skeda informattiva tematika tas-semestru ewropew · it-test. tabella 4 — il- ... li taqbel li...

17
Paġna 1 | 1. INTRODUZZJONI Il-ħiliet huma vitali għall-kompetittività u għall-impjegabbiltà, peress li t-tibdiliet strutturali bħall-globalizzazzjoni u l- progress teknoloġiku qed isejħu għal ħiliet rilevanti ogħla tas-suq tax-xogħol u għal aktar ħiliet rilevanti tas-suq tax- xogħol għat-tkabbir tal-produttività u biex jinkisbu impjiegi tajbin. Din l-iskeda informattiva tiffoka fuq il- ħiliet marbuta b’mod dirett mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Għal ħarsa aktar komprensiva lejn l-edukazzjoni għolja u ta’ livell baxx, jekk jogħġbok irreferi għall-iskedi informattivi tematiċi L-ilħuq tal-edukazzjoni terzjarja u Il-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u t-taħriġ. 2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI 2.1. Ħiliet bażiċi Li ż-żgħażagħ ikollhom livelli suffiċjenti ta’ ħiliet bażiċi (litteriżmu, numeriżmu, xjenza u teknoloġija) hu essenzjali biex jaċċessaw faċilment is-suq tax-xogħol u biex l-adulti jżommu impjiegi ta’ kwalità għolja u stabbli. Madankollu, proporzjon ikbar (bejn 20% u 25%) taż-żgħażagħ fl- edukazzjoni inizjali (kif evidenzjat mir- riżultati tal-PISA 2015) 1 kif ukoll tal- adulti fl-età tax-xogħol (kif evidenzjat mir-riżultati tal-PIAAC 2012) 2 huma 1 PISA jirreferi għall-Programm tal-OECD għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal- Istudenti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/pisa/test/. 2 PIAAC jirreferi għall-Programm tal-OECD neqsin minn dawk il-ħiliet bażiċi, u dan ixekkel il-ħila tagħhom li jsibu impjieg stabbli u jieħdu sehem fil-ħajja ekonomika u soċjali inġenerali. F’għadd kbir ta’ pajjiżi tal-UE, għad hemm sehem għoli ħafna ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena li għandhom “kisbiet baxxi” fil-ħiliet bażiċi 3 . Dawn l-istudenti għandhom l-akbar probabbiltà li jaffaċċjaw diffikultajiet serji fl- edukazzjoni avvanzata tagħhom, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja ta’ kuljum. L-akbar sehem ta’ persuni b’kisbiet baxxi hu fil-matematika, b’madwar 22% fil- livell tal-UE. Hemm tliet Stati Membri biss f’livell anqas mill-punt ta’ riferiment ta’ 15% 4 , anki jekk 12-il Stat Membru rnexxielhom inaqqsu s-sehem tagħhom bejn l-2012 u l-2015 (Tabella 1). Ir-riżultati fil-litteriżmu tal-qari u xjentifiku huma ftit aħjar, iżda t-tnejn li huma marru għall-agħar b’mod konsiderevoli maż-żmien. għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal- Kompetenzi tal-Adulti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/skills/piaac/. 3 Il-persuni b’kisbiet baxxi huma ddefiniti bħala dawk li ġabu livell ta’ profiċjenza anqas minn 2 f’wieħed mid-dominji tat-testijiet tal- PISA (qari, matematika jew xjenza). 4 Taħt il-qafas strateġiku għall- kooperazzjoni fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”), l-Istati Membri jaqblu li s-sehem ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena b’kisbiet baxxi fil- qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun ta’ anqas minn 15% sal-2020. SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW ĦILIET GĦAS-SUQ TAX-XOGĦOL

Upload: vanthu

Post on 10-Mar-2019

230 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 1 |

1. INTRODUZZJONI

Il-ħiliet huma vitali għall-kompetittività u

għall-impjegabbiltà, peress li t-tibdiliet

strutturali bħall-globalizzazzjoni u l-progress teknoloġiku qed isejħu għal

ħiliet rilevanti ogħla tas-suq tax-xogħol u għal aktar ħiliet rilevanti tas-suq tax-

xogħol għat-tkabbir tal-produttività u biex jinkisbu impjiegi tajbin.

Din l-iskeda informattiva tiffoka fuq il-ħiliet marbuta b’mod dirett mal-ħtiġijiet

tas-suq tax-xogħol. Għal ħarsa aktar komprensiva lejn l-edukazzjoni għolja u

ta’ livell baxx, jekk jogħġbok irreferi għall-iskedi informattivi tematiċi L-ilħuq

tal-edukazzjoni terzjarja u Il-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u t-taħriġ.

2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI

2.1. Ħiliet bażiċi

Li ż-żgħażagħ ikollhom livelli suffiċjenti

ta’ ħiliet bażiċi (litteriżmu, numeriżmu, xjenza u teknoloġija) hu essenzjali biex

jaċċessaw faċilment is-suq tax-xogħol u biex l-adulti jżommu impjiegi ta’ kwalità

għolja u stabbli. Madankollu, proporzjon ikbar (bejn 20% u 25%) taż-żgħażagħ fl-

edukazzjoni inizjali (kif evidenzjat mir-

riżultati tal-PISA 2015)1 kif ukoll tal-adulti fl-età tax-xogħol (kif evidenzjat

mir-riżultati tal-PIAAC 2012)2 huma

1 PISA jirreferi għall-Programm tal-OECD għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti. Għal aktar dettalji dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara

http://www.oecd.org/pisa/test/. 2 PIAAC jirreferi għall-Programm tal-OECD

neqsin minn dawk il-ħiliet bażiċi, u dan

ixekkel il-ħila tagħhom li jsibu impjieg stabbli u jieħdu sehem fil-ħajja

ekonomika u soċjali inġenerali.

F’għadd kbir ta’ pajjiżi tal-UE, għad

hemm sehem għoli ħafna ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena li għandhom “kisbiet baxxi”

fil-ħiliet bażiċi3. Dawn l-istudenti għandhom l-akbar probabbiltà li

jaffaċċjaw diffikultajiet serji fl-edukazzjoni avvanzata tagħhom, fis-suq

tax-xogħol u fil-ħajja ta’ kuljum.

L-akbar sehem ta’ persuni b’kisbiet baxxi

hu fil-matematika, b’madwar 22% fil-livell tal-UE. Hemm tliet Stati Membri

biss f’livell anqas mill-punt ta’ riferiment ta’ 15%4, anki jekk 12-il Stat Membru

rnexxielhom inaqqsu s-sehem tagħhom

bejn l-2012 u l-2015 (Tabella 1).

