qari mill-ktieb ta’ bin sirak sir 51, 17-27

26
Qari mill- Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 51, 17-27 Lil min tani l- għerf glorja nagħtih.

Upload: aaralyn

Post on 12-Jan-2016

113 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 51, 17-27. Lil m in tani l-għerf glorja nagħtih. Irroddlok ħajr u nfaħħrek, u nbierek l-isem tal-Mulej. Meta kont għadni żagħżugħ, qabel ma bdejt nivvjaġġa, fittixt l-għerf bid-dieher fit-talb tiegħi. Quddiem it-tempju kont. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Qari mill-Ktieb

ta’

Bin SirakSir 51, 17-27

Lil min tani l-għerf

glorja nagħtih.

Page 2: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Irroddlok ħajr u nfaħħrek, u nbierek l-isem tal-Mulej. Meta kont għadni żagħżugħ, qabel ma bdejt nivvjaġġa, fittixt l-għerf bid-dieher fit-talb tiegħi. Quddiem it-tempju kont

Page 3: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

nitlob għalih, u nibqa’ nfittxu sal-aħħar. Xħin tiżhar id-dielja sa ma ssajjar l-għeneb, qalbi kienet tithenna bl-għerf. Meddejt riġli f’mogħdija dritta, minn żgħożiti kont

Page 4: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

insus warajh. Tajtu ftitwiden u ngħatali, imma sibt għalija ħafna tagħlim.Bih imxejt ’il quddiem; lil min tani l-għerf glorja nagħtih. Għax għandi f’moħħi li nġib ruħi

Page 5: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

bl-għerf, u sirt ħerqan għat-tajjeb u ma jkollix għax nistħi. Tħabatt ħafna biex nikseb l-għerf, u ħarist il-Liġi bir-reqqa. Irfajt idejja ’l fuq u bkejt

Page 6: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

għax ma kontx nagħrfu. Mexxejt lili nnifsi lejn l-għerf imma sibtu fis-safa.

Page 7: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 8: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Salm Responsorjali

R:/ Il-preċetti tal-Mulej

iferrħu l-qalb

Page 9: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Il-liġi tal-Mulej perfetta, u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx.

Page 10: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

R:/ Il-preċetti tal-Mulej iferrħu l-qalb

Page 11: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn.

Page 12: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

R:/ Il-preċetti tal-Mulej iferrħu l-qalb

Page 13: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Il-biża’ tal-Mulej sinċier, u jibqa’ għal dejjem; il-ġudiżżji tal-Mulej

sewwa, u mseddqa għalkollox.

Page 14: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

R:/ Il-preċetti tal-Mulej iferrħu l-qalb

Page 15: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin,

oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda.

Page 16: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

R:/ Il-preċetti tal-Mulej iferrħu l-qalb

Page 17: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Il-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom;

kulma tagħmlu roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz

tiegħu.Hallelujah, Hallelujah

Page 18: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 11, 27-33

R:/ Glorja lilek Mulej

Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu?

Page 19: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u

Page 20: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

staqsewh:“Int b’liema setgħa

qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”

Ġesù qalilhom:“Ħa nagħmlilkom

Page 21: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u

ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan

kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja

mis-sema jew

Page 22: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

mill-bniedem? Weġbuni.”Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu:

“Jekk inweġbuh: <Mis-sema,> jgħidilna:

˝Mela għaliex ma

Page 23: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

emmintuhx?˝ Mela ngħidulu:

<Mill-bnedmin>?”Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta.

Page 24: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Għalhekk lil Ġesù weġbuhu qalulu:

“Ma nafux.”U Ġesù qalilhom:

“Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa

qiegħed nagħmel dan.”

Page 25: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 26: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  51, 17-27

ĦSIEB