma l-imperatur Franġisku I tal-Awstrija ma ppermettilux.

San Klment Marija Hofbauer miet fi Vjenna nhar il-15 ta’ Marzu 1820 ta’ 68 sena. Għall-funeral tiegħu, li sar fil-katidral ta’ Vjenna, attendew eluf ta’ nies.

Huwa kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Piju X fl-1909. Huwa l-qaddis patrun ta’ Vjenna, kif ukoll tal-vokazzjonijiet tardivi.

Riflessjoni: Ġesù qal: “Jien ma ġejtx minn rajja ...” (Ġwanni 7: 28). B’dan il-kliem hu kien qiegħed jipprevedi dak li qal lil Filippu; “Min ra lili ra lil Missieri.” (Ġwanni 14:9) Alla bagħat lil Ġesù imma fl-istess ħin hu jinsab f’Ġesù. F’Ġesù tinsab il-kontinwità u l-komunjoni bejn l-iben u l-missier. Hija dik li aħna l-insara nifhmu bħala t-Trinità,

Page 31: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 31

“Jiena nafu, għax jien mingħandu ġej u kien hu li bagħatni.” (Ġwanni 7:28), jgħid Ġesù. Alla jinsab preżenti miegħu f’kull kelma u f’kull ma’ jagħmel. Hekk kif jipprova jiċċara dan il-fatt, il-Fariżew ippruvaw jarrestawh. Imma s-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx u għalhekk Ġesù ħarabhom. Reflections for Lent (2013)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:Minn ittra ta’ S. Ġw. Bta. De la Salle

God who conducts all things with wisdom and gentleness, and who is not at all accustomed to force the inclinations of men, wishing to draw me into undertaking entirely the care of tħe schools, has done so in a quite imperceptible way and in short time, so that one commitment led me into another without my having foreseen it in the beginning.

TALBA

Missier, infaħħruk u nirringrazzjawk talli bgħattilna lil ibnek Ġesù biex iġibilna ħajja ġdida.

Bil-qawwa tal-Ispirtu Mqaddes tiegħek ibgħatna nxandruk biex nkunu verament xhieda

tad-don ta’ mħabbtek. Ammen.

Missiena ... Walk with me’ A Lenten journey of prayer (2013)

Is-Sibt, 16 ta’ Marzu Beatu Torello – eremit

Beati Ġwanni Amais u Robertu Dalby – presbiteri, martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 11: 18-20 Bħal ħaruf ġwejjed meħud għall-qatla. 2. Salm 7: 2,3,9bċ,10,11,12 Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi. 3. Ġwanni 7: 40-53 Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?

BEATI ĠWANNI AMAIS U ROBERTU DALBY - martri

Ġwanni Amais Ġwanni Amais, magħruf ukoll bħala Ġwanni Anna, twieled f’Wakefield, West

Riding, l-Ingilterra. Huwa kien miżżewweġ u kellu ħafna tfal. Iżjed tard safa’ armel, u għalhekk

qassam il-propjetà tiegħu kollha lil uliedu u ddeċieda li jidħol is-seminarju biex

Page 32: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

32 SIGNUM FIDEI

jistudja għal saċerdot. Huwa mar jistudja f’Rheims, Franza. Ġie ordnat saċerdot fl-1581.

Huwa rritorna lejn l-Ingilterra bħala missjunarju, biex jikkonverti nies għall-kattoliċiżmu.

Meta kien fid-dar ta’ ċertu S.Murton, f’Lanchashire, ġie arrestat.

Robertu Dalby Robertu Dalby twieled f’Hemingborough, Yorkshire, l-Ingilterra. Kien ministru

tal-prostestanti li kkonverta għall-kattoliċiżmu. Mar jistudja, biex isir saċerdot f’Douai u Rheims, Franza. Ġie ordnat saċerdot

fl-1588. Reġa’ lura pajjiżu, l-Ingilterra, biex jaħdem kemm jista’ u jikkonverti l-protestanti

għall-kattoliċiżmu. Ġie arrestat fl-1589.

Ġwanni Amais u Robertu Dalby ġew mixlija li huma saċerdoti kattoliċi u qed jittradixxu l-kuruna u nqatgħatilhom għall-mewt. Huma ġew mgħallqa fis-16 ta’ Marzu 1589, f’York. Huma kienu venerati mill-Papa Ljun XIII, fid-9 ta’ Diċembru 1886. Fit-8 ta’ Diċembru tal-1929, il-Papa Piju XI, tahom id-digriet tal-martirju. Ġew ibbeatifikati mill-istess Papa Piju XI, ġimgħa wara, jiġifieri fil-15 ta’ Diċembru 1929. Riflessjoni: “Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!” (Ġwanni 7: 46) Ġesù għadu jifred; dawk li jemmnuh, iħobbuh u jadurawh, filwaqt li oħrajn jobgħoduh u jkasbruh. Lil xi wħud saħħarhom u hekk inġibdu lejh. L-aktar verità importanti fuq Ġesù, li għandna nxandru u nippreżentaw lill-oħrajn hi, mhux li hu persuna storika, jew li waqqaf il-fidi nisranija, jew li hu xi ħaġa tal-passat, imma li Hu għadu ħaj illum. Mill-messaġġ tal-Vanġelu nistgħu nkunu nafu lil Ġesù llum! Jista’ jkollna esperjenza tal-Mulej f’ħajjitna; nistgħu nimxu miegħu u nitkellmu miegħu. Waqt li nagħtu xhieda tal-Vanġelu, xi wħud ser iħobbuna, oħrajn ikasbruna u oħrajn jissaħru.

‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Silta mill-Ittra 110 lill-membru reliġjuż

Live by the spirit of faith. You are in God’s presence; that is more than enough for you. Do not give way to self-pity, but rather fear that, and distrust it. Your prayer is good just as you are making it; continue to make it that way. God is in your prayer, making it for you. All you have to do is from time to time disown with peace and tranquility of heart all the repugnance and the distractions that you experience, and put yourself completely in the hands of our Lord, so that he may come and live in you and himself master your inclination to evil.

Page 33: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 33

TALBA

Missier tas-sema, mexxini fit-triq tal-verità.

Ħarisni dejjem mill-preġudizji lejn l-oħrajn. Agħmel li nirrispetta lil kulħadd

biex nkun nista’ nidjaloga ma’ dawk li huma differenti minni

fil-fidi, fil-kultura u fil-ħsieb. Ammen.

Bible Alive Missiena ...

Il-Ħadd, 17 ta’ Marzu Il-5 Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 43: 16-21 Sejjer nagħmel ħaġa ġdida biex nisqi ’l-poplu tiegħi. 2. Salm 125 : 1-6 Il-Mulej għamel magħna ħwejjeġ kbar! 3. Filippin 3: 8-14 Minħabba fi Kristu lqajt li nitlef kollox. 4. Ġwanni 8: 1-11 Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Wara l-konfużjoni tal-folla rabbjata l-episodju tal-vanġelu tallum jagħlaq bil-pjazza titbattal ftit, ftit u l-attenzjoni taqa’ fuq iż-żewġ protagonisti – Ġesù u l-mara, jew kif josserva Santu Wistin – il-miżerja u l-ħniena. Fl-aħħar jibqgħu huma t-tnejn biss, għax din biss kienet ir-rejalta, il-bqija kollox kien reċta li fl-aħħar tisparixxi.

L-iskribi u l-fariżej, jinħbew wara faċċata ta’ reliġjosita u moralita retta u jaħbu l-vojt totali tal-kuxjenza. Fil-fatt ma jiddejqux jistrumentalizzaw lil Mose u jużaw il-liġi bħala arma taparsi jħobbu s-sewwa meta fil-fatt jippruvaw jonsbu lil Ġesù biex jaqbduh f’xi ħaġa li jistgħu jakkużawh fuqha. Jixħtu l-adultera fil-pjazza f’riġlejn Ġesù, għalihom hi issa ma tiswa xejn, hi saret id-dnub tagħha; l-adulterju tagħha, għalhekk għandha tiġi mħaġġra għax id-dnub ma jistax jibqa’

Page 34: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

34 SIGNUM FIDEI

jeżisti. Jippruvaw jieħdu l-parir ta’ Ġesù, imma ma jieħdux tweġiba mingħandu għax għall-ġideb inutli twieġeb.

L-iben t’Alla jitbaxxa fl-art sieket lejn il-mara u jnaqqax fiha sinjali misterjużi u kliem li jerġgħu jagħtuha futur. Ġesù baxxut mal-art iġedded f’dik il-mara, l-att divin tal-ħolqien u jerġa’ jonfoħ fiha n-nifs tal-imħabba t’Alla li jagħti l-ħajja. Fit-“trab” ta’ dik il-ħajja msejkna, Ġesù jikteb il-maħfra inifinita li ssalvana mill-mewt. Lil dawk li mingħalihom se jsalvaw il-qdusija tal-Ħallieq billi jfarrku ‘l-ħlejqa, Ġesù jurihom x’inhi r-rieda t’Alla li kienu jinterpretaw bil-liġi ta’ Mose, kif ifakkarna l-kittieb franċiż Georges Bernanos “m’hi xejn ħlief ħniena ħelwa t’Alla, l-oċejan infinit ta’ mħabba ħielsa li toħloq liberta u ħajja matul ix-xtut tiegħu”.

Din l-imħabba ma tridx il-mewt tal-midneb, imma li jikkonverti u jgħix. Ġesù mhux biss juri l-imħabba infinita tal-Missier imma jkompli “Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla.” Alla li refa’ lill-adultera mit-trab jibdel fi trab is-suppervja u l-preżunzjoni ta’ dawk li akkużawha. Mhux ta’ b’xejn jitilqu wieħed, wieħed u jħallu x-xena għall-uniċi żewġ rejaltajiet tad-dinja u tal-istorja; id-dnub tal-bniedem – għax kull bniedem huwa midneb – u l-ħniena t’Alla.