Ir-riżultati fil-litteriżmu tal-qari u xjentifiku huma ftit aħjar, iżda t-tnejn li

huma marru għall-agħar b’mod konsiderevoli maż-żmien.

għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti. Għal aktar dettalji

dwar kif inhuma ddefiniti dawn il-livelli, ara http://www.oecd.org/skills/piaac/. 3 Il-persuni b’kisbiet baxxi huma ddefiniti

bħala dawk li ġabu livell ta’ profiċjenza anqas

minn 2 f’wieħed mid-dominji tat-testijiet tal-PISA (qari, matematika jew xjenza). 4 Taħt il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”), l-Istati Membri jaqblu li s-sehem ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena b’kisbiet baxxi fil-

qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun ta’ anqas minn 15% sal-2020.

SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW

ĦILIET GĦAS-SUQ TAX-XOGĦOL

Page 2: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 2 |

Il-prestazzjoni tal-Bulgarija, tar-Rumanija u ta’ Ċipru hi batuta f’kull

wieħed minn dawn it-tliet dominji, b’mod

partikolari fil-matematika b'aktar minn 40% tal-persuni b’kisbiet baxxi. F’termini

ġenerali, il-pajjiżi b’relattivament anqas persuni b’kisbiet baxxi għandhom ukoll

ishma akbar ta’ “persuni bl-aqwa prestazzjoni” fit-testijiet tal-PISA, jiġifieri

dawk f’livell 5 jew ogħla, sitwazzjoni li tindika sistemi ta’ edukazzjoni u ta’

taħriġ li b’mod ġenerali jmorru aħjar aktar milli għażla deliberata li jagħtu

preferenza lill-eċċellenza fuq l-ekwità.

Is-sistemi tal-edukazzjoni għadhom

mhumiex effettivi bis-sħiħ fit-tnaqqis tal-

inugwaljanzi. Is-sehem ta’ subien b’kisbiet baxxi fil-qari hu ferm ogħla

minn dak tal-bniet (23.5% għal 15.9%),

għad li d-differenzi bejn is-sessi fil-litteriżmu fil-qari għandhom tendenza li

jgħibu aktar tard (kif muri mid-data tal-PIAAC dwar dawk ta’ 16 sa 24 sena). Is-

subien u l-bniet huma aktar ugwali fiż-żewġ dominji l-oħra tal-ħiliet bażiċi. L-

isfond soċjoekonomiku għadu wieħed mid-determinanti ewlenin tal-kisba tal-

ħiliet fl-iskejjel. Id-differenza fis-sehem ta’ persuni b’kisbiet baxxi fix-xjenza bejn

l-istudenti fil-kwart tal-qiegħ tal-istatus

soċjoekonomiku u dawk fil-kwart ta’ fuq nett hi kbira ħafna (Tabella 2).

Tabella 1 –L-ishma ta’ persuni b’kisbiet baxxi fil-ħiliet tal-matematika fil-PISA, snin

partikolari

Sors: OECD (PISA).

0%

5%

10%

15%

20%

25%

30%

35%

40%

45%

50%

EE FI DK IE SI NL PL DE BE SE LV CZ AT UK ES EU IT FR PT LT LU SK HU MT HR EL RO BG CY

2015 2012 2009

Page 3: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 3 |

Tabella 2 — L-impatt tal-isfond soċjoekonomiku fuq il-prestazzjoni fil-matematika, 2012

Sors: OECD (PISA).

Il-fatt li s-sistemi Ewropej ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ ma jipprovdux l-

aktar ħiliet bażiċi lil 20% tal-istudenti

għandu rabta diretta ma’ kostijiet tal-għażla għoljin. Dan jixħet dawl mhux

biss fuq il-kobor tal-isfida biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni

u ta’ taħriġ iżda anki fuq il-gwadanji potenzjali enormi f’termini ta’ tkabbir u

ta’ impjiegi msaħħa, li kieku kellu jitnaqqas dan is-sehem ta’ studenti, li

aktarx li jaffaċċjaw problema serji ta’

impjegabbiltà.

Fost l-adulti fl-età tax-xogħol (bejn 16 u 65 sena), medja ta’ 43% uriet livelli

medji jew għoljin ta’ ħiliet fil-litteriżmu (livelli 3 sa 5) fi ħdan il-pajjiżi tal-UE li

ħadu sehem fl-istħarriġ tal-PIAAC. Din hi

ferm anqas mill-medja tal-OECD (49%).

Barra minn hekk, wieħed minn kull ħames adulti fil-pajjiżi parteċipanti tal-

UE juri livell baxx ta’ ħiliet fil-litteriżmu. Fin-numeriżmu, dan hu saħansitra

wieħed minn kull erbgħa. Għal ħiliet

għoljin ħafna, l-Istati Membri li kapaċi jlaħħqu mal-prestazzjoni tal-aħjar pajjiżi

mhux tal-UE, bħall-Ġappun, tgħoddhom fuq subgħajk. Ekonomiji kbar oħrajn

mhux Ewropej bħall-Kanada u l-Istati Uniti għandhom riżultati simili għal ħafna

pajjiżi tal-UE.

Madankollu, hemm differenzi konsiderevoli fid-distribuzzjoni tal-ħiliet

bejn l-Istati Membri tal-UE. F’termini

ġenerali, jistgħu jiġu identifikati tliet gruppi ta’ pajjiżi:

1) dawk b’ishma għoljin ta’ adulti bi

prestazzjoni medja sal-aqwa prestazzjoni u bi ftit persuni bi

prestazzjoni baxxa (bħan-

Netherlands, il-Finlandja, l-Iżvezja u l-Fjandri fil-Belġju);

2) pajjiżi b’riżultati mhux differenti b’mod sinifikanti mill-medja tal-

OECD; u 3) pajjiżi b’relattivament ftit persuni bi

prestazzjoni medja sal-aqwa prestazzjoni u bi proporzjon għoli

ħafna ta’ persuni bi prestazzjoni

baxxa (Spanja u l-Italja).

Filwaqt li f’ċerti pajjiżi huma primarjament il-gruppi ta’ età kbira li

juru livelli ta’ ħiliet baxxi ħafna, f’oħrajn jidher li anki gruppi ta’ età iżgħar huma

kemxejn batuti (pereż. Ċipru u r-Renju

Unit). Barra minn hekk, ir-riżultati tal-istħarriġ jikkonfermaw li l-profiċjenza

għandha relazzjoni b’saħħitha ħafna mal-edukazzjoni tal-ġenituri u mal-istatus

tal-migrazzjoni, iżda sa limiti li jvarjaw bejn il-pajjiżi.

Page 4: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 4 |

Ir-riżultati tal-PIAAC juru wkoll differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi fil-livelli ta’

ħiliet medji bejn in-nies li għandhom

lawrji edukattivi komparabbli. Pereżempju, iż-żgħażagħ b’lawrja

sekondarja għolja biss fil-Finlandja, fin-Netherlands jew fl-Iżvezja juru ħiliet

medji ogħla minn dawk b’lawrja

universitarja fi Spanja jew f’Ċipru.

Tabella 3 — Is-sehem mill-popolazzjoni ta’ 16-65 sena f’kull livell ta’ profiċjenza fil-litteriżmu, 2012

Sors: OECD (PIAAC). Nota: il-pajjiżi mqassma skont is-sehem ta’ livelli 1 u anqas flimkien. Nieqsa: ma għamlux it-test.

