newsheet tal-għaqdiet...

2
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 460 APRIL 2015 L-Għid – Jum il-Mulej Tagħlim tal-Konċilju Vatikan II fil-Kostituzzjoni dwar il-Liturġija Sacrosanctum Concilium Il-Knisja Mqaddsa Ommna tħoss li jmiss lilha li tiċċelebra b’tifkira qaddisa, f’jiem magħżula matul is-sena, l-opra tas- salvazzjoni tal-għarus imqaddes tagħha. Kull ġimgħa, fil-jum li sejħitlu Jum il-Mulej, tfakkar il-Qawmien tal-Mulej li darba fis- sena jitfakkar ukoll flimkien mal-Passjoni mqaddsa tiegħu fl-akbar solennità tal-Għid. (Sac. Con. 102). Bi tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Appostli, tradizzjoni li kellha bidu sa mill-jum stess tal-Qawmien ta’ Kristu, il-Knisja tiċċelebra kull tmint ijiem il-misteru tal-Għid fil-jum li bil-jedd kollu jissejjaħ Jum iil-Mulej jew Jum il-Ħadd. F’dan il-jum, infatti, il-fidili għandhom jinġabru flimkien biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jieħdu sehem fl-Ewkaristija, u b’hekk jiftakru fil-Passjoni, Il- Qawmien u l-Glorja tal-Mulej Ġesù, u jroddu ħajr ‘l Alla li « wellidhom mill-ġdid għal tama ħajja, bil-Qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet ( I Pt.1,3). Għalhekk il-Ħadd hu l-ewwel jum ta’ festa li qatt kellha. Dan, wieħed għandu jipproponih lit-tjieba tal- fidili u jisħaq fuqu magħhom biex ikun ukoll għalihom jum ta’ ferħ u ta’ mistrieħ mix-xogħol. Ċelebrazzjonijiet oħra, sakemm ma jkunux ta’ importanza mill-akbar, m’għandhomx jeħdulu postu għax il-Ħadd hu ċertament is-sies u l-qalba tas-sena liturġika kollha. (Sac. Conc. Nru.106). FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA IL-ĦADD, 12 T'APRIL 2015 Ġesù, Jiena Nafda Fik. Ġesù kien qal lill-Santa Fawstina Kowalska: "Jiena nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun iċċelebrata b'Solennità kbira fl-Ewwel Ħadd ta' wara l-Għid... Dawk kollha li jxerrdu l-qima lejn il-Ħniena tiegħi, jien inħarishom tul ħajjithom kollha bħalma omm ħanina tħares lit-tfal tagħha, u fis-siegħa ta' mewthom ma nkunx imħallef għalihom iżda s-Salvatur Ħanin…”( mid- Djarju ta' S. Fawstina Kowalska) KUNGRESS DJOĊESAN TAX-XIRKA TAL-ISEM IMQADDES TA’ ALLA IL-Ħadd 19 ta’ April 2015 Parroċċa Għasri Motto: “INFAĦĦRUK ALLA ĦALLIEQ ” Il-Korteo jitlaq fil-5.00pm mill-bidu tat-Triq Dun Karm Caruana sal-Knisja Parrokkjali tal- Għasri Jippresiedi l-E. T. Mons Isqof Mario Grech. F’dan il-Ħadd tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-parroċċa tal-Għasri. Ġabra b’risq il-Fondazzjoni Arka Fil-quddiesa tal-weekend tal-11 u 12 ta’ April 2015 - Ħadd il-Ħniena Divina. Wirt għall-Ġejjieni? Stedina mill-Azzjoni Kattolika għal riflessjoni min-Nisa dwar x’se nħallu lil ta’ warajna Il-Ġimgħa 17 t’April 2015 6:00pm - 7:30pm Sala tal-Ministeru għal Għawdex IL-PAPA JĦABBAR ĠUBLEW STRAORDINARJU: SENA MQADDSA TAL-ĦNIENA Għeżież ħuti, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista’ tagħmel iżjed evidenti l-missjoni tagħha ta’ xhud tal-ħniena. Hi mixja li titlaq minn konverżjoni spiritwali; u jeħtieġ nagħmluha din il-mixja. Għalhekk iddeċidejt li nsejjaħ Ġublew straordinarju li jkollu fil-qalba tiegħu l-ħniena ta’ Alla. Sa tkun Sena Mqaddsa tal-Ħniena. Irridu ngħixuha fid-dawl tal-kelma ta’ Alla. “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (ara Lq 6:36). U dan ngħidu b’mod speċjali għall-konfessuri! Ħafna ħniena! Din is-Sena Mqaddsa tiftaħ fis-solennità li ġejja tal-Immakulata Kunċizzjoni u tagħlaq fl-20 ta’ Novembru 2016, il-Ħadd ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-univers u wiċċ ħaj tal-ħniena tal-Missier. Inħalli l- organizzazzjoni ta’ dan il-Ġublew f’idejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida, biex jista’ jippreżentaha bħala tappa ġdida fil-mixja tal-Knisja fil-missjoni tagħha li twassal lil kull bniedem il-Vanġelu tal-ħniena. (Papa Franġisku - 13 ta’ Marzu 2015)