Meta Alla juri lilu nnifsu id-dinja tixgħel bil-verita tal-ħniena tiegħu li terġa’ tagħti t-tama lill-bniedem, għax teħilsu mill-jasar tal-ħażen tal-passat u tagħtih futur ġdid. Il-ħniena tiegħu tidher ukoll meta twaqqa’ l-illużjonijiet u l-preżunzjonijiet tagħna li jwassluna biex inkunu suppervi u vjolenti lejn l-oħrajn. Gesu stess huwa l-verita ta’ din il-ħniena divina li tbeżbiżna għax meta’ niġġudikaw lill-oħrajn ifisser li nkunu nikkundannaw lilna nfusna, u jfakkarna li huwa dmir tad-dinja kollha li tiġġieled kontra l-ħażen imma biex teħles lill-bniedem, mhux biex tfarrku.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 21, it-3 punt You are also obliged to practice with docility the advice and the orders of your superiors, for, as Saint John says, we show that we truly know God if we keep his commandments. At the same time, the chief witness you can give that you recognize as your superior the one who commands you is that you carry out promptly and exactly not only everything you are ordered but everything you are told, even simple counsels. Just as the one who pretends to know God but does not observe his commandments is a liar and the truth is not in him, as Saint John adds, so too the one who does not do everything his superior tells him and shows by his conduct that although he may say that the one who speaks to him is, in fact, his superior, he does not recognize him as such, for what makes known that he is truly united with him in that role and dependent on him is whether he does what his superior tells him. So too, according to this holy Apostle, what proves that we are in God is whether we keep his words.

Page 35: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 35

TALBA

Alla ta’ dejjem, agħtina d-dawl

biex nifhmu sewwa r-rieda tiegħek, biex nirrinunzjaw dak li jweġġgħana,

u biex nfittxu dik il-perfezzjoni li aħna mwegħda, f’Ġesù Kristu sidna,

Ammen. Reflections for Lent

Missiena ...

It-Tnejn, 18 ta’ Marzu San Ċirillu ta’ Ġerusalemm – isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Danjel 13: 1-9,15-17,19-30,33-62 Issa se mmut, u minn dak li fil-ħażen tagħhom qalgħu fuqi jiena m’għamilt xejn. 2. Salm 22 :1-3a,3b-4,5,6 Ma nibżax mill-ħsara, Mulej, għax inti miegħi. 3. Ġwanni 8: 12-20 Jiena d-dawl tad-dinja. SAN ĊIRILLU - isqof ta’ Ġerusalemm u duttur tal-Knisja (315? – 386). Xejn ma nafu fuqu qabel ma ġie ordnat saċerdot mill-predeċessur tiegħu San

Massimu. Malli ordna, l-isqof tah l-inkarigu li jipprietka lill-poplu, dmir li hu qeda bi frott kbir ferm, mhux tant għall-elokwenza tiegħu kemm għall-eżempju li kien jagħti billi kien jipprattika bl-għemil dak li bil-kliem kien jirrikmanda.

Kien is-suċċessur ta’ S. Massimu fis-sedi ta’ Ġerusalemm, “l-omm tal-knejjes kollha”, għad li kienet soġġetta għas-sedi metropolitana ta’ Ċesarija, li tagħha Akaċju kien Arċisqof, arjan.

Minn hawn il-lotta u l-persekuzzjonijiet, li bil-paċenzja kollha, Ċirillu sofra għax kien difensur qalbieni tal-fidi kattolika ta’ Niċea kontra l-arjaniżmu.

L-għedewwa tiegħu waslu sa xlewh li kien qed jaħli l-ġid tal-Knisja biex jitma ’l-fqar fi żmien il-ġuħ, u kemm-il darba keċċewh mis-sedi tiegħu u kellu jibqa’ fl-eżilju sal-mewt tal-imperatur Arjan Valenti (378).

Ħa parti fil-konċilju ta’ Kostantinopli tat-381, fejn reġa’ ġie mixli li ma kienx ordnat isqof regolarment. Iżda l-Konċilju ta l-inkarigu lil S. Girgor minn Nissa biex jifli l-każ.

Page 36: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

36 SIGNUM FIDEI

Dan wara eżami bir-reqqa ta rapport favorevoli hekk li Konċilju ta’ Kostantinopli tas-sena ta’ wara (382) għarraf li l-elezzjoni ta’ S. Ċirillu kienet valida, u li “l-wisq venerabbli u l-wisq piju Ċirillu, maħbub t’Alla, kien maħtur skont il-kanoni tal-Knisja”.

Hekk il-prestiġju ta Ċirillu kabbar il-ġieħ tal-Knisja ta’ Ġerusalemm, u l-awtorita’ personali tiegħu, wara tant sofferenzi, għamlet li fis-sedi metropolita ta’ Ċesarija jitla’ maħtur arċisqof in-neputi tiegħu Ġelasju. Wara ħajja ta’ sofferenzi għall-kawża tas-sewwa miet fit-18 ta’ Marzu, 386.

L-opra tiegħu ewlenija hi bla dubbju l-katekeżi, maħruġa madwar is-sena 347, waħda mill-opri l-aktar prezzjużi ta’ antikità. Fiha tmintax-il lezzjoni u ħames struzzjonijiet għaż-żmien tar-Randan u tal-Għid, bi stil ċar u loġiku, fuq it-tagħlim tal-Kredu.

Riflessjoni: “Fil-magħmudija tmut u titwieled fl-istess waqt. L-ilma tas-salvazzjoni hu kemm il-qabar u kemm l-omm. ‘Hemm żmien biex titwieled u żmien biex tmut’ tgħid l-Iskrittura, iżda fil-magħmudija jiġri l-kuntrarju. Iż-żmien li fih tmut hu ż-żmien li fih titwieled.” San Ċirillu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: “The Collection of Various Short Treatises: Refelctions”

When you go to holy Mass, do you go as to Calvary to renew what happened there? It is the same sacrifice and the same Jesus Christ, who is about to do for you individually what he did on the cross for all humanity. How do you prepare yourself for this holy sacrifice?

TALBA Mulej Ġesù, inti d-dawl tal-ħajja. Id-dawl tiegħek jofroq id-dlam

u jikxef għemil il-ħażen. Il-preżenza tiegħek iddawwal il-kuxjenza tiegħi,

tħeġġiġni, timbottani u tmexxini biex nersaq fid-dawl tiegħek

u nirċievi l-grazzja tal-maħfra. Mulej, berikni u żommni;

ħalli wiċċek l-għażiż jiddi fuqi u kun ħanin miegħi.

Ammen. Bible Alive

Missiena ...

Ningħaqdu ma’ ħutna l-insara tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani li qegħdin iġarrbu persekuzzjoni minħabba t-twemmin tagħhom

f’Ġesù Kristu u fil-Mexxejja tal-Knisja ta’ Kristu.

Page 37: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 37

It-Tlieta, 19 ta’ Marzu San Ġużepp – l-għarus tal-Imqaddsa Verġni Marija

Meditazzjoni ta’ S. Ġwann Battista de La Salle, nru. 110 Beatu Marċel Ċallo – lajk, martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Samwel 7: 4-5,12-14,16 Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru. 2. Salm 88: 2-5,27,29 In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem. 3. Rumani 4: 13,16-18,22 Meta ma seta’ jara ebda tama, huwa ttama u emmen. 4. Mattew 1: 16,18-21,24a Ġużeppi għamel kif ordnalu l-Anġlu tal-Mulej. jew Luqa 2: 41-51a Missierek u jien konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma. SAN ĠUŻEPP GĦARUS TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA (l-Ewwel Seklu) San Ġużepp, l-għarus tal-Madonna, kien magħżul minn Alla biex ikun il-Missier

putattiv tal-Iben t'Alla magħmul bniedem. L-evanġelji jagħtuna ftit tagħrif fuq dan il-qaddis, imma jfaħħruh biżżejjed meta jsejħulu "bniedem ġust" li fil-lingwaġġ bibliku jfisser "imżejjen b'kull virtù".

Ġużepp kien ġej min-nisel ta’ David, u kien jaħdem ta’ mastrudaxxa-ħaddied f’Nazzaret. Tradizzjoni qadima li żammet l-għeruq tgħid li hu kien xiħ ħafna meta żżewweġ lil Marija. Din jidher li kellha l-iskop biex tenfasizza t-tnissil verġinali ta’ Ġesù, imma filfatt m’għandniex naħsbu li San Ġużepp kien xiħ meta żżewweġ lil Marija.

Meta l-anġlu Gabrijel deher lil Marija u qalilha li kellha ssir l-omm tal-iben ta’ Alla, qalilha wkoll li dak kien se jseħħ mhux bil-ħidma ta’ bniedem iżda bl-Ispirtu s-Santu. Meta seħħet it-tħabbira tal-anġlu, Marija kienet diġà mgħarrsa ma’ San Ġużepp. Imma hi ma għarrfitu xejn b’dak li kien seħħ fiha u ħalliet lil Alla jaħdem hu. Meta Ġużeppi ntebaħ li Marija saret omm, hu ħaseb li jitlaqa’ bil-moħbi, imma l-anġlu tal-Mulej għarraf ukoll lil Ġużeppi li dak li seħħ f’Marija kien sar bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu u li hu kellu jagħtih l-isem ta’ Ġesù. Imbagħad Ġużeppi ħa għandu lil Marija.

Ġużeppi jissemma fiċ-ċirkustanzi tat-twelid ta’ Ġesù, fil-preżentazzjoni tiegħu fit-tempju, fil-ħarba lejn l-Eġittu u meta Ġesù ta’ 12-il sena nstab fit-tempju. Hu probabbli ħafna li San Ġużepp miet qabel ma Ġesù beda l-missjoni pubblika. Żgur li kien diġà mejjet meta Ġesù kien mislub, għax kieku Ġesù ma kienx jafda lil ommu taħt il-kura ta’ Ġwanni.

B’misteru tal-providenza d-devozzjoni lejn San Ġużepp ma xterditx kmieni fil-Knisja, iżda kienet riservata għal żmienna, għalkemm ħafna qaddisin, bħal San Bernard ta’ Clairvaux, faħħru l-virtujiet u l-privileġġi tiegħu.