Tabella 4 — Il-profiċjenza medja fil-litteriżmu (16-29 sena) skont il-kisbiet edukattivi, 2012

Sors: OECD (PIAAC). Nota: il-pajjiżi huma mqassma skont il-punteġġ medju fil-livell tal-edukazzjoni terzjarja.

2.2. Ħiliet trażversali

Il-modi ġodda ta’ ħidma u t-tibdiliet aktar frekwenti fl-impjiegi (minħabba

neċessità jew opportunità) jirrikjedu sett

usa’ ta’ ħiliet. Il-ħiliet trażversali5 huma

Page 5: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 5 |

dawk rilevanti biex jinstabu impjiegi u okkupazzjonijiet f’oqsma differenti minn

dawk preżenti jew tal-imgħoddi.

Bħalissa, 40% tal-impjegaturi jirrapportaw li jsibu diffikultajiet biex

isibu n-nies bil-ħiliet it-tajba, u ħafna minnhom jisħqu fuq in-nuqqas ta’ ħiliet

trażversali6 fost l-applikanti għall-impjiegi.

Aktar minn nofs l-impjegati tal-UE

jeħtieġu ħiliet f’lingwa barranija għall-

impjiegi tagħhom (għad li t-tali ħiliet għandhom tendenza li jkunu speċifiċi

għal subsett ta’ impjiegi). Madankollu, 42% tal-istudenti adoloxxenti huma

kompetenti fl-ewwel lingwa barranija tagħhom7.

Għad li l-impjegaturi jagħtu valur kbir lil impjegati b’inizjattiva u bil-ħila li

jadattaw għall-isfidi u għal ambjenti li jinbidlu8, il-ħiliet intraprenditorjali

għadhom pjuttost baxxi fost il-popolazzjoni tal-UE. Hemm biss ftit Stati

Membri fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni adulta temmen li għandha

l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex tiftaħ

negozju9.

5 Il-ħiliet li jkollhom l-individwi li huma

rilevanti għall-impjiegi u għall-okkupazzjonijiet għajr dawk li għandhom

bħalissa jew li kellhom riċentement. Dawn il-ħiliet jistgħu jkunu nkisbu wkoll permezz ta’ attivitajiet mhux relatati max-xogħol jew tal-mistrieħ jew permezz ta’ parteċipazzjoni

f’edukazzjoni jew f’taħriġ. B’mod aktar ġenerali, dawn huma ħiliet li ġew mgħallma f’kuntest wieħed jew biex jinkiseb għarfien

dwar sitwazzjoni/problema speċjali u jistgħu jiġu ttrasferiti f’kuntest ieħor. 6 OECD/L-Unjoni Ewropea, The Missing

Entrepreneurs 2015: Policies for Self-Employment and Entrepreneurship, OECD Publishing, 2015. 7 EU Skills Panorama (2014) Foreign

languages Analytical Highlight, imħejji minn ICF GHK u minn Cedefop għall-Kummissjoni Ewropea. 8 OECD/L-Unjoni Ewropea, The Missing

Entrepreneurs 2015: Policies for Self-Employment and Entrepreneurship, OECD

Publishing, 2015. 9 Kelley D., Singer S., Herrigton M., 2015/16 Global Report, Global Entrepreneurship Monitor.

Barra minn hekk, hi biss nofs il-popolazzjoni tal-UE ta’ 15-il sena u aktar

li taqbel li l-edukazzjoni skolastika

tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta ta’ attitudni

intraprenditorjali (ara l-Tabella 5)10.

2.3. Spariġġ fil-ħiliet

L-ispariġġ fil-ħiliet jirreferi għal

diskrepanza bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol. Fi

kliem ieħor, sitwazzjoni li fiha l-ħiliet imfittxija mill-impjegaturi huma differenti

mill-ħiliet offruti mill-persuni li qed ifittxu impjieg jew mill-ħaddiema. Jekk

jippersisti, l-ispariġġ fil-ħiliet, li jista’ jieħu forom differenti, jista’ jwassal għal

telf ekonomiku u soċjali fit-terminu qasir

u fit-tul għan-nies, għall-impjegaturi u għas-soċjetà.

10 Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Flash 354, Entrepreneurs in the EU and beyond, 2012.

Page 6: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 6 |

Tliet dimensjonijiet ewlenin li rċevew l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika u

tal-akkademiċi huma:

1) l-ispariġġ makroekonomiku fil-ħiliet,

li jirreferi għad-differenzi fil-ħiliet bejn l-impjiegi offruti u l-grupp ta’

persuni qiegħda fi ħdan livelli mifruxa ta’ kwalifika;

2) nuqqasijiet ta’ ħiliet speċifiċi, li jirreferu għan-nuqqas ta’ kapaċità

tal-impjegaturi biex isibu l-ħaddiema

b’ħila jew b’okkupazzjoni speċifika; u 3) l-ispariġġ fil-ħiliet fix-xogħol, li

jirreferi għad-differenzi bejn il-ħiliet tal-individwi impjegati u l-ħiliet

meħtieġa biex iwettqu xogħolhom11. L-indikaturi makroekonomiċi tal-

ispariġġ fil-ħiliet jistgħu jkunu aktar siewja taħt is-Semestru Ewropew,

peress li huma aktar affidabbli,

disponibbli b’mod aktar spiss, u għandhom rabta aktar b’saħħitha ma’

tħassib prinċipali tal-politika bħall-qgħad fit-tul jew strutturali.

11 Għal rieżami dettaljat, ara Kiss, A. u Vandeplas, A. (2015) Measuring Skills Mismatch. Analytical Webnote 7/2015, DĠ EMPL.

Mod kif jitkejjel l-ispariġġ makroekonomiku fil-ħiliet hu li jiġi

analizzat kif ir-rati ta’ impjieg tal-gruppi

ta’ ħiliet differenti (livell għoli, medju u baxx ta’ ħiliet) ivarjaw mir-rata ta’

impjieg tal-popolazzjoni sħiħa għal pajjiż u għal sena partikolari. Aktar ma tkun

għolja d-differenza (id-dispersjoni relattiva) aktar ma jkun għoli l-ispariġġ

makroekonomiku fil-ħiliet. It-Tabella 6 turi kif l-Istati Membri tal-UE

jipparagunaw ma’ xulxin f’dan ir-rigward. Id-dispersjoni tar-rata ta’ impjieg hi

għolja ħafna fil-Belġju, fil-Bulgarija, fil-

Kroazja, fl-Irlanda u fl-Italja. F’ħafna mill-każijiet, din hi xprunata minn rati

anqas ta’ impjieg għal dawk b’livell baxx ta’ ħiliet (b’mod partikolari meta

mqabbla mal-ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet). Għad li hemm bżonn li ssir analiżi

aktar approfondita speċifika għall-pajjiżi biex jiġu mifhuma l-fatturi ewlenin

sottostanti, l-istudju tat-tendenzi tul

perjodu itwal ta’ żmien hu siewi wkoll.