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċigozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/03/newsheet-april-2015.pdf · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 460 APRIL 2015 L-Għid – Jum il-Mulej

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

Nru. 460 APRIL 2015

L-Għid – Jum il-Mulej Tagħlim tal-Konċilju Vatikan II fil-Kostituzzjoni dwar il-Liturġija Sacrosanctum Concilium

Il-Knisja Mqaddsa Ommna tħoss li jmiss lilha li tiċċelebra b’tifkira qaddisa, f’jiem magħżula matul is-sena, l-opra tas-salvazzjoni tal-għarus imqaddes tagħha. Kull ġimgħa, fil-jum li sejħitlu Jum il-Mulej, tfakkar il-Qawmien tal-Mulej li darba fis-sena jitfakkar ukoll flimkien mal-Passjoni mqaddsa tiegħu fl-akbar solennità tal-Għid. (Sac. Con. 102).

Bi tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Appostli, tradizzjoni li kellha bidu sa mill-jum stess tal-Qawmien ta’ Kristu, il-Knisja tiċċelebra kull tmint ijiem il-misteru tal-Għid fil-jum li bil-jedd kollu jissejjaħ Jum iil-Mulej jew Jum il-Ħadd. F’dan il-jum, infatti, il-fidili għandhom jinġabru flimkien biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jieħdu sehem fl-Ewkaristija, u b’hekk jiftakru fil-Passjoni, Il-Qawmien u l-Glorja tal-Mulej Ġesù, u jroddu ħajr ‘l Alla li « wellidhom mill-ġdid għal tama ħajja, bil-Qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet ( I Pt.1,3). Għalhekk il-Ħadd hu l-ewwel jum ta’ festa li qatt kellha. Dan, wieħed għandu jipproponih lit-tjieba tal-fidili u jisħaq fuqu magħhom biex ikun ukoll għalihom jum ta’ ferħ u ta’ mistrieħ mix-xogħol. Ċelebrazzjonijiet oħra, sakemm ma jkunux ta’ importanza mill-akbar, m’għandhomx jeħdulu postu għax il-Ħadd hu ċertament is-sies u l-qalba tas-sena liturġika kollha. (Sac. Conc. Nru.106).

FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA IL-ĦADD, 12 T'APRIL 2015

Ġesù, Jiena Nafda Fik.

Ġesù kien qal lill-Santa Fawstina Kowalska: "Jiena nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun iċċelebrata b'Solennità kbira fl-Ewwel Ħadd ta' wara l-Għid... Dawk kollha li jxerrdu l-qima lejn il-Ħniena tiegħi, jien inħarishom tul ħajjithom kollha bħalma omm ħanina tħares lit-tfal tagħha, u fis-siegħa ta' mewthom ma nkunx imħallef għalihom iżda s-Salvatur Ħanin…”( mid- Djarju ta' S. Fawstina Kowalska)

KUNGRESS DJOĊESAN TAX-XIRKA TAL-ISEM IMQADDES TA’ ALLA IL-Ħadd 19 ta’ April 2015

Parroċċa Għasri Motto: “INFAĦĦRUK ALLA ĦALLIEQ ”

Il-Korteo jitlaq fil-5.00pm mill-bidu tat-Triq Dun Karm Caruana sal-Knisja Parrokkjali tal- Għasri Jippresiedi l-E. T. Mons Isqof Mario Grech.

F’dan il-Ħadd tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-parroċċa tal-Għasri.

Ġabra b’risq il-Fondazzjoni Arka Fil-quddiesa tal-weekend tal-11 u 12 ta’ April 2015 - Ħadd il-Ħniena Divina.

Wirt għall-Ġejjieni? Stedina mill-Azzjoni Kattolika għal riflessjoni min-Nisa dwar x’se nħallu lil ta’ warajna

Il-Ġimgħa 17 t’April 2015

6:00pm - 7:30pm

Sala tal-Ministeru għal Għawdex

IL-PAPA JĦABBAR ĠUBLEW STRAORDINARJU: SENA MQADDSA TAL-ĦNIENA

Għeżież ħuti, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista’ tagħmel iżjed evidenti l-missjoni tagħha ta’ xhud tal-ħniena. Hi mixja li titlaq minn konverżjoni spiritwali; u jeħtieġ nagħmluha din il-mixja. Għalhekk iddeċidejt li nsejjaħ Ġublew straordinarju li jkollu fil-qalba tiegħu l-ħniena ta’ Alla. Sa tkun Sena Mqaddsa tal-Ħniena. Irridu ngħixuha fid-dawl tal-kelma ta’ Alla. “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (ara Lq 6:36). U dan ngħidu b’mod speċjali għall-konfessuri! Ħafna ħniena!