Fis-seklu ħmistax il-franġiskan San Bernardinu ta’ Siena xerred il-qima lejh, iżda kienet Santa Tereża ta’ Avila li għamlitu popolari billi kitbet fuqu fl-

Page 38: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

38 SIGNUM FIDEI

awtobijografija tagħha: “Lil qaddisin oħra, Alla tahom il-grazzja li jgħinu lill-bnedmin f’xi ħtieġa speċjali, iżda lil dan il-qaddis glorjuż, jien naf b’esperjenza, Alla tah il-grazzja li jgħinna f’kollox.”

Il-Papa Ġwanni XXIII daħħal l-isem ta’ San Ġużepp fil-Kanoni Ruman, poġġa l-Konċilju Vatikan II taħt il-patroċinju tiegħu u qal: “San Ġużepp jgħallimna nobdu, inżommu s-silenzju, nitkellmu meta jinħtieġ, b’moderazzjoni u ħlewwa.”

Fi żmienna d-devozzjoni lejn dan il-qaddis hi mxerrda ħafna, anki fostna. F’Malta d-devozzjoni lejh inbdiet fir-Rabat fejn hemm l-arċikonfraternità ddedikata lil dan il-qaddis kbir.

San Ġużepp hu l-patrun tal-Knisja Kattolika u ta’ diversi pajjiżi u organizzazzjonijiet. B’mod speċjali hu protettur tal-ħaddiema u l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem issir fl-1 ta’ Mejju.

Riflessjoni: San Ġużepp ġie mxebbah mal-velu tat-tabernaklu tal-Ewkaristija. Il-velu jaħbi t-tabernaklu, u lil min hemm fit-tabernaklu. It-tabernaklu hi Marija ... U Ġużeppi bħal velu safi, u abjad jgħatti l-kobor tal-misteru sagru: Alla magħna fl-Ewkaristija. L-idea ta’ Marija bħal tabernaklu laqtet ukoll lil San Ġwann Battista De La Salle. Fil-meditazzjoni għall-festa tal-Preżentazzjoni tal-Madonna fit-tempju, 21 ta’ Novembru, kiteb: “Qimu llum lill-Verġni wisq qaddisa bħala tabernaklu u t-tempju ħaj li Alla stess bena għalih u żejjen b’idejh stess.” Bro. Michael Buttigieg f.s.c. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.101, l-1 parti Because Saint Joseph was made responsible by God for the care and external guidance of Jesus Christ, it was important that he had the qualities and virtues necessary to fulfill worthily so holy and exalted a ministry. The Gospel tells us about three, all very fitting for the responsibility entrusted to him: he was just; he was very submissive to God’s orders, and he had a very special solicitude for the education and the protection of Jesus Christ. The first quality that the Gospel attributes to Saint Joseph is that he is just. This is also the main virtue he needed in order to be able to provide guidance to Jesus Christ. Because our Lord is God and holy, it would not be fitting that the person in charge of guiding him not be holy and just before God. It is even entirely proper that Saint Joseph be, after the Most Blessed Virgin, one of the holiest people to be found in the world at that time, so that he might have some conformity with Jesus Christ, who was entrusted to him and confided to his care. The

Aħna membri tas-Signum Fidei nafu kemm Bro. Louis rawwem fina d-devozzjoni għal dan il-qaddis kbir, li qed niċċelebraw il-festa tiegħu llum. Fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, Bro. Louis, ukoll kellu devozzjoni u qima kbira għal San Ġużepp. Ma ninsew qatt it-tagħlim siewi li wasslilna fuq dan il-qaddis.

Page 39: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 39

Gospel also says of him that he is just before God, that is, holy in every way. We even have grounds to believe that Saint Joseph, thanks to a special privilege, was entirely exempted from sin. You also have been charged, very much like Saint Joseph, with a holy work, a work that is very similar to his and requires that your piety and your virtue be more than ordinary. Take Saint Joseph as your model, for he is your patron, and strive to be worthy of your ministry and to excel in virtue by following the example of this great saint.

TALBA

O Ġużeppi Mqaddes, fid-dwejjaq tagħna quddiemek aħna niġu, u b’tama qawwija nitolbuk il-patroċinju tiegħek wara ta’ għarustek l-iżjed qaddisa.

Iddew int għal dik ir-rabta mqaddsa ta’ mħabba illi biha kont marbut mal-Verġni bla tebgħa Omm Alla,

u għall-imħabba ta’ missier li ġibt lejn it-tfajjel Ġesù, ħares, nitolbuk, b’ħarsa ta’ ħniena lejn il-wirt għażiż li Ġesù Kristu rebaħ bid-demm minn tiegħu, u bis-setgħa u bl-għajnuna tiegħek idħol għalina f’kull ma aħna neħtieġu.

O! Ħares ħanin tad-Divina Familja, ieqaf mal-ulied maħtura ta’ Ġesù Kristu,

biegħed minna, o Missier tal-akbar imħabba, kull marda ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin iħassru d-dinja;

fis int mis-smewwiet ieqaf magħna, o qawwi protettur, f’dan il-kombatt li fih ninsabu mal-qawwa tad-dlamijiet

u kif darba inti ħlist mill-mewt il-ħajja mhedda tat-tfajjel Ġesù, hekk ukoll issa ħares lill-Knisja Mqaddsa t’Alla

mill-qerq tal-għedewwa u minn kull hemm; u żomm dejjem lil kull wieħed minna taħt il-patroċinju tiegħek sabiex

bl-għajnuna tiegħek ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba u naqilgħu l-hena ta’ dejjem fil-ġenna.

Ammen. Missiena ...

Page 40: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

40 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 20 ta’ Marzu San Cuthbert – isqof

Beatu Ippollitu Galantini

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Danjel 3: 14-20,91-92,95 Alla bagħat l-anġlu tiegħu u ħeles lill-qaddejja tiegħu. 2. Salm Danjel 3: 52-56 Ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem. 3. Ġwanni 8: 31-42 Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. SAN CUTHBERT - isqof (ċ.634-687) Minkejja li l-Irlandiżi jgħoddu lil dan il-qaddis bħala wieħed minn pajjiżhom, hu

kważi ċert, kif jissuġġerixxi ismu, li kien Ingliż minn Northumbria. Bħala żagħżugħ hu kien jirgħa n-ngħaġ fuq l-għoljiet. Fuq il-Leader Water hu

kellu dehra li fiha, kif jirrakkonta San Beda, hu ra l-anġli jwasslu r-ruħ ta’ San Aidan lejn il-ġenna.

Hu aktar tard daħal raħeb f’Melrose. Kien hemm żmien meta hu għamel vjaġġi twal, sena wara sena, riekeb fuq żiemel jew bil-mixi, f’postijiet l-iktar imbiegħda tal-pajjiż bejn Berwick u Galloway, biex jamministra n-nies imxerrda u jżomm ħaj l-ispirtu nisrani fosthom.

Fis-664 (meta kellu madwar 30 sena) hu akkompanja lill-abbati tiegħu San Eata għal Lindisfarne u estenda l-ħidma tiegħu għan-naħa t’isfel, għan-nies tan-Northumbria u d-Durham.

B’danakollu hu kien minn qaddisu jħobb jgħix ħajja solitarja, u fis-676 rtira fuq il-gżejra mwarrba ta’ Farne fejn għex sas-684, meta kontra qalbu kien maħtur isqof ta’ Hexham. Malajr, ftit wara, hu bidel id-djoċesi tiegħu ma’ dik ta’ ħabibu Aeta u hekk sar isqof ta’ Lindisfarne.

Bħala isqof San Cuthbert iddedika ruħu u ġismu għall-merħla tiegħu, jipprietka, jgħin bil-mezzi u bil-pariri, u jżur kull parti tad-djoċesi kbira tiegħu. Hu kien bniedem iħobb josserva u jinteressa ruħu fil-ħajja tal-għasafar u tal-bhejjem. Kellu l-fama tal-mirakli; darba jingħad li fejjaq tarbija li kienet waslet biex tmut.

Jidher li kien bniedem ta’ karattru li jsaħħrek u ta’ kapaċità prattika, li kien jiġbed b’qawwa lejh lin-nies bil-ġmiel ta’ qdusitu; mhux ta’ b’xejn li San Beda jirreferi għalih spiss bħala “bniedem ta’ Alla”.

Dam isqof sentejn, u meta ħass li l-mewt kienet qed toqrob, hu rtira mill-ġdid fil-gżejra ta’ Farne. Hu miet hawnhekk bil-lejl, fl-20 ta’ Marzu tas-687, ta’ madwar 53 sena. L-aħbar ta’ mewtu wassluha l-komunità tiegħu f’Lindisfarne bit-tixjir tat-torċi mill-għoljiet tal-gżira.

San Cuthbert kien midfun f’Lindisfarne, imma, meta kien hemm l-attakki tal-Vikinġi, il-fdal tiegħu ġarrewh għall-katidral ta’ Durham, fejn għadhom sal-lum.

Sar-riforma protestanta hu kien wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari fl-Ingilterra. Hu patrun tal-baħħara.

Page 41: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 41

Riflessjoni: Fil-Vanġelu tal-lum, Ġesù jitkellem ċar fuq ir-realtà tagħna l-bnedmin. L-attitudni tagħna lejn id-dnub tagħmilna ilsiera tal-qawwa tad-dlamijiet. Ejjew nagħmlu resoluzzjoni kontra l-moda ta’ żminijietna li twarrab l-idea tad-dnub bħala xi ħaġa antikwata u mhux moda. Ġesù tħalliniex nieħdu pjaċir b’dawn l-illużjonijiet. It-tagħlim tiegħek huwa ċar u jinfed – kull min jidneb huwa lsir tad-dnub. L-ebda bniedem ma jkun ħieles mill-qawwa tad-dnub. Fina nfusna hemm taqbida sħiħa bejn it-tajjeb u l-ħażin, id-dlam u l-ħajja u l-verità u l-gideb. Is-sinjal ta’ tama u l-wegħda tal-ħelsien insibuha billi nipproklamaw b’fidi umli: “Mulej, jiena lsir tad-dnub, imma jekk inti teħlisni jien inkun tassew ħieles.” Bible Alive Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, silta mit-2 punt

“… if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him. Because by rising Jesus Christ destroyed sin, you must take care, following Saint Paul’s advice that sin may no longer reign in your mortal body. Attach that body with all your disorderly affections to the cross of Jesus Christ; this will make your body share in anticipation the incorruptibility proper to his body by preserving you from sin, the source of all corruption.

