newspaper post l zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir....

12
Zminijietna April - Ġunju 2012 Vol.5 Nru. 14 www.zminijietna.org Newspaper Post 40c l B il-politika neo liberali li kienu ntroduċew Thatcher u Reagan, bil-kriżi ekonomika u l-avvanzi fit-teknoloġija qed naraw tfeġġ fis- soċjetá klassi soċjali ġdida magħrufa bħala l-klassi prekarja, għall- kuntrarju tal-klassi privileġġjata. Il-klassi l-ġdida hi magħmula minn persuni mingħajr prospett ta’ xogħol diċenti u livell ta’ għajxien raġonevoli. Infatti n-numru dejjem jikber ta’ nies qiegħda fl-Ewropa, l-aktar żagħżagħ, qed ikabbar aktar din il-klassi ġdida prekarja. Studju li kien sar 2011 fil-Polonja wera li ż-żagħżagħ qed jitilfu l-ħajra li jiffurmaw familja minħabba dan. Bil-ħolqien tal-klassi prekarja qed naraw splużjonijiet ta’ rabja min-naħa tal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Il-ħruq tas- subborgi ta’ Pariġi, il- battalji fi toroq ta’ Ateni, id-dimostrazzjonijiet tal-massa ta’ Madrid, il-Portugal u, aktar riċentement, l-irvellijiet f’Londra huma sinjali ċari ta’ kriżi soċjali, fejn il-kapitaliżmu mhux jirnexxilu jtejjeb il- qagħda soċjali tan-nies u joħloq xogħolijiet b’pagi u kundizzjonijiet diċenti. Iż-żgħażagħ huma l-vittmi ewlenin tal-kriżi ekonomika kapitalista. F’każijiet fejn il-persuni qiegħda ‘żgħażagħ’ isibu impjieg, dawn huma nstabbli u b’pagi baxxi. Infatti fi Slovenja u l-Polonja 60% ta’ ħaddiema ġodda ta’ età taħt il- 25sena huma mpjegati b’kuntratti temporanji. Is-sitwazzjoni hija kważi l-istess fi Franza, l-Ġermanja, l-Iżvezja, Spanja u l-Portugall, fejn din il-figura telgħet għal aktar minn 50%. Ta’ min jistaqsi r-rata f’Malta kemm hi, meta qed naraw li kullma jmur l-impjiegi part-time, b’kuntratt definit u temporanju qed jiżdiedu. Is-sabiħa hi li fl-Ewropa u s’intendi f’Malta, dan il-fenomenu qed jippruvaw ibellgħuhulna li mhu xejn ħażin, ħlief li joħloq aktar flessibilitá fis-suq tax-xogħol. Li mhux jingħad biżżejjed hu li l-klassi prekarja qed tesperjenza tnaqqis fil-pagi meta kkomparata mall-paga medja adulta. Ħaddiema Spanjoli ta’ bejn 16 u 19 il-sena qed jirċievu 45.5% tal-paga medja, filwaqt li dawk li għandhom bejn 20 u 24 sena jaqilgħu biss 60.7% (l-ekwivalenti tal-paga minima). Dawn is-salarji baxxi għandhom impatt dirett fuq in-numru dejjem jikber tal-fqar li jaħdmu (working poor), li jfisser li dawn ma jkollhomx dħul biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, anki jekk ikollhom xogħol. Ir-rapport li ħarġet dan l-aħħar l-Caritas f’Malta isaħħaħ dan l-argument tal-‘working poor’ f’Malta, fejn l-istess rapport jqabbel din il-kategorija ma’ ħaddiema bil- paga minima, ‘single mothers’, dawk bla xogħol u pensjonanti. Bħala persentaġġ tal-ħaddiema, il- foqra li jaħdmu huma l-aktar komuni fir-Rumanija (17.9%), l-Greċja (13.8%), Latvja (11.1%) u l-Polonja (11%). L-iktar ħaġa komuni li għandhom dawn il-ħaddiema hi l-inċertezza dwar il-futur tagħhom, li żżommhom milli jippjanaw ħajja normali, fejn il-pagi baxxi ma jippermettux li jgħixu diċenti. Fis- soċjoloġija kontemporanja, “xogħol prekarju” huwa dak it-tip ta’ impjieg li jħalli n-nies sospiżi bejn il-faqar u ħajja diċenti. Matul l-aħħar 20 sena, il- gvernijiet fl-Ewropa ħbew il-problema tal-prekarjat billi inċentivaw u ffinanzjaw skemi tax- xogħol ‘workfare policies’, sabiex in-nies qiegħda jerġaw jidħlu fid- dinja tax-xogħol kemm jista’ jkun malajr, f’xogħlijiet li l-maġġor parti mhumiex mħallsa lanqas il- paga minima Nazzjonali. F’Malta Il-Klassi Prekarja tinfirex f’Malta wkoll l-ETC ukoll introduċiet skemi bħal dawn fejn nies ‘qiegħda’ ddaħħlu fl-impjieg b’xogħol ta’ 30siegħa fil-ġimgħa, l-aktar mall-kunsilli u organizzazzjonijiet lokali, fejn dawn fil-ġimgħa jitħallsu anqas mill-paga minima nazzjonali. S’intendi l-ETC f’dal każ ma ratx il-konnessjoni li għandha din it-tip ta’ skema mal-problema dejjem tiżdied tal- ħaddiema fqar. Il-kriżi finanzjarja ġiegħlet lill- Ewropa tħabbat wiċċha wkoll ma’ theddida ta’ falliment ta’ l-Istat. Ir- riċessjoni 2009 ġabet żieda enormi fil-qagħad u żieda fil-prekarjetà: 97% tal-impjiegi maħluqa fl-aħħar sena fir-Renju Unit kienu fuq bażi temporanja. Fil-Ġermanja, qrib nofs l-impjiegi ġodda huma b’kuntratti definiti. Fil-Portugall, in-numru ta’ ħaddiema part-time tela’ għal 300,000. Skond studji varji tax- xogħol, xogħol prekarju mhux biss jwassal għal kundizzjonijiet inferjuri tax-xogħol u pagi baxxi, iżda huwa wkoll marbut man-nuqqas ta’ mpjieg stabbli tax-xogħol, fejn is-sistema tagħmilha aktar faċli għal min iħaddem li jittermina l-kuntratt ta’ xogħol. Dan qed joħloq wkoll stress fuq il-ġenerazzjoni li tiela’ għax ma tistax tissellef mill-banek u tinvesti fil-futur. Infatti l-ETUC tenfasizza li s-sidien qed jużaw ix-xogħol atipiku bħala mezz biex ikunu jistgħu jtemmu l-impjieg għall-vantaġġ tagħhom u biex iżommu l-pagi f’livelli baxxi, u mhux biex il- ħaddiem jikseb aktar flessibilitá. Studju ppublikat fi ‘non-profit online magazine Grist’, il-prekarjat fl-Ewropa huwa magħmul minn tliet gruppi. L-ewwel għandek industrial lumpen proletarial li hija f’minoranza, spiss kriminali, ma’ aptit għall-vjolenza, bħal dik li kienet viżibbli fl-irvellijiet ta’ Awissu f’Londra. It-tieni grupp huwa magħmul minn nies b’impjieg u żgħażagħ b’livell tajjeb ta’ edukazzjoni, li l-ħolma ta’ futur aħjar hija nċerta u remota. Dawn huma ż-żgħażagħ li ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Madrid din is-sena minħabba n-nuqqas ta’ xogħol, xogħol stabbli u diċenti. It-tielet grupp huwa magħmul minn ħaddiema ta’ etá +45 ‘marġinalizzati’ li huma bla xogħol u sigurtà fil-ħajja, u t-tort ta’ dan l-għawġ jagħtuh lill-immigranti u ħaddiema barranin. Ekonomisti Brittanniċi nfluwenzati mill- ekonomista John Maynard Keynes, jwissu li dan il- fenomenu ġdid tal-klassi prekarja se jwassal għal aktar appoġġ lill-partiti estremisti u periklu reali u dirett għal mudell soċjali Ewropej. L-Ekonomisti jwissu li l-Ewropa jekk mhux se tbiddel d-direzzjoni politika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni u anti-Ewropej, li huma appoġġjati minn popolazzjoni li kullma jmur qed dejjem tikber, bħal Le Pen fi Franza, Wilders Geert fl-Olanda, il-Finlandiżi tal-partit ‘Veru’ u d-Demokratiċi Svediżi. Fir-rigward taż-żgħażagħ, l-ekonomisti qalu li l-prekarjat, iktar probabbli se jirriżulta f’appoġġ akbar għall-partiti tax-Xellug, kif ukoll lejn movimenti anarkisti u komunisti, kontra sistema li huma jħossu li mhux qed ittihom protezzjoni u livell ta’ għajxien adegwat.

Upload: others

Post on 25-Feb-2020

14 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

ZminijietnaApril - Ġunju 2012Vol.5 Nru. 14

www.zminijietna.org

Newspaper Post

40c

l

Bil-politika neo liberali li kienu ntroduċew Thatcher u Reagan,

bil-kriżi ekonomika u l-avvanzi fit-teknoloġija qed naraw tfeġġ fis-soċjetá klassi soċjali ġdida magħrufa bħala l-klassi prekarja, għall- kuntrarju tal-klassi privileġġjata. Il-klassi l-ġdida hi magħmula minn persuni mingħajr prospett ta’ xogħol diċenti u livell ta’ għajxien raġonevoli. Infatti n-numru dejjem jikber ta’ nies qiegħda fl-Ewropa, l-aktar żagħżagħ, qed ikabbar aktar din il-klassi ġdida prekarja. Studju li kien sar 2011 fil-Polonja wera li ż-żagħżagħ qed jitilfu l-ħajra li jiffurmaw familja minħabba dan.

Bil-ħolqien tal-klassi prekarja qed naraw splużjonijiet ta’ rabja min-naħa tal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Il-ħruq tas-subborgi ta’ Pariġi, il-battalji fi toroq ta’ Ateni, id-dimostrazzjonijiet tal-massa ta’ Madrid, il-Portugal u, aktar riċentement, l-irvellijiet f’Londra huma sinjali ċari ta’ kriżi soċjali, fejn il-kapitaliżmu mhux jirnexxilu jtejjeb il-qagħda soċjali tan-nies u joħloq xogħolijiet b’pagi u kundizzjonijiet diċenti. Iż-żgħażagħ huma l-vittmi ewlenin tal-kriżi ekonomika kapitalista.

F’każijiet fejn il-persuni qiegħda ‘żgħażagħ’ isibu impjieg, dawn huma nstabbli u b’pagi baxxi. Infatti fi Slovenja u l-Polonja 60% ta’ ħaddiema ġodda ta’ età taħt il-25sena huma mpjegati b’kuntratti temporanji. Is-sitwazzjoni hija kważi l-istess fi Franza, l-Ġermanja, l-Iżvezja, Spanja u l-Portugall, fejn din il-figura telgħet għal aktar minn 50%. Ta’ min jistaqsi r-rata f’Malta kemm hi, meta qed naraw li kullma jmur l-impjiegi part-time, b’kuntratt definit u temporanju qed jiżdiedu. Is-sabiħa hi li fl-Ewropa u s’intendi f’Malta, dan il-fenomenu qed jippruvaw ibellgħuhulna li mhu xejn ħażin, ħlief li joħloq aktar flessibilitá fis-suq tax-xogħol. Li mhux jingħad biżżejjed hu li l-klassi prekarja qed tesperjenza tnaqqis fil-pagi meta kkomparata mall-paga medja adulta. Ħaddiema Spanjoli ta’ bejn 16 u 19 il-sena qed jirċievu 45.5% tal-paga medja,

filwaqt li dawk li għandhom bejn 20 u 24 sena jaqilgħu biss 60.7% (l-ekwivalenti tal-paga minima). Dawn is-salarji baxxi għandhom impatt dirett fuq in-numru dejjem jikber tal-fqar li jaħdmu (working poor), li jfisser li dawn ma jkollhomx dħul biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, anki jekk ikollhom xogħol. Ir-rapport li ħarġet dan l-aħħar l-Caritas f’Malta isaħħaħ dan l-argument tal-‘working poor’ f’Malta, fejn l-istess rapport jqabbel din il-kategorija ma’ ħaddiema bil-paga minima, ‘single mothers’, dawk bla xogħol u pensjonanti.