Din is-Sena Mqaddsa tiftaħ fis-solennità li ġejja tal-Immakulata Kunċizzjoni u tagħlaq fl-20 ta’ Novembru 2016, il-Ħadd ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-univers u wiċċ ħaj tal-ħniena tal-Missier. Inħalli l-organizzazzjoni ta’ dan il-Ġublew f’idejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida, biex jista’ jippreżentaha bħala tappa ġdida fil-mixja tal-Knisja fil-missjoni tagħha li twassal lil kull bniedem il-Vanġelu tal-ħniena. (Papa Franġisku - 13 ta’ Marzu 2015)

Page 2: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċigozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/03/newsheet-april-2015.pdf · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 460 APRIL 2015 L-Għid – Jum il-Mulej

APRIL 2015 KALENDARJU PASTORALI Numru 460

1. Erbgħa L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.

2. Ħamis

Ħamis ix-Xirka. Fil-Katidral issir il-Quddiesa tal-Griżma li fiha jitbierku ż-Żjut Imqaddsa u s-saċerdoti jġeddu l-Wegħdiet Saċerdotali tagħhom (9.00am) wara ikla flimkien mas-saċerdoti fis-Seminarju / Filgħaxija fil-knejjes issir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej.

3. Ġimgħa Il-Ġimgħa l-Kbira (obbligu tas-Sawm u l-Astinenza).Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Viżti lis-7 Knejjes mill-Leġjun ta’ Marija./L-ewwel Gimgħa tax-Xahar. Tqarbina riparatriċi .

4. Sibt Is-Sibt Qaddis tal-Għid. Issir is-Sahra tal-Għid. Is-Siegħa tal-Omm, Ċelebrazzjoni Marjana fis-Santwarju Ta’ Pinu (9.00am). Bil-lejl issir il-Velja tal-Għid Lejl Adorazzjoni miIl-Moviment Ewkaristiku (Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, Nadur - 10.00pm).

5. Ħadd Il-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria - 5.30pm).

6- 11 Ottava tal-Għid.

7. Tlieta Preparazzjoni MTŻ San Ġorġ u Katidral( 6.30pm) / Jum Dinji tas-Saħħa (ĠM).

8. Erbgħa Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani / Laqgħa KDF (7.00pm) / Preparazzjoni MFF 3 (KDF - 8.30pm).

9. Ħamis Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-vokazzjonijiet Seminarju (6.30am- 10.00pm) / Laqgħa “Grupp Ta’ Talb Dun Mikiel Attard” (Seminarju mis-7.00 sat-8.00pm Adorazzjoni Ewkaristika). MTŻ Malta (7.15pm).

11. Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewk. (Knisja ta' San Franġisk, ir-Rabat - Quddies: 8.30pm .

12. Ħadd It-Tieni Ħadd tal-Għid sena B. Jew Il-Ħadd tal-Ħniena Divina. Ġabra b’risq Dar l-Arka. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria - 5.30pm)

13. Tnejn San Martin I, Papa u martri.

14. Tlieta AKSK (Seminarju) / Preparazzjoni MFF 4 fis-6.30pm.

15. Erbgħa Laqgħa KDF (7.00pm) / Preparazzjoni MFF 3 (8.30pm).

17. Ġimgħa Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF – Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II – 8.00pm). Laqgħa għan-nisa kollha fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex bis-Suġġett: “ Wirt għall-Ġejjieni “ X’se nħallu lil ta’ warajna.! mis-6.00pm sat-7.30pm. organizzata mill-Azzjoni Kattolika.

18. Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku Knisja Parrokkjali tal-Għasri fit-8.30p.m.

19. Ħadd

It-Tielet Ħadd il-Għid sena B. Tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Għasri. It-52 Kungress Djoċesan tal-Isem Imqaddes ta’ Alla (Parroċċa Għasri). Tiftaħ il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

21. Tlieta Sant’ Anselmu, isqof u duttur tal-Knisja.

22. Erbgħa KKSK (Seminarju).

23. Ħamis San Ġorġ Martri, Patrun tal-Belt Vittorja u Prottetur tal-Għawdxin. Festa fil-Belt Victoria u Tifkira (O) fid-Djoċesi / MTŻ Malta (7.15pm).

24. Ġimgħa Laqgħa għall-persuni f’relazzjoni barra ż-żwieġ fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwann Pawlu II. (KDF - 8.00pm)

25. Sibt

San Mark, Evanġelista. Festa. Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa Żebbuġ - 7.00pm) Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta’ Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl). Ċenaklu tal-Azzjoni Kattolika fil-4.30p.m. Dar Ċentrali, Victoria.

26. Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid. It-52 Jum il-Vokazzjonijiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria 5.30pm).

28. Tlieta Santa Ġanna Beretta Molla. Tifkira (O). (Għad-Djoċesi t’ Għawdex).

29. Erbgħa Santa Katerina ta’ Siena, Verġni u Duttur tal-Knisja u Patruna tal-Ewropa. Festa.

30. Ħamis San Piju V. Papa Tifkira (0). Benefattur ta’ Malta. Laqgħa Għalliema Yr.4. (LV).

NIXTIEQU L-GĦID IT-TAJJEB LIL KULĦADD