TALBA Mulej,

illum jiena nimxi fid-dawl tal-verità Tiegħek. Għallimni kif nintilef kolli kemm jien ġewwa l-Kotba Mqaddsa Tiegħek,

biex nibni ħajti fuq l-blata tal-Kelma Tiegħek.

Ammen. Missiena ...

Page 42: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu San Nikola ta’ Flue

Beata Benedetta Frassinello San Benedittu - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 17: 3-9 Nagħmel minnek missier ħafna ġnus. 2. Salm 104: 4,5,6,7,8,9 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Ġwanni 8: 51-59 Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien

se jara l-jum tiegħi.

BEATA BENEDETTA FRASSINELLO (1791-1858) Benedetta Cambiagio Frassinello twieldet fit-2 ta’ Ottubru 1791 f’Langasco, fil-

Ligurja (l-Italja), ir-raba’ minn ħames ulied ta’ Ġużeppi Cambiagio u Francesca Ghiglione. Kienet familja ta’ bdiewa u ta’ ħajja sempliċi u ta’ fidi ġenwina.

Benedetta kienet ta’ moħħ vivaċi u tħobb taqra ħalli żżid ma’ dak il-ftit li kienet tgħallmet l-iskola.

Wara li Napuljun, fl-1805, għaqqad il-Ligurja ma’ Franza, il-familja marret f’Pavia fejn fetħet ħanut tal-ħaxix fi triq ewlenija. Benedetta nvolviet ruħha sew f’dan il-ħanut li kien maħsub biex jipprovdi l-għajxien tal-familja u tant intilfet f’attività bla waqfien, b’mod li ftit ftit bdiet tħossha sejra lura fil-ħajja spiritwali u ħasset li ma setgħetx tibqa’ sejra hekk.

Hija bdiet tħossha miġbuda lejn Alla permezz tas-siltiet tal-Vanġelu, li hija kienet tgħallmet bl-amment, li bdew jieħdu forma ta’ appell urġenti indirizzat direttament lilha: “Ejja, itlaq, ħalli kollox.”

Hija bdiet taffaxina ruħha bil-ħajjiet tal-qaddisin li bdiet taqra dwarhom, li komplew ikabbru fiha x-xewqa tagħha li twieġeb malajr għas-sejħa. Persważa li kienet imsejħa.

Ta’ 20 sena kellha esperjenza mistika, li ħallietha ddedikata għall-ħajja ta’ talb u devozzjoni u għatxana li tagħti ruħha għal ħajja reliġjuża.

Imma minħabba x-xewqa tal-familja tagħha żżewġet lil Ġovanni Battista Frassinello. Għexu l-ħajja miżżewġa għal sentejn u mbagħad ftehemu li t-tnejn jidħlu reliġjużi.

Ġovanni daħal patri u Beneditta ngħaqdet mal-Ursolini. Wara perjodu ta’ saħħa fraġli, irritornat Pavia fl-1826. Bdiet taħdem mat-tfajliet

tal-post, u bil-għajnuna ta’ żewġha Ġovanni, fetħet skejjel li bdew jikbru u jiffjorixxu.

Għad li kienu qed jgħixu fil-kastità, ir-relazzjoni mhux komuni tagħhom bdiet tiġbed l-attenzjoni. Biex ma titfax dell ikrah, fl-1838, telqet ix-xogħol f’idejn l-isqof tal-post u marret tgħix fil-kunvent ta’ Ronco Scrivia, fl-Italja stess.

Page 43: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 43

Ma kinitx kuntenta mill-ħajja maqtugħa minn appostolat mal-poplu u għalhekk flimkien ma’ 5 kompanji oħra ddeċidiet li tibda mill-ġdid.

Waqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Benedittini tal-Providenza, b’dedikazzjoni għat-tagħlim. Fetħet skola oħra u qattgħet il-bqija ta’ ħajjitha f’dan is-servizz, f’devozzjoni u talb.

Fil-21 ta’ Marzu 1858, mietet mewta naturali f’Ronco Scrivia. Ġiet ibbeatifikatha fl-10 ta’ Mejju, 1987 mill-Beatu Papa Ġwann Pawlu II. Fid-

19 ta’ Mejju 2002, l-istess Papa kkanonizzaha. Riflessjoni: Ġesù jwieġeb lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” (Ġwanni 8: 51) X’ried ifisser b’dan? Hu ried ifisser li wara l-mewt, ir-ruħ tibqa’ tgħix u li fl-aħħar ġudizzju, ir-ruħ u l-ġisem jerġgħu jingħaqdu biex ngħixu ma’ Alla għal dejjem. B’liema awtorità seta’ Ġesù jgħid dan? Kienet l-awtorità mogħtija lilu mill-Missier, għax hu u l-missier huma ħaġa waħda. Meta Ġesù qal: “qabel ma kien Abraham, jiena hu.” (Ġwanni 8:58) B’dan il-kliem kien qiegħed jattribwixxi għal Alla. Aħna nissottomettu ruħna quddiem Ġesù, Alla magħmul bniedem, u waqt li nemmnu fih, aħna nsalvaw.

‘Walk with me’ A lenten journey of prayer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 108, lill-membru ta’ komunità reliġjuża

The profound darkness which you experience is the means that God gives to draw you more surely to himself. You know quite well that the more darkness and doubt you experience in your life, the more you will live by faith, and you know that it is faith alone which should motivate the lives and actions of those who belong to God. Often say to yourself from the depths of your desolation, “Even if I become a reprobate, I will do all that I can for God.” And if out of twenty actions, there is only one that is good or even only partly good, still it will be so much done for love of God.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

int għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Qajjem mill-ġdid ġewwa fija

il-fehma u l-għarfien tal-inkarnazzjoni tiegħek. Ferra’ l-ispirtu tiegħek

f’moħħi li jinsab għajjien u fid-dlam

biex b’hekk nerfa’ ħarsti lejk biex infaħħrek u nerfa’ qalbi biex nagħtik qima, O Ġesù.

Ammen. Bible Alive

Missierna ...

Page 44: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Marzu Il-Verġni Marija Mqaddsa tad-Duluri – festa ta’ devozzjoni

San Deogratias – isqof ta’ Kartaġni San Benvenuto Scotivoli

Santa Lea - armla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 20: 10-13 Il-Mulej miegħi bħal raġel qalbieni. 2. Salm 17 : 2-7 Fl-hemm tiegħi lill-Mulej sejjaħt u semgħani. 3. Ġwanni 10: 31-42 Fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom. TIFKIRA TAL-VERĠNI MARIJA TAD-DULURI Il-poplu Malti juri pubblikament kemm jissieħeb ma’ Marija fid-Duluri li ġarrbet f’għaqda ma’ binha Ġesù fil-passjoni tiegħu. Xena ta’ devozzjoni u ta’ konverżjoni u ta’ rikonċiljazzjoni, li ma tistax ma ġġibx il-barka ta’ Ġesù u Marija fuq pajjiżna.

Din id-devozzjoni bdiet fis-seklu 15, mill-arċisqof ta’ Cologne.

Fl-1727 il-papa Benedittu XIII daħħalha fil-liturġija. Għalkemm iċ-ċelebrazzjoni uffiċjali ssir fil-15 ta’ Settembru, b’danakollu f’Malta, il-poplu Malti ried jissieħeb ma’ Marija fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, jingħaqad ma’ Marija fil-passjoni li ġarrbet.

Bis-saħħa tal-imħabba ta’ omm, hekk perfetta, Marija ġarrbet fil-fond ta’ qalbha l-piena indeskrivibbli tas-sofferenzi ta’ Ġesù, daqslikieku kienet hi li qed tgħaddi minnhom. Is-sofferenzi li ġarrbet Marija, ġraw fil-fond ta’ qalbha, ta’ omm, bħala riżultat ta’ meta hija stqarret mal-Anġlu: “Isir minni skont kelmtek.’’

Bħalma Marija qalet “Iva’’ għal dak li talabha Alla, illum hija qed tgħidilna, “Agħmlu dak li jgħidilkom hu’’.

Kienu s-seba’ qaddisin tal-Ordni tas-Serviti tal-Madonna Addolorata li xerrdu din id-devozzjoni fl-Ewropa.

Riflessjoni: Qari mid-diskorsi ta’ San Bernard – abbati : ‘L-omm wieqfa ħdejn is-salib.’ Il-martirju tal-Verġni jissemma kemm fil-profezija ta’ Xmun u kemm fl-istess rakkont tal-passjoni tal-Mulej. ‘Dan’, qal ix-xwejjaħ qaddis għat-tfajjel Ġesù, ‘se jkun sinjal li jmeruh. U int’, qal imbagħad lil Marija, ‘sejf jinfidlek ruħek.’ Tassew, omm imbierka, is-sejf nifidlek ruħek! Kieku ma nifidlikx ruħek, ma kienx jinfed lill-ġisem ta’ ibnek. Għax wara li miet Ġesù, l-iben tiegħek, - ta’ kulħadd, imma tiegħek b’mod speċjali - il-lanza ħarxa ma missitlux ruħu; nifditlu biss ġenbu, għax anqas wara li miet ma ħelsuhielu għalkemm ma setgħux jagħmlulu ħsara iktar. Imma lilek, iva, nifditlek ruħek. Ruħ Ġesù ma kinitx iżjed fih, imma tiegħek ma setgħetx toħroġ. In-niket li nifidlek lil ruħek kien hekk kbir li nistgħu bir-raġun kollu

Page 45: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 45

nsejħulek iżjed minn martri, ladarba l-qawwa tan-niket kienet tisboq kull tbatija tal-ġisem. Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: ‘Mara, hawn hu ibnek’? X’bidla din! Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesù, - ilsir minflok is-sid, id-dixxiplu minflok l-imgħallem, bin Żebedew minflok bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru! Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlikx il-qalb l-iżjed ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor? Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, it-3 punt

In appreciation for the offering that was made of Jesus Christ and that he made of himself in this mystery and for the humility shown by the Most Blessed Virgin, God inspired a holy old man, Simeon, to proclaim publicly the greatness of Jesus, declaring that Jesus had come to be the Light that would enlighten the Gentiles and be the glory of the people of Israel. He then invoked all blessings on his holy Mother. Oh, how good it is to give yourself to God! Even in this life, he rewards and fills with very tangible consolations the soul that consecrates itself to him. He causes others to esteem and to honor those who are happy in humiliations. The more you give to God, the more he will bless you; the more you are despised by others, the greater you will be before God.