Bħala persentaġġ tal-ħaddiema, il-foqra li jaħdmu huma l-aktar komuni fir-Rumanija (17.9%), l-Greċja (13.8%), Latvja (11.1%) u l-Polonja (11%). L-iktar ħaġa komuni li għandhom dawn il-ħaddiema hi l-inċertezza dwar il-futur tagħhom, li żżommhom milli jippjanaw ħajja normali, fejn il-pagi baxxi ma jippermettux li jgħixu diċenti. Fis-soċjoloġija kontemporanja, “xogħol prekarju” huwa dak it-tip ta’ impjieg li jħalli n-nies sospiżi bejn il-faqar u ħajja diċenti.

Matul l-aħħar 20 sena, il-gvernijiet fl-Ewropa ħbew il-problema tal-prekarjat billi inċentivaw u ffinanzjaw skemi tax-xogħol ‘workfare policies’, sabiex in-nies qiegħda jerġaw jidħlu fid-dinja tax-xogħol kemm jista’ jkun malajr, f’xogħlijiet li l-maġġor parti mhumiex mħallsa lanqas il-paga minima Nazzjonali. F’Malta

Il-Klassi Prekarja tinfirex f’Malta wkoll

l-ETC ukoll introduċiet skemi bħal dawn fejn nies ‘qiegħda’ ddaħħlu fl-impjieg b’xogħol ta’ 30siegħa fil-ġimgħa, l-aktar mall-kunsilli u organizzazzjonijiet lokali, fejn dawn fil-ġimgħa jitħallsu anqas mill-paga minima nazzjonali. S’intendi l-ETC f’dal każ ma ratx il-konnessjoni li għandha din it-tip ta’ skema mal-problema dejjem tiżdied tal-ħaddiema fqar.

Il-kriżi finanzjarja ġiegħlet lill-Ewropa tħabbat wiċċha wkoll ma’ theddida ta’ falliment ta’ l-Istat. Ir-riċessjoni 2009 ġabet żieda enormi

fil-qagħad u żieda fil-prekarjetà: 97% tal-impjiegi maħluqa fl-aħħar sena fir-Renju Unit kienu fuq bażi temporanja. Fil-Ġermanja, qrib nofs l-impjiegi ġodda huma b’kuntratti definiti. Fil-Portugall, in-numru ta’ ħaddiema part-time tela’ għal 300,000. Skond studji varji tax-xogħol, xogħol prekarju mhux biss jwassal għal kundizzjonijiet inferjuri tax-xogħol u pagi baxxi, iżda huwa wkoll marbut man-nuqqas ta’ mpjieg stabbli tax-xogħol, fejn is-sistema tagħmilha aktar faċli għal min iħaddem li jittermina l-kuntratt ta’ xogħol.

Dan qed joħloq wkoll stress fuq il-ġenerazzjoni li tiela’ għax ma tistax tissellef mill-banek u tinvesti fil-futur. Infatti l-ETUC tenfasizza li s-sidien qed jużaw ix-xogħol atipiku bħala mezz biex ikunu jistgħu jtemmu l-impjieg għall-vantaġġ tagħhom u biex iżommu l-pagi

f’livelli baxxi, u mhux biex il-ħaddiem jikseb aktar flessibilitá.

Studju ppublikat fi ‘non-profit online magazine Grist’, il-prekarjat fl-Ewropa huwa magħmul minn tliet gruppi. L-ewwel għandek industrial lumpen proletarial li hija f’minoranza, spiss kriminali, ma’ aptit għall-vjolenza, bħal dik li kienet viżibbli fl-irvellijiet ta’ Awissu f’Londra.

It-tieni grupp huwa magħmul minn nies b’impjieg u żgħażagħ b’livell tajjeb ta’ edukazzjoni, li

l-ħolma ta’ futur aħjar hija nċerta u remota. Dawn huma ż-żgħażagħ li ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Madrid din is-sena minħabba n-nuqqas ta’ xogħol, xogħol stabbli u diċenti.

It-tielet grupp huwa magħmul minn ħaddiema ta’ etá +45 ‘marġinalizzati’ li huma bla xogħol u sigurtà fil-ħajja, u t-tort ta’ dan l-għawġ jagħtuh lill-immigranti u ħaddiema barranin. Ekonomisti Brittanniċi nfluwenzati mill-ekonomista John Maynard Keynes, jwissu li dan il-fenomenu ġdid tal-klassi prekarja se jwassal għal aktar appoġġ lill-partiti

estremisti u periklu reali u dirett għal mudell soċjali Ewropej.

L-Ekonomisti jwissu li l-Ewropa jekk mhux se tbiddel d-direzzjoni politika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir.

Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni u anti-Ewropej, li huma appoġġjati minn popolazzjoni li kullma jmur qed dejjem tikber, bħal Le Pen fi Franza, Wilders Geert fl-Olanda, il-Finlandiżi tal-partit ‘Veru’ u d-Demokratiċi Svediżi.

Fir-rigward taż-żgħażagħ, l-ekonomisti qalu li l-prekarjat, iktar probabbli se jirriżulta f’appoġġ akbar għall-partiti tax-Xellug, kif ukoll lejn movimenti anarkisti u komunisti, kontra sistema li huma jħossu li mhux qed ittihom protezzjoni u livell ta’ għajxien adegwat.

Page 2: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

ŻminijietnaApril - Ġunju 20122

Karl Marx (1818-1883) u Friedrich Engels (1820-1895) ipprovdew l-aspirazzjoni għall-Komuniżmu tas-seklu għoxrin. Ħadd ma saħħar iżjed b’mod effettiv l-imħuħ tax-xellug politiku, jew ressqu mħuħ oħrajn lejn dak il-punto di vista. L-entużjażmu tal-kitbiet tagħhom jew il-manuvrar politiku tagħhom kienu tremendi. Il-Marxiżmu u l-Komuniżmu għal ħafna nies kienu ko-estensivi.

It-tip ta’ Marxiżmu li ħafna nies kienu jafu dwaru kien, sa ċertu punt, ftit jew wisq, konness ma’ l-interpretazzjoni offruta minn Lenin u l-wettieqa tar-Rivoluzzjoni ta’ Ottubru 1917 fir-Russja.

Kemm Marx u kemm Engels mietu fl-eżilju fl-Ingilterra. Marx twieled fil-belt ta’ Trier fil-5 ta’ Mejju 1818. Matul is-snin li qatta’ f’Londra, qatt ma kellu xogħol b’salarju, iżda qatta’ ħinu fil-librerija tal-British Museum. Huwa miet f’Londra fis-17 ta’ Marzu 1883 u ndifen fiċ-ċimiterju ta’ Highgate.

Engels twieled fit-28 ta’ Novembru 1820 f’Barmen, il-Ġermanja. Il-familja ta’ Marx kienet Lhudija osservanti sakemm missier Karl, avukat kompetenti, ikkonverta għall- Kristjaneżmu. Il-familja ta’ Engels kienet industrijalista protestanta.

Kemm Marx u kemm Engels qraw imlebilbin il-letteratura Ewropea u dibattiti pubbliċi kontemporanji. It-tnejn warrbu l-ħajja borgiża ‘serja’

pproġettata lilhom. Bħala żgħażagħ huma ssieħbu ma’ ċirkli ntelletwali liberi fil-ħsieb. Huma stmerrew ir-restrizzjonijiet fuq il-ħelsien intelletwali tal-espressjoni f’pajjiżhom; huma stmerrew ugwalment il-kundizzjonijiet oppressivi fuq il-ħaddiema.

Fl-1843 huma telqu mill-Ġermanja, ifittxu opportunitá akbar biex jippubblikaw l-opinjonijiet tagħhom. Huma terrqu bla serħan bejn Pariġi u Brussell, u żaru ta’ spiss Londra. Fl-1846 Marx waqqaf il-Communist Corresponding Committee. Flimkien kitbu, sena wara, wieħed mill-ktejjeb żgħar l-aktar influwenti tagħhom, “The Communist Manifesto”.(1)

It-tbassir tagħhom ta’ taqlib rivoluzzjonarju deher li se jitwettaq fl-1848, meta rvellijiet issuċċedew f’ħafna pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Punent. Engels ħa sehem fl-azzjoni militari kontra l-forzi Prussi. Marx, Engels w oħrajn editjaw The Neue Rheinische Zeitung: Organ der Demokratie (New Rhenish Newspaper: Organ of Democracy). Ilkoll kienu qed jittamaw għal taqlib u tibdil totali tal-politika madwar l-Ewropa.

Pero azzjoni koordinata mill-Alleanza Qaddisa bejn l-Awstrija, ir-Russja u l-Prussja għaffġet lir-rivoluzzjonijiet. Ir-ribelli kullimkien inqatlu, ġew ikkalzrati jew ħarbu lejn eżilju. Marx u Engels ħarbu lejn Londra fl-1849.

L-Ingilterra kienet l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn setgħu jkomplu jirriċerkaw, jiktbu u jippubblikaw bil-faċilitajiet neċessarji u mingħajr biża’ ta’ persekuzzjoni. Il-gvern Ingliż, mhux mhedded minn xi moviment rivoluzzjonarju, ma ra ebda raġuni għala għandu jfixkel l-immigranti kontinentali estremisti li feġġew fuq ix-xtut tal-pajjiż. It-talba tal-Prussja biex Marx u Engels ikunu estraditi kienet irrifjutata.

Stmellija lejn is-soċjeta’ borgiża ma żammitx lil Marx u lil Engels milli jibbenefikaw mill-industrija kapitalista. Missier Engels kien xtara fabbrika tat-tessuti f’Manchester; ibnu, Engels ħadem hemm sal-1870, jikseb dħul

u jitgħallem fuq il-kapitaliżmu minn ġewwa. Marx ma kellux finanzi u Engels diversi drabi għen lilu u l-familja tiegħu. Marx u martu kienu ta’ spiss bla flus, u l-kundizzjoni materjali li għexu fiha f’Londra kkontribwit għal mewt bikrija ta’ tlieta minn uliedhom.

Marx u Engels iddikjaraw f ’The Communist Manifesto li spettru kien qed iwaħħax l-Ewropa – ‘l-ispettru

tal-komuniżmu’. Huma ddikjaraw li l-komuniżmu diġá huwa aċċettat mill-qawwiet kollha Ewropej, li huwa qawwa fih innifsu. Marx u Engels bassru taqtiegħa finali bejn il-“borgeżija” u l-“proletarjat”. Ir-riżultat, huma qalu, kien inevitabbli: is-supremazija tal-proletarjat.

Il-proletarjat kien it-terminu wżat minn intelletwali soċjalisti għall-klassi ħaddiema. Marx u Engels raw ‘il-ħaddiema bħala ‘s-salvatur futur tal-umanitá. Ir-rivoluzzjoni nħtieġet forza attiva ta’ ħaddiema ndustrijali organizzati.

B’risposta għall-kritiċi tagħhom, Marx u Engels ammettew li l-komuniżmu jabolixxi r-reliġjonijiet kollha u kull moralitá.(2) Għal moment, imma, huma sejħu għal ċerti riformi. L-iskop tagħhom kien it-tneħħija tal-propjetá u drittijiet tal-wirt. Huma ppjanaw għall-estenzjoni ta’ fabbriki u għodda tal-produzzjoni pposseduta mill-istat.