Page 7: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 7 |

Tabella 6 — Id-dispersjoni relattiva tar-rati ta’ impjieg skont il-livell tal-edukazzjoni

Sors: Kalkoli proprji bbażati fuq il-Eurostat. Il-medja annwali bbażata fuq il-medja ta’ erba’ kwarti.

Għad li tul il-perjodu tal-kriżi l-eżiti tas-suq tax-xogħol tgħarrqu anki għal dawk

b'edukazzjoni terzjarja, it-twassil tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-attitudnijiet

rilevanti liż-żgħażagħ għadu jiffaċilita t-

tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg. Il-Tabella 7 turi l-perċentwal

taż-żgħażagħ gradwati riċentement li sabu impjieg kontra l-punt ta’ riferiment,

stabbilit mill-Kunsill fl-2012, li skont dan tal-anqas 82% taż-żgħażagħ gradwati

riċentement għandhom ikunu qed

jaħdmu sal-2020.

Tabella 7 — L-impjegabbiltà: ir-rati ta’ impjieg tal-gradwati riċenti ta’ 20-34 sena, 2016

Sors: Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol

Page 8: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 8 |

Ir-rata ta’ impjieg taż-żgħażagħ gradwati riċentement fl-UE b’mod ġenerali żdiedet

aktar għal 78.2% fl-2016, u kkonsolidat

l-irkupru gradwali riċenti. Mill-2013, ir-rata ta’ impjieg tal-gradwati mill-

edukazzjoni sekondarja għolja żdiedet bi 3.2 pps, filwaqt li r-rata għall-gradwati

mill-edukazzjoni terzjarja telgħet b’2.1 pps. B’hekk, żgħażagħ b’edukazzjoni

terzjarja għandhom vantaġġ ta’ 10 pp fl-impjegabbiltà fuq il-gradwati mill-

edukazzjoni sekondarja. Il-vantaġġ jeżisti fl-Istati Membri kollha ħlief fl-

Estonja u fir-Repubblika Ċeka.

Għall-edukazzjoni u għat-taħriġ

vokazzjonali, l-evidenza minn studju mill-JRC12 turi li f’ħafna pajjiżi tal-UE, il-

gradwati mill-edukazzjoni sekondarja għolja li ġejjin minn programmi orjentati

lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

(ETV) għandhom rati ta’ impjieg ogħla mill-kontropartijiet tagħhom li mhumiex

ġejjin mill-ETV. Dawn għandhom ukoll rati inqas ta' qgħad u ta’ inattività13. L-

analiżi tal-OECD14 tikkonferma li fil-livelli tal-edukazzjoni sekondarja għolja u

post-sekondarja mhux terzjarja, l-ETV huma assoċjati ma’ probabbiltà ogħla li

jinstab xogħol (it-Tabella 9), iżda qligħ

fis-siegħa ftit anqas.

Id-differenzi huma żgħar, b’mod partikolari meta jiġu kkunsidrati s-sessi.

Fil-livell ISCED 5, hemm vantaġġ qawwi għall-edukazzjoni akkademika f’termini

tal-qligħ u tal-impjieg.

3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-LIEVI TA’

POLITIKA LI JINDIRIZZAW L-ISFIDI

Biżżejjed investiment fl-edukazzjoni u

riformi strutturali li jsaħħu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta’ edukazzjoni u

12 JRC CRELL (2015): Education and youth labour market outcomes: the added value of VET. Tagħrif fil-qosor tekniku; ibbażat fuq

estrazzjoni speċjali mil-LFS ipprovdut mill-Eurostat rigward it-tielet trimestru tal-2014. 13 Imkejla bħala proporzjon tal-individwi

impjegati ta’ 20-34 sena li l-ogħla livell tal-

edukazzjoni tagħhom hu livell tal-edukazzjoni sekondarja għolja jew post-sekondarja mhux

terzjarja (ISCED 3-4). 14 OECD (2015):The effects of vocational education and training on adult skills and wages. What can we learn from PIAAC?

ta’ taħriġ jistgħu jtejbu l-ħiliet bażiċi. Biex titnaqqas l-inċidenza ta’ studenti bi

prestazzjoni baxxa fost iż-żgħażagħ, il-

politiki inklużivi jridu jiġu mmirati wkoll lejn iż-żieda tal-eżiti tal-istudenti minn

sfond soċjoekonomiku żvantaġġat jew minn sfond lingwistiku differenti.

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ

Vokazzjonali Inizjali huma siewja għall-iżvilupp ta’ ħiliet trażversali u

speċifiċi għall-impjiegi, filwaqt li

jippermettu t-tranżizzjoni fid-dinja tax-xogħol u ż-żamma u l-aġġornar tal-ħiliet

tal-forza tax-xogħol. Ta’ kull sena, aktar minn 13-il miljun student jattendu

programm vokazzjonali. Minkejja dan, il-previżjonijiet tas-suq tax-xogħol jindikaw

nuqqas pendenti ta’ gradwati tal-ETV f’diversi Stati Membri15.

Il-gradwati riċenti bi kwalifiki tal-ETV f’livell tal-edukazzjoni sekondarja għolja

u post-sekondarja mhux terzjarja ġeneralment juru tranżizzjoni aktar faċli

mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol. Dawn għandhom ukoll rati ta’ impjieg

ogħla mill-gradwati mill-perkors tal-

edukazzjoni ġenerali b'livelli ta' kisbet komparabbli. Minkejja dan, għal ħafna

żgħażagħ u l-ġenituri tagħhom, l-ETV għadhom mhumiex attraenti daqs il-

perkors tal-edukazzjoni akkademika.

L-attraenza u r-rilevanza għas-suq tax-

xogħol tal-programmi tal-ETV jistgħu jittejbu ħafna aktar. L-għadd ta’

programmi fl-Istati Membri li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tat-tagħlim imsejjes

fuq ix-xogħol hu insuffiċjenti. Anki l-opportunitajiet biex wieħed jgħaddi mill-

ETV għall-edukazzjoni għolja għadhom insuffiċjenti.

Mil-lat tal-kwalità, kull student tal-ETV għandu jitħejja għal ħajja u għal xogħol

f’soċjetà dejjem aktar globalizzata, inkluż billi jitgħallem lingwi barranin.

Madwar 50% tal-istudenti tal-UE rreġistrati f’livelli tal-edukazzjoni

sekondarja għolja, post-sekondarja u

15 Il-Parlament Ewropew (2015), Labour market shortages in the European Union (http://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/home.html).

Page 9: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 9 |

terzjarja b’ċiklu qasir jirċievu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV).

Dan jagħmel l-ETV sors importanti ta’

ħiliet u ta’ kompetenzi għall-ekonomiji tal-UE.