TALBA

Vergni Mbierka, bis-setgħa tiegħek agħmel

Ii I-passjoni u I-mewt ta' Kristu Ibnek u d-duluri tieghek

ma jkunux bla frott għalija. Ammen.

Missierna ...

Is-Sibt, 23 ta’ Marzu San Turibju ta’ Mogrovejo – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 37: 21-28 Nagħmilhom ġens wieħed. 2. Salm Ġeremija 31:10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu. 3. Ġwanni 11: 45-56 Biex jiġbor ġemgħa waħda ’l-ulied ta’ Alla li kienu mxerrdin.

Page 46: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

46 SIGNUM FIDEI

SAN TURIBJU TA’ MONGROVEJO – isqof (1538 – 1606) San Turibju twieled f’Mayorga, Spanja, fl-1538, minn familja nobbli, u kellu

edukazzjoni soda. Studja fl-Universita’ ta’ Salamanka, u baqa’ sakemm laħaq professur tal-liġi.

Fl-1575, ir-Re Filippu II, ħatru prim imħallef fil-qorti tal-inkwiżizzjoni ta’ Granada u gran inkwiżitur ta’ Spanja.

Fl-1580, meta l-arċidjoċesi ta’ Lima sfat battala, ġie deċiż li Turibju li kien bniedem ta’ karattru sod u ta’ ħajja edifikanti, kien l-iktar persuna addattata biex timla l-post. Għalhekk, għalkemm kien lajk u kontra x-xewqa tiegħu, ġie magħżul biex ikun l-arċisqof tad-djoċesi ta’ Lima li kienet tinfirex fuq medda ta’ 640km fuq il-kosta tal-Peru li kien taħt il-ħakma tal-Ispanjoli. Hekk ġie ordnat saċerdot u kkonsagrat isqof, u fl-1581 mar il-Peru u beda l-ħidma tiegħu ta’ arċisqof ta’ Lima.

Sa mill-bidu nett l-arċisqof Turibju kkonfronta lill-Ispanjoli, li kienu qed jimmaltrattaw lil Peruvjani, u beda jaħdem bla serħan fost in-nies tiegħu li fil-maġġoranza tagħhom kienu foqra u għadhom lura.

Huwa tgħallem il-lingwa tagħhom, u beda jżur kull rokna tad-djoċesi, jitkellem ma’ kulħadd, jikkonverti u jgħammed ħafna minnhom.

Fil-25 sena li dam Arċisqof, waqqaf ħafna knejjes, monasteri u sptarijiet u fl-1591, bena l-ewwel seminarju fil-kontinent Amerikan, f’Lima.

Jgħidu li San Turibju għamel il-Griżma tal-Isqof lil Santa Roża ta’ Lima, lil San Martin Porres, lil San Ġwann Massias u lil San Franġisk Solano.

Turibju baqa’ jaħdem sa mewtu, li ġrat, fit-23 ta’ Marzu 1606, f’Santa, Peru, fl-età ta’ 68 sena.

Riflessjoni: Is-Sanedrin kien il-qorti tal-Lhud li kien magħmul minn wieħed u sebgħin membru li fosthom kien hemm il-qassisin il-kbar, ix-xjuħ u l-għalliema tal-liġi. L-awtorità Rumana kienet tigverna bil-forza, bil-biża’, bit-theddid u bl-intimidazzjoni, għalkemm kienet tagħlaq għajnejha għall-awtorità tas-Sanedrin. Kajfa kien il-qassis il-kbir li kellu rwol importanti fl-istorja u l-ħajja tan-nazzjon. Il-qassisin il-kbar u l-Fariżej kienu inkwetati għall-qawmien mil-mewt ta’ Lazzru. Beżgħu li Ġesù seta’ jkisser dan il-bilanċ u b’hekk jinqala’ l-inkwiet. Għalhekk Kajfa qal li aħjar li bniedem wieħed imut għan-nazzjon. Ġesù mhux biss miet għan-nazzjon imma għall-ulied kollha ta’ Alla.

Bible Alive

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Collection of Various Short Treatises

We must renounce self-will, 1. Because Jesus Christ renounced his own will from the moment of his conception, although in him it was most holy and incapable of disorder. He could truly say, “I have not come to do my own will”; 2. Because self-will is the cause of all our sins and, consequently, withdraws our heart from its natural inclination, which is toward God;

Page 47: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 47

3. Because self-will alone draws down on us God’s anger and vengeance, which made Saint Bernard say, “Take away self-will, and there will be no hell, for this alone puts obstacles in us to do God’s work.”

TALBA Mulej,

għinni biex nagħraf b’konvizjoni li issa għandi l-maħfra kollha

mhux biss għal xi għemil li stajt wettaqt, imma minħabba dak kollu li int għamilt għalija.

Agħmel li llum ngħix bħala bniedem

li għandi l-maħfra tiegħek, u niftaħ qalbi ghalik

ħalli b’hekk nagħżel biex ma nidnibx aktar. http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Il-Ħadd, 24 ta’ Marzu Ħadd il-Palm

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 50: 4-7 Ma ħbejtx wiċċi mit-tgħajjir 2. Salm 21: 8,9,17,18-20,23,24 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? 3. Filippin 2: 6-11 Kristu ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh. 4. Luqa 22: 14 - 23, 56 Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Riflessjoni: ĠESÙ SULTAN – IR-REGALITÀ TA’ KRISTU

Illum naqraw l-istorja tal-iktar imħabba profonda u l-ikbar imħabba ta’ Alla għall-umanità. Is-sudditi joqtlu lir-re tagħhom. Ġesù għadda mill-proċess, ġie kkundannat u ġie msallab.

Hu jsofri l-passjoni, mans, qisu ħaruf. Anke waqt l-agonija mortali li kellu jgħaddi minna, huwa offra l-maħfra u l-fidwa.

Għalfejn Kristu jaċċetta li jiġi daqshekk umiljat? Dan għamlu għaliex talbu Alla l-Missier? Kif nistgħu nagħarfu id Alla f’din it-tbatija li hawn madwarna? Xi tfisser il-passjoni ta’ Ġesù Kristu għalina?

Page 48: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

48 SIGNUM FIDEI

Ġesù jrid li inti tgħix il-ħajja divina tiegħu, u dan għandu jkun l-għan ta’ kull ma tagħmel. It-tbatija tista’ taqsmilna qalbna, però jekk aħna nintelqu kompletament f’idejh meta ma nistgħux nifhmu, il-grazzja tiegħu taħdem fina.

Jekk irridu li Ġesù jsaltan fina hemm bżonn nħalluh imexxina hu kontra l-ħażen kollu tal-għedewwa tiegħu. Għalhekk nintelqu ħalli jmexxina hu; inħalluh isaltan fil-qalba ta’ ħajjitna b’mod “assolut” u b’mod li niddependu kompletament fuqu, biex tassew inkunu nistgħu ngħidu “Mhux aktar jien li qiegħed ngħix, imma Ġesu’ Kristu qed jgħix fija.” (Galatin 2: 20)

Jeħtieġ għalhekk li nikkultivaw armata ta’ virtujiet biex ikunu il-kmand ta’ qalbna. Ningħaqdu ma’ Ġesù fl-offerta tiegħu nnifsu lill-Missier Etern għas-salvazzjoni tagħna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-tieni parti

So that Jesus Christ may reign in your soul, you must wage war under his leadership against the enemies of your salvation, who are also his enemies. Because he wishes to establish his peace within you, a peace which, according to Saint Paul, ought to reign in your hearts, he must overcome—and you must overcome with him and by his help—anything that is able to be an obstacle, such as your passions and evil inclinations. You must eliminate within you the man of sin who in the past has reigned over you. Then you will deliver yourself from the shameful slavery to which sin has reduced you. Be disposed today, then, to receive Jesus Christ fully by abandoning yourself entirely to his guidance and by letting him reign over your whole interior life, so absolutely on his part and so dependently on yours that you may in truth say that it is no longer you who live but Jesus Christ who lives in you.

TALBA

Mulej Ġesù, inti ridt li ommok l-għażiża, id-dixxipli u l-ħbieb tiegħek jifhmu

li l-firda hija għal kollox, fejn ir-rabta ta’ ħajjitna tinqata’ għal dejjem.

Imma għidli Ġesù għaliex dik il-fjamma ta’ mħabba tibqa’ tixgħel fija.

Għaliex dik id-daqsxejn ta’ fjamma tibqa’ tixgħel fil-qalb u fl-għajnejn ta’ dawk li jibqgħu ħajjin?

Għaliex għal dejjem jibqa’ fija dak ir-raġġ ta’ dawl li xejn ma jista’ jitfih?

Għidli Mulej Ġesù! Għaliex. Jiena nemmen fik, kollok VERITÀ. Jiena nemmen fik, kollok ĦNIENA.

Jiena nemmen fik, kollok IMĦABBA. Bro. Louis

Missierna ...