Huma rrikapitulaw il-viżjoni tagħhom bi kliem impressjonanti: “il-ħaddiema m’għandhomx pajjiż. Aħna ma nistgħux nieħdulhom dak li m’għandhomx. La l-proletarjat irid l-ewwel jakkwista supremazija politika, irid iqum bħala l-klassi mexxejja tan-nazzjon”.(3)

Marx analizza l-istorja Franċiża f ’The Class Struggles in France u f ’The Eighteenth Brumaire of Louis Napoleon. Marx insista li klassijiet isegwu l-interessi ekonomiċi oġġettivi. Il-proletarjat Franċiż kien tilef il-kunflitt rikorrenti mal-borgeżija sa mit-tmiem is-seklu tmintax.

L-iskop aħħari ta’ Marx u Engels kien il-ħolqien ta’ soċjetá komunista dinjija. Huma emmnu li l-Komuniżmu kien eżista fis-sekli mbegħdin qabel ma nħolqot soċjetá klassista. L-ispeċi umana ma kienetx taf b’ġerarkija w aljenazzjoni, sfruttar jew oppressjoni. Marx u Engels ħabbru li perfezzjoni bħal din tistá u għandha tkun inevitabbli ‘riprodotta’ wara l-waqa’ tal-kapitaliżmu.

Komuniżmu modern, madankollu, ikollu l-benefiċċju tal-aħħar teknoloġija aktar milli ta’ żmien żemżem, iġġenerata minn solidarjetá proletarja globali, pjuttost aktar milli minn gruppi differenti għal kollox ta’ nies sempliċi, illitterati, u jtemm kull forma ta’ ġerarkija. L-istat ma jibqax jeżisti. Ma jkunx hemm distinzjonijiet ta’ rank personali u poter. Kulħadd jingaġġa fl-immaniġġjar fuq bażi ugwali.(4)

Marx u Engels wissew serjament lill-komunisti u soċjalisti biex ma joqgħodux għal xi ħaġa anqas. Huma kienu massimalisti. Ebda kompromess mal-kapitaliżmu jew parlamentariżmu ma kien aċċettabbli għalihom. Huma raw il-komuniżmu bħala l-aħħar stat fl-istorja umana; huma nnegaw il-preċedessuri u l-kontemporanji tagħhom bħala l-ħassieba utopjani li lanqas kellhom ħsieb xjentifiku.

Huma fnew ħajjithom jaħdmu kif isaħħu din il-viżjoni b’ġustifikazzjoni intelletwali. It-tnejn immiraw li jipproduċu analiżi voluminuża li tgħaqqad politika, ekonomija, filosofija u soċjetá. Marx beda bil-volum fuq l-iżvilupp ekonomiku kapitalista. Ir-riżultat kien Capital. Ix-xogħol ħadlu snin aktar milli ħaseb. L-ewwel volum deher fl-1867.(5)L-artiklu jkompli fil-ħarġa li jmiss.

Il-Fundaturi tal-Marxiżmuminn Alfred Consiglio

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappoġġja u tingħaqad fil-kritika li qed ssir kontra l-Gvern, mill-FORum Unjins Maltin, il-GWU, l-Alternattiva Demokratika, il-Partit Laburista, l-Partit Komunista Malti u setturi oħra tal-pubbliku għall-qtugħ fin-nefqa mis-settur tas-Saħħa, Soċjali u Edukattiv.

“It-twaqqif ta’ fondi għall-programmi edukattivi ta’ l-‘Inspire’ huma eżempju ċar li l-Gvern ma jinteressax mill-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tan-nies”, qalet Żminijietna.

Żminijietna ssostni “li dawn il-miżuri ta’ awsteritá mhumiex ġustifikati, għax l-aktar milquta se jkunu l-persuni vulnerabbli fis-soċjetá ”.

“Il-qasma soċjali fis-soċjetá se tkompli tikber b’din it-tip ta’ politika anti-soċjali. Huwa ċar li dan il-Gvern qed jagħti aktar valur lill-bini tal-

Parlament il-ġdid, li se jiġi jiswa miljuni ta’ Ewro, milli l-bżonnijiet reali tan-nies.”

“Żminijietna temmen li ġenituri ta’ tfal li qed jibbenefikaw minn servizzi li joffru organizazzjonijiet bħal ‘Inspire’għandhom isibu l-appoġġ kollu ta’ l-Istat, u jekk hemm bżonn il-qtugħ fl-ispiża kapitali għandha ssir minn skemi oħra ta’ benefiċċji li soċjalment ma jagħmlux sens. Eżempju ta’ dan huma l-flus ivvutati lill-ġenituri li jibgħatu tfal fi skejjel privati”, tgħid l-Għaqda Xellugija Żminijietna.

“Il-Gvern għandu jirrimedja sitwazzjoni u minnufih jdaħħal miżuri fiskali progressivi, u nħeġġuħ jappoġġja l-proposta ta’ l-Unjoni Ewropea favur taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji”, temmet tgħid l-Għaqda Żminijietna – Leħen ix-Xellug fl-istqarrija li xxandret fl-istampa.

Żminijietna kontra tnaqqis fl-ispiża Soċjali mill-Gvern

Page 3: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

Żminijietna 3April - Ġunju 2012

Żminijietna -Leħen ix-Xellug huwa moviment xellugi u jink-ludi membri tal-Partit Komuni-sta, il-Partit Laburista, l-Alter-nattiva Demokratika, ħaddiema, akkademiċi, studenti, trejd un-jonisti, ġurnalisti u pensjonanti.

Żminijietna hija l-leħen tax-xellug. Il-mira ewlenija hi li l-għaqda jkollha preżenza ikbar fis-soċjeta’ permezz ta’ attiviżmu minn perspettiva xellugija, b’emfażi fuq il-prinċipji ta’ l-ugwaljanza, ġustizzja soċjali u sostenibilta’ ekoloġika.

Din ir-rivista hija waħda mill-ħidmiet ta’ l-Għaqda u wieħed jista’ jabbona permezz ta’ ċekk jew money order ta’ 5 euros fl-indirizz: 14/8, Vincenti Bldgs, Triq id-Dejqa, Valletta.

Kull korrispondenza għandha tintbagħat fl-indirizz ta’ hawn fuq jew [email protected]

Il-kitibiet fir-rivista huma l-fehmiet u opinjonijiet tal-kit-tieba u mhux bil-fors jirriflettu l-policy uffiċjali ta’ l-Għaqda Żminijietna. Ir-riklami huma bi ħlas.

Il-gazzetta Żminijietna hija pubblikazzjoni ta’ kull tlett xhur ta’ l-Għaqda Żminijietna. Disinn KoPri Koperattiva u stampar Union Print, Marsa

L-Għaqda Żminijietna -Leħen ix-Xellug

Editorjal

Dawk kollha li jixtiequ jkomplu jsiru jafu aħjar il-ħajja tar-riformatur soċjali Malti Manwel Dimech issa għandhom opportunità sabiħa oħra. Wara l-ħruġ tal-bijografija xjentifika “Dimech” (2004) u l-verżjoni mqassra tagħha, “Jien, Manwel Dimech” (2006), Mark Montebello issa qed joffrilna xogħol oriġinali u ġdid f’għamla ta’ awdjo. Ix-xogħol hu maħdum flimkien ma’ Ġorġ Peresso.

Din il-produzzjoni għandha tkun utli għal dawk li mhux possibbli għalihom li jaqraw il-kotba msemmija iżda b’hekk xorta għandhom iċ-ċans li jitgħallmu iktar dwar il-ħajja ta’ dan il-patrijott Malti, li kif xieraq, għandu l-monument tiegħu fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja.

Is-CD hija preżentazzjoni artistika li fiha Manwel Dimech innifsu jirrakkonta l-ħajja tiegħu. Il-kitba hija bbażata fuq ir-riċerka qawwija li l-awtur għamel fuq perjodu ta’ bosta snin. Biċċa kbira tar-rakkont huwa meħud testwalment mill-kliem ta’ Dimech innifsu, hekk kif dokumentati fil-kitbiet privati u pubbliċi tiegħu.

Il-produzzjoni tas-CD sar minn Dorian Cassar fl-istudios ta’ Kottoner 98FM.

Min irid jakkwista kopja ta’ CD (5€) jew tal-ktieb “Jien, Manwel Dimech” (3.50€) jista’ jċempel lil Dorian Cassar fuq 21677753 jew David Pisani fuq 7953 6914.

MANWEL DIMECH – FI KLIEMI

Il-ħaddiema u l-popli li jiffurmaw il-maġġoranza fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa ma jridux partiti li jsejħu lilhom in-fushom “tal-ħaddiema” jew b’xi titlu li jdoqq għal widnejn il-ħaddiema bħal “soċjal demokratiċi”. Iridu par-titi verament tax-xellug.

Matul l-aħħar snin ħafna partiti li kienu jqiesu ruħhom bħala “tax-xellug” ittradew lill-ħaddiema u lill-popli billi ħaddnu s-sistema eko-nomika neo liberali tas-suq ħieles.

Din id-deskrizzjoni hija biss kliem biex jaħbu li s-sistema hija verament waħda kapitalisti u selvaġġa. Hija sistema li permezz tagħha il-1% tal-poplu kkapparrat għaliha l-ġid kollu.

Kien hemm żmien qasir fejn din il-klikka u l-politika neo liberali sabet xi appoġġ wiesgħa għax kellha r-riżorsi biex tixtri u xxaħħam setturi tal-popli, partikolarment dawk li bdew iqisu lilhom infushom bħala l-klassi medja.

Imma malli faqqgħet il-kriżi ma baqgħux biss il-ħaddiema tal-kullar blu li bdew jaqilgħuha fuq rashom. Miljuni ta’ ħaddiema f’setturi li qabel ma kienux jintmessu, bħal dawk tal-banek u ta’ l-istat, bdew u qegħdin jiġu mormija fl-interess tal-profitt li l-1% għad trid tkompli tisloħ.

Gvernijiet li kienu mmexxija minn partiti “taparsi xellugin” raw il-popli jivvotaw kontrihom fl-elezzjonijiet u jwarrbuhom mill-poter. Għax dawn il-partiti għażlu li jbaxxu rashom għad-diktat tas-sidien tal-kapital u

jimponu miżuri oxxeni ta’ awsteritá fuq il-ħaddiema, l-istudenti, l-pens-jonanti u l-poplu nġenerali.

Il-ħaddiema u l-popli qegħdin iħossu li ġew ittraduti mill-partiti li tradizzjonalment kienu t-tarka tagħhom u li kellhom kuxjenza soċjali.

F’ħafna pajjiżi Ewropej fejn saru elezzjonijiet, il-popli għażlu li jwarr-bu l-gvernijiet “ċentru xellugin” u minflok itellgħu dawk konservattivi u leminin. Kienet protesta kontra min ittradihom. Imma minn ġo t-taġen spiċċaw fin-nar għax il-gvernijiet leminin mhux biss se jkomplu jwettqu l-miżuri ta’ awsteritá imma jħarrxuhom.

Nieħdu, per eżempju, fir-Renju Unit. Il-gvern ta’ koalizzjoni naqqas it-taxxa għal dawk li jaqilgħu ħafna minn 50% għal 45%.

Fl-istess waqt daħħal miżura li qegħda tissejjaħ bħala “t-taxxa tan-nanniet”. Għax iffriża ż-żjidiet li jistgħu jieħdu l-pensjonanti ta’ ‘l fuq minn 65 sena.

Dan ifisser li dawn l-anzjani se jitilfu mijiet ta’ liri fis-sena. Huwa kkalkolat li l-gvern se jisraq il-biljuni ta’ liri lil dawn in-nies, li jiffaċċjaw spejjeż kbar biex ilaħħqu mal-ħajja.