Għaldaqstant, hu essenzjali li s-sistemi

tal-ETV inizjali jipprovdu ħiliet bażiċi, trażversali u vokazzjonali adegwati li

jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi. Dawn għandhom jattrezzaw

ukoll lill-istudenti biex jinvolvu rwieħhom

fit-tagħlim aktar tard fil-ħajja u jimmaniġġjaw it-tranżizzjonijiet mill-

edukazzjoni għall-impjiegi kif ukoll minn impjieg għal ieħor jew mill-qgħad għall-

impjieg.

Ir-rilevanza tal-edukazzjoni għas-suq

tax-xogħol, ir-rati ta’ impjieg taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni mill-

edukazzjoni għax-xogħol kienu dawk li

fuqhom iffokaw il-politiki ekonomiċi u settorjali tul l-aħħar snin.

Għal dawk li jlestu l-edukazzjoni inizjali tagħhom f’livelli tal-edukazzjoni

sekondarja jew post-sekondarja mhux terzjarja, l-ETV juru tranżizzjoni

sistematikament aħjar fis-suq tax-xogħol minn dawk li għandhom kwalifika mill-

edukazzjoni sekondarja għolja jew post-sekondarja mhux terzjarja mill-perkors

ġenerali u li ma jkomplux fl-edukazzjoni

għolja.

Fl-2016, il-gradwati riċenti tal-ETV kellhom rata ta’ impjieg ġenerali ta’ 75%

fl-UE. Għaldaqstant, urew eżiti tal-impjieg aħjar mill-gradwati riċenti mill-

edukazzjoni sekondarja għolja li ġejjin

minn programmi ta’ orjentazzjoni ġenerali (62.9%) (Tabella 8).

Tabella 8 — Ir-rata ta’ impjieg tal-gradwati riċenti mill-edukazzjoni sekondarja għolja u post-sekondarja mhux terzjarja 2016

Sors: Eurostat (LFS, 2016) Kodiċi ta’ data online: edat_lfse_24.

L-indikatur ikejjel ir-rati ta' impjieg ta' persuni fl-età ta' bejn l-20 u l-34 sena li temmew l-edukazzjoni minn 1-3

snin qabel l-istħarriġ b'diploma minn edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni post-sekondarja

mhux terzjarja (ISCED 4), mill-persuni fl-istess grupp ta' età li attwalment mhuma rreġistrati fl-ebda edukazzjoni jew taħriġ formali jew mhux formali ulterjuri.

Page 10: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 10 |

B’mod ġenerali, dan jindika li l-ETV ġenerali huma għażla tajba għal dawk iż-

żgħażagħ li mhuwiex biħsiebhom ikomplu jistudjaw fi programmi tal-

edukazzjoni għolja. Xorta waħda, l-eżiti medji jaħbu ċerta disparità bejn il-pajjiżi

differenti filwaqt li juru wkoll lok fejn

tittejjeb il-kwalità tal-ETV f’dawk il-pajjiżi fejn l-eżiti tal-ETV għadhom lura meta

mqabbla mal-medja tal-UE.

Fl-aħħar snin, l-għadd assolut ta’ studenti fl-ETV u s-sehem tagħhom mill-

istudenti totali fl-edukazzjoni sekondarja

għolja qabdu jonqsu fl-UE.

L-għadd kumplessiv ta’ studenti tal-ETV-i (inizjali) fil-livell sekondarju għoli fl-UE

mill-2013 naqas b’madwar 500 000 (4.7%), għal 10 309 154 fl-2015. Din it-

tendenza ta’ tnaqqis kienet evidenti f’kull

wieħed mill-erba’ pajjiżi bl-akbar popolazzjoni ta’ studenti tal-ETV li

jirrappreżentaw aktar minn 50% tal-istudenti kollha tal-ETV fl-UE.

Għaldaqstant, is-sehem relattiv ta’

studenti tal-ETV naqas minn 48.9% fl-

2013 għal 47.3% fl-2015.

Madankollu, hemm grad għoli ta’ varjazzjoni bejn il-pajjiżi f’termini tad-

daqs assolut u relattiv tas-sistemi tal-ETV tagħhom. Dan hu parzjalment dovut

għall-varjetà ta’ programmi tal-ETV

offruti bejn il-pajjiżi.

Diversi Stati Membri tal-UE għadhom sehem relattivament għoli ta’ żgħażagħ li

jagħżlu l-perkors tal-edukazzjoni sekondarja għolja ġenerali, iżda ma

jkomplux bl-edukazzjoni għolja (Tabella

9).

Sehem kbir ta’ dawn iż-żgħażagħ jissuġġerixxi li hemm lok fejn dawn jiġu

pprovduti b’opportunitajiet biex jiksbu kwalifika professjonali — jew f’livell tal-

edukazzjoni sekondarja, post-sekondarja jew inkella terzjarja.

L-Istati Membri jistgħu jindirizzaw l-estensjoni tal-ETV inizjali b’diversi modi,

filwaqt li jqisu d-domanda għal kwalifiki differenti fis-suq tax-xogħol. It-tisħiħ tal-

attraenza u tal-offerta ta’ ETV f’livell sekondarju għoli hu partikolarment siewi

għall-pajjiżi b’ishma kbar ta’ persuni li

jitilqu kmieni mill-iskola. F'dawn il-pajjiżi, l-ETV jista’ jikkontribwixxi b’mod

sostanzjali għaż-żieda tal-kisbiet edukattivi.

Għall-pajjiżi b’ishma kbar ta’ gradwati

mill-edukazzjoni sekondarja għolja

ġenerali li ma jkomplux bl-edukazzjoni għolja, it-tisħiħ tal-offerta ta’ ETV f’livell

post-sekondarji mhux terzjarju jew terzjarju b’ċiklu qasir jista’ jkun

alternattiva siewja.

Biex jindirizzaw il-qgħad persistenti fost

iż-żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll opportunitajiet ta’

tagħlim għall-adulti, billi jippermettu r-ritorn fl-edukazzjoni u fit-taħriġ għal

dawk iż-żgħażagħ li diġà jkunu telqu mill-edukazzjoni inizjali.

Pereżempju, użu aktar immirat tal-FSE jista’ jindirizza l-isfida, b’mod partikolari

peress li nstab li t-taħriġ għall-qiegħda kien wieħed mill-aktar oqsma ta’

intervent effettivi tal-FSE fil-perjodu 2007-2013 (Taqsima 3.5).

Page 11: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 11 |

Tabella 9 — Il-kisbiet edukattivi tal-adulti żgħażagħ ta’ bejn 30 u 34 sena, 2016

Sors: Eurostat, LFS, 2016 [edat_lfs_9914] Nota: l-indikatur juri l-ogħla livell ta’ kisbet edukattivi miksuba minn persuni ta’ 30 sa 34 sena.