Page 49: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 49

It-Tnejn, 25 ta’ Marzu It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 42: 1-7 Ma jgħajjatx, ma jsemmax leħnu fil-pjazez. 2. Salm 26: 1-3,13,14 Il-Mulej, id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Ġwanni 12: 1-11 Ħalliha, din il-fwieħa refgħetha għal jum id-difna tiegħi. Matul din il-Ġimgħa Mqaddsa ser nippreżentaw sensiela ta’ kitbiet mill-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu kif dehru fil-viżjonijiet li kellha Sor Anne Catherine Emmerich, li għexet bejn 1774 - 1824. Din is-soru twajba kellha l-istigmata u meta kienet tmur f’estasi kienet tara xeni mill-passjoni ta’ Sidna Ġesù. Dan il-ktieb kien ta’ ispirazzjoni kbira għall-film ta’ Mel Gibson ‘The Passion of the Christ”. Ġesù fil-Ġetsemani: “Fil-bidu Ġesù kien jidher kalm, hekk kif kien għarkupptejh jitlob, iżda wara xi ħin, ruħu bdiet titwerwer bid-dehra ta’ tant għemejjel ħżiena tal-bnedmin u l-ingratitudni lejn Alla. Id-diqa tiegħu tant kienet kbira, li beda jitkexkex waqt li beda jtenni: ‘Missier, jekk hu possibbli, warrab dan il-kalċi minn quddiemi! Missier kollox huwa possibbli għalik, neħħi dan il-kalċi minn quddiemi! Ftit wara kompla, ‘madanakollu, mhux ir-rieda tiegħi, imma, dak li trid int’. Ir-rieda tiegħu u dik ta’ missieru kienet waħda, imma issa, l-imħabba kbira li kellu għall-bniedem, ġegħlitu jaqa’ għad-dgħjufija tan-natura umana,u beda jirtgħod meta ra l-mewt ġejja fuqu. Ġewwa l-għar fejn kien qiegħed għarkuptejh, jiena rajt ħafna xbihat tal-biża’, rajt id-dnubiet kollha, il-ħażen, il-vizzjijiet u l-ingratitudnijiet tal-bnedmin, jaħqruh u jgħaffġuh mal-art. Bħala bniedem, ħass il-biża’ tal-mewt u terrur kbir waqa’ fuqu, hekk kif kien qed jara quddiem għajnejh, it-tbatija li kienet se tiġi fuqu. Il-persuna divina tiegħu bdiet ġiet imdawwra u maħqura minn fantażmi tal-waħx. Beda jaqa’ min-naħa għall-oħra, ġismu kien imxarrab bl-għaraq kiesaħ, u twerwer u tkexkex.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 23, l-ewwel parti

The Jews, indignant because Jesus Christ performed a great number of miracles and, therefore, everyone flocked to him and considered him as a Prophet, plotted to bring about his death and called a council among themselves1 to determine how they would go about arresting him. Because they feared the people, who esteemed him highly, they had to act cautiously. Out of hatred for him, they spread the word that he was a preacher of new doctrines, and they used this pretext as a way to do away with him.

Page 50: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

50 SIGNUM FIDEI

Consider with amazement the hatred that the Jews felt for Jesus Christ and the opposition that he endured from them, especially from the Pharisees, who brought about his death. Reflect on the excesses into which the envy and rage of these wicked men led them, for they did not hesitate to cause the death of an innocent man, a saint, a Prophet, one who possessed all the exterior signs of divinity.

TALBA Nadurawk Ġesù u mberkuk

għax b’salibek u l-mewt Tiegħek Inti fdejtna.

Imbierka l-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu

Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina

Ammen Missierna ...

It-Tlieta, 26 ta’ Marzu

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 49: 1-6 Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is- salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex. 2. Salm 70: 1-4a,5-6ab,15 u 17 Mulej, fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Ġwanni 13: 21-33,36-38 Wieħed minnkom se jittradini ... is-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet. L-appostli mwerwra bil-biża’: Ġesù, l-ispirtu tiegħu mdejjaq, għolla leħnu u kemm-il darba għajjat bl-uġigħ. It-tliet appostli qamu mir-raqda, bdew jissemmgħu, u xtaqu jersqu ħdejh, iżda Pietru żamm lil Ġwanni u ’l Ġakbu waqt li qalilhom: ‘Oqogħdu hawn, ħalli mmur jien ħdejh’. Imbagħad rajt lil Pietru jgħaġġel ’il quddiem u jidħol fil-grotta waqt li jgħajjat: ‘Mgħallem x’waqa’ fuqek?’ Imma hekk kif ra lil Ġesù f’dik is-sura, mitluq mal-art, mxarrab b’demmu stess, ħakmuh dwejjaq u biża’ kbir. Resaq lura, waqaf għall-mument mbeżża’. Ġesù ma rrispondihx u ma lissen l-ebda kelma u kien jidher qisu mitluf minn sensieh. Pietru reġa’ lura ħdejn l-oħrajn u qalilhom li l-Mulej ma rrispondihx u minn fommu ma kienx ħiereġ ħlief tnehid u krib. Fuq dan ħassewhom iżjed u iżjed imdejqa, għattew rashom u poġġew bilqiegħda jibku u jitolbu.

Page 51: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 51

Jien imbagħad mort lura fejn l-għarus divin tiegħi, li kien għaddej mill-iżjed agunija ħarxa. Il-viżjoni tal-biża’, tal-ingratitudni li l-bniedem għad irid iwettaq, bdiet tidher iżjed ċara. Il-mod ta’ kif kien qed jerfa’ fuq spallejh il-ħtija kollha tal-bnedmin u jħallas għad-dejn kollu li hu (il-bniedem) għamel lil Ġustizzja Divina, kienet tidher tremenda. Ħafna drabi bdejt nisimgħu jesklama: ‘O għażiż missieri, jista’ jkun li se ngħaddi minn tant tbatija għal razza tant ingrata? O Missier, jekk ma jistax jgħaddi minn quddiemi dan il-kalċi iżda jkolli bilfors nixorbu, ħa tkun magħmula r-rieda tiegħek.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 24, l-ewwel parti

It is admirable that at one time Jesus Christ hid from the eyes of his enemies, escaped from their hands, kept away from them, and did not want to appear in public, because he knew that they were planning to put him to death, while at another time he went to the place where he knew that those who wanted to kill him would come looking for him. When they came for him, he stepped forward, presented himself before them, and allowed himself to be arrested, bound, and led away, knowing, as the Gospel says, everything that would happen to him and that he would be delivered into the hands of sinners. Adore these different dispositions of Jesus Christ, which were conformable to the plans God had for him. As he said, the will of his Father was his nourishment, that is, the rule and, as it were, the soul of his conduct. Strive after the example of your divine master, Jesus Christ, to want only what God wants, when he wants it, and in the way he wants it.

TALBA O Mulej Ġesù,

jiena ninsab grat ħafna li inti tajt lilek innifsek

kollok kemm int għalija. Kif nista’ qatt nirringrazzjak għal dik

it-tbatija li inti kellek tbati għalija? X’nista’ nagħmel jiena

ħlief li bi gratitudni u tifħir lejk, noffri lili nnifsi lilek.

Ammen. http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Page 52: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

52 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 27 ta’ Marzu L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 50: 4-9a Ma ħbejtx wiċċi mit-tgħajjir u l-bżieq. 2. Salm 68: 8-10,21-22,31 u 33-34 O Alla, fil-kobor tiegħek, weġibni. 3. Mattew 26: 14-25 Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma

ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu bin il-bniedem ikun mogħti f’idejn l-għedewwa!

Ġesù arrestat: Ġesù, flimkien mat-tliet appostli kien wieqaf fit-triq ta’ bejn il-Ġetsemani u l-Ġnien taż-Żebbuġ, meta Ġuda, mdawwar bis-suldati deher riesaq lejh ... Hekk kif Ġuda resaq lejn Ġesù, Ġesù qallu: ‘Kien ikun aħjar għalik li kieku qatt ma twelidt!’ ... Pietru u d-dixxipli l-oħra, daru madwar Ġuda u bdew jgħajjruh u jgħidulu li kien ħalliel u traditur. Imma s-suldati resqu lejhom u ddefendew lil Ġuda. Ġesù reġa’ qalilhom: ‘Lil min ħriġtu tfittxu?’ Huma wieġbu: ‘Lil Ġesù ta’ Nazzaret!’ Ġesù rrisponda: ‘Għidtilkom jien hu. Jekk tridu lili ħallu ’l dawn imorru’. Ma’ dawn il-kelmiet is-suldati waqgħu mal-art jitregħdu, qishom b’ħass ħażin ... Kif Ġuda resaq lejn Ġesù u biesu, mal-ewwel is-suldati daru ma’ Ġesù u meddew idejhom fuqu ... Rabtulu jdejh sewwa b’ħabel ġdid, b’idejh il-leminija taħt minkbu tax-xellug, u jdejh ix-xellugija taħt minkbu tal-lemin. Dawrulu qaddu bi speċi ta’ ċinturin tal-ħabel bil-ponot tal-ħadid ... Madwar għonqu dawrulu bħal kullar, ukoll bil-ponot tal-ħadid. Mill-kullar niżżlu biċċtejn ġild ma’ sidru u rabtuhom maċ-ċinturin ta’ qaddu. Maċ-ċinturin rabtu erba’ biċċiet ħabel li minnhom bdew jiġbdu lil għażiż Salvatur tagħna. Il-fariżej xegħlu xi torċi u mxew warajh. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-tieni parti

The tender love that Jesus Christ has for sinners not only inspired him with this willingness to suffer and to die for us but also made him conceive a great desire to do so. This made him say, longing for the destruction of sin, I have come to bring fire upon the earth, and what do I desire except that it be kindled? But as he saw that this fire of God’s love could not exist in us except through the destruction of sin and because sin could only be destroyed by his suffering and death, he added, speaking of his death, I have a baptism with which I am to be baptized; Oh, how I long that it be accomplished! By these words he indicated how great was the anguish he experienced because this plan for his death, which was to be so very advantageous to all people, was taking so long to be accomplished, for this delay also delayed their salvation. Are you not ashamed that Jesus Christ had such a great desire for your salvation and still desires it so strongly today, while you correspond so little to his ardent desire?

Page 53: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 53

TALBA O Mulej,

għal darb’oħra nirringrazzjak għat-tbatija li int batejt fuq is-salib.

Barra l-uġigħ mhux tas-soltu li inti ħassejt, hekk batejt ukoll għatx kbir.

Dan kollu seħħ fin-natura tiegħek ta’ bniedem biex tkun tista’ tifdina mid-dnub.

Jien bil-għatx għalik Mulej. Ammen.

http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Il-Ħamis, 28 ta’ Marzu Ħamis ix-Xirka – Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

Jibdew it-Tliet Ijiem Mqaddsa tal-Għid

Illum nitolbu ħafna għas-saċerdoti u għal iżjed vokazzjonijiet.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.Isaija 61: 1-3a,6a,8b,9 Il-Mulej ikkonsagrani b’żejt ta’ ferħ. 2. Salm 88: 21,22,25,27 It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. 3. Apokalissi 1: 5-8 Kristu għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru. 4. Luqa 4: 16-21 L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. L-Ikla tal-Mulej

Il-Quddiesa tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej tiġi ċċelebrata wara nżul ix-xemx, f’ħin li jiffavorixxi s-sehem sħiħ tal-ġemgħa. Is-saċerdoti kollha jistgħu jikkonċelebraw, ukoll jekk ikunu diġa’ għamlu dan fil-quddiesa tal-griżma. Skont drawwa antikissima fil-Knisja, f’dan il-jum hi pprojbita ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mingħajr is-sehem tal-poplu.