Dan huwa eżempju wieħed ta’ kif il-partiti tal-lemin, qaddejja tas-sidi-en tal-kapital, jaġixxu biex iwettqu l-aġenda tagħhom. Kull ma jagħmlu huwa biex sħabhom il-miljunarji jibqgħu igawdu fil-waqt li l-piż tefgħuh fuq il-popli.

Sfortunatament il-partiti Laburisti u soċjal demokratiċi jinsabu mitlufa. Ma jridux jarmu l-ideoloġija tas-suq ħieles u l-kapitaliżmu li ħaddnu, u ma jidhrux kapaċi li joffru soluzz-joni ġusta li taqdi l-interessi tal-maġġoranza.

Għalhekk anke fl-oppożizzjoni qegħdin jaqilgħu fuq rashom. Il-ħaddiema u l-popli qegħdin ifittxu alternattivi oħra u jafu li l-unika alternattiva hija fil-partiti verament tax-xellug.

Jekk irridu eżempju ċar, naraw il-bye-election li saret fil-belt ta’ Bradford, l-Ingilterra.

Dan kien siġġu safe għall-Partit Laburista, b’maġġoranza ta’ aktar minn 5,000 vot. Ħareġ jikkon-testa dak is-siġġu l-politiku xellugi George Galloway, tal-Partit xellugi ‘Respect’ u kaxkarhom għax kiseb 10,000 vot aktar mill-kandidat La-burista. Galloway kien tkeċċa mill-Partit Laburista taħt Tony Blair għax kien xellugi u għax ħadha kontra l-gwerra ta’ l-Iraq.

Ir-rebħa enormi ta’ Galloway hija xhieda li l-poplu mhx kuntent bil-Laburisti u se jibqa’ mhux kuntent sakemm ma jsirux verament xellu-gin.

Iridu partiti verament xellugin

KompetizzjoniKemm il-sena għalqet ix-Xirka tal-Imdawwlin imwaqqfa minn Manwel Dimech?

A. 50 sena B. 75 senaC. 100 sena

It-tweġiba għandha tintbagħat sat-30 ta’ Mejju lil Żminijietna: PO Box 35 Sliema SLM 1000

Il-premjijiet huma żewġ kotba: “Jien Manwel Dimech” miktub minn Mark Montebello

Abbona fil-gazzetta Żminijietna - Leħen ix-Xellug

Isem: Kunjom:

Indirizz:

Emejl:

Sena: (€5) Sentejn: (€10)

Ibgħat il-formola lil Żminijietna P.O Box 35 Sliema. SLM1000

Page 4: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

ŻminijietnaApril - Ġunju 20124

“Edukazzjoni Progressiva - Att Perpetwu ta’ Umanizzazzjoni u Proċess Kontinwu ta’ Bini ta’ Dinja li Għad Trid Tkun”. - Kliem il-Professur Carmel Borg fit-tieni parti tal-intervista li ta’ lil Żminijietna.

L-għalliema huma ħolqa mportanti fil-katina tal-proċess edukattiv trasformattiv. Kif tiddefinixxi ħidmet l-għalliema progressivi?

L-għalliema progressivi għandhom għarfien sħiħ tal-aġenda anti-demokratika marbuta mal-imbuttar tal-prinċipji tas-suq, b’mod speċjali tal-impatt tal-loġika tas-suq fuq l-edukazzjoni. Mogħnija b’dan l-għarfien, l-edukaturi progressivi jgħarfu l-bżonn tal-qari kritiku tad-dinja u tal-urġenza tal-azzjoni b’risq il-preżent u l-futur ċivili taċ-ċittadini fil-komunità.

Ħidmet l-għalliema progressivi żżewweġ il-missjoni edukattiva tagħhom fil-klassi mal-parteċipazzjoni attiva fil-mixja għal aktar drittijiet ċivili, strutturi aktar umani, u soċjetatjiet aktar inklussivi. Għall-għalliema progressivi, il-proċess edukattiv huwa att perpetwu ta’ umanizzazzjoni u proċess kontinwu ta’ bini ta’ dinja li għad trid tkun.

Fil-qasam edukattiv, il-ħidma

politika ewlenija tal-għalliema progressivi, imnebbħa mill-ġustizzja soċjali, tiffoka fuq it-tmermir tar-rabta bejn l-isfond soċjali tal-persuna u s-suċċess edukattiv tagħha. Din il-ħidma ma tintemmx maċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk li bdew il-ħajja bi żvantaġġ, iżda titwaħħad ma’ ħidma oħra kontinwa mmirata biex ma tħallix il-kapital soċjali jiddetermina min jokkupa pożizzjonijiet strateġiċi ta’ poter u influwenza. L-edukaturi progressivi huma allerġiċi għad-dinastiji, l-oligarkiji, ix-xbieki ta’ kuntatti u kull forma ta’ mażunerija soċjali li tnawwar il-fibra morali tal-pajjiż u xxekkel il-leħen, il-ħolm u l-emanċipazzjoni taċ-ċittadini li jistinkaw biex jibnu ħajjithom mix-xejn.

Fil-qasam tal-iżvilupp tal-kurrikulu, l-għalliema progressivi: jaraw li l-proċess kurrikulari jafferma d-diversità f’kull forma li tista’ tieħu; jiddefendu d-dritt ta’ kull student li joħroġ mis-sistema edukattiva bil-ħiliet bażiċi tas-seklu 21, mira li skont l-aħħar studju PISA (Programme for International Student Assessment) pajjiżna qiegħed ifalli bi kbir; jaraw li l-esperjenza kurrikulari ma tirripproduċix l-istatus quo soċjali, fenomenu li kull statistika lokali u internazzjonali turina kif il-falliment skolastiku Malti huwa diskriminatorju kemm mill-att ta’ klassi soċjali kif ukoll, skont PISA, mill-att ta’ ġeneru; u jiżguraw li l-għażliet kurrikulari li jagħmlu l-istudenti fis-settur obbligatorju ma jkattrux il-firda vokazzjonali bejn il-klassijiet soċjali. Fuq kollox, l-edukaturi progressivi jiddefendu d-dritt demokratiku tal-ħsieb kritiku, ħila li l-istudju PISA,

b’mod empiriku u kirurġiku, wera kif l-esperjenza kurrikulari Maltija qiegħda tonqos li tiżviluppaha.

Bi tweġiba għal sistema edukattiva li titrasmetti, tippreskrivi u tatomizza l-għerf u t-tagħrif, l-edukaturi progressivi jagħżlu li jgħixu d-demokrazija b’mod perikoluż, hekk kif jgħarfu l-bżonn tas-sovverżjoni, l-interrogazzjoni kontinwa u l-iskavar ta’ saffi mdallma tal-ħsieb f’isem il-liberazzjoni miċ-ċiniżmu u l-fataliżmu taċ-ċittadini li jħossuhom dgħajfa quddiem l-arroganza tal-poter ikkonċentrat f’idejn il-ftit.

Spiss nisimgħu bis-suċċess tal-pajjiżi tat-tramuntana tal-Ewropa. X’qed jagħmlu dawn il-pajjiżi biex jindirizzaw il-ġustizzja soċjali fil-qasam edukattiv?

Dawn il-pajjiżi ilhom snin twal

iħaddmu l-valuri tal-ġustizzja soċjali u l-ekwità fil-qasam edukattiv. Meta wieħed jgħaqqad il-biċċiet tas-suċċess skolastiku ta’ dawn il-pajjiżi jsib mużajk ta’ azzjonijiet li jibdew minn kmieni u jkomplu mat-tfal tul il-fażi skolastika tagħhom; azzjonijiet li jkopru l-edukazzjoni fil-familja u l-komunità.

Fost l-elementi li jiddistingwu lil dawn il-pajjiżi minn ħafna pajjiżi oħra nsibu: l-importanza kbira li jagħtu lis-settur tat-tfulija bikrija; il-parteċipazzjoni attiva tal-ġenituri fil-qasam edukattiv; l-identifikazzjoni bikrija tal-problemi tat-tfal; l-azzjoni bikrija b’risq it-tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim; kaskada ta’ servizzi ta’ appoġġ tassew professjonali, konsistenti u proporzjonali; l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ għażla tat-tfal fil-primarja; repetizzjoni tal-klassi mill-anqas; l-allokazzjoni tal-aqwa riżorsi lit-tfal li l-aktar għandhom bżonn; sistema sekondarja li mhix daqshekk diversifikata; u proċess edukattiv li jħalli bibien miftuħa lil dawk li, minkejja l-għajnuna li rċevew, ma jakkwistawx il-ħiliet kollha meħtieġa sa tmiem is-snin tal-edukazzjoni obbligatorja.

Dawn il-pajjiżi jagħtu importanza kbira lill-formazzjoni inizjali tal-

għalliema u lit-taħriġ kontinwu tal-edukaturi fis-servizz. Filwaqt li jiżguraw li l-istrutturi kollha huma f’posthom u ta’ kwalità għolja, dawn il-pajjiżi jaraw li kulħadd ikollu aċċess ekwu għall-kurrikulu li jindirizza l-ħiliet bażiċi tas-seklu 21.

L-appostli tan-neo liberaliżmu jsostnu li t-tħaddim tal-prinċipju tal-‘iskola tal-għażla tiegħek’ isolvi ħafna mill-problemi li jmarrdu s-sistema edukattiva. X’inhi l-fehma tiegħek dwar dan?

Il-politika tal-‘iskola tal-għażla tiegħek’ hija waħda mis-sintomi tal-ideoloġija neo liberali fil-qasam edukattiv; kontinwazzjoni tal-loġika tas-suq ikkaratterizzata mill-prinċipji tal-effiċjenza, il-kompetizzjoni u l-kontroll tan-nefqa pubblika fl-edukazzjoni. Dawn il-karatteristiċi, imbuttatti mid-dixxipli

tad-duo Reagan-Thatcher, huma mżejtna mill-gidba mtenna minn Thatcher li s-soċjetà ma teżistix u li l-prinċipji tas-soliderjatà, komunità u kollettività għandhom jitwarrbu biex jagħmlu l-wisa’ għall-kompetizzjoni individwali u kummerċjali f’suq edukattiv effiċjenti.

It-tkomplija estrema ta’ din il-loġika hija li l-gvern jirtira mir-responsabbiltà li jipprovdi servizzi edukattivi u, minflok, bħala regolatur, jiffoka fuq il-kontroll tal-kwalità tas-servizzi edukattivi.

It-trasformazzjoni tal-edukazzjoni f’servizz privat timplika wkoll li l-mexxejja tal-iskejjel m’għandhomx għalfejn ikollhom għarfien edukattiv sakemm ikunu maniġers tajbin.

Fuq medda ta’ għoxrin sena ħarġet biżżejjed riċerka li tgiddeb l-għajta li l-loġika tas-suq ittejjeb il-livelli edukattivi u s-suċċess akkademiku tat-tfal. Ix-xogħol ta’ Brinty, Whitty, Lauder, Gewirtz u oħrajn jgħarrafna li aktar milli ttejjeb il-livelli edukattivi, din il-loġika ddgħajjef dawk l-iskejjel meqjusin bħala ‘batuti’, hekk kif familji b’aktar riżorsi materjali u kapital kulturali dominanti jitilqu u jfittxu kenn fi skejjel li jiddistingwuhom minn familji bi dħul baxx jew bi sfond

soċjali differenti.

L-istess riċerka turina kif il-mexxejja edukattivi tal-iskejjel kellhom jittrasformaw ruħhom f’manipulaturi tal-immaġini fi sforz biex jattiraw l-‘aħjar’ tfal u ġenituri. Aktar minn hekk, qiegħda ssir diskriminazzjoni kontra tfal bi problemi għax f’għajnejn id-demokrazija falza tas-suq dawn it-tfal jiġu jiswew aktar u għandhom tendenza li jbaxxu l-livell tal-iskola (sic.).