Il-benefiċċju tal-ETV hu li taħt l-iskema n-nies jistgħu jiżviluppaw ħiliet u

kompetenzi li huma rilevanti b’mod dirett għas-suq tax-xogħol. Hemm strumenti

differenti li jiżguraw li l-iskejjel vokazzjonali u ċ-ċentri tat-taħriġ

vokazzjonali qed jipprovdu taħriġ

rilevanti u aġġornat għal professjonijiet partikolari. Dawn l-istrumenti jinkludu l-

involviment tas-settur privat fit-tfassil u fl-evalwazzjoni tal-kurrikuli edukattivi,

tal-istandards professjonali u tal-ittestjar tal-istudenti. Barra minn hekk, wieħed

mill-aktar modi diretti kif jiġi żgurat li l-ħiliet miksuba mill-istudenti jkunu

rilevanti għas-suq tax-xogħol hu li parti

mit-taħriġ issir barra mill-ambjent tal-iskola, pereżempju f’kollokament għal

esperjenza ta’ xogħol.

L-apprendistati huma l-aktar eżempju magħruf kif jiġu organizzati l-ETV b’dan

il-mod. Dawn huma ddefiniti bħala

programm tal-ETV formali li jinkludi alternazzjoni bejn l-esperjenza ta’ xogħol

(esperjenza ta’ xogħol prattiku f’post tax-xogħol) u edukazzjoni bbażata fl-

iskola (perjodi ta’ edukazzjoni teoretika/prattika segwita fi skola jew

f’ċentru ta’ taħriġ)16. Dan it-taħriġ, malli jitlesta b’suċċess, għandu jwassal għal

kwalifika rikonoxxuta f’livell nazzjonali.

Spiss ikun hemm relazzjoni kuntrattwali

bejn l-impjegatur u l-apprendist, bl-apprendist li jirċievi salarju għax-xogħol

li jagħmel.

L-apprendistati mhumiex l-unika skema possibbli għat-tagħlim imsejjes fuq ix-

xogħol. Hemm approċċi oħra anqas

intensivi għat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol. Dawn jinkludu, pereżempju, ETV

imsejsa fuq l-iskola kkombinati ma’ elementi ta’ taħriġ fuq il-lant tax-xogħol,

fejn dawn l-elementi tipikament jirrappreżentaw anqas minn 50% tad-

durata tal-programm ta’ taħriġ.

Hemm ukoll modi oħra kif jitwassal it-

tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol fl-iskola billi l-programmi msejsa fuq l-iskola jiġu

pprovduti b’laboratorji fis-sit, b’workshops, bi kċejjen, b’ristoranti,

b’ditti tal-prattika, b’simulazzjonijiet jew

16 Il-Kummissjoni Ewropea (2015) Apprenticeships — a form of work-based

learning.

Page 12: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 12 |

b’assenjamenti ta’ proġetti kummerċjali veri17.

Id-disponibbiltà ta’ data komparabbli dwar l-istatus kurrenti tal-programmi ta’

tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol fl-edukazzjoni formali u fit-taħriġ inizjali

madwar l-Istati Membri hi limitata.

Minkejja dan, mid-data disponibbli

(Tabella 10) jidher ċar li programmi kombinati msejsa fuq ix-xogħol u l-iskola

huma l-aktar komuni fil-Latvja, fid-Danimarka, fl-Ungerija u fil-Ġermanja.

17 Il-Kummissjoni Ewropea (2013), Work-based learning in Europe: Practices and policy

pointers http://ec.europa.eu/education/policy/vocational-policy/doc/alliance/work-based-learning-in-europe_en.pdf.

Page 13: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 13 |

Tabella 10 — L-istudenti tal-ETV inizjali f’taħriġ kombinat imsejjes fuq ix-xogħol u l-iskola, 2015

Sors: Eurostat (UOE, 2015 [educ_uoe_enrs04]). Id-data għal MT, EL u IT hi nieqsa.

Fid-dawl tal-kunsens wiesa’ li d-disponibbiltà aktar mifruxa ta’

apprendistati ta’ kwalità għolja tkun strument effettiv biex jittejbu t-

tranżizzjonijiet sostenibbli mill-iskola

għax-xogħol f’ħafna Stati Membri, l-isforzi biex jiġu pperswaduti l-kumpaniji,

primarjament SMEs, biex jinvestu żmien u flus fi studenti żgħażagħ iridu jiġu

intensifikati. Sfidi oħra li jridu jiġu indirizzati huma:

l-iżgurar ta’ disponibbiltà suffiċjenti ta’ ħarrieġa kwalifikati;

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistemi xierqa ta’ garanzija tal-

kwalità; u l-attraenza/l-organizzazzjoni ta’

finanzjament u ta’ tipi oħra ta’ appoġġ għal arranġamenti ta’

kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

tal-ETV u n-negozji.

It-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

kontinwi: f’ambjent tax-xogħol li qed jinbidel malajr, l-adulti jridu jaġġornaw u

jtejbu b’mod kontinwu l-ħiliet tagħhom

biex jibqgħu kompetittivi u produttivi. Is-sistemi ta’ tagħlim għall-adulti jridu

jwieġbu għal firxa wiesa’ ta’ ħtiġijiet espressi mill-istudenti, mill-kumpaniji u

mis-soċjetà. Dawn iridu jiżguraw li l-individwi kollha jkollhom aċċess faċli u

ġust għall-opportunitajiet ta’ tagħlim.

B’mod partikolari, dawk li jkunu telqu mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ inizjali

mingħajr il-livell minimu ta’ ħiliet meħtieġ għall-ambjent ekonomiku u

soċjali kontemporanju għandhom jingħataw opportunitajiet biex jiksbu

dawk il-ħiliet aktar tard f’ħajjithom. Permezz ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ

mill-ġdid, l-adulti jistgħu jiżguraw li l-

ħiliet tagħhom jibqgħu rilevanti u aġġornati; mhux biss fi ħdan l-ambjent

tax-xogħol, iżda anki għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.

F’ħafna Stati Membri tal-UE, dawk l-

adulti li diġà jkollhom livell għoli ta’

ħiliet, normalment ikollhom ukoll aċċess tajjeb għall-opportunitajiet ta’ tagħlim

biex jaġġornaw u jġeddu l-ħiliet tagħhom kontinwament. Madankollu, dawk li

għandhom ħiliet limitati biss u li b'hekk għandhom l-akbar ħtieġa li jaċċessaw l-

edukazzjoni u t-taħriġ, normalment jaffaċċjaw l-akbar ostakli biex jaċċessaw

it-tagħlim. Għal dawn ir-raġunijiet, l-

Page 14: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 14 |

għoti ta’ appoġġ għall-adulti b’ħiliet bażiċi baxxi jew bi kwalifiki ta’ livell baxx

issa sar spiss ikun inkluż fl-aġendi tal-

politiki tal-Istati Membri, spiss bħala parti mill-politiki dwar l-edukazzjoni u t-

taħriġ.