Għal motivi pastorali serji, l-ordinarju jista’ jagħti permess li ssir quddiesa oħra għal dawk li bl-ebda mod ma jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa prinċipali. Wieħed irid jevita li din iċ-ċelebrazzjoni barranija ssir għal xi gruppi partikulari u bl-ebda mod ma għandha ttellef lil dik prinċipali.

It-tabernaklu għandu jkun vojt. F’din iċ-ċelebrazzjoni għandhom jiġu kkonsagrati ostji biżżejjed għal-lum u l-għada.

Page 54: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

54 SIGNUM FIDEI

Il-kappella tar-ripożizzjoni trid tiġi ppreparata tajjeb. Hawnhekk il-fidili jersqu għal mument ta’ adorazzjoni. L-ewkaristija trid tinżamm f’post magħluq. Ma tistax issir l-espożizzjoni tal-ewkaristija fi sfera.

Waqt il-Glorja jindaqqu l-qniepen li wara jinżammu siekta sal-Glorja li titkanta fil-Velja tal-Għid.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni jsir il-ħasil tar-riġlejn ta’ tnax-il raġel. Dan il-ġest ifakkarna lin-nisrani jrid ikun ta’ servizz bħal Kristu “li ġie biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi.”

Waqt il-purċissjoni bl-offerti jistgħu jittellgħu xi għotjiet li jkunu nġabru fir-Randan bħala frott ta’ penitenza.

Kif tispiċċa t-talba ta’ wara t-tqarbin, jitħallew barra r-riti tal-għeluq u tibda l-purċissjoni lejn l-altar tar-ripożizzjoni.

Wara ċ-ċelebrazzjoni jitneżżgħu l-altari. Jixraq lis-slaleb fil-knisja jitgħattew jew jitneħħew.

Il-purċissjoni u r-ripożizzjoni tas-sagrament ma jsirux f’dawk il-knejjes li fihom ma ssirx il-funzjoni tal-Ġimgħa.

L-insara huma mħeġġa biex isibu ħin għall-adorazzjoni privata jew komunitarja. Wara nofsillejl, l-adorazzjoni ssir mingħajr solennità.

Ġesù quddiem Kajfa: Ġesù ġie mgħoddi minn nofs il-bitħa qalb ġemgħa ta’ nies li bdew isaffru ... Lanqas laħaq wasal sal-kamra tal-kunsill, li Kajfa ma qalx b’ton għoli: “Mela sa fl-aħħar ġejt ja għadu ta’ Alla, ja midgħi, int il-ksur tal-paċi ta’ dan il-lejl qaddis!” F’idejn Ġesù kien

hemm romblu, bl-akkużi li għamillu Anna; ħaduhulu minn idejh u nfetaħ biex jinqara. Kajfa tkellem bl-aktar lingwġġ baxx u insulenti hekk kif is-suldati refgħu jdejhom

fuq il-maħbub Mulej tagħna, u bdew jgħajtu miegħu u jgħidu: “Irrispondi mal-ewwel! Tkellem! Jaqaw mutu!” Kajfa li kellu temperament żorr u arroganti beda jsaqsi mistoqsijiet f’daqqa, iżda Ġesù baqa’ wieqaf quddiemu, siket u b’għajnejh iħarsu l-isfel ... Kajfa sejjaħ lill-Fariżej u lis-Saduċej biex jagħtu x-xhieda tagħhom. Bdew jitkellmu bil-kalma, imma l-ħarsa u l-bixra ta’ wiċċhom kienet tixhed il-mibgħed. Għamlulu diversi akkużi, fosthom li “jsejjaħ lilu nnifsu re”; u li “ hu l-iben ta’ Alla” ... Wara li taw ħafna xhieda Kajfa resaq lejn Ġesù u staqsieh: “Ma tirrispondi xejn għal dawn l-akkużi li nġiegħbu kontrik?” Ġesù baqa’ sieket. Kajfa reġa’ staqsieh: “F’ġieħ Alla l-ħaj inti Kristu l-Messija, l-Iben ta’ Alla?” Kien hemm ħemda kbira u wara ftit Ġesù lissen: “Qiegħed tgħidu int, u jien ngħidlek għad tara l-iben t’Alla bilqiegħda fuq il-lemin ta’ Alla, ġej fuq is-sħab.” Waqt li Ġesù kien qiegħed jitkellem deher dawl qawwi madwar Ġesù. Is-smewwiet infetħu u rajt fuq rasu l-Missier Etern; imma l-ebda pinna ma tista’ tiddiskrivi din il-viżjoni. Fl-istess ħin rajt ħafna anġli u smajt t-talb tal-ġusti, minn fejn it-tron ta’ Alla.

a

Page 55: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 55

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.26, l-ewwel parti

This sacred day is a happy one for all the faithful. It is the day on which Jesus Christ instituted the sacrament of his body and blood. He multiplies himself in it in order to be always with the faithful, to make them sharers in his divinity, and to change their hearts and bodies into living tabernacles. There he can remain as in a place pleasing to him and honorable for those who receive him and in a way that is most advantageous for them. For the sake of his disciples and for those who share their spirit, Jesus Christ instituted this sacrament. To let them share in his Spirit, he gives them his body in this august sacrament. Adore Jesus Christ in this action. Unite with his intention, and take your full and proper part in this holy institution.

TALBA Mulej ħanin,

infaħħrek talli wettaqt dan ix-xogħol ta’ salvazzjoni. Infaħħrek għażiż Ġesù talli salvajtni!

Agħtini l-grazzja biex nagħmel atti ta’ karità u sevizz. Għallimni nagħmel mhux ħwejjeġ kbar, imma għemejjel żgħar bi mħabba kbira.

Ammen. http://www.cbmidwest.org

‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Marzu Tifkira solenni tal-Passjoni tal-Mulej – Il-Ġimgħa l-Kbira

Sawm u Astinenza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 52: 13 – ;53: 12 Kien miġrugħ minħabba fi dnubietna. 2. Salm 30: 2,6,12,13,15,16,17,25 Missier, nerħi ruħi f’idejk. 3. Lhud 4: 14-16; 5: 7-9 Kristu, awtur tas-salvazzjoni għal kull min jisma’

minnu. 4.Ġwanni 18: 1 - ;19: 42 Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ġesù msallab – Imut Il-ħbieb u qraba ta’ Ġesù kienu madwar is-salib, ħosbiena u mbikkija; ħafna nisa twajba marru lejn darhom, siekta u mmnikta.

Page 56: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

56 SIGNUM FIDEI

Hekk kif Ġesù ħa l-aħħar nifs rajt lil ruħu, forma ta’ globu jiddi, tiġi akkompanjata bl-anġli. Stajt nagħraf lill-anġlu Gabrijel, li rajtu jisparixxi ġewwa l-art, ħdejn sieq is-salib. Fl-istess ħin rajt l-anġli jkeċċu spirti ħżiena lejn l-abissi ... Bit-theżżiż tal-art, xaqq kbir infetaħ fuq l-għolja tal-Kalvarju – bl-istess theżżiża saret ħafna ħsara ġewwa l-Palestina, speċjalment f’Ġerusalemm. In-nies tal-post twerwru imma meta d-dalma tal-jum għebet, bdew iserrħu moħħhom. Mal-waqgħa tad-djar bdew jidhru xi nies, li kienu mietu u dan qajjem paniku sħiħ u biża’ fost in-nies. Dak il-ħin il-purtiera tat-tempju nqasmet fi tnejn waqt li kien għaddej is-sagrifiċċju ... in-nies li kienu fit-tempju ħarġu jiġru u dehru mwerwra għaliex lilhom ukoll dehrulhom xi erwieħ. Dawn l-erwieħ kienu qed iħarsu lejhom b’ħarsa iebsa u qalila għal dak id-delitt li kienu għadhom kif wettqu, ġabu l-mewt ta’ ‘bniedem ġust’ u b’hekk talbu li demm dan il-bniedem ikun fuqhom ... Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.27, l-ewwel parti

No one can understand how great the sufferings of Jesus Christ were in his Passion. He suffered in all parts of his body; his soul was oppressed with such painful and extreme sorrow that he could not express it, but he said that there could not be any greater sorrow without dying. This sorrow affected him so much that it caused him to sweat blood, and he fell into such great weakness that the Eternal Father was obliged to send him an angel to strengthen him, encourage him, and make it possible for him to suffer all the torments of his Passion to the end. In addition to this, he was overwhelmed with shame and confusion; he was loaded with insults, curses, and calumnies; a revolutionary, a murderer, a criminal, was preferred to him. Such was the state to which our sins reduced that Person who deserves every kind of esteem, honor, and respect.

TALBA Mulej, hekk kif inti fdajt l-ispirtu tiegħek

f’idejn missierek, hekk jien nagħti ħajti lilek.

Hawn jien Mulej, lest għalik, issa u ’l quddiem. Int afdajt l-ispirtu tiegħek f’idejn il-missier,

għax kont diġa’ taf x’ser iseħħ. Għalhekk, ħalli nirriflettu

fuq il-mewt tiegħek, mhux biex niddispraw,

imma biex nimtlew bit-tama. Ammen.

http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Ngħidu bil-qalb it-talba ta’ Ġesù Msallab

Page 57: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 57

Is-Sibt, 30 ta’ Marzu Is-Sibt Qaddis tal-Vġili tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 1:1 – ; 2: 2 Alla ħares lejn kulma għamel u ra li kollox kien sew ħafna. Salm103 :1-2a,5,6,10 u 12-14,24 u 35ċ Ġedded il-wiċċ tal-art, Mulej.

jew Salm32 : 4-7,12,13,20 u 22 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. 2. Ġenesi 22: 1,2,9a,10-13,15-18 Is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham. Salm 15 : 5,8,9,10,11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistke 3. Eżekjel 14: 15 –; 15: 1a Ulied Iżrael daħlu fl-inxif f’nofs il-

baħar. Salm Eżekjel 15: 1-6,17,18 Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bi

sħiħ. 4. Isaija 54: 5-14 Bi mħabba ta’ dejjem ħenn għalik il-

Mulej. Salm 29 : 2 u 4,5,6,11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni. 5. Isaija 55: 1-11 Ersqu lejja, isimgħu u tieħdu r-ruħ.