Politika progressiva fil-qasam edukattiv għandha tirreżisti l-użu tal-edukazzjoni bħala strument ta’ firda soċjali. Politika progressiva tiżgura li l-edukazzjoni offruta mill-istat tkun tal-aqwa kwalità u mhux premju ta’ konsolazzjoni għal min ma jiflaħx iħallas jew għal min baqa’ barra mill-proċess tal-għażla. Jekk irridu nevitaw l-apartheid fis-settur edukattiv, irridu niżguraw li l-leġittimità tas-settur pubbliku tkun marbuta ma’ sistema edukattiva li tilħaq lil kulħadd u mhux biss lil dawk li huma relattivament fqar jew limitati fir-riżorsi materjali.

Filwaqt li għandna għalfejn ninkwetaw bir-riżultati komparattivi ta’ dawn l-aħħar snin, nemmen li t-testijiet standardizzati internazzjonali ma jilħqux il-firxa ta’ ħiliet li għandhom it-tfal. Għalhekk, ninsisti li l-aqwa riformi huma dawk li jwieġbu direttament għall-bżonnijiet reali u immedjati tal-istudenti, kif osservati fl-iskejjel.

Viżjoni edukattiva progressiva għandha tkun kawta dwar is-suq u l-edukazzjoni għax il-provi tar-riċerka soċjoloġika ta’ xeħta trasformattiva jindikaw li s-suq edukattiv jiffavorixxi lil min jibda l-ħajja b’vantaġġ ekonomiku, kulturali u soċjali.

Fl-aħħar, x’inhuma l-lezzjonijiet li nitgħallmu miċ-Ċilì dwar in-neo liberaliżmu u s-settur terzjarju?

Iċ-Ċilì huwa eżempju tajjeb ta’ x’jiġri meta wieħed iħalli f’idejn is-suq biex jimla l-vojt li jħalli l-istat. Dan il-pajjiż uriena li t-tħaddim tal-loġika tas-suq fil-qasam terzjarju, filwaqt li jkabbar il-proviżjon, mhux neċessarjament ikattar l-aċċess għall-istudenti li tradizzjonalment tħallew barra minn dan is-settur. Jekk l-espansjoni f’dan il-qasam ma tkunx akkumpanjata minn politika ċara li tindirizza l-aċċess ekwu, l-espansjoni tispiċċa tkabbar, mhux tnaqqas, id-distakk edukattiv u soċjali. Inżid ukoll il-fatt li meta wieħed jiftaħ il-livell terzjarju għas-suq ħieles, mingħajr sens ta’ ġustizzja soċjali, il-qasma soċjali u ekonomika tirrifletti ruħha fl-okkupazzjoni ta’ universitajiet prestiġjużi minn gruppi privileġġjati.

Il-ġerarkija fil-prestiġju universitarju, flimkien ma’ aċċess ikkontrollat msejjes fuq il-priservazzjoni tal-prestiġju, jiżguraw li s-settur terzjarju jinbidel biex jibqa’ l-istess. Ir-rabta bejn prestiġju universitarju u studenti privileġjati tiżgura l-perpetwazzjoni tal-poter, hekk kif studenti mill-aħjar universitajiet jokkupaw, b’mod li jidher naturali, pożizzjonijiet strateġiċi fl-inħawi differenti tal-istat.

Riċerka tgiddeb li l-loġika tas-suq ittejjeb il-livell edukattiv

Page 5: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

Żminijietna April - Ġunju 2012 5

Il-Partit Komunista Malti kellu laqgħa kordjali ma’ l-Ambaxxatriċi Kubana Madame Milagros Karina Soto Aguero. L-Ambaxxatriċi qalet li “meta tkun fost ħbieb ta’ l-istess ħsieb Komunista u progressivi hi tħossha li qiegħda d-dar”. Hi ilha Ambaxxatriċi l-Italja diġa sena u kienet issa li setgħet tivvaġġja biex tagħti l-kredenzjali tagħha. L-Ambaxxata Kubana f’Ruma qed tirrapreżenta l-pajjiżi ta’ San Marino, l-Italja u Malta.

Hi qalet li s-sena li għaddiet tħejja s-6 Kungress tal-Partit Komunista fejn fih ġew mfassla l-bidliet ekonomiċi li għandhom jiġu mplimentati fil-pajjiż. L-objettiv prinċipali ta’ dan il-Kungress kien li jkun hemm aġġornament tal-mudell ekonomiku Kuban.

Fi Frar saret l-ewwel Konferenza Nazzjonali fejn fiha ġew diskussi l-aspetti ideoloġiċi u politiċi u kif dawn jikkumplimentaw mall-bidliet fuq livell ekonomiku. Fil-qasam ta’ l-agrikoltura u servizzi personali ġew approvati miżuri ta’ liberalizazzjoni li jinċentivaw n-negozji żgħar privati bħal barbiera, artiġġjanat etc, waqt li fil-qasam ta’ l-agrikoltura ġew inċentivati l-ħolqien ta’ ko-operattivi agrikoli. Imma hi kkonfermat li dawn il-bidliet u l-kunċett ta’ inizzjattiva privata mhux se tolqot l-interess tal-poplu Kuban f’dawk li huma servizzi pubbliċi, industrija lokali ta’ mportanza għall-pajjiż u r-riżorsi naturali bħaż-żejt, nickel etc.

L-intenzjoni hi li min ikollu ċerti snajja l-Gvern se jgħinu biex jmexxi din is-sengħa l-quddiem u b’hekk ċertu piż li kien iġorr l-Istat jitneħħa. Il-bini u l-art mhux se jkunu okkupati minn sidien privati, imma se tkun qed tinkera, kif ukoll se tidħol fis-seħħ il-ħlas ta’ ċertu taxxi fuq livell nazzjonali.

Hi spjegat li sa llum il-poplu Kuban ma kienx iħallas taxxa. Dawn it-taxxi se jkunu baxxi peró se jkunu ta’ għajnuna għall-Istat biex ikompli joffri b’xejn benefiċċji u servizzi oħra essenzjali fosthom fil-qasam tas-saħħa, edukazzjoni, housing etc. Idea oħra hi li jiġu eliminati ċerti sussidji fuq dawk li m’għandhomx bżonn. Biex jiġu mplimentati dawn il-miżuri se jsiru diversi diskussjonijiet mal-poplu. Il-problema li naraw hi li ħafna ġenerazzjonijiet draw stil ta’ ħajja fejn dejjem jirċievu u jagħtu ftit li xejn.

Il-Partit saqsiha jekk hux minnu dak li qed jingħad li nofs miljun Kuban se jitilfu l-impjieg tagħhom minn mall-Gvern.....

Hija bi tbissima qalet li l-midja kapitalista qiegħda xxerred l-aħbar li nofs miljun Kuban se jitilfu l-impjieg minħabba dawn ir-riformi. Hi kompliet tgħid li huwa fatt li l-uffiċċji tal-Gvern għandhom aktar nies milli hemm bżonn. Peró din mhiex kwistjoni pura matematika li taqbad u tkeċċihom. Eż l-Gvern daħħal miżuri ta’ sussidji ta’

sentejn paga biex jgħin u jinċentiva żagħżagħ fil-qasam tas-snajja u l-artiġġjanat lokali.

Id-deċiżjoni ta’ minn mill-ħaddiema tal-gvern se jiġi trasferit mhix se tkun arbitrarja imma tkun maqbula permezz ta’ kummissjoni tal-ħaddiema. Il-persuna milquta se jkollha wkoll id-dritt t’appell. Se jkollhom ukoll id-dritt ta’ rtirar kmieni jew trasferiment ta’ l-impjieg.

Ir-riformi se jsiru pass pass biex ħadd ma jsib ruħu bla xogħol. Irridu niżguraw li kollox isir b’ġustizzja u bilanċ.

L-investiment barrani se jiġi limitat ħafna, f’oqsma fejn il-pajjiż veru għandu bżonn. Eż fl-infrastruttura turistika, fit-tiftix taż-żejt fil-baħar u fl-investiment f’teknoloġija aktar moderna. Fil-qasam tal-mediċini, Kuba laħqet livelli ferm għoljin imma għandna problema kif nimmarkitjaw dawn il-prodotti fis-swieq internazzjonali. Dan speċjalment minħabba l-embargo li l-Istati Uniti timponi fuq Kuba. Min-naħa l-oħra qegħdin

jiġu ffirmati kuntratti ta’ ftehim ma’ pajjiżi bħall-Indja u pajjiżi Afrikani biex prodotti mediċinali Kubani jiġu esportati u mibjugħa f’dawn il-pajjiżi bi prezz irħas.

Kuba timporta l-biċċa l-kbira ta’ l-ikel li teħtieġ, fosthom ir-ross tant popolari, tiġieġ u l-ħalib. Il-gvern Kuban qiegħed jaddotta skema li tiggarantixxi li tfal jkollhom provvista ta’ ħalib kuljum sa l-etá ta’ 7snin.

Fil-każ taż-żejt, Kuba tgawdi minn ftehim tajjeb mal-Gvern tal-Venezwela. Biss jekk il-prezz taż-żejt jiżdied ħafna, ikollna nħallsu għalih. Kuba tipproduċi ammont ta’ żejt mill-art, imma issa l-Gvern ħabbar li se jsir tiftix fil-baħar minn pjattaforma moderna Ċiniża, minkejja li qed nsibu oġġezzjonijiet u xkiel mill-Istati Uniti.

Il-Partit tkellem wkoll ma’ l-Ambaxattriċi dwar kif qiegħed jaffettwa l-embargo lill-poplu Kuban.....

L-Ambaxxattriċi qalet li l-embargo

mpost mill-Istati Uniti qiegħed mhux biss isawwat lill-poplu Kuban, imma qiegħed isawwat ukoll lil setturi tal-poplu Amerikan li qegħdin jaraw jintilfu miljuni ta’ profitti għax ma jistgħux ibiegħu l-prodotti tagħhom lejn Kuba u lanqas jistgħu jinvestu, filwaqt li qegħdin jaraw pajjiżi oħra jagħmlu dan in-negozju, fosthom pajjiżi Ewropej, mill-Amerika Latina u l-Asja. Imma li hu żgur hu li l-embargo qed jolqot diversi setturi varji ta’ l-ekonomija u anka n-nies, l’aktar f’dik li hi produzzjoni u esportazzjoni. Il-pajjiż minn banda l-oħra qed jagħmel avvanzi kbar f’dik li hi edukazzjoni, saħħa, livell ta’ l-għajxien u riċerka fil-qasam tas-saħħa, u dana grazzi għall-poplu, qalet l-Ambaxxatriċi.

Il-Partit saqsa u tkellem ma’ l-Ambaxxatriċi dwar kwistjonijiet interni fejn fil-midja internazzjonali dehru numru ta’ artikli li lkoll trattaw il-mewt ta’ priġunier fuq strajk tal-ġuħ....

L-Ambaxxatriċi qalet li l-fatt li fil-pajjiż għandna mall-100 ġurnalist internazzjonali ta’ midja

prominenti, dawn l-affarijiet żgur li se jiġu ppublikati, u din hija xi ħaġa pożittiva. Li niddejjaq hu li dan il-persuna li għamel l-istrajk tal-ġuħ pinġuh bħala dissident. Dan mhux minnu u l-midja f’dal każ partikolari qarrqet.

L-Ambaxxatriċi qalet li l-bniedem involut kien arrestat għax aggredixxa u sawwat lil martu u rrapportatu fuq hekk omm il-mara. Imbagħad spiċċa biex attakka lill-pulizija u kif isir f’kull pajjiżi ieħor, min jattakka lill-pulizija jiġi arrestat. Meta ra li ma kienx fuq il-lista ta’ kważi 3,000 ħabsin b’fedina kriminali li kienu se jinħelsu mill-ħabsijiet taħt amnestija għax ta’ kondotta tajba, beda jgħid li huwa għandu jkun inkluż wkoll, u għalhekk beda l-istrajk tal-ġuħ.

