qari mill-ktieb ta’ bin sirak sir 17, 1-13
DESCRIPTION
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13. A lla għamel il-bniedem skont xbihatu . Il-Mulej ħalaq il-bniedem mill-art, u mill-ġdid reġġgħu lura lejha. Tahom żmien u jiem magħduda, u tahom setgħa fuq kulma hawn fuq l-art. Libbishom b’saħħa tixbah lil tiegħu, . - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ktieb ta’
Bin SirakSir 17, 1-13
Alla għamel il-bniedem skont xbihatu.
![Page 2: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/2.jpg)
Il-Mulej ħalaq il-bniedem mill-art, u mill-ġdid reġġgħu lura lejha. Tahom żmien u jiem magħduda, u tahom setgħa fuq kulma hawn fuq l-art. Libbishom b’saħħa tixbah lil tiegħu,
![Page 3: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/3.jpg)
u għamilhom skont xbihatu. Nissel f’kull ħlejqa l-biża’ tagħhom, u tahom is-setgħa fuq it-tajr u l-bħejjem. Irċevew l-użu ta’ ħames ħidmiet tal-Mulej, qassmilhom id-don
![Page 4: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/4.jpg)
tal-moħħ bħala s-sitt wieħed, u bħala is-seba’ r-raguni għat-tifsir tal-ħidmiet tiegħu. Tahom ir-raġuni, l-ilsien u l-għajnejn, u wkoll il-widnejn u moħħ biex
![Page 5: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/5.jpg)
jaħsbu. Tahom is-setgħa li jitgħallmu u jifhmu, uwriehom x’inhu it-tajjeb ul-ħażin. Żamm għajnejh fuq qlubhom, biex jurihom l-għemejjel tal-għaġeb tiegħu. U tahom li
![Page 6: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/6.jpg)
jiftaħru bl-għeġubijiet għal dejjem tiegħu. U huma jfaħħru ismu l-qaddis, u hekk ixandru l-għemejjel tal-għaġeb tiegħu. Qegħdilhom quddiemhom it-tagħlim, u
![Page 7: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/7.jpg)
tahom b’sehemhom il-liġi tal-ħajja. Għamel magħhom patt għal dejjem, u wriehom x’inhu l-ħaqq tiegħu. Raw b’għajnejhom il-kobor tal-glorja tiegħu, u semgħu b’widnejhom
![Page 8: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/8.jpg)
il-le]en glorjuż tiegħu. U wissiehom:
“Ħarsu rwieħkom minn kull ħazen!”
U lil kull wieħed tah kmandament dwar il-proxxmu tiegħu.
![Page 9: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/9.jpg)
Triqathom huma dejjem quddiemu, mhumiex moħbija minn għajnejh.
![Page 10: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/10.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 11: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/11.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ It-tieba tal-Mulej minn dejjem għal
dejjem
![Page 12: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/12.jpg)
Bħalma jħenn il-missier għal uliedu,
hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.
Għax hu jaf kif aħna magħġuna,
jiftakar li aħna trab.
![Page 13: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/13.jpg)
R:/ It-tieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem
![Page 14: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/14.jpg)
Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem,
bħall-fjur tar-raba’, hekk jikber.
![Page 15: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/15.jpg)
Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa,
u ħadd aktar ma jagħraf fejn kien.
![Page 16: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/16.jpg)
R:/ It-tieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem
![Page 17: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/17.jpg)
Imma t-tieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem ma’ dawk li għandhom
il-biża’ tiegħu,
![Page 18: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/18.jpg)
u s-sewwa tiegħu ma’ wlied uliedhom;
ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu.
![Page 19: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/19.jpg)
R:/ It-tieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem
![Page 20: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/20.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna
wrejthom liċ-ċkejknin.Hallelujah, Hallelujah
![Page 21: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/21.jpg)
Qarimill-Evanġelju skont
San MarkMk 10, 13-16
R:/ Glorja lilek Mulej
Min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken
ma jidħolx fiha.
![Page 22: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/22.jpg)
F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom:
![Page 23: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/23.jpg)
“Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi;
iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija
s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min
is-Saltna ta’ Alla ma
![Page 24: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/24.jpg)
jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.”
Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.
![Page 25: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/25.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 26: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 1-13](https://reader035.vdocuments.net/reader035/viewer/2022081721/56816032550346895dcf5101/html5/thumbnails/26.jpg)
ĦSIEB