Salm Isaija12:2-4bċd,5,6 Kollkom ferħana timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni.

6. Baruk 3: 9-15,32 – 4: 4 Imxi lejn id-dija tad-dawl tal-Mulej. Salm18 : 8-11 Mulej, int għandek il-kliem tal-ħajja ta’

dejjem. 7. Eżekjel 36: 16-17ª,18-28 Irroxx fuqkom ilma safi, u nagħtikom

qalb ġdida. Salm 41: 3,5bċd; 42: 3,4 Tixxennaq ruħi għalik, o Alla tiegħi! jew jekk tiġi ċċelebrata magħmudija Salm 50 : 12-15,18,19 Oħloq fija qalb safja, o Alla. 8. Rumani 6: 3-11 Kristu qam mill-imwiet biex ma jmutx

aktar. Salm117 :1,2,16ab-17,22,23 Hallelujah, hallelujah. 9. Luqa 24: 1-12 L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin

lil dak min hu ħaj? Noti: 1. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili ma tistax tibda qabel jidħol il-lejl u trid tintemm qabel

jisbaħ il-Ħadd. Għalhekk ma tistax tibda qabel it-8.00p.m. u jkun aħjar jekk tibda aktar tard, p.e. fid-9.00p.m. Tista’ tiġi ċċelebrata fi knejjes u oratorji fejn ma jkunux saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamis u tal-Ġimgħa.

Page 58: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

58 SIGNUM FIDEI

2. F’każ ta’ bżonn it-Tħabbira tal-Għid (Exultet) tista’ titkanta minn lajk. F’dan il-każ ma jingħatax il-barka u jitħallew barra il-partijiet U intom, ħuti għeżież ... u Il-Mulej magħkom.

3. Jixraq li għat-tberik tan-nar titqabbad ħuġġieġa barra l-bieb ewlieni tal-knisja fejn isir it-tberik tan-nar, ħalli mbagħad il-konċelebranti, il-ministranti u l-poplu jidħlu fil-knisja mdawwla biss bid-dawl tal-blandun.

4. Is-seba’ lezzjonijiet mit-Testment il-Qadim qabel il-Glorja għandhom jinqraw kollha. F’xi ċirkustanzi jistgħu jinqraw tlieta. It-tielet lezzjoni qatt ma għandha titħalla barra. Fi tmiem din il-lezzjoni ma tingħadx Il-Kelma tal-Mulej, iżda wara mument ta’ silenzju jibda‘ s-salm responsorjali. Għal waqt il-qari tal-Evanġelju jista’ jintuża l-inċens iżda mhux l-akkolti.

5. Jekk se tiġi ċċelebrata Magħmudija: a. Ir-riti tal-bidu sad-dlik biż-żejt tal-katekumeni, iridu jsiru jew matul ir-Randan

jew matul il-jum, jew qabel tibda ċ-ċelebrazzjoni privatament. b. Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, dawk li ser jirċievu dan is-sagrament

jew, jekk dawn huma trabi, il-ġenituri u l-parrini tagħhom f’isimhom, jagħmlu l-professjoni tal-fidi (il-wegħdiet tal-magħmudija).

c. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, il-ġemgħa kollha ġġedded il-wegħdiet tal-Magħmudija.

6. It-tqarbin jista’ jsir b’żewġ speċi. 7. Mhux permess iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mingħajr ir-riti taċ-ċelebrazzjoni tal- vġili. 8. Il-blandun jitpoġġa maġenb l-altar jew maġenb l-ambone sa nhar Għid il-Ħamsin.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.28, l-ewwel parti

Adore the five wounds of Jesus Christ, our Lord, and consider that he has kept them in his sacred body as glorious trophies of the victory he gained over hell and sin, from which he rescued us by his sufferings and his death. Know, says Saint Peter, that you have been redeemed from a life of vanity, which you learned from your forefathers, not by silver or gold but by the precious blood of Jesus Christ, the Lamb without blemish. These sacred wounds from which this precious blood poured remind us of such an extraordinary favor. Often let your eyes rest on this sacred object. Regard the wounds in your Savior’s body as so many mouths that reproach you for your sins; keep in mind all that he suffered to efface them.

Page 59: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 59

TALBA Illum skiet, Mulej !

Illum niskot, Mulej qed tfakkarni x’kont għidt. “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art u kemm nixtieq li diġa’ qabad.” Lq 12:49

Qabbadtu, issa Mulej, u ommok Marija “qed tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.” Lq. 2:50 Qabbadt fija dan in-nar biex bħalek ngħin lil dawk li qed isofru “l-bard”:

għax iħossuhom imwarrbin, emarġinati – mhux stmati abbandunati għal għonq it-triq.

Mulej, la tħallix jintefa’ dan in-nar li qabad fija. F’dan il-jum imqaddes, jum sieket u jum vojt inkun ma’ ommok Marija.

Żmien ta’ jum li fih “nishar” ... b’għożża u b’paċenzja mimlija tama fuq “dawn il-ħwejjeġ kollha”.

Grazzi Mulej Ġesù. Bro. Louis

Missierna ...

Il-Ħadd, 31 ta’ Marzu L-Għid Imqaddes – Il-Qawmien tal-Mulej mill-Imwied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 10: 34a,37-43 Aħna kilna u xrobna miegħu wara li qam mill- imwiet. 2. Salm117 :1,2,16ab,17,22,23 Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. 3. Kolossin 3: 1-4 Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn qiegħed Kristu. jew 1Korintin 5: 6b-8 Tnaddfu mill-ħmira l-qadima, ħa tkunu għaġna ġdida. 4. Ġwanni 20: 1-9 Kristu kellu jqum mill-imwiet. jew Luqa 24: 1-12 L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Tlieta u tletin sena ilu, tarbija twieldet fl-għar ta’ Betlem. Ir-rgħajja marru jaraw x’ġara f’dan l-għar, RAW u EMMNU.

Il-maġi ġew minn postijiet differenti, imxew wara il-kewkba. Huma wkoll RAW u EMMNU. Din il-preżenza li huma sabu, kienet biżżejjed biex tikkonferma li JEŻISTI.

Page 60: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

60 SIGNUM FIDEI

Illum, Marija Maddalena, Pietru u d-dixxipli l-oħra ġew jiġru. Jsibu n-NUQQAS tiegħu. Il-vojt u l-baħħ ġewwa l-għar.

Teżisti xi ġrajja fejn n-nuqqas ta’ xi persuna hija garanzija tal-eżistenza tiegħu jew tagħha? Jekk qatt smajna b’xi ħadd, DAN HUWA l-iżjed perfett.

Il-vojt tal-għar, laqathom, ġabhom f’sensihom. Jaraw in- NUQQAS TIEGĦU u jemmnu fl-EŻISTENZA TIEGĦU.

AĦBAR TAJBA! Forsi huwa fil-mumenti li ma nistgħux insibu ’l Alla f’ħajjitna, li huwa l-iżjed ħaj u preżenti f’ħajjitna. EJJEW INĦOSSU N-NUQQAS U NEMMNU!

Dan huwa l-jum li għamel il-Mulej ejja nifirħu u nithennew fih! Jalla l-Għid tal-Mulej jibqa’ fuqna għal dejjem!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, it-tieni parti

The Resurrection of Jesus Christ was glorious for him and advantageous for us in another sense, because, according to Saint Paul, he destroyed sin and rose again only that we might live with a new life. For it is certain that if we are united with him through likeness to his death, we will also be united with him through likeness to his Resurrection, and if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him. Because by rising Jesus Christ destroyed sin, you must take care, following Saint Paul’s advice, that sin may no longer reign in your mortal body. Attach that body with all your disorderly affections to the cross of Jesus Christ; this will make your body share in anticipation the incorruptibility proper to his body by preserving you from sin, the source of all corruption.

TALBA O Alla,

berikna hekk kif qed nifirħu fil-qawmien ta’ Kristu. Berikna hekk kif bil-fidi

naraw is-salib bħala mezz tal-qawmien mill-imwiet.

Berikna, f’din is-Sena tal-Fidi, bit-tama li l-qawmien iġib miegħu

fil-ħajja ta’ kuljum. Ammen.

‘Walk with me’ A Lenten journey of prayer

Missierna ...

Nemmnu li llum Kristu rxoxta tassew mill-imwiet!

Int mela, Sultan, ħenn għalina, O Kristu rebbieħ.

Amen! Hallelujah!

Page 61: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

SIGNUM FIDEI 61

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tiegħek, Inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITA’, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-Ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-Melħ tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-Għażiż. Amen Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw: M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira. Tel. 21317422, Mob. 79317422 E-mail: [email protected]

Page 62: MARZU 2013 - signumfideimalta | Just another dawl għall-ħajja tagħna. Għallimni nieħu ħsieb il-feriti li għandi, fejjaqni mill-għama li ninsab fih, u għinni negħleb il-biża’

62 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Alla, Inti fl-għerf tiegħek tal-għaġeb u

mħabbtek għalina għoġbok tagħżel lil

San Ġuzepp, raġel ġust u verġni,

biex jingħaqad bi żwieġ veru u verġni,

ma’ Marija Immakulata u minnha, bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu twieled

Ibnek Ġesu li fih sibt l-għaxqa tiegħek; agħtina, nitolbuk

bil-ħerqa li għall-merti u t-talb tagħhom, wara li nkunu ħabrikna biex

insawru ħajjitna fuq l-art bħal dik tagħhom

f’Nażaret, jistħoqqilna niġu magħhom ingawduk

fil-Ġenna għal dejjem. Ammen

.

San Ġużepp ta’ qalb safja

Itlob għalina