L-Ambaxxatriċi qalet li “tiskanta kif imutu mijiet ta’ nies fil-ħabsijiet f’pajjiżi oħra u l-istampa kapitalista ma tiftaħx ħalqha. Tikteb biss fuq priġunieri li jmutu f’ħabsijiet ta’ pajjiżi li l-midja kapitalista tħares lejhom b’ċertu lenti”, saħqet l-Ambaxxatriċi. “Dan il-bniedem fil-fatt miet l-isptar kaġun ta’

pulmonite. Nista’ ngħid li l-Kubani qatt ma ċċelebraw xi mewt, lanqas ta’ xi President Amerikan bħal Kennedy. Il-midja ftit jgħafsu fuq il-ħniżrijiet li jsiru fil-ħabs ta’ Guantanamo u t-torturi, qtil u ‘ħabs’ li jgħaddu minnhom numru kbir ta’ emigranti mill-Messiku meta jaqsmu l-fruntiera mall-Istati Uniti. Il-midja internazzjonali f’dawn l-inħawi tad-dinja ma tantx tersaq għax tiffaċċja problemi u ostakli, filwaqt li f’Kuba l-midja internazzjonali hi ħajja, tikteb u tikkritika”.

Kuba irtirat wkoll il-piena tal-mewt għal dawk kollha li hemm fil-ħabs fuq akkużi serji ta’ qtil, anke dawk marbuta ma’ terroriżmu, filwaqt li fl-Istati Uniti hemm eluf ta’ nies jistennew id-daqqa tal-mewt fil-ħabsijiet. Sadanittant fil-ħabsijiet Kubani hemm programmi ta’ taħriġ u rijabilitazzjoni għall-priġunieri, waqt li fl-Istati Uniti nsiru nafu li qed tiddaħħal sistema rigressiva ta’ privatizzazzjoni tal-ħabsijiet. Il-Gvern Kuban beda wkoll programm sabiex persuni politiċi jinħelsu, illum fadal ma’ 60 persuna. Tajjeb jekk l-Istati Uniti jagħmlu l-istess u jeħilsu 170 priġunier politiku li hemm f’ħabsijiet fl-Istati Uniti, fosthom 5 Kubani.

Tfal żvantaġġjati Xi tfal ma għandomx ġenituri

li jistgħu jgħinuhom biex jagħmlu l-homework. Veru li beda jsir xi xogħol f’xi lokalitajiet f’dan ir-rigward, iżda t-tfal milħuqa huma ftit wisq. Filfatt l-assenteiżmu fl-iskejjel għadu għoli.

Xi ġenituri jiftaħru li jagħmlu

s-sigħat kuljum jgħinu lil uliedhom bil-homework. Il-problema hi, li ma’ t-tfal ta’ dawn il-ġenituri jridu jikkompetu tfal oħra li m’għandhom lil ħadd min jgħinhom. Mhux ta’ b’xejn li ħafna tfal jaqgħu lura.

Għalhekk jien inħoss li

l-homework għad-dar għandu jinqata’. L-għalliema għandhom jagħtu xogħol biss li jsir quddiemhom fl-iskola. Nemmen li l-uniku homework li għandu jingħata d-dar hu ta’ qari ta’ kotba, għax jgħin lill-individwu biex jiżviluppa aktar.

Ħaġa oħra, li qed tiġri hi li hemm

ġenituri li ma jonfqux il-flus ta’ ‘children allowence’ fuq it-tfal imma għall-kapriċċi tagħhom. B’hekk naraw tfal mingħajr ċertu affarijiet bażiċi, bħal l-ilbies komplut ta’ l-uniformi tal-iskola u l-PE, ikel u flus għall-ħarġiet kulturali.

Jien inħoss li fejn isir magħruf

li l-flus ta’ ‘children allowence’ mhumiex jintefqu għall-ġid ta’ tfal, l-Awtoritajiet għandhom jieħdu azzjoni.

Nawgura li suġġerimenti bħal

dawn jiġu diskussi fir-riforma ta’ l-edukazzjoni wkoll.

Josephine Gatt-Cancio

“Ir-riformi li qegħdin isiru f’Kuba”

Page 6: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

ŻminijietnaApril - Ġunju 20126

L-ewwel diskussjoni pubblika għal din is-sena li saret nhar is-Sibt 3 ta’ Marzu 2012 ġewwa ‘Dar l-Ewropa’, Triq San Pawl trattat is-sostenibilitá ta’ l-ilma. Suġġett li kull meta jkun diskuss jqajjem kontroversja, għax ngħiduha kif inhi l-ilma hu riżorsa skarsa u essenzjali fil-ħajja ta’ kuljum, u kif jgħidu “fejn ma hemmx ilma, ma hemmx ħajja”.

Dan id-dibattitu hu l-għoxrin wieħed minn meta bdew jiġu organizzati mill-Għaqda Xellugija Żminijietna. Il-kelliema prinċipali kienu l-Idrologu u Inġinier Marco Cremona, Peter Axisa li jaħdem bħala CEO ma’ l-Prodotturi Ta’ Qali, Alfred E. Baldacchino li jaħdem fil-qasam ta’ l-ippjanar u l-immaniġġjar ta’ l-ambjent u l-Inġinier Anthony Rizzo mill-Awtoritá Maltija ta’ Riżorsi. Mexxa d-diskussjoni James Debono li fil-ħajja tiegħu jaħdem ta’ ġurnalist.

Alfred E. Baldacchino fetaħ id-

diskussjoni billi ta’ spjegazzjoni fi ftit kliem ta’ x’inhu żvilupp sostenibbli. Hu qal hekk li “żvilupp sostenibbli għandu jassigura li kwalunkwe żvilupp jekk ħa jsir ma’ jħalliex impatt negattiv fuq l-oqsma l-oħra ambjentali, fosthom l-ilma, l-flora u fauna. Kompla biex qal li l-ilma huwa riżorsa skarsa ħafna u għalhekk tajjeb li nagħtuh dik l-importanza, għax mingħajru ma ngħaddux”.

Anka jekk nħarsu lura lejn l-istorja naraw x’opri kbar ta’ inġinerija nbnew biex jiġi ppriservat l-ilma f’Malta, fosthom l-bini ta’ l-akwadotti, mtieħen tar-riħ etc. Ilum, b’dispjaċir nistgħu ngħidu li l-akwadotti m’għadhomx jgħaqdu l-funzjoni tagħhom. Imma, llum għandna sistema ta’ reverse osmosis. Din is-sistema daħlet l-idea f’moħħ l-individwu li l-ilma hu riżorsa infinita u li din tista’ taħli minnha kemm trid, għax tħallas u jkollok.

Alfred kompla billi saqsa,“imma l-ippjanar u l-immaniġġjar ta’ l-ilma, għall-lum u għall-għada huma sostenibbli? l-ilma għadu ta’ kwalitá tajba?

Jekk wieħed iħares madwaru, l-aktar fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, hemm insibu ħafna rziezet, li qed jerħu numru ta’ nitrati fl-ilma tal-pjan, bl-ingliż ngħidulu leaching, fejn l-ilma ta’ xita jitħallat ma’ l-iskart ta’ l-annimali li minnu jipproduċi nitrati li joskuraw fl-ilma tal-pjan. Veru li għandna regolamenti u direttivi, imma veru ukoll li n-nitrati li hemm fl-ilma huma kbar. Tant huma kbar li li f’ċertu nħawi l-ilma mhuwiex tajjeb għax-xorb.

Ħafna ilma qed jintilef minħabba n-nuqqas ta’ pjan nazzjonali għall-ħażna ta’ l-ilma. Wieħed jitħasseb kemm il-ħxejjex li qed jitkabbru fir-rawndebawts huma sostenibbli f’dak li hu użu ta’ l-ilma. S’intendi dawn huma lkoll problemi, ta’ nuqqas ta’ pjan fit-tul. Wieħed jistaqsi kemm jagħmel sens loġiku li tippurifika l-ilma tad-drenaġġ u titfgħu fil-baħar, meta mbagħad nerġgħu ntellgħuh

bir-‘reverse osmosis’. Singapore l-ilma ta’ drenaġġ jgħaddi 7 darbiet minn proċess ta’ purifikazzjoni u ‘użu’ qabel ma jintrema l-baħar, u Malta narmuh mill-ewwel.

Alfred E. Baldacchino għalaq id-diskussjoni tiegħu billi qal li jeħtieġ li f’Malta jkollna ‘water policy’. Jekk nibqgħu ma nieħdux azzjoni minnufih u nkomplu għaddejjin biss bid-diskors, l-ilma se nispiċċaw “nibkuh”, temm jgħid l-espert.

James Debono:Imma wieħed jistaqsi minn hu responsabbli ta’ l-ilma?

L-inġinier Anthony Rizzo mill-Awtoritá Maltija għar-Riżorsi qal li f’Malta stress index hija ta’ 60%. Li jfisser li f’Malta l-iskarsezza ta’ ilma hija għolja. (10% hija moderata u bejn 20 u 40% hija l-medja). Fis-sena ‘ras għal ras’ ilma disponibbli hemm 67.5 metri kubi, imma jekk nieħdu azzjoni biex ntejjbu s-sitwazzjoni din titla’ għal 132 metri kubi. L-Inġinier semma li fil-preżent qed ntellgħu ilma aktar milli nippreservaw, u dan mhux sostenibbli.

L-inġinier qal li fil-preżent qed isir proġett pilota ġewwa ż-żona ta’ Bulebel. Dana jinvolvi l-bini tal-impjant ta’ trattament, fejn hemmhekk qed isir proċess ta’ purifikazzjoni, b’mod professjonali, ta’ l-ilma tad-drenaġġ. Il-proċess jinvolvi t-testjar kontinwu ta’ l-ilma, f’ġiebji mibnija apposta, għal sena sħiħa. Dan il-proġett qed jitmexxa mill-MRA u jifforma parti minn proġett Ewropej MEDIWAT, li għandu jiġi konkluż fl-2013.

Sa llum l-ilma trattat qed jintefa’ kollu fil-baħar. B’dan il-proġett parti minn dan l-ilma ser jintefa’ lura fl-akwafers. S’intendi qabel ma jintefa’, l-kwalita ta’ l-ilma trid tilħaq standards għoljin.

L-inġinier kompla li “l-problema li sibna hi li fl-ilma ta’ drenaġġ nstabu traċċi mhux ħażin ta’ antibojotiċi u kimiċi oħra bħal thinner. Dana juri li l-familji qed jbattlu dawn

ir-reċipjenti fi toilet. Allura hemm bżonn aktar edukazzjoni, f’dak li jista’ u dak li ma jistax jintefa’. Irridu noħolqu wkoll alternattiva ta’ kif individwu jista’ jiddisponi minn dawn il-kimiċi, f’reċipjenti apposta.

L-Inġinier Rizzo għalaq d-diskors fejn saħaq li għalkemm l-użu ta’ l-ilma trattat hi parti mill-istrateġija ta’ MRA biex nindirizzaw l-problema ta’ l-ilma, l-politika ‘vera’ għandha tkun l-effiċċjenza u użu aħjar ta’

l-ilma minn kullħadd.

Marco Cremona beda diskors tiegħu b’appell sabiex tidħol fis-seħħ liġi speċifika dwar l-ilma tal-pjan ‘water policy’, li l-għan tagħha jkun li tiġi ssalvagwardjata r-riżorza tal-ilma. Il-liġi għandha tistabilixxi b’mod ċar minn hu l-amministratur ta’ l-ilma tal-pjan u x’responsabiltajiet għandu jkollu sabiex din tiġi protetta. Hu kompla biex qal li f’Malta l-poplu għadu mhux japprezza l-importanza ta’ din ir-riżorza, u jinkwieta biss dwar l-ilma b’rabta’ mall-kontijiet.