Madwar l-Ewropa, il-pajjiżi jiffinanzjaw jew jikkofinanzjaw firxa wiesgħa ta’

programmi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Fi ftit każijiet, dawk il-programmi huma

akkumpanjati minn skemi ta’ validazzjoni

tal-ħiliet, li jinkludu valutazzjoni inizjali tal-ħiliet, appoġġ ta’ gwida u kampanji

ta’ sensibilizzazzjoni. Xorta waħda f’ħafna każijiet huma ftit wisq l-adulti li

għandhom il-possibbiltajiet li jaċċessaw programmi ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja u

rilevanti biex itejbu l-ħiliet jew jagħmlu taħriġ mill-ġdid.

Fl-2016, bħala parti mill-pakkett tal-aġenda tal-ħiliet, il-Kummissjoni

Ewropea pproponiet li tiġi stabbilita garanzija tal-ħiliet li tgħin biex

twieġeb għad-diskrepanzi fil-ħiliet, għall-inugwaljanza u għall-ħtiġijiet emerġenti

tas-suq tax-xogħol li jeħtieġu livelli

dejjem ogħla ta’ ħiliet. Permezz tal-

garanzija tal-ħiliet, l-Istati Membri jkunu qed jiżguraw li l-adulti b’livell baxx ta’

ħiliet jiġu offruti perkors ta’ titjib tal-

ħiliet li jikkonsisti fl-opportunità li:

(a) jiġu vvalutati l-ħiliet tagħhom u tiġi identifikata kwalunkwe diskrepanza;

(b) jirċievu pakkett ippersonalizzat ta’ edukazzjoni / ta’ taħriġ; u

(c) jiġu vvalidati l-ħiliet tagħhom.

Permezz tal-metodu miftuħ ta’

koordinazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET 2020), l-Istati Membri qablu dwar

mira li għandha tintlaħaq sal-2020, meta tal-anqas 15% tal-popolazzjoni adulta

(25-64 sena) għandha tkun qed tieħu sehem fit-tagħlim. Madankollu, il-

prestazzjoni medja fl-2016 kienet ta’

10.8% biss. B’xorti ħażina, il-parteċipazzjoni għandha tendenza li tkun

inferjuri għal nies li jidħlu lura fis-suq tax-xogħol wara li jkunu esperjenzaw

perjodu ta’ qgħad, in-nies imdaħħla fl-età u dawk impjegati f’okkupazzjonijiet

b’ħiliet medji u b’livell ta’ ħiliet baxxi — dawk li l-aktar li jeħtieġu aġġornament u

titjib tal-ħiliet tagħhom.

Tabella 11 — Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja għall-adulti (popolazzjoni ta’ 25-64 sena,%, 2016)

Mira tal-ET 2020

Page 15: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 15 |

Sors: Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol

Trasparenza u komparabbiltà sħaħ

tal-kwalifiki madwar l-UE se jgħinu lill-Istati Membri jafdaw il-kwalità tal-

kwalifiki ta’ xulxin u jiffaċilitaw il-mobilità tal-istudenti u tal-ħaddiema. Għal dan l-

għan, l-Istati Membri qed jirreferu l-livelli tal-kwalifiki tagħhom għat-tmien livelli

tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u qed jindikaw il-livelli tal-QEK u l-livelli

tal-qafas ta’ kwalifiki nazzjonali fuq

ċertifikati/diplomi maħruġa ġodda.

Il-ħiliet miksuba barra mis-sistema ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ formali

spiss ma jkunux iddokumentati jew rikonoxxuti b’mod formali. L-Istati

Membri qablu li jistabbilixxu

arranġamenti nazzjonali għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u

informali sal-201818. B’mod partikolari, dawn qablu li jipprovdu awditi tal-ħiliet

lill-qiegħda kollha, idealment fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni tal-ħtieġa.

Awditu tal-ħiliet jgħin biex jiġu vvalutati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi ta’

individwu għat-tħejjija għall-validazzjoni

tal-eżiti tat-tagħlim mhux formali jew informali u/jew għall-ippjanar ta’ taħriġ

ta’ riorjentazzjoni jew ta’ taħriġ professjonali. Għaldaqstant, hu

partikolarment rilevanti għal nies bi kwalifiki iktar baxxi, għall-qiegħda jew

għal nies f’riskju tal-qgħad, għall-migranti, għaż-żgħażagħ u għal dawk li

qed ifittxu li jbiddlu l-karriera. L-aħjar

opportunitajiet imfassla għall-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra mill-

edukazzjoni formali huma aċċessibbli u jwasslu għal kwalifiki, jew għal partijiet

minn kwalifiki.

Sistemi ta’ governanza tal-ħiliet

stabbiliti kif xieraq jistgħu jgħinu biex jinbnew u jiġu ottimizzati l-ħiliet u l-

kompetenzi tal-forza tax-xogħol kurrenti u futura. Is-sistemi effiċjenti huma

bbażati fuq intelliġenza solida dwar il-

18 F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (2012/C 398/01).

ħiliet prodotta minn mekkaniżmi robusti ta’ valutazzjoni, ta’ antiċipazzjoni u ta’

tbassir tal-ħiliet. Din l-informazzjoni tikkontribwixxi biex tiggwida l-politiki

dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u s-servizzi ta’ gwida fil-karrieri.

Il-Kummissjoni kienet qed tindirizza l-isfidi tal-ħiliet diġitali fl-UE permezz tal-

inizjattiva tagħha tal-gran koalizzjoni għall-impjiegi diġitali19 u żviluppat qafas

Ewropew ta’ kompetenzi diġitali (EDCF) li jiddeskrivi s-sett ta’

kompetenzi diġitali li jeħtieġu ċ-ċittadini kollha tal-lum. L-Istati Membri qed jużaw

l-EDCF u l-għodda ta’ valutazzjoni

relatata biex jiżviluppaw il-kurrikuli tal-edukazzjoni, l-eżiti tat-tagħlim jew it-

taħriġ għall-għalliema tagħhom.

Sar xogħol simili biex jiġi żviluppat qafas ta' referenza Ewropew għall-

intraprenditorija (EntreComp), li jista'

jintuża bħala bażi għall-iżvilupp ta' kurrikuli u ta' attivitajiet ta' tagħlim li

jrawmu l-intraprenditorija bħala kompetenza.

Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll it-

twaqqif ta’ Alleanzi Ewropej għall-Ħiliet

Settorjali biex jitfasslu strateġiji għall-ħiliet settorjali, tiġi antiċipata l-ħtieġa

għal ħiliet f’setturi speċifiċi, u tissaħħaħ ir-risponsività tas-sistemi tal-ETV għal

dawk il-ħtiġijiet. L-Alleanzi għall-Ħiliet Settorjali għandhom l-għan li jipprovdu

għal ħiliet ġodda f'setturi strateġiċi neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi

Ewropej dwar it-tkabbir u l-impjiegi, il-

kompetittività, l-enerġija u t-tibdil fil-klima. Pereżempju, l-Alleanza dwar it-

teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u ekoloġiċi se tindirizza d-diskrepanzi fil-

ħiliet u l-ispariġġi fil-ħiliet biex tiżgura t-tmexxija globali tal-Ewropa fl-enerġija

rinnovabbli u ssostni t-tranżizzjoni lejn ekonomija moderna b’livell baxx ta’

emissjonijiet ta’ karbonju b’settur tal-

enerġija dekarbonizzata fil-qalba tagħha.