F’Malta skond statistika nazzjonali, kull minuta jiġi kkonsmat ma’ 40,000 litru ilma. Bħala persentaġġ l-istatistika turi li fuq livell nazzjonali l-provvista tal-ilma hi ta’ 55% ilma tal-pjan u 45% mir-reverse osmosis, imma jekk tinkludi s-settur industrijali u agrikolu l-ammont ta’ estrazzjoni ta’ ilma tal-pjan jlaħħaq 65%.

Kompla biex qal li l-kultura tal-bjar f’Malta, li writniha minn żminijiet l-imgħoddija tlifniha. Il-ġenerazzjoni ta’ llum saret tirraġuna li l-ilma mhux problema għax tiftaħ il-vit u l-ilma se ssib żgur għax għandna s-sistema tar-‘reverse osmosis’.

L-idrologu Marco Cremona wera tħassib tiegħu dwar l-ilma tal-pjan, u saħaq li dan sejjer lura, kemm fuq l-ammont li fadal maħżun (li skond studji fadal biss ma 1.5biljun metru kubu) u kemm fuq il-kwalitá, li kullma jmur qed tmur lura, minħabba

l-estrazzjoni bla limitu mis-settur privat u l-ammont dejjem jiżdied ta’ nitrati li jidħlu ġo fih.

Sa 2015 il-pajjiż wkoll irid jħares l-obbligi Ewropej, li jġib l-ilma tal-pjan fl-livelli tajba u ta’ kwalitá, għalkemm fuq din l-Idrologu jaħseb li qegħdin tard wisq.

Marco Cremona kkritika wkoll is-sistema tal-boreholes f’Malta li hi waħda nsostenibbli. Marco għalaq id-diskussjoni billi wera t-tħassib tiegħu fil-proċess tal-installazzjoni tal-water meters ma’ boreholes privati. Kompla biex qal li tant ir-ritmu għaddej b’mod kajman li meta jibdew jittieħdu l-miżuri jkun tard wisq, għax l-ilma jkun ġa tmellaħ u ma jkun tajjeb għalxejn.

Minn naħa tal-bdiewa Peter Axisa esprima d-dubji tiegħu dwar l-installazzjoni ta’ water meters ma’ boreholes ‘agrikoli’, u saħaq li l-interess tal-bidwi mhuwiex li jaħli l-ilma, aktar u aktar meta l-bidwi stess qed jinvesti f’bini ta’ ġiebja sabiex jaħżen l-ilma. Hu tenna li mhuwiex minnu meta jingħad li l-bdiewa qed jtellgħu l-ilma b’xejn, u qal li biex bidwi jagħmel dan hemm spiża magħha li l-bidwi jrid jħallas, iġifieri l-ilma mhux b’xejn.

Mill-udjenza tkellmet Jacqueline Chircop mill-Moviment Azzjoni Xellug fejn din għamlet referenza għall-konsum ta’ l-ilma bbottiljat u staqsiet x’inhu jġiegħel il-poplu jikkonsma dan it-tip ta’ ilma u nafu kemm qed jiġi kkonsmat fis-sena minn dan l-ilma?

David Pisani f’isem l-għaqda Xellugija Żminijietna ngħaqad fl-appell ‘ġust’ favur liġi dwar l-użu u l-priservazzjoni ta’ l-ilma. Saħaq li l-ilma għandu jibqa’ jiġi klassifikat bħala wieħed pubbliku. Mhuwiex ġust li kumpaniji privati jtellgħu l-ilma b’mod insostenibbli u ma jħallsux għalih. Fir-rigward ta’ l-agrikoltura, iva bħala għaqda nemmnu li l-agrikoltura għandha tibqa’ tiġi ssalvagwardjata, imma dan għandu jsir b’mod sostenibbli. Fir-rigward ta’ konsum pubbliku, iva nemmnu li l-użu bażiku għandu jiġi ssalvagwardjat u l-ħela penalizzata.

Antonio Dato mill-qasam Trejdjunjonistiku tkellem sabiex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-użu aħjar ta’ l-ilma. Hu suġġerixxa li l-affarijiet ma jieqfux hawn wara dan is-seminar, imma jitkomplew sabiex jingħata aktar għarfien f’dak li jkun għaddej f’dan il-qasam. Il-poplu tajjeb li jkun informat u edukat jekk irridu bidla fil-mentalitá. Irridu nifhmu li l-ħaddiema jilgħabu parti mportanti biex nindirizzaw il-bidla fil-klima u l-użu aħjar ta’ l-ilma, f’dak li huwa għarfien, ħidma, innovazzjoni, riċerka u kontribuzzjoni f’taxxi sabiex jsiru l-proġetti.

Fir-ritratt mix-xellug għall-lemin jdhru Peter Axisa, Marco Cremona, James Debono, Alfred E. Baldacchino u Anthony Rizzo

L-ilma se nispiċċaw nibkuh

Page 7: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

7Żminijietna April - Ġunju 2012

Sam Camilleri, Ontario Canada.

You see yourself as basically a good person who would like to make the world a better place. But after Copenhagen you also feel that you are losing ground in a globalised world where corporate interests reign supreme, your voice is marginalised, and the environment continues to be trashed with impunity. Welcome to the club.

But things may be about to change, “Dramatically”. A London Barrister, Polly Higgins (see photo), has proposed to the UN Law Commission that Ecocide become a fifth crime to come under the mandate of the international criminal court. The other four are genocide, crimes against humanity, war crimes and crimes of aggression. Higgins has written a new book, “Eradicating Ecocide”, that may prove to be the most important environmental insight since Rachel Carson’s “Silent Spring”. The Book fleshes out her proposal and serve as a spring board for an international campaign to carry it forward.

Ecocide is defined “as the extensive destruction, damage to, or loss of ecosystem(s) of a given territory, whether by human agency or by other causes, to such an extent that peaceful enjoyment by the inhabitants of that territory has been severely diminished”.

Higgins argues that Ecocide in itself is so horrendous that it merits the imposition of a criminal punishment, irrespective of that person’s knowledge, state of mind, belief or intention. Ecocide is a law of strict liability, one that ignores individual intent and focuses instead on consequences.

In a single stroke, the crime of Ecocide would impose corporate criminals who relentlessly pursue commercial gain at the expense of earth and its inhabitants. For many years criminals in business suits have escaped personal responsibility by hiding behind an impenetrable corporate shell. This law closes that legal loophole, exposing those with superior responsibility for acts of Ecocide, and holding them accountable in a court of law.

The proposal would be a real game

changer; forcing business, governments and individuals to reconceptualise how we interact with Earth. Instead of viewing the planet as a commodity to be exploited, Higgins uses Trusteeship law creatively: Earth is a living being with intrinsic value, so that each individual, as a trustee, has a duty to protect Earth

from Ecocide.

The law creates a pre-emptive obligation at both the national and international level. Now all Government, business, and individuals would have an overarching duty of care to place the sacred trust of civilisation over commercial considerations. Like the other laws against peace, an ecocide provision is designed to act as a preventive. The result would be a much better world.

This campaign has the potential to unite a host of people working to combat humankind’s oldest enemies; greed, fear, and ignorance. It provides many number of entry points where you can contribute. It has the potential to unite many disparate groups around campaigns; spiritual leaders, environmentalists, social movements, peace activists, democracy activists, animal rights activists, trade unionists, conservationists, those seeking redress and fundamental justice, whistleblowers, and, in fact all concerned citizens.

Taken together, united, a massive public campaign can put pressure on governments to ratify the proposal on Ecocide in the UN General Council.

7 Billion or 1 Percent? The United Nations says that the

World’s population has now reached 7 billion people.

The population control lobby has used that fact to spread their arguments through the mass media. A tsunami of articles and opinion pieces blames global warming, loss of biodiversity, deforestation, food and water shortages, and every other environment crisis on a single cause,

“Too many people”.

The media frenzy, over 7 billion, directs the attention and efforts of sincere environmental activists to

programs that will not work. Universal access to birth control should be a fundamental human right, but it would not have prevented shell’s massive destruction of ecosystems in the Niger River Delta, or Chevron’s assault on the rainforest of Ecuador. If the birth rate in Iraq or Afghanistan falls to zero, the US military, the world largest single polluter, will not use one less gallon of oil, or fire one less shall made from depleted uranium, or clean up any toxic waste dumps it has created around the world.

If every African country adopts a one child policy, energy companies will continue burning coal, bringing us ever closer to a climate catastrophe. Focusing on population growth weakens efforts to build an effective global movement against ecological destruction. It divides our forces, by blaming the principal victims of the crisis for problems they did not cause.

Above all, it ignores the massively destructive role of an irrational economic and social system that has gross waste and devastation built into its DNA.

The capitalist system and the power of the 1 percent, not population size, are the root causes of today’s ecological crisis. As radical ecologists Barry Commoner said four decades ago, “Pollution begins not in the family bedroom, but in the corporate boardroom.”

Unless we confront and overcome the power of corporate boardrooms, we have no hope of securing a habitable planet, regardless of population levels or birth rates.

“Ravaging the Planet should be a crime”

Nhar is-Sibt l-10 ta’ Marzu, terz tal-Poplu Malti mar jivvota sabiex eleġa kunsilli lokali ġodda f’diversi rħula u bliet, f’Malta u Għawdex. Dawn l-elezzjonijiet inżammu ġewwa 35 lokalitá. Fattur li deher mill-ewwel kien in-numru baxx ta’ nies li marru jivvutaw. Dan ma kienx dovut għal maltemp qawwi li kien għaddej dak inhar tal-votazzjoni, imma minħabba l-fatt li ħafna votanti li normalment jivvutaw, din id-darba għażlu li ma jivvutawx bħala ‘protesta’.

Ir-Riżultat li ħareġ min dawn l-elezzjonijiet joffri sfida lill Dr Lawrence Gonzi, Prim Ministru ta’ Malta, minħabba raġunijiet politiċi li għandhom l-għeruq tagħhom ġewwa d-Dar Ċentrali tal-PN.

Min l-Istatistika uffiċċjali tal-kummissjoni elettorali joħorġu dawn il-fatti: Min 191,668 persuna eliġibbli biex jivvutaw, ivvutaw biss 113,790 persuna, jiġifieri 59.37% biss. L-akbar astenzjonijiet kienu f’tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, is-Swieqi, Ħal Balzan, in-Nadur, u Żebbug (Għawdex).

Dawn il-lokalitajiet kollha minbarra wieħed, kellhom xi ħaġa komuni, għaliex b’eċċezzjoni tal-Gżira, kollha jeleġu

Kunsill b’maġġoranza Nazzjonalista.

Jekk wieħed jifli fejn sar it-tnaqqis tal-voti jara li l-PN kien l-aktar partit li sofra minn dawn l-astenzjonijiet.

Jekk tikkompara r-riżultat ta’ l-elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet li kienu saru fl-2007 jara li l-PN naqqas fil-persentaġġ tal-voti miksuba min 47.2 % għal 41.8%.

Dan in-nuqqas ta’ Voti miksuba mil-PN irreġistra wkoll fil-maġġoranza tal-lokalitajiet li jeleġu Kunsilli b’maġġoranza tal-Partit Laburista, bl-eċċezzjonijiet żgħar, bħal ġewwa l-Isla fejn, il-PN żied l-persentaġġ b’anqas min wieħed fil-mija. Fatt interessanti kien li fil-Mosta il-PL tilef dan il-lokal minkejja li ġab il-maġġoranza tal-voti.

Il-PN min naħa tiegħu lagħab karta sabiex jipprova jnaqqas id-distakk fid-differenza tal-voti, bejnu u bejn il-PL. B’manuvra li kellha riħa qawwija ta’ politika makkjaveljana, xolja il-Kunsill ta’ tas-Sliema sena qabel, u ġiegħel li ssir elezzjoni ġewwa tas-Sliema, fejn ġie elett Kunsill ġdid sabiex iservi biss għal-sena. Din il-manuvra, fil-fatt ma swiet għalxejn, għaliex mill-istatistika ħareġ il-fatt li l-PL u l-AD ġabu bejniethom 57.3

fil-mija tal-voti. Anzi l-PN hawn tilfu is-siġġu li kienu ħadu lil AD f’elezzjoni preċedenti. Dawn il-maniġġi mill-PN, huma rikurrenti. Ta’ min ifakkar meta l-PN ma kkontestax fiż-Żejtun, u f’okkazzjoni oħra rtira id-deputati tiegħu fl-aħħar mumenti mil-lokalitá tal-Marsa, dejjem sabiex jipprova jillimita d-differenza tal-persentaġġ tal-voti miksuba mill-PL.

Il-Partit Nazzjonalista, wasal għal dawn l-elezzjonijiet f’pożizzjoni kritika, għaliex tilef il-maġġoranza Parlamentari li kien kiseb bi tqanżiħ, fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Din is-sitwazzjoni tirriżulta, mil-fatt li wieħed mid-deputati parlamentari tiegħu, Franco Debono mhuwiex qed jaqbel mal-mod ta’ tmexxija tal-Gvern u l-mod ta‘ kif inhu mmexxi l-PN illum. Sa anke wasal biex kien stqarr li dan m‘għadux il-Partit li hu kien daħal membru fih. Il-Vot ta’ sfiduċja li kien mittieħed fil-Parlament fi Frar, ħalla lill-Gvern bla maġġoranza u salva biss bil-casting vote tal-President tal-Kamra tad-Deputati.

F’dan ix-xenarju il-Prim Ministru Dr

Lawrence Gonzi beda jħossu sfiduċjat għaliex jinsab f’sitwazzjoni li ma jista’ jgħaddi l-ebda liġi fil-Parlament. Huwa għażel li jipprova jikseb fiduċja fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, minflok li mar għall-elezzjoni sabiex jittanta jikseb il-fiduċja tal-elettorat.

Huwa tal-biki li jiġi jgħidilna li huwa

kiseb il-fiduċja ta’ 96 fil-mija fil-Kunsill Ġenerali tal-PN. Għandu jkun li qed jaħseb li l-poplu għadu ċuċ. Illum il-poplu jaf li fil-fatt din il-fiduċja, jrid jiksibha jew fil-Parlament, jew mingħand l-elettorat. Dan kollu kien ħela ta’ żmien, anzi, attentat meskin sabiex jirbaħ il-ħin, forsi il-gvern jirnexxielu jwassal sad-data li l-elezzjoni ġenerali għandha ssir, kieku l-Gvern Nazzjonalista ma sabx dawn l-intoppi.

Terz ta’ l-elettorat tkellem u għal darb’oħra Gonzi reġa spiċċa sfiduċjat. L-isfida lil Dr Gonzi ġiet mogħtija mill-elettorat, minħabba d-disfatta li l-PN sofra f’din l-elezzjoni. Min dan kollu joħroġ il-fatt li l-unika triq onorevoli li baqgħalu Dr Gonzi issa, hi li jikkonsulta maż-żewġ terzi l-oħra wkoll, jiġifieri ssejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija, ħaġa li kemm Dr Gonzi u kif ukoll il-PN ma jridux jagħmlu, minħabba li dawn qegħdin ixommu telfa riesqa lejhom, u jekk kellhom xi dubju, issa l-prova tat-telfa ġiet ikkonfermata bir-riżultat ta’ l-elezzjoni ta’ l-10 ta’ Marzu.

Minghajr telf ta’ żmien Dr Gonzi għandu jsejjaħ din l-elezzjoni sabiex ikun jista’ jerġa jiġbor ġieħu. Aktar ma jdum ma jagħmel hekk aktar tista tkun it-telfa. Inħeġġu lil Dr Gonzi sabiex ikun kuraġġuz biżżejjed u jaċċetta din l-isfida, għall-ġid tal-klassi tal-ħaddiema u l-kumplament tal-poplu Malti billi jġib fi tmiemha l-inċertezza li l-pajjiż jinsab fiha illum.

Sfida lil Dottor Gonzi

minn Victor Degiovanni

Page 8: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni

Żminijietna8 April - Ġunju 2012

minn Lino Vella

Il-Caritas f’Malta nidiet rapport dwar l-ammont ta’ paga minima meħtieġa biex wieħed jgħix ħajja diċenti. Il-fatt hu li f’soċjetá kapitalista t-tellieqa hi waħda sal-qiegħ u dan ifisser li jekk mhu ħa tittieħed l-ebda azzjoni, d-diskrepanza fil-pagi u l-faqar se jkomplu jikbru, waqt li l-għoli tal-ħajja tibqa’ togħla, b’detriment li ħafna familji se jibdew jaqgħu lura fis-soċjetá. U dan ma tridx tkun xi ekonomista biex tifhmu.

L-istatistika internazzjonali turih dan u anke dik Ewropea. Jekk wieħed jaqra l-ktieb the Economic Horror ta’ Viviane Forrester li ħareġ fl-1996, jara li l-kapitaliżmu ma jiflaħx jiġġenera aktar xogħolijiet diċenti biex jimmassimizza l-profitti tiegħu, imma se jkollu jwaqqa’ l-prezz tax-xogħol, jilliberalizza u jiffragmenta s-suq tax-xogħol, u jitfa’ ħafna nies bla xogħol u f’xogħlijiet prekarji. It-tipi ta’ xogħlijiet ġodda atipiċi huma riżultat ta’ dan il-fenomenu.

Jekk wieħed jifli l-paga minima u x-xogħol prekarju li qed jespandi fil-pajjiżi Ewropej malajr jibda jirrealizzah dan il-fatt.Il-Ġnus Magħquda wkoll ħarġet statistika xokkanti li turi li 80% tal-popolazzjoni fid-dinja li qed tiżviluppa taqla’ anqas minn $10 kuljum, b’numru mdaqqas minn dawn in-nies jgħixu $1 kuljum. Il-kapitaliżmu wasal fi stadju li jrid jigglobalizza l-profitti tiegħu askapitu ta’ minn hu dgħajjef. Dan il-fatt qed jitfa’ piż akbar biex l-ispejjeż fil-pajjiżi żviluppati jinżammu l-isfel. Għalhekk hawn minn qed ibassar li l-kapitaliżmu falla, għax filwaqt li s-saħħa tal-pagi qed tinżel l-isfel, l-materja prima li mhiex infinita qed togħla, u għalhekk se nkomplu naraw, kriżi wara kriżi li se twassal

għall-kollass tas-sistema kapitalista. Marx jgħid li l-istess kontradizzjonijiet fil-kapitaliżmu jwasslu għall-kollass tiegħu.

Niġu għar-rapport tal-Caritas, Dun Victor Grech riċenti tkellem fil-midja u kkonferma li ċ-ċifri li ntużaw biex jitkejjel l-ammont huwa wieħed konservatttiv. Jekk wieħed jaqra’ rapport wieħed malajr jintebaħ li dak li qed jgħid Dun Victor Grech hu minnu. Il-fatt hu li

fl-istudju, l-użu tal-karozza privata, l-użu ta’ telefon ċellulari, l-użu ta’ heaters bl-elettriku u oħrajn ma ġewx inklużi fil-“baskett” li bih inħadem l-ammont. Joħroġ ċar li ċ-ċifra li wasslet għaliha l-Caritas ta’ €180 fil-ġimgħa hi waħda

bażika u realistika għal aħħar.

Għalhekk huwa ta’ tħassib meta tisma’ nies u organizazzjonijiet li jgħidu li r-rapport tal-Caritas hu nieqes minn studji ekonomiċi. Għax allura vera li sistema mhiex kapaċi ttejjeb il-ħajja tan-nies. Tajjeb niftakru li l-kapitaliżmu kif nafuh illum ilu jeżisti biss xi 200sena.

Imma mbagħad teżisti kontradizzjoni fis-soċjetá, għax l-istess nies li tkellmu

kontra r-rapport tal-Caritas, huma l-istess nies li jikkritikaw lill-Gvern li bil-miżuri li qed idaħħal se jkisser is-settur tan-negozji f’Malta għax qed jonqos il-bejgħ.

Allura wieħed jistaqsi l-familji bil-paga minima ma ħaqqhomx jikkonsmaw dak li hu bażiku biex jgħixu b’dinjitá, jew iridu li din il-klassi ta’ nies tgħix bil-karitá.

Tajjeb nkunu nafu jekk l-flessibilitá fis-suq tax-xogħol hiex vera biex il-ħaddiem jtejjeb l-livell ta’ l-għixien sabiex jgħaqdi l-ħtiġijiet

tal-familja jew inkella jekk hiex biss biex nidderegulaw s-suq tax-xogħol sabiex nsostnu sistema ekonomika li kull ma jmur qed tikkollassja. B’dak li qed joħroġ fl-aħbarijiet internazzjonali joħroġ ċar li hekk hu.

Xi ħaġa oħra li tistona huma l-miżuri ta’ awsteritá fejn il-ħaddiem spiċċa jerfa’ l-piż ta’ sistema li kompliet tiddgħajjef bil-kollass tal-banek u setturi finanzjarji, għax dawn mmaniġġjaw u spekulaw flus in-nies b’mod abbużiv. U llum min qed jagħmel tajjeb għal dan? Il-ħaddiem.

Għalhekk meta wieħed jikkonkludi dan l-artiklu jgħid li b’ġustizzja l-Gvern għandu jimplimenta l-proposta tal-Caritas għal żieda fil-paga minima nazzjonali. Il-paga minima nazzjonali ġiet introdotta f‘Malta fl-1974 u minn dakinhar qatt ma ġiet riveduta. L-uniku żidiet fil-paga minima nazzjonali ġew direttament miż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja. It-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni m’għandhiex tikkostitwixxi f’tellieqa sal-qiegħ. Il-paga minima hija l-paga l-aktar baxxa li biha l-ħaddiema jistgħu jbiegħu x-xogħol tagħhom

Żieda fil-paga minima nazzjonali jekk xejn se ttejjeb il-livell tal-ħajja tal-ħaddiema bi dħul baxx u tnaqqas il-faqar.

Sa issa l-organizzazzjonijiet u partiti politiċi li wrew appoġġ għall-proposta tal-Caritas favur żieda fil-paga minima kienu Ġeneral Workers Union, FOrum Unjins Maltin, Alternattiva Demokratika, u l-Partit Komunista Malti. Tajjeb li l-Gvern, partiti u organizazzjoniiet oħra jappoġġjaw din il-proposta.

Ir-rapport tal-Caritas dwar il-ħtieġa ta’ żieda fil-paga minima huwa rifless fil-qagħda tal-ħaddiema fl-Ewropa kollha. Is-sitwazzjoni tal-ħaddiema, pensjonanti u setturi kbar tas-soċjetá m’mhumiex ilaħħqu mal-ħajja. M’għandhomx mezzi lanqas biex jaqdu s-servizzi bażiċi għal ħajja diċenti. Mhux ta’ b’xejn qegħdin naraw il-protesti kbar fit-toroq ta’ l-ibliet Ewropej għax il-gvernijiet qegħdin ikomplu jsawwtu lill-ħaddiema u ż-żgħar fil-waqt li jaqdu mill-koxxa lis-sidien tal-flus li jiġbdulhom l-ispag.

Ir-reżistenza għal żieda fil-paga minima tirrifletti kriżi fis-Sistema Ekonomika Kapitalista

Page 9: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni
Page 10: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni
Page 11: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni
Page 12: Newspaper Post l Zminijietnapolitika u ekonomika neo liberali tagħha se tgħaddi minn taqlib kbir. Periklu reali huwa l-espansjoni ta’ partiti populisti, kontra l-immigrazzjoni