19 Ara l-iskeda informattiva dwar Il-Ħiliet u l-Impjiegi

Diġitali.

Page 16: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 16 |

4. EVALWAZZJONI BIR-REQQA TAL-ISTAT TAL-POLITIKA

Formazzjoni tal-ħiliet: Il-politiki kontra t-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-

taħriġ [ara l-iskeda informattiva separata dwar il-persuni li jitilqu kmieni mill-

iskola] jappoġġjaw ukoll l-għan ta’ kisbiet edukattivi minimi għaż-żgħażagħ

kollha, bħala prekundizzjoni għall-bini ta’ ħiliet ulterjuri fl-edukazzjoni għolja jew

għas-suq tax-xogħol.

L-Istati Membri għamlu xi progress fil-

kisba ta’ ħiliet bażiċi:

il-Bulgarija tejbet l-aċċess għall-

edukazzjoni ta’ kwalità għal studenti minn sfondi żvantaġġati;

l-amministrazzjonijiet lokali u r-raggruppamenti ta’ skejjel tal-

Portugall jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali

għall-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola;

l-Irlanda stabbilixxiet miri speċifiċi

għall-ħiliet fil-litteriżmu u fin-numeriżmu fi skejjel żvantaġġati, u

miri nazzjonali relattivament ambizzjużi għal dawk bl-anqas u bl-

aktar kisbiet sal-2025; ir-Repubblika Ċeka tappoġġja l-

iskejjel f’livell (pre)primarju u sekondarju f’żoni soċjalment esklużi

billi introduċiet u implimentat

pjanijiet ta’ integrazzjoni individwali; u

ir-Rumanija tmexxi proġett tal-FSE biex tattira għalliema ta’ kwalità

għolja lejn skejjel żvantaġġati u bdiet iddaħħal kurrikuli ġodda bbażati fuq

il-kompetenzi fil-livell baxx ta’ edukazzjoni sekondarja.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali: il-gradwati riċenti

tal-ETV urew eżiti tal-impjieg aħjar mill-gradwati riċenti mill-edukazzjoni

sekondarja għolja li ġejjin minn programmi ta’ orjentazzjoni ġenerali.

Xorta waħda, l-eżiti medji jaħbu ċerta

disparità bejn il-pajjiżi differenti filwaqt li juru wkoll lok fejn tittejjeb il-kwalità tal-

ETV f’dawk il-pajjiżi fejn l-eżiti tal-ETV għadhom lura meta mqabbla mal-medja

tal-UE (il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja u r-Rumanija).

Diversi Stati Membri tal-UE (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja,

Malta u l-Portugall) għandhom ukoll

sehem relattivament għoli ta’ żgħażagħ mingħajr diploma tal-edukazzjoni

sekondarja għolja, jew li jagħżlu l-perkors tal-edukazzjoni sekondarja

għolja ġenerali, iżda ma jiksbux lawrji minn livell ogħla tal-edukazzjoni.

It-tagħlim għall-adulti u l-ħiliet tal-

adulti: seba’ pajjiżi għandhom rata ta’

parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim li hi ogħla mill-punt ta’ riferiment tal-ET 2020

(15%): id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-

Finlandja u l-Iżvezja. L-anqas parteċipazzjoni hi osservata fil-Bulgarija,

fl-Ungerija, fir-Rumanija u fis-Slovakkja.

It-trasparenza u r-rikonoxximent

tal-ħiliet u tal-kwalifiki: sal-lum, 24 Stat Membru rreferew l-oqfsa ta’ kwalifiki

nazzjonali tagħhom għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u 16-il Stat Membru

qed jimmarkaw jew stabbilixxew data biex jimmarkaw il-livelli tal-QEK fuq iċ-

ċertifikati u fuq id-diplomi nazzjonali.

Il-validazzjoni tat-tagħlim mhux

formali u informali: L-Istati Membri qed iħejju biex idaħħlu fis-seħħ

arranġamenti nazzjonali għall-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra mill-

edukazzjoni u mit-taħriġ formali. Il-

progress hu mħallat u għad hemm ħafna xi jsir qabel l-iskadenza tal-2018.

Pereżempju, fl-Inventarju Ewropew dwar il-Validazzjoni 2014, 15-il Stat Membru

(il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-

Greċja, Spanja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-

Slovakkja u r-Renju Unit) irrapportaw li

ma kellhomx fis-seħħ sistema ta’ awditjar tal-ħiliet, li hi element minnhom

tal-arranġamenti nazzjonali ta’ validazzjoni.

Il-governanza tal-ħiliet: monitoraġġ

regolari tad-domanda tas-suq tax-xogħol

hu essenzjali u sistema għall-monitoraġġ tal-okkupazzjonijiet li huma mfittxija jew

li għalihom diġà hemm wisq ħaddiema hi element bażiku importanti tas-sistema

ta’ intelliġenza tas-suq tax-xogħol. Minkejja dan, ħafna mill-Istati Membri

Page 17: SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · it-test. Tabella 4 — Il- ... li taqbel li l-edukazzjoni skolastika tagħha għenitha tiżviluppa sens ta’ inizjattiva u xorta

Paġna 17 |

bħalissa m’għandhomx mekkaniżmi ta' monitoraġġ tajbin biżżejjed. Terz biss

mill-Istati Membri jissorveljaw l-

evoluzzjoni tad-domanda għall-ħaddiema, b’terz ieħor li għadhom data

parzjali biss20.

Il-ħiliet diġitali: it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali tkejjel il-

progress tal-ekonomija diġitali Ewropea permezz tal-Indiċi tal-Ekonomija u tas-

Soċjetà Diġitali (DESI), li hu indiċi

kompost li jiġbor l-indikaturi rilevanti dwar il-prestazzjoni diġitali tal-Ewropa u

jittraċċa l-evoluzzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-kompetittività diġitali21. L-

iżvilupp ta' ħiliet diġitali hu segwit taħt id-Dimensjoni tal-Kapital Uman tal-indiċi.

Id-Danimarka, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Finlandja u r-Renju Unit

għandhom l-ogħla punteġġ għall-ħiliet

bażiċi u għall-użu. L-Irlanda, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit

għandhom l-aħjar punteġġ għall-ħiliet avvanzati u għall-iżvilupp. Il-Bulgarija, il-

Greċja u r-Rumanija konsistentement iġibu l-anqas punteġġ fil-qiegħ tal-

klassifikazzjonijiet għal dawn iż-żewġ dimensjonijiet.

Data: 29.9.2017

20 Data kwalitattiva; ibbażata fuq il-Kummissjoni Ewropea: Mapping and

analysing bottleneck vacancies in EU labour markets, 2014. 21 http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/digital-agenda-scoreboard.